

#Article 2: Lingwa Maltija (987 words)


Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta' Malta. Huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-ilsien għandu sisien u għerq semitiku, ta' djalett Għarbi li ġej mill-Afrika ta' Fuq, għalħekk qatt ma kellu rabta mill-qrib mal-Għarbi Klassiku.  Iżda tul iż-żminijiet, minħabba proċess tal-latinizzazjoni ta' Malta, bdew deħlin bosta elementi lingwistiċi mill-Isqalli, djalett ta' art li wkoll għaddiet minn żmien ta' ħakma Għarbija. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, fuq kollox fiż-żmien tad-daħla tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala l-ilsien uffiċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934. Il-Malti huwa l-ilsien waħdieni ta' għajn semitika li jinkiteb b'ittri Latini. L-alfabett Malti magħmul minn 30 ittra (24 konsonanti u 6 vokali) li jidhru f'din l-ordni:

Il-Malti huwa lsien magħmul minn bċejjeċ lingwistiċi mħalltin li juru iż-żminijiet li għadda minnhom il-ġens fl-imgħoddi, imgħoddi mimli ħakmiet barranin matul mijiet ta' snin. Għalkemm għandu sisien Għarbija, nistgħu naraw li l-ilsien Malti huwa mibni minn għadd kbir ħafna ta' bċejjeċ li ġew minn miklem rumanzi (mit-Taljan u mill-Franċiż) u wkoll, iktar biswitna fiż-żmien, mill-Ingliż. 

L-ilsien Malti beda jiġi meqjus bħala l-ilsien uffiċjali tal-gżejjer Maltin mis-sena 1934, meta dan iddaħħal mal-Ingliż minħabba li l-akbar biċċa tan-nies ma kinux jafu jaqraw, dan ifisser li l-ġens Malti la kien jaf jitkellem bit-Taljan u wisq inqas bl-Ingliż; dan huwa l-każ tipiku fejn bejn żewġ ġellieda, igawdi t-tielet wieħed. Kienet ġrajja kontroversjali ħafna meta wieħed jaħseb li dak iż-żmien, Malta kienet taħt il-ħakma tal-Ingliżi, u b'hekk kien hemm kunflitt ta' interess meta l-Ingliżi nfushom ħolqu kostituzzjoni li kienet tagħti daharha lill-kultura li kienet ilha tgħix għal mijiet ta' snin. Iżda wieħed ma jistax iċaħħad il-fatt li l-Ingliż kellu sehem qawwi fit-tmexxija 'l quddiem soċjo-politiku u awtonomu ta' dan il-ġens.

Għalkemm il-Malti daħal f'ħafna oqsma tas-soċjetà bħalma huma l-politika, il-liġi u, sa ċertu punt, il-midja popolari, l-Ingliż f'Malta huwa l-ilsien ewlieni f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-kummerċ barrani, u studji Xjentifiċi (inklużi l-istudji tal-Matematika, il-Fiżika, il-Mediċina, u b'mod mill-iktar predominanti, fl-Informatika). Instab ħafna, minn riċerkaturi storiċi, f'manuskritti ġewwa l-Bibljoteka Nazzjonali fil-Belt Valletta (meqjusa fost l-eqdem imkatab nazzjonali fid-dinja), u fi bnadi oħra sabiex jiġi muri b'mod dirett it-tħaddim tal-ilsien Malti lura fis-snin, u s'issa nafu sew li dan kien mitħaddem f'sura tixbah dik tal-lum sa mis-Seklu XVI.

Matul bosta żminijiet il-Maltin ħaddnu l-ilsien Taljan bħala l-ilsien uffiċjali tal-pajjiż. : Il-Kavallieri ta' San Ġwann, bejn l-1530 u l-1798 ħaddnu t-Taljan bħala lsien uffiċjali (ferm qabel l-Italja stess, li ngħaqdet bħala stat wieħed, bid-djalett Toskan, il-Fjorentin, djalett Taljan ta' Firenze, bħala lsien tal-ġens) fl-1864. 

Mal-wasla tal-Ingliżi fis-sena 1800, il-gżejjer Maltin għaddew minn taħt idejn is-sultan taż-Żewġ Sqallijiet, li kien wiret iċ-ċens perpetwu tal-Gżejjer Maltin mingħand is-Sagru Imperu Ruman, għal taħt il-ħakma tal-Imperu Brittanniku uffiċjalment fis-sena 1814, u tant kienu jiswew għall-Ingliżi li dawn kienu lesti jagħmlu għall-Franċiżi mbasta Malta tibqa' f'idejhom. Dwar l-ilsien dan ma biddel xejn għaliex it-Taljan kompla jgawdi għeruq qawwija ġewwa Malta, l-aktar fost in-nies mgħallma, professjonisti, reliġjużi imlaħħqa u kummerċjanti kbar.

Mal-wasla tagħhom f'Malta, l-Ingliżi sabu pajjiż bi klassi ta' nies ta' skola (tobba, avukati, kleriċi, nutara, periti u riċerkaturi) li kienu jżommu mat-Taljan, u meta tħalliet il-libertà tal-istampa naraw kif bdew ifaqqsu rivisti u ġurnali bit-Taljan. Kien fattur li poġġa lil Malta fi klassi oħra ta' territorji maħkuma mill-Ingliżi. Malta kellha l-klassi politika tagħha, il-qrati tagħha, reliġjon organizzata, u bażi infrastrutturali ta' marsiet u difiża tajbin ħafna għal dak iż-żmien. Żgur li din tal-aħħar flimkien mas-serħan tal-moħħ li l-Maltin ma kienux ser jiġġieldu kontrihom, kienu ġibda li żammew lill-Imperu Brittanniku f'Malta dak iż-żmien.

Tajjeb li naraw li għalkemm il-klassi mgħallma tal-pajjiż kienet żgħira fl-għadd u għaldaqstant inqas meta mqabbla man-nies kollha, din ma kinitx karatteristika lokali biss. Tassew, din kienet qagħda li wieħed seta' jqabbel ma' bnadi oħrajn tal-Ewropa ta' nofsinhar (bħal fi Sqallija u fl-Italja t'Isfel) fejn ftit kienu n-nies li kellhom aċċess għat-tagħlim. 

L-element ta' konvenjenza politika beda jaqbad art ġmielu hekk kif l-ekonomija u l-kummerċ tjiebu, u dan ġara b'mod speċjali meta faqqgħet il-gerra tal-Krimea u meta nfetaħ il Kanal ta' Sueż, li poġġa 'l Malta fil-mogħdija ewlenija tal-Imperu Britanniku. Il-preżenza militari Ingliża ġibdet kummerċ u ċaqliq ta' nies, saħħet is-snajjiet tradizzjonali marbuta mal-industriji tal-marsijiet iżda daħlet snajja' ġodda u tagħlim ġdid fil-mekkanika. F'kelma waħda, żdied il-kuntatt mal-Ingliżi tant li l-ilsien Ingliż (għax qabel ekonomikament u 'l quddiem, politikament ukoll) bdiet tinbet bħala t-tieni lsien wara t-Taljan. Din tal-aħħar kienet taħkem fost il-professjonisti u kleriċi li kellhom rispett u importanza fost in-nies bla tagħlim.  Il-popolin qajla kellu aċċess għat-tagħlim għaldaqstant ftit li xejn kellu rwol f'dan il-kuntest ta' żvilupp lingwistiku dak iż-żmien.

Il-Kostituzzjoni Repubblikana ta’ Malta, Kapitlu I, Artiklu 5, tgħid hekk: 

(1) L-ilsien Nazzjonali ta’ Malta huwa l-ilsien Malti.

(2) L-ilsien Malti u l-ilsien Ingliż u dawk l-ilsna l-oħra li jistgħu jiġu preskritti mill-Parlament (b’liġi mgħoddija b’mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra tad-Deputati) ikunu l-ilsna uffiċjali ta’ Malta u l-Amministrazzjoni tista’ għall-finijiet kollha uffiċjali tuża kull wieħed minn dawk l-ilsna: Iżda kull persuna tista’ tindirizza ruħha lejn l-Amministrazzjoni f’kull wieħed mill-ilsna uffiċjali u t-tweġiba tal-Amministrazzjoni għal hekk tkun b’dak l-ilsien.

(3) L-ilsien tal-Qrati jkun l-ilsien Malti:
Iżda l-Parlament jista’ jagħmel dak il-provvediment għall-użu tal-ilsien Ingliż f ’dawk il-każijiet u taħt dawk il-kundizzjonijiet li jista’ jippreskrivi.

(4) Il-Kamra tad-Deputati tista’, meta tirregola l-proċedura tagħha, tistabbilixxi l-ilsien jew l-ilsna li għandhom ikunu wżati fi proċeduri u annotazzjonijiet parlamentari.

Kapitlu VI, Artiklu 74 jgħid hekk:

Ħlief kif provdut xort’oħra mill-Parlament, kull liġi għandha ssir kemm bl-ilsien Malti kif ukoll bl-ilsien Ingliż u, jekk ikun hemm xi kunflitt bejn it-test Malti u t-test Ingliż ta’ xi liġi, it-test Malti għandu jiġi minn fuq.

Interessanti huwa l-għadd dejjem jikber ta' xogħlijiet letterarji Maltin ta' nies bħal Oliver Friggieri, li l-kotba tiegħu ta' proża u poeżija ġew maqluba għall-bosta ilsna oħra u għadd kbir ta' kittieba żgħażagħ. L-iktar tliet kittieba Maltin magħrufa fid-dinja huma Francis Ebejer (drammaturgu), Dun Karm Psaila (il-poeta nazzjonali) u Oliver Friggieri.

(Ara wkoll Lista tal-poeti tal-ilsien Malti)

Dizzjunarju Ingliż-Malti/Malti-Ingliż

Dizzjunarju Universali tal-Malti

Dizzjunarju Bażiku Malti




#Article 3: Malta (3213 words)


Malta, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika ta' Malta, hija repubblika konstituzzjonali żviluppata Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż jikkonsisti minn arċipelagu ta' seba' gżejjer li jinsabu fil-Baħar Mediterran, fl-Ewropa t'Isfel, 93 km mill-kosta ta' Sqallija (l-Italja), 288 km fil-Lvant tat-Tuneżija u 300 km fit-Tramuntana tal-Libja. Dawn il-gżejjer igawdu minn klima Mediterranja.

Matul l-istorja, il-pożizzjoni ta' Malta fil-Baħar Mediterran kellha sinjifikat strateġiku. Minħabba dan il-fattur, numru ta' qawwiet fosthom il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab, l-Isqallin, il-Kavallieri ta' San Ġwann u l-Ingliżi lkoll ħakmu lil Malta. Malta kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1964 u għaxar snin wara, fl-1974, saret Repubblika però xorta baqgħet membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. Attwalment hi membru tal-Unjoni Ewropea, wara s-sħubija fl-2004, u wkoll tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Lingwa Maltija hija l-unika lingwa Semitika li hija lingwa formali tal-Unjoni Ewropea. 

Malta hi magħrufa għas-siti ta' patrimonju tal-umanità, bl-aktar prominenti jkunu t-tempji megalitiċi li huma fost l-aktar siti qodma li għadhom weqfin fid-Dinja, kif ukoll il-Fortifikazzjonijiet tal-Ordni ta' San Ġwann u dawk Brittaniċi. Skont il-ktieb mill-Bibbja tal-Atti tal-Appostli, San Pawl innawfraga fuq din il-gżira. Komunità storika Lhudija għadha tinsab f'Malta minn żmien l-Imperu Ruman. 

Il-belt kapitali ta' Malta hi l-Belt Valletta. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż huma l-Malti u l-Ingiż, fejn dan tal-aħħar ħa post it-Taljan fl-1935. Malta għandha konnessjoni qawwija mal-Kattoliċiżmu Ruman, li tkompli tkun bħala r-reliġjon uffiċjali u l-aktar waħda prattikata f'Malta.

Id-definizzjoni tal-kelma 'Etimoloġija' tista' tiġi deskritta bħala l-istudju tal-oriġini preċiża tal-kliem Semantiku (tifsir) preżenti f'lingwa.

L-oriġini tat-terminu Malta hu inċert u l-varjazzjoni moderna hi derivata mil-lingwa Maltija. L-aktar etimoloġija komuni hi li ġejja mill-kelma Griega μέλι (meli) ('għasel'). Il-Griegi kienu jsejħu lill-gżira Μελίτη (Melite) li tfisser għasel jew għasel ħelu possibilment minħabba l-produzzjoni unika ta' għasel f'Malta; speċi endemika ta' naħal tgħix f'din il-gżira, fejn minħabba f'hekk li ngħatat il-laqam ta' l-art tal-għasel. Mhux biss li l-influwenza Griega fuq il-gżira kienet sas-sena 600 QK, imma aktar tard il-gżira waqgħet f'idejn l-Imperu Biżantin bejn is-sena 395 u s-sena 870, imperu li kien iħaddan l-istess ilsien Grieg. Etimoloġija oħra hi l-kelma Feniċa Maleth, l-isem tal-Feniċi għal dawn il-gżejjer, li tfisser marsa bħala referenza għall-plajjiet u l-qaliet ta' Malta.

Ghall-ħabta tas-sena 5200 Q.K, fuq gżiritna kienet tiddomina ċiviltà preistorika, li tiftaħar bl-eqdem strutturi kkostruwiti mill-bniedem Neolitiku. Il-Feniċi għamlu minn Malta kolonja qrib it-8 seklu QK u kienu propju huma li sejħu lill-gżira prinċipali Malat dan peress li Malat tfisser kenn sigur, mhux ta' b'xejn allura li Malta għandha ħafna portijiet tajbin. 

Għall-ħabta tas-sena 400 QK il-gżejjer waqgħu taħt il-kmand tal-Kartaġiniżi, li jistgħu jitqiesu bħala l-eredi tal-Feniċi; mhuwiex veru li l-kartaġinżi ġew Malta għall-ħabta tas-seklu sitta QK, jekk mhux ftit qabel; u fil-fatt kienu tal-istess razza etnika tal-Feniċi jew inkella tal-Kananej, kif kienu magħrufa. Wara l-Gwerer Puniċi, il-gżejjer spiċċaw f'idejn l-Imperu Ruman li għamlu lil Malta u lil Għawdex muniċipalitajiet, bl-obbligu li joħorġu l-flus għalihom. F'dan iż-żmien skont l-Atti tal-Appostli, San Pawl ġie Malta u beda t-tagħlim tal-Kristjaneżmu fis-sena 60 WK.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Is-snin ta' wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent kienet mqallba ħafna: Teżisti ftit xiehda konkreta tà x'ġara effettivament, għalkemm xi storjografi jemmnu li Malta setgħet spiċċat taħt il-Vandali, li wara tkeċċew mill-ġeneral Biżantin Beliżarju. Dawn tal-aħħar ġew megħluba minn forza Għarbija fis-sena 870. Il-ġens Għarbi rnexxielu jinfluwenza l-lingwa tal-poplu Malti u għalhekk l-Għarbi jista' jitqies bħala l-pedament tal-Malti minkejja l-influwenzi Ewropej li ġew wara dan iż-żmien, ilsien il-poplu baqà tà nisel Semitiku. L-Għarab xerrdu t-twemmin Iżlamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura, però t-tagħlim Nisrani tà San Pawl ma ntesiex.

Fl-1091, in-Normanni taħt il-Konti Ruġġieru, attribwew l-gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom u għalhekk minkejja li bosta Għarab kienu għadhom fuq il-gżejjer, nistgħu ngħidu li kull ma beda jmur Malta bdiet issir iktar Ewropea. Kien proprju f'dan iż-żmien li nbena l-ewwel Katidral fl-Imdina, għax dan kien waqa' b'terremot fl-1693 u għalhekk reġgħet twaqqfet ir-reliġjon Nisranija mill-ġdid.

F'dawn iż-żminijiet, Malta kienet tinbiegħ b'fewdu lil xi sinjuri mill-ħakkiema tal-gżejjer, sakemm fl-1474, wara ħafna intriċċi fil-familji rjali tal-Ewropa, il-gżejjer Maltin saru parti mill-Imperu Spanjol. F'dawn iż-żminijiet Malta kien ikollha ħafna ħbit mill-furbani Misilmin, li mhux l-ewwel darba li ħabtu sabiex jipprovaw jerġgħu jieħdu l-kmand tal-pajjiż.

Fl-1530, il-Gżejjer ingħataw lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann mill-Imperatur Karlu V. Dawn il-Kavallieri ta' demm nobbli kienu qed ifittxu art ġdida wara li kienu tilfu t-Tieni Assedju ta' Rodi fl-1522. F'dan l-Assedju, però, tant kienu wrew kuraġġ li tħallew jitilqu mill-gżira b'kull unur militari mill-mexxej tal-Ottomani.

Meta l-Kavallieri waslu f'Malta, sabu art niexfa, b'poplu mifrux sewwa sew madwar dawn il-gżejjer ċentrali u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: L-Imdina, bis-swar tagħha u l-Birgu bil-Castrum Maris illum il-Fortizza ta' Sant' Anġlu. Il-Kavallieri għażlu li joqogħdu fil-Birgu, peress li dan il-lokal kien fejn il-baħar u kellu port eċċezzjonali; żewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijjin għall-ħajja ta' kursara kattoliċi. Wara dan, l-Ordni bdiet issaħħaħ 'il-Birgu bi swar u kien ġie deċiz li kellhom jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-Fortizza ta' San Mikiel, kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-Fortizza ta' Sant' Iermu. 

Tkun illużjoni, iżda, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-Ordni Malta tbiddlet f'fortizza felħana: L-attakki tal-furbani Misilmin żdiedu u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal Għawdex u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għan li falla minħabba l-potenza tal-Ordni.

Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ l-Assedju l-Kbir, li beda fit-18 ta' Mejju tal-1565, fejn Malta spiċċat tiġġieled mas-saħħa kbira tal-Imperu Ottoman. Fit-8 ta' Settembru 1565, ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-Ottomani, wara iktar minn tlett xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, li wasslithom għat-telfa tagħhom, fJum il-Vitorja.

Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta u dawn baqgħu magħrufin bħala il-Kavallieri ta' Malta; Wara din il-vittorja huma bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew ukoll il-belt kapitali Valletta u elevaw il-livell ta' għajxien tal-poplu inġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta Napuljun akkwista il-gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew Imblokk, grazzi għall-għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-gżejjer bħala protettorat fl-1800 u ħatru lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerer Napoljoniċi.

Dan it-tir ma tantx dam: Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta ufficjalment saret parti mill-Imperu Brittaniku u bdiet tigi uzata bħala stazzjon, bażi navali kif ukoll bħala s-sede uffiċċjali tal-Flotta Navali Mediterranja Ingliża, sakemm din ittieħdet f'Lixandra fl-Eġittu minhabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.

Malta kellha rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet imminenti tar-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-Tieni Assedju tagħha meta giet iddefinita bħala wahda mill-iktar postijiet ibbumbardjati fid-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani.

Wara t-tieni Gwerra dinjija, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'Commonwealth', u saret Repubblika fl-1974. F' referendum f' April 2003, il-votanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 tà Mejju, 2004.

Uħud minn dawn il-festi huma marbuta ma' diversi tradizzjonijiet, fosthom ir-regatta fil-Port il-Kbir nhar Jum il-Ħelsien u Jum il-Vitorja. Minn barra dawn il-ħames festi, hemm ukoll għadd ta' festi pubbliċi marbuta mar-reliġjon u t-tradizzjonijiet li ssawru magħhom. Fosthom insibu l-Imnarja (29 ta' Ġunju), Santa Marija (15 t'Awissu), il-miġja ta' San Pawl f'Malta (10 ta' Frar) u l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni (8 ta' Diċembru).

Malta hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-prim ministru - li jaħtar lill-president - li r-rwol tiegħu huwa l-aktar ċerimonjali. Il-pajjiż huwa maqsum f’5 reġjuni. Kull wieħed għandu l-kumitat reġjonali tiegħu, li jservi bħala intermedjarju bejn il-gvern lokali u nazzjonali.

Malta hi Repubblika, li s-sistema parlamentari u l-amministrazzjoni pubblika hi mmudellata fuq is-sistema Westminster. Mill-1960 sal-1995, skont l-istatistika li nġabret fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata fid-dinja ta' nies li kienu eleġibbli li jivvutaw u li ħarġu jivvutaw (u l-ogħla waħda minn nazzjonijiet mingħajr votazzjoni obbligatorja). Il-Kamra tad-Deputati tiġi eletta kull ħames snin u hi magħmula minn ħamsa u sittin membru parlamentari. Madanakollu, meta partit jikseb il-maġġoranza tal-voti imma mhux tas-siġġijiet, il-partit jingħata aktar siġġijiet biex jiġi assigurat maġġoranza parlamentari. Il-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li l-President għandu jaħtar bħala Prim Ministru dak il-membru tal-Kamra li hu l-aktar kapaċi li jmexxi l-maġġoranza fil-Kabinett. L-istess President normalment jaħtar, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, il-ministri li għandhom imexxu kull dipartiment tal-gvern. Kandidati għal xi postijiet vakanti jiġu determinati bil-maġġoranza tal-voti li jkunu ġabu fl-elezzjoni preċedenti.

Il-President tar-Repubblika jiġi elett kull ħames snin mill-Kamra tad-Deputati. Il-president bħala l-kap tal-istat huwa meqjus bħala l-figura simbolika tar-Repubblika ta' Malta. Il-partiti politiċi prinċipali huma l-Partit Nazzjonalista, li hu partit Demokratiku Kristjan, u l-Partit Laburista, li hu partit Soċjal-Demokratiku. Il-Partit Laburista jinsab attwalment fil-gvern, bil-Prim Ministru jkun Robert Abela. Il-PN jinsab fl-oppożizzjoni. Apparti dawn iż-żewġ partiti wieħed jistà jsib il-partiti msejħa żgħar minħabba n-nuqqas tà sapport li dawn għandhom mill-pubbliku, attwalment dawn il-partiti m'għandhomx rappreżentazzjoni parlamentari ħlief il-Partit Demokratiku li tela' fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, u għandu żewġ siġġijiet.

Sat-Tieni Gwerra Dinjija, il-politika Maltija kienet iddominata bil-Kwistjoni tal-Lingwa li kienet immexxiha mill-partiti pro-Taljani u pro-Ingliżi, li aktar tard iffurmaw fil-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista rispettivament. Il-politika wara l-gwerra dawret ħaristha fuq kwistjonijiet kostituzzjonali fuq ir-relazzjonijiet mal-Ingilterrra (l-ewwel bl-Integrazzjoni u wara l-Indipendenza), u eventwalment, ir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.

Mill-1993 Malta ġiet maqsuma fi 68 kunsill lokali, b'kull kunsill ikun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-belt jew raħal tiegħu. Ir-responsabbiltà amministrattiva hi distribwita bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali. M'hemm l-ebda livell intermedjarju bejn il-gvern lokali u dak nazzjonali, u l-livelli tas-sitt distretti (ħamsa fuq il-gżira ta' Malta) u tat-tliet reġjuni (tnejn fuq il-gżira ta' Malta) iservu primarjament għall-bażi ta' statistika. L-Att tal-Kunsilli Lokali, 1993 (Att XV tal-1993) ġie ppublikat fit-30 ta' Ġunju, 1993, fejn qasam lill-gżejjer Maltin f'54 kunsill lokali f'Malta u 14 f'Għawdex. L-abitanti li huma eleġibbli għall-votazzjoni jeleġġu l-Kunsill kull tliet snin. Is-sindku hu l-kap tal-Kunsill Lokali u r-rappreżentant tal-Kunsill b'kull effett taħt l-Att. Is-Segretarju Eżekuttiv, li jiġi appuntat mill-Kunsill, hu l-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill. Il-kunsilliera l-oħra eletti mill-elezzjoni tal-kunsill jieħdu d-deċiżjonijiet flimkien mas-sindku. Il-kunsilli lokali huma responsabbli għall-ħarsien u tisbieħ tal-lokalità, allokazzjoni tal-gwardjani lokali u ġbir ta' skart; huma wkoll jesegwixxu doveri amministrattivi għall-gvern ċentrali bħal ġbir ta' fondi u kirjiet tal-gvern u jirrispondi għall-ilmenti tal-pubbliku.

Il-gżejjer Maltin huma arċipelagu li jinsabu sewwa sew f'nofs il-Baħar Mediterran (fil-baċir tal-Lvant), madwar 93 km fin-Nofsinhar tal-gżira Taljana ta' Sqallija. It-tliet l-ikbar gżejjer, dik ta' Malta, Għawdex u Kemmuna huma l-uniċi li huma abitati. Il-gżejjer iż-żgħar, bħal Filfla, Kemmunett u l-Gżejjer ta' San Pawl huma inabitati. Numru ta' bajjiet iżewqu l-kosti tal-gżejjer li jipprovdu wkoll portijiet tajbin. Il-gżejjer tal-arċipelagu ġew iffurmati mill-ogħla uċuħ tal-pont li kien hemm bejn Sqallija u l-Afrika ta' Fuq u li dawn saru iżolati meta l-livell tal-ilma tela' wara l-aħħar Era tas-Silġ. L-arċipelagu jinsab f'tarf il-platt tettoniku Afrikan, bil-konfini tiegħu jmissu mal-platt Ewroażjatiku.

Il-pajsaġġ tal-lum il-ġurnata huwa kkaraterizzat minn għoljiet baxxi b'għelieqi mtarrġin. L-ogħla punt hu Ta' Dmejrek fil-gżira amministerjali ta' Malta,li jinsab 253 metru 'l fuq, qrib Ħad-Dingli. Minkejja li meta jkun hemm preċipitazzjoni għolja jinħolqu xi xmajjar żgħar, f'Malta m'hemm l-ebda xmara jew lag permanenti. Madanakollu, xi passaġġi tal-ilma jinstabu madwar il-gżira li jkollhom ilma frisk kull sena. Postijiet bħal dawn huma l-Baħrija, l-Imtaħleb u San Martin, waqt li f'Għawdex nistghu nsibu l-Wied tal-Lunzjata.

In-Nofsinhar ta' Malta mhuwiex il-punt l-iktar estrem fin-Nofsinhar tal-Ewropa, fejn hi l-gżira Griega ta' Gavdos li għandha din id-distinzjoni. Fitoġeografikament, Malta tappartjeni għall-provinċja Ligura-Tirrenika tar-Reġjun Meditteranju fi ħdan ir-Renju Boreali.

Fil-21 ta' Diċembru 2007, Malta implimentat it-Trattat ta' Schengen. Kontrolli mal-konfini baqgħu jsiru fl-ajruporti sa Marzu tal-2008.

Il-gżejjer prinċipali,abitati min-nies tal-pajjiż huma: Malta, Kemmuna u Għawdex. Gżejjer oħra li jiffurmaw parti mill-arċipelagu jinkludu lil Kemmunett (inabitata), Filfla (riserva naturali, inabitata), il-Ġebla tal-Ġeneral (inabitata), il-Gżira Manwel (li hi magħquda mar-raħal tal-Gżira permezz ta' pont), u l-Gżejjer ta' San Pawl (inabitati). Iċ-ċentru tal-gvern, il-kummerċ u ċ-ċentru primarju għall-kultura hi l-belt kapitali ta' Valletta li tinsab fuq il-kosta tal-Lvant ta' Malta.

Il-gżejjer Maltin huma dawn is-segwenti:

Il-klima hi waħda Mediterranja, bi xtiewi moderati u umdużi, u sjuf sħan u xotti. M'hemm l-ebda staġun sħun fejn il-pjanti jorqdu, minkejja li l-iżvilupp tal-pjanti jista' jiġi osservat xi ftit f'xitwa b'kesħa li ma tkunx normali, u s-sħana u l-aridità tas-sajf jistgħu jikkawżaw biex il-veġetazzjoni jsiru dgħajfa. Huma f'żewġ staġuni partikulari li fihom it-turisti jiġu attratti lejn dawn il-gżejjer, speċjalment matul ix-xhur umdi. Madanakollu, irjieħ qawwija jistgħu jdawwru ż-żmien tar-rebbiegħa għal wieħed kiesaħ.

Il-provista tal-ilma toffri sfida għal Malta, hekk kif fiż-żmien sħun tas-sajf il-preċipitazzjoni tkun waħda minima waqt li dan ikun ukoll iż-żmien fejn l-ilma jkun l-aktar użat. Din il-problema tinħass ukoll matul ix-xitwa minħabba li x-xita qawwija li tagħmel, ħafna drabi din tkompli nieżla fil-baħar minflok tippenetra qalb l-art. Malta tiddependi fir-riservi ta' taħt l-art tal-ilma frisk, li jinġieb minn sistema ta' mini tal-ilma msejjħin bħala l-galleriji Ta' Kandja, b'fond ta' madwar 97 metru. Aktar minn nofs l-ilma potabbli ta' Malta huwa prodott permezz tad-desalinazzjoni, li twassal għal aktar użu ta' kombustibbli fossili u tniġġis.

L-inqas temperatura qatt irreġistrata kienet fid-19 ta' Frar, 1895, ġewwa l-Belt Valletta, meta t-temperatura niżelet għal 1.2 °C, waqt li l-ogħla waħda laħqet it-43.8 °C f'Awwissu tal-1999 fl-Ajruport Internazzjonali ta' Ħal Luqa. L-inqas temperatura inuffiċjali hi dik ta' 1.7 °C taħt iż-żero, li seħħet fl-1 ta' Frar, 1962, fil-kamp tal-avjazzjoni ta' Ta' Qali b'evidenza ta' silġ mal-art.

Kienu ftit l-okkażżjonijiet fejn ġie reġistrat xi xita ta' borra b'dawn ikunu fi Frar tal-1895, f'Jannar tal-1905 u fil-31 ta' Jannar, 1962. Fl-aħħar ġurnata tal-1962 xi silġ għatta xi partijiet tal-gżira, bil-lejl segwenti tiġi reġistrata l-unika ġlata fl-istorja ta' Malta li seħħet f'Ta' Qali. Il-bidla fil-klima wasslet biex id-differenza li hemm bejn l-ogħla u l-inqas temperaturi tiżdied, li ħafna drabi jwasslu għal staġuni b'temp instabbli. Dawn l-aħħar snin kienu reġistrati wkoll każi aktar frekwenti ta' borra u silġ li laqqtu lill-gżejjer.

L-uniku riżors naturali ta' Malta hija l-ġebla; Però f'Malta teżisti popolazzjoni produttiva ħafna li rnexxielha togħli l-istandard tal-għajxien tal-Maltin grazzi għal ħafna sforzi li jixhdu kemm il-Maltin huma kapaċi. Malta tipproduċi biss daqs 20% tal-ikel li għandha bżonn, waqt li r-riżorsi tal-ilma naturali huma ferm limitati; Għalhekk dawn huma mejgħuna minn sorsi ta' ilma magħmulin mill-bniedem, fejn l-ilma tal-baħar jiġi desalinizzat biex jiġi tajjeb għax xorb. F' Malta m' hemm l-ebda sors t'enerġija domestika. 

L-ekonomija tiddependi ħafna fuq il-kummerċ u l-investiment barrani bl-użu tal-gżejjer bħala port, manifattura (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox it-turiżmu.

Riċentement, ġew privatiżżati xi korporazzjonijiet li kienu kkontrollati mill-istat, u ġew ukoll illiberaliżżati s-swieq, bit-tneħħija ta' ħafna taxxi li kienu jipproteġġu l-manifatturat Malti. Dan seħħ biex Malta tkun ippreparata għal sħubija sħiħa mal-Unjoni Ewropea, li seħħet fl-1 ta' Mejju, 2004. 

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Malta fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (21.0%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (16.8%) u l-arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni; attivitajiet ta' servizzi oħrajn; attivitajiet domestiċi u ta’ organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali (15.0%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 57% tal-esportazzjonijiet ta’ Malta (il-Ġermanja 16%, l-Italja 12% u Franza 11%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru kemm f’Singapor kif ukoll fil-Ġappun.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 72% jiġu minn Stati Membri tal-UE (l-Italja 25% u l-Ġermanja 8%), filwaqt li barra mill-UE 4% jiġu miċ-Ċina u 3% mill-Indja.

Qabel l-1800, Malta kellha vera ftit industriji, apparti dik tal-qoton, it-tabakk, u tat-tarnzi.  It-tarzna kienet iżjed tard użata mil-inglizi għal skopijiet militari.  Fi żmien tal-gwerer, l-ekonomija ta' Malta marret tajjeb, minħabba il-pożizzjoni strateġika ta' dawn il-gżejjer.

Waqt il-Gwerrer Napoleoniċi (1800-1815), l-ekonomija ta' Malta' marret tajjeb, u saret iċ-ċentru ta' bejgħ u xiri.  Fl-1808 żewġ terzi tat-tgħabbija konsenjata minn Malta marret Lvant u l-Eġittu.  Iktar tard, nofs it-tgħabija kienet ġeneralment destinanta għal Triest.  It-tgħabbija kienet tikkonsisti minn prodotti manufatturati l-Ingilterra jew fil-Kolonji.  L-Ekonomija ta' Malta gawdiet minn dan in-negozju u ħafna nies tas-sengħa bħan-nissieġa sabu xogħol fil-portijiet.

Fl-1820, waqt il-Battalja ta' Navarino, li kienet fil-Greċja, l-Armata Ingliża kien ibbażata f'Malta. Fl-1839, il-kumpaniji ġiganteski Pacific and Orient (P  O) u l-East India Company kienu jużaw il-port Malti waqt il-vjaġġi lejn l-Eġittu u l-Lvant.

Fl-1869, Malta gawdiet mill-ftuħ tal-Kanal tas-Suez u kien hemm żieda massiva fil-vapuri li kienu jidħlu Malta.  L-ekonomija Maltija kienet daħlet f'fażi speċjali. Il-Mediterran ġie deskritt bħala Highway tan-Negozju tad-dinja, u numbru ta' vapuri kienu jidħlu Malta għal faħam u munizjon ieħor qabel ikomplu bil-vjaġġi tagħhom lejn l-Oċean Indjan u l-Orjent.

Bejn l-1871 u l-1881 8,000 ħaddiema sabu xogħol fit-tarzni u numru ta' banek fetħu f'Malta. Sal-1882 Malta kienet laħqet il-quċċata, f'dak li jirrigwarda il-qasam ekonomiku. 

Però l-ekonomija Malti ma tantx damet fil-quċċata. Ftit qabel it-tmiem ta' seklu 19 l-ekonomija bdiet tmur għall-għar u fl-erbgħinijiet kienet fi kriżi serja.  Din kienet primarjament minħabba l-invenzjoni tal-vapuri kbar li kienu jaħdmu biż-żejt, allura ma kellhomx għalfejn jidhlu fil-port il-kbir biex jerġghu jimlew il-fjuwil. Il-gvern ingliż kellu jestendi t-tarzna.

Sa minn tmiem it-tieni gwerra dinjija, l-importanza tal-pożizzjoni strateġika ta' Malta kien laħaq livell verament baxx. It-teknoloġija tal-ajruplani tal-gwerra, u l-invenzjoni tal-bomba atomika, biddlu l-importanza ta' din il-bażi militari.  L-Inglizi tilfu l-kontroll tal-Kanal tas-Suez, u ma baqgħux fit-tarzna navali, minflok saret tarzna kummerciali għal bini u t-tiswija tal-vapuri.

B'madwar 1,250 abitant għal kull kilometru kwadru, Malta tista' titqies bħala wieħed mill-iktar pajjiżi b'densità tal-popolazzjoni fid-dinja.  Parti kbira mill-popolazzjoni hija ta' dixxendenza Taljana, (partikolarment Sqallija), Franċiża, Spanjola u Brittanika.

Il-Kattoliċiżmu Ruman huwa ddikjarat it-twemmin uffiċjali tal-gżejjer Maltin.  Huwa stmat li madwar 90% tal-popolazzjoni huma Kattoliċi għalkemm madwar 60% biss huma prattikanti.  Malta għandha żewġ lingwi uffiċjali: il-Malti u l- Ingliż, għalkemm it-Taljan huwa wkoll mifhum sewwa u hu mitkellem minn ħafna, l-aktar minħabba l-influwenza tal-media Taljana u r-rabtiet storiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fil-passat.

Hemm 6 membri fil-Parlament Ewropew minn Malta. 

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern ta' Malta, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-Presidenzi Maltin:
Jan-Ġun 2017

Il-Kummissarju nominat minn Malta għall-Kummissjoni Ewropea hi Helena Dalli, li hi responsabbli għall-Ugwaljanza.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Malta għandha 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Malta għandha 1 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Malta tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Malta, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Malta jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 4: Etna (182 words)


L-Etna huwa vulkan fi Sqallija għoli 3,604 metru, li żbroffa bil-qawwi kemm-il darba b'periklu għall-eqreb belt kbira Katanja. Dan il-vulkan jista' jidher minn Malta. Huwa wiehed mill-aktar vulkani attivi tad-dinja.

L-ewwel żbroff irreġistrat tal-Etna seħħ fis-seklu 18 qK, għalkemm studji ġeoloġiċi juru li l-vulkan kien attiv sa minn qabel dak il-perjodu. Minn dak iż-żmien 'il hawn, nafu li żbroffa 90 darba u l-iktar waħda devastanti kienet dik tal-1169. Dan l-iżbroff qered il-belt ta' Katanja u ħa miegħu 15,000 ruħ, waqt li f'ieħor li seħħ fl-1669 mietu mal-20,000. 

Aktar reċenti, fis-sena 1928 żewġt irħula ntradmu kważi għal kollox minn xmara ta' lava, u fl-1947 frott l-attività vulkanika ffurmaw żewġ krateri ġodda. L-Etna żbroffa wkoll fl-1971, l-1981, l-1983, u fl-1992, meta l-lava ġiet ikkontrollata permezz ta' splussiv immonitorjat. Fl-2001 seħħ numru ta' ċaqliq, li laħaq il-qofol tiegħu f'Lulju u fl-ewwel nofs ta' Awwissu meta xmajjar ħomor nar gelglu lejn il-belt ta' Nicolosi. B'dawn l-eruzzjonijiet infetħu sitt xpakkaturi li alteraw l-għamla ta' dan il-kon ġebli. L-aħħar żbroff reġistrat kien dak ta' April 2013, li wasal sabiex partijiet fin-Nofsinhar ta' Malta ġew affettwati bi trab iswed.




#Article 5: Vesuvju (215 words)


Il-Vesuvju huwa stratovulkan fil-Lvant tal-belt ta' Napli, fl-Italja. Huwa hu l-uniku vulkan fuq il-kontinent Ewropew li sbroffa f'dawn l-aħħar mitt sena, minkejja li attwalment mhuwiex jisbroffa. Iż-żewġ vulkani l-oħra fl-Italja (l-Etna u Stromboli) jinsabu fuq gżejjer ta' Sqallija. Il-Vessuvju huwa famuż għal l-isbruffar fis-sena 79 WK li qered il-bliet Rumani ta' Pompej u Ercolano.

Il-Vesuvju għandu tradizzjoni storika u letterarja twila. Kien meqjus bħala divinità tat-tip Genius fiż-żmien tal-iżbroff ta 'AD 79: tidher taħt l-isem miktub Vesuvius bħala serp fl-affreski dekorattivi ta' ħafna lararia, jew santwarji tad-dar, li jibqgħu ħajjin minn Pompej. Iskrizzjoni minn Capua [6] għal IOVI VESVVIO tindika li kien meqjum bħala poter ta 'Ġove; jiġifieri, Vesuvju Ġupiter. [7]

Ir-Rumani kkunsidraw il-Muntanja Vesuvju bħala devota għal Erkule.  L-istoriku Diodorus Siculus għandu x’jaqsam ma ’tradizzjoni li Erkule, fit-twettiq tal-hidma tiegħu, għadda mill-pajjiż ta’ Cumae fil-viċin fi triqtu lejn Sqallija u sab hemm post imsejjaħ il-Pjanura Phlegraeana (Φλεγραῖον πεδίον, pjanura tan-nar) , minn għoljiet li fil-passat irremettu n-nar ... issa jissejjaħ Vesuvju. [9] Kien abitat minn banditi, ulied id-Dinja, li kienu ġganti. Bl-għajnuna tal-allat hu pacifija-reġjun u kompla. Il-fatti wara t-tradizzjoni, jekk hemm, għadhom mhux magħrufa, bħalma jagħmel ukoll jekk Herculaneum ġie msemmi wara. Epigramma mill-poeta Martial fl-88 WK tissuġġerixxi li kemm Venere, il-patruna ta 'Pompej, kif ukoll Hercules kienu jaduraw fir-reġjun meqrud mill-iżbroff tal-79.




#Article 6: Valletta (1343 words)


Il-Belt Valletta, magħrufa min-nies tal-gżejjer Maltin bħala l-Belt hi l-belt kapitali ta' Malta. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 5,719-il ruħ (sal-2012). Qiegħda fil-parti tal-Lvant ċentrali tal-gżira ta' Malta.

Il-Belt Valletta għandha karattru Barokk. Però fiha xi elementi ta' Manneriżmu, Neoklassiku u xi partijiet għandhom xejra ta' arkitettura moderna. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija; minkejja l-gwerra ħalliet ferita kbira fil-belt, hi ma tilfitx il-karattru Barokk. Fl-1980 il-Belt Valletta ġiet imsemmija mill-UNESCO bħala Sit ta’ Wirt Dinji.

L-isem uffiċjali li l-Ordni ta' San Ġwann ta lill-belt kien Humilissima Civitas Valletta — 'Il-Belt l-Aktar Umli ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufa bħala Superbissima — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa. Fost il-Maltin, il-Belt Valletta hi sempliċiment magħrufa bħala Il-Belt.

Alfred Zammit huwa s-sindku tal-Belt Valletta u ilu jmexxi l-Kunsill Lokali tal-Belt mill-2019. Zammit huwa l-ewwel sindku tal-Belt li ġie elett mill-Partit Laburista (PL), li hu partit affiljat mas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej (SD), li għandu l-maġġoranza fil-Kunsill Lokali. Bejn l-2008 u 2018, is-sindku kien Alexei Dingli li ġie elett f'isem il-Partit Nazzjonalista (PN), li hu partit affiljat mal-Partit Popolari Ewropew. 

L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann, Jean Parisot de la Valette. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565, biex b'hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f'Malta. Dan effettivament assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien Francesco Laparelli li ntbagħat mill-Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, Ġlormu Cassar li pproġetta wkoll il-Kon-Katidral ta' San Ġwann u parti mill-fortifikazzjonijiet.

Fit-28 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-Knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda Collacchio, li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn Putirjal u tispiċċa fil-Forti Sant'Iermu fuq in-naħa l-oħra.

Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-21 ta' Awwissu 1568. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri.

Wara l-Kavallieri u perjodu qasir taħt il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi wasslet biex għal darb'oħra jiffjorixxi l-bini. Ħafna bini ġie demolit u nbena għal darb'oħra. Id-djar ġew imkabbrin u twettqu proġetti ċiviċi; madanakollu, il-belt kollha u l-infrastruttura tagħha sofrew ħafna ħsara kawża tal-bombi li ntefgħu matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn fosthom iġġarraf it-Teatru Rjal li nbena fid-daħla tal-belt fis-seklu 19.

Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta' ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta' uffiċini u ħwienet li hemm. F'din il-belt, tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-Prim Ministru kif ukoll il-Palazz tal-Gran Mastru, fejn jiltaqa' l-Parlament.

Il-peniżola ta' Valletta mdawra minn żewġ portijiet naturali; il-Port ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir. Dan tal-aħħar hu l-iktar port importanti ta' Malta, bil-baċiri fil-Marsa li jservu biex tinħatt il-merkanzija. F'dawn l-aħħar snin inbena terminal għall-kruċieri fl-istess Port il-Kbir.

Il-belt għandha diversi binjiet ta' importanza storika. Fosthom insibu l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta' Malta, li jħaddan fih l-ikbar xogħol waħdieni ta' Michelangelo Merisi da Caravaggio, l-uniku xogħol iffirmat tiegħu, kif ukoll kollezzjoni imprezzabli ta' arazzi tas-seklu sbatax tul Triq ir-Repubblika; il-Berġa ta' Kastilja u León, li qabel kienet isservi bħala d-dar tal-Kavallieri ta' Malta li kienu provenjenti mill-komunità awtonoma ta' Kastilja u León, fejn illum insibu l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta; il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta, waqt li llum jospita l-Parlament Malti u l-uffiċini tal-President ta' Malta (faċċata tal-Pjazza tal-Palazz tul Triq ir-Repubblika); il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, palazz fuq stil Rokokò li jmur lura għas-snin 1570, li serva bħala residenza uffiċjali tal-Kmandant tal-Flotta Mediterranja matul l-era Brittanika, mill-1789 'il quddiem (fi Triq in-Nofsinhar); il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, magħruf qabel bħala l-Berġa ta' Provenza (fi Triq ir-Repubblika); it-Teatru Manoel, li kien inbena f'għaxar xhur biss fl-1731, b'ordni mill-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, u wieħed mill-eqdem teatri fl-Ewropa; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, magħruf qabel bħala s-Sacra Infermeria, mibni fl-1574, fejn kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' Malta; u l-istess fortifikazzjonijiet, mibnija mill-Kavallieri bħala serje ta' bastjuni u ravellini, b'għoli ta' madwar 100 metru, iddiżinjati biex jiddefendu lill-belt mill-attakki.

Tul parti mill-ħitan tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta hemm żona b’akkomodazzjonijiet soċjali, fejn jgħixu n-nies li ma jistgħux jifilħu jħallsu għal residenza tagħhom. Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni riedu qala magħmula mill-bnedmin biex tospita lill-qawwa navali, madanakollu din ma tkomplietx, u b'hekk din ż-żona saret magħrufa bħala Il-Mandraġġ. Din iż-żona ġiet f'idejn in-nies mingħajr saqaf fuq rashom, u dan irriżulta f'diversi bini b'passaġġi mudlama u b'kundizzjonijiet sanitarji ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie demolit parzjalment fis-snin ħamsin biex tinbena żona għad-djar fil-Belt Valletta. Din il-parti xorta baqgħet mhux rispettabli, minkejja li hi aħjar milli kif kienet qabel.

Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul is-snin, u illum il-ġurnata l-kwota naqset għal madwar terz mill-perjodu bl-akbar popolazzjoni. Dan il-proċess aċċelera aktar wara t-Tieni Gwerra Dinjija hekk kif żvilupp ġdid fis-subborgi ra lill-popolazzjoni timxi 'l barra mill-belt kapitali, però l-Belt xorta baqgħet u għadha ċ-ċentru amministrattiv u kummerċjali ta' Malta.

Fl-1980, prattikament il-Belt Valletta kollha, bil-fortifikazzjonijiet u l-monumenti kollha tagħha, ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO. Il-belt kapitali ta’ Malta għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, għalkemm il-Gżejjer Maltin diġà kienu ġew maħkuma qabel mill-Feniċi, mill-Griegi, mill-Kartaġiniżi, mir-Rumani, mill-Biżantini u mill-Għarab. Il-Belt Valletta għandha 320 monument, kollha fi spazju ta’ 55 ettaru, u b’hekk hija waħda mill-iktar żoni storiċi b’konċentrazzjoni ta’ monumenti fid-dinja.

Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji minħabba l-valur universali straordinarju tagħha abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO minn għaxra (fi kliem ieħor, abbażi ta’ terz tal-kriterji kulturali). Dawn il-kriterji huma l-kriterju (i), jiġifieri “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, u l-kriterju (vi), jiġifieri “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”.

Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (i) peress li hija prevalentement kreazzjoni idealistika tal-aħħar tar-Rinaxximent bi pjanta urbana uniformi, ispirata mill-prinċipji Neoplatoniċi, bi swar u b’fortifikazzjonijiet mad-dawra kollha tad-daħliet naturali tagħha, u b’diversi monumenti f’postijiet strateġiċi. Min-naħa l-oħra, il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (vi) minħabba r-rabta tagħha mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, li bnewha fl-1566 u li ħadu ħsiebha u sebbħuha għal kważi żewġ sekli u nofs. B’hekk, il-Belt Valletta hija assoċjata mal-istorja ta’ waħda mill-ikbar forzi militari u morali tal-Ewropa moderna.

Il-belt hija mibnija fuq peniżola dejqa mdawra bl-ilma. B’hekk, il-perimetru tal-belt baqa’ prattikament l-istess mit-tluq tal-Kavallieri ’l hawn, bi ftit żviluppi moderni f’dawn l-aħħar snin. Id-daqs tagħha u l-integrità tal-bini u tal-monumenti tagħha kienu biżżejjed biex l-UNESCO tagħraf li għandha valur universali straordinarju. Minkejja xi proġetti tal-kostruzzjoni fis-seklu 19 u l-ħsarat li ġarrbet il-Belt Valletta fit-Tieni Gwerra Dinjija, proporzjon kbir tal-bini u tal-monumenti oriġinali, kif ukoll in-nisġa urban tal-madwar, ġew ippreservati sa żminijietna jew ġew irrestawrati bir-reqqa. L-iżvilupp tal-bini u l-materjali li ntużaw matul is-snin ma biddilx wisq mill-pajsaġġ urban tal-belt, speċjalment meta wieħed joqrob lejha mill-baħar. Madankollu, il-valur universali straordinarju tagħha jiddependi wkoll fuq dan l-element tal-pajsaġġ urban, għalhekk il-proċess biex jinstab bilanċ tajjeb bejn dan l-element u l-ħtiġijiet ta’ belt ħajja, huwa proċess kontinwu. L-UNESCO kemm-il darba tintervjeni biex twissi lill-awtoritajiet li jieħdu ħsieb il-ġestjoni ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, meta tħoss li xi proġett jista’ jipperikola xi waħda mill-kriterji tal-għażla tagħha. Fl-2015, l-NGO lokali Din l-Art Ħelwa ħasset il-ħtieġa li twassal it-tħassib tagħha lill-awtoritajiet Maltin li jekk il-pjanijiet ta’ lukanda ta’ 40 sular f’Tigné jitwettqu, dan jaf iwassal biex il-Belt Valletta saħansitra titlef l-istatus ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, minħabba li l-proġett ikerrah il-pajsaġġ urban li baqa’ ftit li xejn mittiefes minn żmien il-Kavallieri ’l hawn.

Koordinati: 




#Article 7: Rabat (Għawdex) (347 words)


Ir-Rabat jew Città Vittoria hija l-belt kapitali tal-gżira t'Għawdex, gżira tal-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,414 (Novembru 2005), u b'din il-popolazzjoni din il-lokalità hi l-ikbar waħda f'Għawdex.

Din il-belt hi msejjħa ukoll bl-isem Victoria li ġie mogħti fl-1887 mill-gvern Brittaniku fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Vittorja, minn rikjesta tal-Arċisqof ta' Malta, Mons. Pietru Pace. Madanakollu, din il-belt hi xorta magħrufha fost l-Għawdxin bl-isem antik tar-Rabat.

Il-Belt Victoria hi l-akbar lokalità f'Għawdex, u taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-sede tal-kunsill hi l-Banca Giuratale, bini mibni matul il-ħakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann. L-ewwel elezzjoni għall-kunsill saret fis-16 ta' April, 1994. Il-kunsill preżenti ġie elett fl-elezzjonijiet ta' Marzu 2013 u hu ffurmat minn:

Fil-Belt Victoria insibu plejgrawnd għar-residenti, kif ukoll ġnien, fost oħrajn. F'din il-belt insibu faċilitajiet sportivi, hekk kif il-belt Victoria għandha fi ħdanha l-akbar numru ta' klabbs sportivi f'Għawdex. Dawn huma:

Dawn kollha jitħarrġu fil-grawnds rispettivi tagħhom.

Il-belt Victoria, bħala l-belt kapitali ta' Għawdex, fiha l-akbar numru ta' binjiet governattivi u amministrattivi ta' Għawdex, fosthom:

F'din il-belt jiġu ċċelebrati żewġ festi prinċipali, dik ta' San Ġorġ, li l-festa liturġika tiegħu taħbat nhar it-23 ta' April, iżda tkun iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju, kif ukoll dik ta' Santa Marija nhar il-15 ta' Awwissu. Dik ta' San Ġorġ toħroġ mill-Bażilika iddedikata lill-istess qaddis, filwaqt li dik ta' Santa Marija toħroġ mill-Katidral ta' Għawdex. Il-festi esterni huma organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u Leone rispettivament.

Iż-żewġ baned prinċipali huma l-Banda La Stella u l-Banda Leone, li jieħdu ħsieb il-Festi ta' San Ġorġ u Santa Marija rispettivament. Iż-żewġ baned għandhom is-sede tagħhom fiż-żewġ teatri ewlenin tal-Gżira: it-Teatru Astra tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u t-Teatru Aurora tas-Socjetà Filarmonika Leone. 

Dawn iż-żewġ baned jorganizzaw ukoll kunċerti varji matul is-sena, kif ukoll, fiż-żewġ teatri jittellgħu l-opri, li ta' kull sena jattiraw mijiet ta' Maltin.

Il-Villa Rundle hu l-ġnien prinċipali tal-belt, kif ukoll tal-gżira. Dan il-ġnien iservi għal attivitajiet reġjonali, fosthom il-wirja tradizzjonali tal-bhejjem li tittella' kull sena għall-festa ta' Santa Marija. Ġo dan il-ġnien wieħed isib bosta monumenti u bustijiet ta' personalitajiet li taw sehem fl-iżvilupp tal-Belt Victoria, u ta' Għawdex. 




#Article 8: Italja (1178 words)


L-Italja, uffiċjalment magħrufa bħala r-repubblika Taljana huwa pajjiż li jinsab fin-nofsinhar tal-Ewropa. Il-fruntiera tal-Italja tmiss ma' fruntieri ta' pajjiżi Ewropej oħra, ngħidu aħna bħal: Franza, l-Iżvizzera, l-Awstrija, u s-Slovenja tul l-alpi li jservu ta' fruntiera naturali. In-nofsinhar ta' dan il-pajjiż huwa ġej fil-forma ta' peniżola, dan għax din il-parti hija mdawra mill-baħar mediterran. F'din il-parti tal-Italja wieħed jista' faċilment jilloka l-gżira maġġuri ta' Sqallija, il-gżira ta' Sardinja u l-izgħar stati indipendenti li huma fi ħdan ir-reġjun Taljan, dawn huma, San Marino u l-belt tal-Vatikan. It-territorju Taljan ikopri xi 301,338 kilometru kwadru u huwa influwenzat direttament minn klima moderata u staġjonali. B'60.8 miljun abitant, l-Italja huwa l-ħames l-iktar pajjiż ippopolat fl-Ewropa u jġorr it-titlu tat-23 l-iktar pajjiż b'densità għolja fid-dinja. Ruma hija l-ikbar u l-belt kapitali tal-Italja.

Qabel 1861, l-Italja ma kinitx stat unit. Iż-żona kienet magħmula minn grupp ta' stati indipendenti, li kienu kkmandati minn pajjiżi oħra (bħal l-Awstrija, Franza, u Spanja). F'nofs is-seklu 19 il-Konti ta' Cavour kien il-Kap tal-Gvern tal-Istat ta' Sardinja. Dan ipperswada lill-Awstrijaċi li kienu qegħdin jgħixu fil-Lombardija u f'Veneta biex joħolqu l-stat tal-Italja ta' Fuq. Imbagħad stati oħra mill-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar Taljan issieħbu mal-Pjemonte sabiex ikun jista' jinħoloq stat akbar.

Fl-1860, Giuseppe Garibaldi rnexxielu jirbaħ il-gżira ta' Sqallija u wara ħafna ġiri madwar l-Ewropa, fl-1861, Garabaldi ħoloq ir-Renju tal-Italja. Vittorio Emanuele II sar ir-re tar-renju l-ġdid. Fl-1861, Lazio u Veneto kienu għadhom mhux parti mill-Italja, għaliex kienu meqjusin bħala l-proprjetà tal-Papa li kien qiegħed jipproteġi lill-Awstrija bit-tarka tal-Kristjaneżmu għaliex il-papa ma riedx ikun kompliċi fil-kunflitt li kellu jseħħ bejn dawn il-pajjiżi nsara, voldieri l-Italja u l-Awstrija.

Veneto saret parti mill-Italja fl-1866 eżattament wara gwerra qalila kontra l-imperu Awstrijak. Is-suldati Taljani ħadu Lazio fl-1870 mingħand il-Papa. Issa l-Italja kienet verament magħquda, u dan ma setax ikun possibbli li kieku ma kienx għal dawk il-bosta personaġġi li ħadu sehem f'din il-battalja għall-unità tal-Italja taħt l-istat ta' Pjemonte.

L-Italja ħadet sehem fl-Ewwel Gwerra Dinjija bħala alleata tal-Gran Brittanja, Franza, u r-Russja kontra l-Poteri Ċentrali. Kważi l-ġlied kollu tal-Italja kien fuq fruntiera tal-Lvant, ħdejn l-Awstrija. Wara t-telfa ta' Caporetto it-Taljani ħasbu li tilfu l-gwerra. Iżda, fl-1918, il-Poteri Ċentrali ċedew u l-Italja kisbet ir-reġjun ta' Venezia Tridentina (Trentino u Alto Adige), li qabel kien tal-Awstrija.

Fl-1922, kien gvern ġdid Taljan taħt Benito Mussolini, il-mexxej tal-Faxxiżmu fl-Italja. Dan sar Kap tal-Gvern u dittatur, u sejjaħ lilu nnifsu duce - li tfisser mexxej bit-Taljan. Sar ħabib tad-dittatur Ġermaniż Adolf Hitler, u daħal miegħu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Italja daħlet fil-gwerra fl-1940 bħala alleata tal-Ġermanja u l-Ġappun kontra Franza, Gran Brittanja, u r-Russja. Matul il-gwerra, l-Italja kkontrollat l-parti l-kbira tal-Baħar Mediterran.

Fil-25 ta' Lulju 1943, Mussolini tneħħa mill-Kunsill il-Kbir tal-Faxxiżmu, u fit-8 ta' Settembru 1943, Badoglio iddikjara li l-gwerra tal-Italja bħala alleata tal-Ġermanja kienet intemmet. L-Italja bdiet tiġġieled mal-alleati, li kienu Franza u r-Renju Unit, iżda s-suldati Taljani ma kinux jafu fuq min jisparaw. Fl-Italja ta' Fuq  twaqqaf moviment jismu Resistenza biex jiġġieled kontra l-invażuri Ġermaniżi. Mussolini pprova jwaqqaf stat ieħor faxxista fl-Italja ta' Fuq, ir-Repubblika tal Salò, imma dan falla. Fil-25 ta' April 25, 1945, l-Italja saret ħielsa. L-istat sar repubblika fit-2 ta' Ġunju, 1946, u għall-ewwel darba, in-nisa setgħu jivvutaw. Il-poplu Taljan temm id-dinastija ta' Savoia u adotta gvern repubblikan.

Fi Frar tal-1947, l-Italja ffirmat trattat ta' paċi mal-Alleati u tilfet il-kolonji kollha u xi żoni territorjali (Istria u partijiet mid-Dalmaztia). L-Italja ssieħbet fin-NATO u l-Komunità Ewropea (bħala membru fundatur), u saret wieħed mill-akbar ekonomiji industrijali fid-dinja.

L-Italja hija peniżola, fis-sens li hija mdawra mill-baħar min-naħat kollha minbarra waħda (tat-tramuntana tagħha). L-Italja ta' Fuq hija separata minn Franza, l-Iżvizzera, u l-Awstrija bil-katina ta' muntanji tal-Alpi. Mont Blanc (Monte Bianco bit-Taljan jew il-Muntanja l-Bajda bil-Malti), l-ogħla muntanja fl-Ewropa tal-Punent tappartjeni għal din il-katina. Il-tieni katina ta' muntanji importanti fl-Italja hi dik tal-Appennini li huma fl-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar.

Il-belt kapitali tal-Italja hija Ruma. Fost il-bliet importanti l-oħra fl-Italja insibu Torin, Firenze, Napli, u Venezja. Il-pajjiż għandu numru ta' gżejjer, l-akbar huma Sqallija u Sardinja, li jintlaħqu bil-vapur jew bl-ajruplan. Ix-Xmara Po hija meqjusa bħala l-itwal xmara fl-Italja. Ix-Xmara Tevere tgħaddi minn ġol-belt ta 'Ruma. L-Italja ta' Fuq għandha wħud mill-akbar lagi fil-pajjiż, bħal-Lag ta' Garda, il-Lag ta' Como, il-Lag Maggiore u l-Lag Iseo. Billi hija mdawra bil-baħar, l-Italja għandha kosta twil ħafna kilometri, li ġġib it-turisti minn madwar id-dinja kollha. It-turisti jmorru l-Italja wkoll biex jaraw il-ħafna postijiet storiċi.. Hemm żewġ pajjiżi żgħar ħafna ġewwa l-Italja. Dawn huma San Marino, li hija mdawra mill-parti tal-Italja ta' Fuq, u l-Vatikan, li jinsab ġewwa l-belt kapitali ta' Ruma.

Il-popolazzjoni tal-Italja tammonta għal ftit aktar minn sittin miljun ruħ.  Madwar 2.7 miljuni minnhom jgħixu f'Ruma u 1.3 miljuni f'Milan.. Wieħed jista' jqis lill-Italja bħala kompletament Kattolika kristjana infatti ftit huma dawk in-nies li għandhom twemmin ta' natura differenti

L-ilsien uffiċjali tal-Italja huwa t-Taljan però f'xi żoni żgħar wieħed jista' saħansitra jisma' l-Ġermaniż, is-Sloven jew il-Franċiż. Xi nies jitkellmu wkoll lingwi bħall-Isqalli u s-Sardu, li huma simili ħafna għat-Taljan, allura jistgħu jitqiesu bħala żewġ djaletti li ġew mnissla mil-ilsien Taljan. Il-poplu Taljan hu parzjalment imnissel mir-Rumani antiki. L-Italja għandha aktar Siti ta' Patrimonju Dinji minn kull nazzjon ieħor fid-dinja. Dawn is-siti huma kulturalment importanti u ta' valur skont il-UNESCO. Madwar 60% tax-xogħlijiet tal-arti tad-dinja kollha jinsabu fl-Italja. L-Italja hija wkoll produttur kbir tal-Inbid. Fl-2005 ipproduċiet aktar minn ħames miljun tunnellata metrika.

L-Italja għandha sistema moderna ta' għajnuna soċjali. Is-suq tax-xogħol huwa relattivament b'saħħtu, b'ħafna barranin, speċjalment mir-Rumanija, jaħdmu fl-Italja fejn il-pagi huma ħafna ogħla. Iżda seta' kien hemm ħafna iktar ħaddiema fis-suq billi l-irġiel u n-nisa jirtiraw fl-età ta' 57. Ir-rata tal-qgħad hija relattivament għolja, 8,2%. Is-soċjetà moderna tal-Italja hija mibnija fuq is-self u issa l-pajjiż għandu d-dejn katastrofiku ta' 120% tal-PGD totali tal-pajjiż.

Il-xibka tal-ferrovija ​​fl-Italja tammonta għal 16,627 kilometru (10,331 mil), is-17 l-itwal fid-dinja. Il-ferroviji li hums ta' veloċità għolja jinkludu l-ferroviji tal-klassi ETR li jivvjaġġaw bit-300 kilometru fis-siegħa.

Il-Kap tal-Istat huwa Giorgio Napolitano, li l-kompitu tiegħu beda f'Mejju tal-2006 u jintemm f'Mejju ta' 2013 (il-President tar-Repubblika jibqa' għal 7 snin). Napolitano huwa l-ħdax-il President tar-Repubblika Taljana u kien preċedut minn Carlo Azeglio Ciampi. L-ewwel president kien Enrico De Nicola.u llum il-ġurnata l-Kap tal-gvern huwa Mario Monti. L-Italja kienet waħda mill-ewwel membri tal-Unjoni Ewropea u fl-2002, flimkien ma' ħdax-il pajjiż Ewropew ieħor bidlet il-munita tagħha u bdiet tuża l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha. Qabel kienet tintuża l-lira Taljana , li kienet bdiet tintuża fl-1861.

Ħafna nies fl-Italja huma Kattoliċi, iżda l-Knisja Kattolika m'għadhiex uffiċjalment ir-reliġjon tal-istat. 87.8% tal-poplu jgħidu li huma Kattoliċi..
Waqt li madwar terz biss jgħidu li huma membri attivi (36.8%). Hemm ukoll gruppi Kristjani oħra fl-Italja, aktar minn 700 elf huma Insara Ortodossi tal-Lvant. 180 elf minnhom jappartjenu għall-Knisja Ortodossa Griega.

Hemm madwar 825 elf Mislem li jgħixu fl-Italja, ħafna minnhom huma emigranti (1.4% tal-popolazzjoni totali) u 50elf biss huma ċittadini Taljani. Barra minn hekk, hemm xi ħamsin elf Buddist kif ukoll sebgħin elf Indù fl-Italja.

L-Italja hija maqsuma f'għoxrin Reġjun (Regione bit-Taljan) u kull Reġjun huwa maqsum f'Provinċji.

Mill-għoxrin Reġjun differenti, ħamsa minnhom għandhom status speċjali, huma msejħa awtonomi. Dan ifisser li dawn jistgħu jagħmlu ċerti liġijiet lokali aktar faċilment. Dawn ir-reġjuni huma mmarkati b'asterisk (*) hawn taħt.




#Article 9: Mellieħa (818 words)


Koordinati: 

Il-Mellieħa huwa villaġġ fit-Tramuntana ta' Malta. Jokkupa l-peninsula li ħafna jirreferu għaliha bħala 'd-denb tal-ħuta', minħabba l-forma tagħha. 

L-etimoloġija ta' l-isem 'Mellieħa' possibilment hi dik ta' nisel Grieg, peress illi Melleca (li tittraduċi bħala għasel) jirrappreżenta industrija antika f'din il-parti tal-pajjiż. Alternattiva oħra hija x-xebħ mal-kelma 'melħ' (kelma t'oriġini Semitika), peress illi fil-Mellieħa probabbilment kien jinġabar il-melħ minn salini li kien hemm mal-kosta, fil-Medjuevu u anke qabel. 

Ġeografikament dan il-villaġġ igawdi minn varjeta' ta' pajsaġġi, bi ħdura u msaġar żgħar (bħal tal-Miżieb u ta' l-Aħrax), ir-Riserva Naturali ta' l-Għadira (li probabbilment hi l-unika roqgħa ilma naturali eżistenti s-sena kollha fil-pajjiż) li hi żona protetta, l-irdumijiet fil-Lvant (tax-Xquq, qrib Il-Prajjet, imsejjaħ Popeye Village) bl-Ingliż u fil-Punent (tal-Madonna ta' l-Aħrax). Insibu wkoll l-ikbar ammont ta' xagħri fil-gżejjer Maltin fejn jikber ħafna sagħtar li minnu jinġabar għasel imfittex ħafna. Naraw ħafna widien tant fertili, b'ilma ġieri s-sena kollha, bosta siġar tal-frott u raba' saqwi. Insibu wkoll numru ta' bajjiet mrammla bħar-Ramla taċ-Ċirkewwa Paradise Bay, l-Armier kif ukoll l-akbar bajja ramlija ġewwa Malta: il-Bajja tal-Mellieħa jew kif inhi aħjar magħrufa mal-Maltin, l-Għadira.

Instabu diversi traċċi preistoriċi mxerrdin mal-Mellieħa illi juru biċ-ċar illi din il-lokalita' kellha preżenza ta' nies li kellhom livell ta' żvilupp, snajja u xi forma ta' twemmin reliġjuż. 

Minħabba n-numru ta' fdalijiet Rumani u Puniċi fil-viċin tal-Mellieħa, bħall-banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa, is-Salini u San Pawl Milqi f'Burmarrad, wieħed jista' jimmaġina illi fil-Mellieħa seta' kien hawn xi forma ta' abitanti illi kienu nvoluti fl-agrikoltura (bħall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u għasel) u forsi anke s-sajd. 

Huwa mifhum li fil-Medju Evu il-popolazzjoni tal-Mellieħa kienet waħda limitata meta kkomparata ma' dik ta' villaġġi u bliet 'l bogħod mit-tramuntana tal-gżira, l-aktar dawk qrib iċ-ċentru u madwar il-Port il-Kbir. Hu wkoll possibbli li din iż-żona setgħet kienet diżabitata għal medda ta' snin, jew forsi abitata biss temporanjament matul ċerti staġuni. Dan jirrefletti realtajiet ekonomiċi diffiċli f'perjodi meta d-distanzi, il-mezzi tat-trasport u l-kommunikazzjoni kienu ristretti, jekk mhux ineżistenti għal kollox. 

Kien lejn l-aħħar parti tal-preżenza f'Malta tal-Kavallieri ta' San Ġwann, fis-Seklu XVII illi l-Mellieħa esperjenzat interess probabbilment minħabba l-pożizzjoni loġistikament favorevoli tagħha għal dawk illi jivvjaġġaw regolarment minn/lejn il-gżira t'Għawdex, u għal dawk illi xtaqu jesplojtaw il-potenzjal agrikolu ta' din iż-żona fertili. 

Kien hemm ukoll fattur ieħor ferm importanti, dak tas-sigurtà illi Malta akkwistat ftit ftit hekk kif il-piraterija (li kienet industrija ewlenija tal-Kavallieri, assistiti minn bosta Maltin u Għawdxin) spiċċat fix-xejn u magħha naqsu l-invażjonijiet pjuttost frekwenti mis-sibbien f'dawn l-inħawi 'il bogħod mill-protezzjoni tas-swar ta' l-ibliet. 

Kien f'dan il-perjodu illi l-popolazzjoni rabbiet il-kunfidenza neċessarja biex tistabilixxi kolonji ta' Maltin u anke Għawdxin fil-lokalita' Melleħija. Kien wara dan iż-żmien ukoll illi naraw l-istituzzjoni tal-parroċċa tal-Mellieħa (wara li ma baqatx taqa' taħt dik tan-Naxxar) fuq bażi aktar permanenti. 

Il-preżenza ta' l-Ingliżi f'Malta kompliet tinkoraġġixxi t-tkabbir tal-Mellieħa, l-aktar matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta l-perikli kontinwi ta' l-attakki mill-ajru tal-Ġermaniżi u Taljani fiż-żona tal-Port il-Kbir u ċ-ċentru u n-Nofsinhar ta' Malta ħeġġeġ aktar nies sabiex jerħu r-residenzi tagħhom fl-ibliet u jimxu lejn it-Tramuntana tal-gżira fejn il-periklu u l-attakki kienu ferm inqas. 

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Mellieħa rat żviluppi notevoli, b'aktar bini, titjib ta' toroq u fl-infrastruttura (bħas-sistemi tad-dawl elettriku, drenaġġ u ilma) u l-bini ta' l-iskola tal-gvern. 

Il-Mellieħa kienet lokalità pijuniera fis-settur turistiku lokali għaliex fil-bidu tas-snin sittin rat investiment f'bini ta' lukandi qrib il-kosta, u aktar tard ristoranti u ħwienet relatati ma' din l-industrija. 

Għall-popolazzjoni taż-żona, illi pjuttost ma tantx kienet gawdiet mill-industriji tal-port u tarznari kif ukoll mix-xogħol maħluq mis-servizzi militari Ingliżi, it-turiżmu kien opportunita' li ħalliet marka profonda fuq il-lokal sal-ġurnata tal-lum mhux biss mill-aspett ekonomiku iżda wkoll dak soċjali u ambjentali.

Ħafna mill-Melliħin antiki (dawk illi kien ilhom residenti f'din il-lokalita' sa minn qabel il-gwerra) kellhom artijiet agrikoli, jew konnessjonijiet oħrajn mal-biedja (trobbija ta' l-annimali, tkabbir ta' frott u ħxejjex, eċċ.). Dan l-istil ta' ħajja inqered kważi għal kollox lejn it-tmiem tas-Seklu XX għaliex l-orjentazzjoni ekonomika tal-Mellieħa saret waħda ibbażata fuq it-turiżmu u servizzi relatati. 

It-turiżmu u l-progress ekonomiku nazzjonali ġab l-ispekulazzjoni ta' l-artijiet tal-lokalita' lejn l-aħħar tas-snin tmenin u l-bidu tas-snin disgħin. Din l-ispekulazzjoni wieħed jista' jiddeskriviha bħala evidenza ta' stat ekonomiku affluenti. Dan ta' l-aħħar kien effett sekondarju tal-progress in ġenerali f'Malta li wieħed seta' josserva f'partijiet oħra tal-pajjiż, speċjalment ġo Tas-Sliema, f'Buġibba, u saħansitra f'Għawdex.

Mill-aspett ambjentali, ħafna esprimew li dan sarraf ukoll f'rigress ambjentali l-aktar minħabba l-istili ta' bini adottati (bil-liġi illi tobbliga l-użu tal-ġebla tal-franka fil-bini tal-faċċati fis-snin sebgħin f'Malta, u l-bini illegali fl-hekk imsejħa 'green areas'). Insibu l-garaxxijiet/kmamar ta' villeġġjatura li tfaċċaw mil-lejl għan-nhar f'ħafna żoni mal-kosta.

Sfortunatament ftit hemm rimedji għal din is-sitwazzjoni ambjentali llum il-ġurnata. Fil-futur, bl-impenn tal-Kunsill Lokali hu mistenni kontroll aktar strett fuq il-permessi għal bini ġdid.

Il-Mellieħa tilfet ukoll ħafna mill-karatteristiċi rurali li jiftakru sew dawk imwielda qabel is-snin sebgħin. Illum din il-lokalità hija raħal imdaqqas, b'popolazzjoni illi tvarja darbtejn fis-sena: b'medja ta' madwar 6,000 persuna bejn Novembru u April, u medja ta' madwar 17,000 fix-xhur sajfin bejn Mejju u Ottubru. Post tajjeb biex tghum!




#Article 10: Ateiżmu (100 words)


Ateiżmu hija l-assenza ta' twemmin dwar allat, jew it-twemmin li ma jeżistux allat. Il-prefiss a- jfisser mingħajr, u teiżmu jfisser twemmin f'alla jew allat. Differenti mill-agnostiċiżmu, fejn persuna tħossha inċerta dwar jekk jeżistux allat imma xorta tagħżel li temmen jew ma temminx li jeżistu.

Jeżistu żewġ forom prinċipali ta' ateiżmu:

L-ateiżmu sikwit huwa assoċjat ma' l-umaniżmu sekulari. Għalkemm l-atei ġeneralment ma jemmnux anqas f'anġli, xjaten, irwieħ jew ħajja wara l-mewt, dan mhux neċessarjament il-każ. Fil-fatt, jeżistu reliġjonijiet, fosthom il-Buddiżmu u t-Taoiżmu, li m'għandhomx il-kunċett ta' alla kif jiftiehem fil-Punent, u għalhekk jistgħu ikunu atei filwaqt li jemmnu f'kunċetti oħra sopranaturali.




#Article 11: Dun Karm Psaila (1278 words)


Stampa:KarmPsaila.jpg|thumb|lemin|250px|Dun Karm Psaila bil-korteżija tal-
Dun Karm Psaila (Ħaż-Żebbuġ, 18 t'Ottubru 1871 – Valletta, 13 t'Ottubru 1961), magħruf sempliċiment bħala Dun Karm, kien wieħed mill-aqwa poeta Malti ta' kull żmien, u huwa rikonoxxut bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta. Huwa kiteb l-innu nazzjonali ta' Malta magħruf bħala l-Innu Malti fl-1945. Sakemm kellu 40 sena huwa kiteb biss bit-Taljan u l-poeżija tiegħu bit-Taljan kienet ukoll ta' livell għoli u ssemmiet b'tifħir mill-kontemporanji tiegħu.

Fl-1885 daħal fis-Seminarju Minuri u tliet snin wara f’dak Maġġuri sabiex jibda t-triq tas-Saċerdozju. Dun Karm studja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis ta' 23 sena fl-1894

Taħt il-bixra serja tiegħu bis-suttana twila u sewda hemm bniedem li baqa’ tifel: ċajtier u ferrieħi. Fis-seminarju baqa' jilgħab il-ballun kif kien jagħmel meta kien għadu tifel. Fil-ħin tal-mistrieħ kien joqgħod idoqq il-mandolina u jieħu sehem f’reċti fuq il-palk. Il-karattru ferrieħi tiegħu kien jagħmlu ħabib ta’ kulħadd. Hekk ukoll baqa' wara li sar qassis.

Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom it-Taljan, il-Latin, l-Ingliż, l-Aritmetika, il-Ġeografija, il-Kożmografija, l-Istorja tal-Knisja u l-Arkeoloġija Kristjana. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral. Fl-istess sena inħatar Assistent Librar fil-Librerija Nazzjonali u sentejn wara direttur tal-Libreriji Ċirkolanti, pożizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936.

Fl-1940 Dun Karm sar l-ewwel direttur spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija. Kien ukoll ħabib tas-saċerdot qaddis Dun Ġorġ Preca. Meta f’nofs is-snin erbgħin Preca kellu l-ħsieb li s-Soċjetà tal-Mużew ikollha skola ddedikata lil San Mikiel, talab lil Dun Karm jiktiblu innu għat-tfal ta’ din l-iskola. Imma qabelxejn qallu x’kienu l-prinċipji li fuqhom riedha tkun mibnija din l-iskola, jiġifieri d-dixxiplina, l-imħabba, il-ferħ u li kollox isir f’ħinu u f’waqtu. Dun Karm ikkuntentah u kitiblu tliet strofi sempliċi fuq mużika tal-Maestro Ġużè Abela Scolaro.

Bejn l-1894 u l-1910 hu kien joqgħod fis-Seminarju fejn kien jgħallem. Fl-1917 hu u sħabu kollha l-professuri li kienu jgħallmu fis-Seminarju kellhom iħallu l-kamra personali tagħhom li fiha kienu jgħixu u jorqdu. Mar joqgħod f’dar numru 51, Triq l-Ifran, il-Belt, fejn għex għal 26 sena sħaħ. F’dan iż-żmien il-poeta għadda minn solitudni kbira, imbiegħed mir-raħal, minn ħutu u minn sħabu. Kien iħossu “midfun ħaj” f’din id-dar. 

Fl-1936 telaq mill-Belt u mar joqgħod Tas-Sliema. Bejn Ġunju tal-1940 u Mejju tal-1945 minħabba l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, Dun Karm telaq mid-dar ta’ Tas-Sliema u niżel f’raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm għex l-aħħar parti ta' ħajtu f'Tas-Sliema. Fis-17 ta’ Ġunju, 1961, Dun Karm telaq minn daru f’Tas-Sliema u daħal l-isptar tax-xjuħ tal-Blue Sisters. Fit-13 ta’ Ottubru, 1961, Dun Karm miet fl-4.00 ta' filgħodu. fl-età ta’ 90 sena neqsin biss ħamest ijiem. Nhar il-Ħadd, 15 t’Ottubru, 1961, sar il-funeral fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ u ndifen f’kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù, f'raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.

 bil-korteżija tal-
Qabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, La Dignita Episcopale (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, Foglie d’alloro, ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll Versi (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan Benito Mussolini.

Huwa kompla jikteb bit-Taljan sal-1912 meta wara laqgħa li kellu ma’ Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi beda jikteb bil-Malti fil-perjodiku “Il-Ħabib”. L-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti kienet “Quddiem Xbieha tal-Madonna”, waħda mill-isbaħ. Dun Karm innifsu jirrakkonta hekk:

F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ L-ewwel ward jew Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika Alfons Marija Galea. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu Ward ieħor jew Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija Lil ħuti Maltin biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien. 

Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan.

L-ewwel xogħlijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żgħożija ta' sliem u kalma; wara l-mewt ta' ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża l-Malti biex jesprimi ruħu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali fIl-Jien u lil hinn Minnu hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla.

A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb Il-Vjatku għall-Ispanjol u Laurent Ropa qaleb Il-Jien u lil hinn Minnu għall-Franċiż, Karmenu Mallia qaleb 'Il-Jien u Lilhinn Minnu' u 'Il-Musbieħ tal-Mużew' flimkien ma' poeżiji żgħar oħra, fosthom l-Innu Malti u s-sunett: 'Lil Mikiel Anton Vassalli', fl-Esperanto. Yevgeniy Vitkovskiy (Евгений Владимирович Витковский) qaleb 'Ħerba', 'Kewkbet is-Safar', u 'Wied Qirda' għar-Russu ukoll Vladislav Rezvij (Владислав Александрович Резвый)  qaleb 'Roma Immortalis għar-Russu.

Dawn huma wħud mill-innijiet l-aktar magħrufa ta' Dun Karm Psaila:

Fl-1920, Dr. A.V. Laferla, id-direttur tal-edukazzjoni, talab lil Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa mużika tal-Mro. Robert Samut. L-innu li ħareġ kien l-Innu Malti, li ndaqq għall-ewwel darba fl-1923. Fl-1941 dan l-innu ġie rikonoxxut bħala l-Innu uffiċjali ta' Malta u riaffermat t'hekk anki fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964.

Il-kitbiet ta' Dun Karm jinkludu traduzzjoni ta' rumanz  (maqlub għall-Malti fl-1934 mir-rumanz Taljan Gli angeli del Perdono ta' Domenico Caprile). 

Minbarra dawn, kiteb ukoll xi xogħlijiet kritiċi.Kiteb ukoll dizzjunarju bejn l-1947 u l-1955 fi tliet volumi, Dizzjunarju Ingliż u Malti. Kiteb ukoll poeżija waħda bl-Esperanto: 'Penso Printempa' (Ħsieb għar-Rebbiegħa) fl-1 t'April 1901. 

Fl-1921 ukoll, Dun Karm kien wieħed mill-membri fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u mal-mewt ta' Ġużè Muscat Azzopardi fl-1927, ġie elett president tal-Għaqda u mbagħad editur tal-organu uffiċjali, Il-Malti. Kompla f'din il-pożizzjoni sal-1941 fejn ġie nominat president onorarju għal ħajtu ta' din l-Għaqda.

Bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-letteratura Maltija, ingħata d-Dottorat fil-Letteratura (honoris causa) mir-Royal University of Malta fl-1945 - l-ewwel darba li l-Università tat dan l-unur lil xi ħadd. Sena wara ġie mogħti il-midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi.

Ir-Reġina Eliżabetta II iddekoratu bit-titlu ta' Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Ingliż fl-1956. Fl-1957, il-Gvern Malti tah pensjoni ex-gratia bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu fil-letteratura Maltija. Matul ħajtu ġie wkoll onorat bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta.

Fl-1957, A.J. Arberry, Professur tal-Għarbi, f'Pembroke College, Cambridge, mar iżur lil Dun Karm f'daru u kiteb hekk fl-antoloġija tiegħu, Dun Karm Poet of Malta:

Fil-ktieb Dun Karm: bejn il-Vatikan, id-Duċe u l-Kuruna (1993), il-kittieb Mario Azzopardi jistaqsi għaliex Dun Karm baqa' sieket quddiem il-miżerja tal-Maltin, liema tbatija kitbu u nbagħdu għaliha John Marks, Manwel Dimech u Juann Mamo. Mario Azzopardi kkontesta bil-qawwa r-reputazzjoni ta' Dun Karm fuq il-bażi li l-poeta-saċerdot dejjem ħeba d-destin tal-fqar u l-ispossessati fi żmien meta dawn kienu jgħixu f'miżerja kbira. Minflok, Dun Karm irromantiċizza lir-raħħala u lill-bdiewa b'sentimenti folkloristiċi li kienu jgiddbu r-realtà, filwaqt li kien kontra s-sinjali tal-progress, bħal meta kiteb biex iċanfar 'lin-nisa tal-belt.
Kontroversja oħra li ġieli nqalgħet dwar Dun Karm hi dwar l-Innu Malti, li għandu versi li jitkellemu dwar is-sid u l-ħakkiem u jitlobhom biex ikollhom ħniena mill-ħaddiema.

Dawn huma wħud mill-poeżiji l-aktar magħrufa ta' Dun Karm Psaila:

Poeżiji oħra:




#Article 12: Pietru Pawl Saydon (1230 words)


Stampa:PPSaydon.jpg|thumb|lemin|200px|Pietru Pawl Saydon, bil-korteżija tal-
Il-Professur Pietru Pawl Saydon (24 ta' Lulju 1895 - 22 ta' Marzu, 1971), kien saċerdot Kattoliku u studjuż kbir tal-ilsien Malti, tal-ilsna semitiċi u tal-Bibbja. Għamel żmien President tal-Għaqda tal-Malti fl-Università ta' Malta. Jibqa' magħruf l-iktar għall-kontribut kbir li ta lill-ilsien Malti meta qaleb waħdu l-Bibbja mill-Ebrajk għall-Malti.

Imwieled iż-Żurrieq fl-24 ta' Lulju, 1895, Pietru Pawl Saydon ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tar-raħal, u minn hemm għadda għas-Seminarju. Fl-1912 beda l-kors preparatorju tal-Letteratura fl-Università u ta' għoxrin sena kiseb il-B.Litt. Fl-1919 iggradwa fil-Liġi Kanonika u d-Dottorat fit-Teoloġija. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u għadda lill-istudenti tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta' studju mill-Gvern biex seta' jissokta l-istudji tiegħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta' wara telaq lejn Ruma l-Istituto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.

Hekk kiteb Saydon fil-Kelmtejn Qabel għall-Ktieb tal-Ġenesi, l-ewwel ktieb tal-Bibbja li qaleb għall-Malti fl-1929. Il-Professur Pietru Pawl Saydon għamel miraklu meta rnexxielu jittraduċi l-Iskrittura sħiħa waħdu mill-oriġinal, xogħol li kull meta sar, dejjem sar f'tim magħmul minn diversi studjużi. Din it-traduzzjoni swiet lil Saydon tletin sena sħaħ ta' ħidma u dedikazzjoni, bejn l-1929 u l-1959, traduzzjoni li warajha Saydon tilef għaqlu u li għaliha huwa ddedika r-riżorsi tiegħu kollha, kemm intellettwali kif ukoll finanzjarji, billi ħareġ minn butu l-ispejjeż kollha tal-pubblikazzjoni. 

Bħala Professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, Saydon ħa sehem attiv f'diversi kungressi internazzjonali, li laqqgħuh ma' studjużi Bibliċi ta' fama mondjali, Kattoliċiżmu, Protestantiżmu u Lhud. Bejn l-1932 u l-1962 attenda mhux inqas minn sbatax-il kungress Bibliku fl-aqwa universitajiet: Ruma (1932); Brussell (1938); Pariġi (1948); Ruma u Norfolk (1952); Kopenħagen (1953); Cambridge u Louvain (1954); Birmingham (1955); Strasburgu (1956); Munich (1957); Brussell (1958); Louvain u Oxford (1959); Dublin (1961). Kien il-fundatur tal-Għaqda Biblika Maltija, membru tal-International Association for the Study of the Old Testament u membru tas-Society of Biblical Literature tal-Istati Uniti tal-Amerika, fost l-oħrajn. Saydon ikkumenta sitt kotba tat-Testment il-Qadim f'kummentarju ċelebri taħt l-awspiċi tal-Knisja Kattolika Ingliża. Dan il-Catholic Commentary on Holy Scripture ġie ppubblikat f'Londra u Edinburgu fl-1953.

Minkejja li Saydon kien l-uniku wieħed kwalifikat għall-kattedra tal-Iskrittura Mqaddsa fl-Università, fl-1924 inħatar ħaddieħor minfloku. Ir-Rettur tal-Università għażel lill-Patri Ugo Callus, studjuż għaref tal-filosofija iżda mhux tal-Bibbja. Għal Saydon kienet l-akbar weġgħa li minnha ma kelli nistejqer qatt. Iżda x-xewqa ġusta ta' Saydon inqatgħet seba' snin wara, meta fl-1931 Callus telaq lejn Oxford. Il-kattedra żvojtat u Saydon inħatar minfloku. Hekk fl-1931, meta Saydon kien għad kellu biss 36 sena, inħatar Professur tal-Iskrittura Mqaddsa, tal-Lhudi u l-Grieg Bibliku fl-Università ta' Malta, u baqa’ f’din il-kariga għal 33 sena sakemm irtira bl-età fl-1964.Ma kinitx l-unika okkażjoni fejn Saydon inqabeż minn min kien jaf inqas minnu. Meta kkonkorra għal-Lettorat tal-Kapitlu tal-Kattidral, l-għażla kienet diġà saret minn qabel għal Dun Nerik Dandria li qatt ma studja l-Iskrittura iżda li kellu forza politika timbuttah.

L-awtoritajiet ekkleżjastiċi Maltin damu ħafna biex għarfu l-merti ta' Saydon minkejja li fl-1946 ingħata t-titlu ta' monsinjur u ġie offrut kanonikat il-Katidral. Saydon ma aċċettax dan il-kanonikat għax fi kliemu xogħli hu l-istudju u mhux id-dmirijiet marbutin ma' xi postijiet għolja fil-Knisja. Il-Professur Saydon qatt ma ġera wara unuri iżda bħal kulħadd fil-qalba ta' qalbu dejjem stenna r-rikonoxximent xieraq għall-ħidma tiegħu. Hekk kiteb f'Il-Malti tal-1953: 

Dawk il-Maltin li għexu s-snin sittin jassoċjaw bla ma jridu lil Saydon mal-Kwistjoni Politiko-Reliġjuza bejn il-Knisja u l-Partit Laburista. Għal ħafna il-Professur Saydon huwa iktar figura kontroversjali milli studjuż kbir u traduttur tal-Bibbja. Nhar is-26 ta' Marzu 1966, fl-ewwel jum tal-votazzjoni tal-Elezzjoni Ġenerali tal-1966, Saydon f'intervista ma' L-Orizzont, kien qal li fil-Pastorali dwar l-elezzjonijiet mhemm l-ebda dnub imsemmi u għalhekk min jivvota Labour ma jagħmilx dnub. Kulħadd għandu jivvota skond kif tgħidlu l-kuxjenza.

Fl-istess jum, l-Arċisqof Mikiel Gonzi issospenda lil Saydon mid-dmirijiet saċerdotali. F'dan iż-żmien Saydon ġie mgħajjar miġnun, skumnikat u xiżmatiku, u sofra ħafna anke minn nies li ħlief ġid ma kienx għamel magħhom. Ġieli tbiegħed minn Malta biex jeħles mill-azzjonijiet ħżiena li spiss kienu jsirulu minn xi wħud. Iżda Saydon ma kienx bniedem tal-politika. Dawn kienu biss inċidenti marġinali fil-ħajja tiegħu, minkejja li sfortunatament xi nies għadhom jiftakruh biss għalhekk.

It-33 sena li għamel fil-kariga ta' Professur kienu snin ta' ħidma sfiqa u bla waqfien b'riżq it-tagħlim u r-riċerka. Mal-istudenti kien imur tajjeb. Professur żagħżugħ, xejn imkabbar, ma setax ma jisraqx il-qalb tal-istudenti żgħażagħ, li dlonk inġibdu lejh u ħabbewh. 

Il-ħbiberija sinċiera bejn Saydon u l-istudenti ma kinitx biss fil-klassijiet tal-Università. Kemm-il darba stedinhom biex iqattgħu ġurnata għandu fid-dar ta' villeġġatura li kellu f'Bengħajsa.

L-interess ta' Saydon fil-Malti beda meta ntlaqat mix-xebh bejn il-Malti u l-Lhudi. Kien konvint li: 

Fiż-żmien tad-diżappunt li kellu wara li wasal mill-istudji tiegħu f'Ruma ma ntgħażilx professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, sab żvog fil-kontribut kbir li ta lill-Għaqda tal-Malti (Università), li kienet għadha kif twaqqfet miż-żewġ tobba-poeti Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Meta Briffa rriżenja minħabba l-istudji tiegħu barra l-pajjiż, Saydon intgħażel President tal-Għaqda. Kien żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa. Fl-1932, il-Gvern ipprova jerġa' jdaħħal it-Taljan u ordna li l-Malti kellu jinkiteb u jkun mgħallem b'mod li seta' jkun ta' għajnuna għat-Taljan. Saydon, f'isem l-Għaqda tal-Malti (Università) bagħat ittra ta' protesta lill-ministru tal-edukazzjoni Nerik Mizzi. L-Għaqda ma tħallietx aktar tagħmel il-laqgħat tagħha fl-Università bl-iskuża li kienet motivata politikament iżda sena wara ngħatat raġun u fil-21 ta' Novembru 1933 reġgħet bdiet tiltaqa' fil-bini tal-Università.

Fl-1936, Saydon flimkien mal-Prof Ġużè Aquilina (1911-1997) ippubblika Ward ta' Qari Malti, antoloġija tal-aqwa xogħlijiet ta' proża u poeżija fil-Malti. 

Bħala kittieb letterarju, Saydon għandu wkoll l-importanza tiegħu. Huwa kiteb numru ta' novelli mill-aqwa fosthom Ġmajru u l-Karozzi, L-Istedina tas-Sinjura Betta, Bejn l-Erba' Ħitan tad-Dar, u esejs bħal Fuq il-Monti, Tieġ f'Raħal u Fil-Ħemda tal-Lejl. 

Il-Prof Karm Sant jistqarr li dak li għamel Dun Karm (Psaila) fil-qasam tal-poeżija, għamlu Saydon fil-qasam tal-proża.

Saydon kien devot kbir tal-qaddisa patruna taż-Żurrieq Santa Katerina u kiteb id-dramm reliġjuż fi tliet atti Santa Katarina.

Fit-12 ta’ Novembru 1966, l-Università Rjali ta’ Malta tatu d-Dottorat tal-Letteratura Honoris Causa bħala għarfien tax-xogħlijiet kbar tiegħu.

Il-ħidma pastorali ta' Saydon ma kinitx tagħti fil-għajn izda kienet ta' fejda għan-nies ta' Bengħisa, ħafna minnhom bdiewa. Kien iqaddsilhom fl-4.30 a.m., iqarar u spiss iżur il-morda fi djarhom. Saydon dejjem ħabb il-ħajja sempliċi u l-kumpanija ta' rjus kbar u mkabbrin b'għerfhom dejjem stmerrha. Laqgħat soċjali kien jaħrabhom, iżda l-hena tiegħu kienet meta kien isib ruhu mdawwar mill-istudenti tiegħu, jifraħ u jiċċajta magħhom, jew mat-tfal u l-membri tal-MUSEUM. Ta' sikwit kien imur jgħallem it-tfal tal-MUSEUM taż-Żurrieq u kemm il-darba għen lill-Museum finanzjarjament. Saydon kellu ammirazzjoni kbira għall-fundatur ta' din is-Soċjetà. F'dan is-saċerdot twajjeb u qaddis, li kien l-uniku wiehed li għenu biex ibigħ it-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja, Saydon kien jara ċerta sempliċità, l-aktar fi kliemu. 

Fl-1946 il-Papa Piju XII għamlu Cameriere Secreto bit-titlu ta’ Monsinjur.

Saydon ħalla d-drittijiet kollha tal-istampa tat-traduzzjoni tiegħu tal-Iskrittura lis-Soċjetà tal-MUSEUM li fl-1977 ħarġet l-ewwel volum tat-Testment il-Qadim tal-Bibbja Saydon. It-tieni u t-tielet volum ħarġu fl-1982 u fl-1990. Fl-1995 reġgħet ippubblikat it-tieni edizzjoni tal-Iskrittura kif maqluba minn Saydon bin-noti riveduti ta' Dun Karm Sant.

Fl-1965 Saydon tah attakk ta' puplesija. Fl-aħħar snin ta' ħajtu kien darbtejn rikoverat fl-Isptar ta' Ħ'Attard. Il-Prof. Pietru Pawl Saydon miet fid-dar tiegħu ż-Żurrieq, raħal twelidu, nhar it-22 ta' Marzu 1971 fl-għomor ta' 75 sena. Huwa twieled, għex u miet fir-raħal taż-Żurrieq. 

Wara mewtu ġie mfakkar billi ssemmew skola sekondarja u triq għalih f'raħal twelidu. Inkixef ukoll monument f'ġieħu fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tiegħu fit-12 ta' Novembru, 1995 quddiem l-iskola sekondarja taż-Żurrieq. Hemm monument ieħor tiegħu fil-Junior College tal-Imsida. Wieħed mit-teatri ewlenin tal-Università huwa wkoll msemmi għalih.




#Article 13: Bibbja (1015 words)


Il-Bibbja (mill-Grieg βιβλία, jew biblìa, li tfisser kotba) hu l-ktieb mqaddes tar-reliġjon Lhudija u tar-reliġjon Nisranija.

Dawk li jemmnu li nkitbet taħt ispirazzjoni divina jsejħulha wkoll il-Kitba Mqaddsa jew l-iSkrittura Sagra. 

Hi magħmula minn kotba differenti fl-oriġni, forma u kompożizzjoni, miktubin fuq firxa twila ta’ żmien, preċeduti minn tradiżżjoni orali ftit jew wisq twila. Jekk ngħoddu wkoll il-proċess ta’ kodifikazzjoni tal-kanoni bibliku, it-testi bibliċi ħadu iżjed minn elf sena biex jinkitbu.

Mal-Bibbja Lhudija l-Kristjaneżmu żied bosta kotba, tant li l-Bibbja kellha tinqasam fit-Testment il-Qadim (jew Rabta l-Qadima), li t-testi tiegħu inkitbu qabel il-ministeru ta’ Ġesú Kristu, u t-Testment il-Ġdid (jew Rabta l-Ġdida), li jiddeskrivi l-aħbar tajba tal-miġja tal-Messija.

Il-terminu Bibbja Lhudija s-soltu jintuża biex ifisser it-testi mqaddsa tar-reliġjon Lhudija. Però dan mhux sewwa għax l-etimologija ta’ Bibbja hi Griega (= kotba), u dan it-terminu mhux aċċettat mis-segwaċi tal-monoteiżimu Lhudi. It-terminu li jużaw dawn hu Tanak, li mhux kelma bl-ilsien Lhudi imma akronimu (T-N-K) magħmul mill-inizjali tal-partijiet li fihom inġabru is-36 ktieb:

Il-kotba kollha tal-Bibbja Lhudija nkitbu bil-Lhudi ħlief xi partijiet żgħar li inkitbu bl-Aramajk.

Fost il-Lhud ta’ l-antik, xi friegħi, in partikulari, is-sadduċej, kienu jqisu it-Torah biss bħala qaddisa, u mill-qedem is-samaritani kellhom pożizzjoni simili u kienu jqisu bħala kanoniċi il-Pentatewku u l-ktieb ta’ Ġoswè biss.

Il-komunitajiet Lhudin antiki tal-lingwa Griega, issa estinti, kienu jsegwu minflok kanoni iżjed miftuħ mill-kanoni Lhudi ta’ issa, dak li jgħidulu l-kanoni alessandrin, li ġej mill-verżjoni tas-Sebgħin tal-Bibbja. Fl-ewwel seklu WK, il-kanoni palestiniż, iżjed ristrett minn dak alessandrin, kien meqjus definittiv.

Il-Bibbja Nisranija fiha it-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid, li hu speċifikament Nisrani, jiġifieri għandu x’jaqsam ma’ Ġesù Kristu u t-twelied tal-Knisja appostolika.

Il-parti l-kbira tal-knejjes protestanti għat-Testment Antik isegwu il-kanoni Lhudi waqt li l-Knisja Kattolika u l-knejjes ortodossi jsegwu minflok il-kanoni alessandrin (b’xi differenzi), li fih kotba bil-Lhudi kif ukoll bill-Grieg. Il-kotba li ma jappartienux għall-kanoni tal-Bibbja Lhudija jgħidulhom dewterokanoniċi mill-Kattoliċi u apokrifi mill-protestanti li ħafna drabi idaħħluhom bħala appendiċi separati bejn iż-żewġ testmenti. 
 
Anki għat-Testment il-Ġdid, miktub bil-Grieg (ħlief forsi l-evanġelju ta’ Mattew li jista’ jkun li nkiteb bil-Lhudi jew Aramajk), fl-antik kien hemm differenzi bejn il-knejjes fuq in-numru tal-kotba li aċċettaw bħala ispirati. In partikulari kien hemm xi dubbji fuq l-epistoli mhux attribwiti ta’ Pawlu ta’ Tarsu u fuq l-Apokalissi. Il-kotba kontroversjali tat-Testment il-Ġdid kienu jgħidulhom antilegomena.

It-taqsim tradizzjonali Nisrani hu f’ħames partijiet, jiġifieri il-Pentatewku, il-Kotba Profetiċi (ta' Kmieni = Kotba Storiċi u tat-Tard = profetiċi proprja), Kitba (jew Kotba ta’ l-Għerf), Dewterokanoniċi. In-numru tal-kotba jvarja skond il-kanoni diversi (Lhudi, protestant, kattoliku, ortodoss). Fit-tabella, barra l-ordinazzjoni Lhudija, nżommu ordni loġiku:

It-testi li l-protestanti jgħidulhom apokrifi ma jikunsidrawhomx bħala kanoniċi imma ssoltu jżiduhom bħala appendiċi mal-Bibbji (pereżempju il-Bibbja ta’ Luteru jew il-Bibbja tar-Re Ġakmu ta’ l-Ingilterra) biex, għalkemm ma jistgħux ikunu ta’ sisien għall-fidi, jistgħu ikunu utli biex isaħħu l-pjetà ta’ l-insara. F’ħafna edizzjonijiet moderni però, l-iżjed f’edizzjonijiet iżjed kompatti u ekonomiċi, iħalluhom barra għal kollox.

It-Testment il-Ġdid li jagħmel parti mill-Bibbja Nisranija biss, kien miktub oriġinarjament bil-Grieg b’ħafna semitiżmi, hu magħmul mill-erba’ Evanġelji, l-ittri ta’ l-appostlu Pawlu, l-Ittri Kattoliċi, l-Atti ta’ l-Appostli u l-Apokalissi, b’total ta’ 27 ktieb. Hemm qbil sostanzjali bejn id-diversi konfessjonijiet Insara (kattolika, ortodossa, protestanta) fuq in-numru u l-ordni tal-kotba, bl-unika differenza li fl-ordni Luteran l-aħħar kotba huma d-dewterokanoniċi, jiġifieri l-ittra lil-Lhud, l-ittri ta’ Ġakbu u ta’ Ġuda u l-Apokalissi, jiġifieri l-ittra lil-Lhud hi separata mill-ittri l-oħra Pawlini u l-ittri ta’ Ġakbu u ta’ Ġuda huma mifrudin mill-ittri kattoliċi.

Il-Bibbja fiha bosta forom letterarji differenti. Il-kelma biblia forsi qiegħda fil-plural biex tindika din il-varjetà ta’ forom letterarji. Fil-bidu t-trasmissjoni tal-ġrajjiet kienet bil-fomm u fil-periklu li tintilef. Infatti nafu li ngħaqdu flimkien iż-żewġ tradizzjonijiet tat-tramuntana u ta’ nofsinhar tal-Palestina u l-influwenza tal-kulturi orjentali li kellhom kuntatt magħha l-ewwel kittieba fil-Babilonja ma nistgħux ninjorawha. 

Il-forom litterarji preżenti fil-kotba bibliċi jistgħu jitqassmu bejn wieħed u ieħor f'dawn li ġejjin:

Hu impossibbli li nagħtu definizzjoni univoka tal-messaġġ teoloġiku tal-kotba bibliċi. Minhom, infatti, ħarġu numru kbir ta’ konfessjonijiet reliġjużi ta’ ereżiji, kull waħda tiġġustifika ruħha b’qari u interpretazzjoni tat-test bibliku. Ma’ dan kollu, meta nfittxu kunċetti fundamentali teoloġiċi komuni għad-diversi konfessjonijiet, nistgħu insibu nukleji li fuqhom hemm qbil:

Fit-Testment il-Ġdid, aċċettat mill-insara imma mhux mil-Lhud, hemm kunċetti oħra:

Kif nifhmu l-Bibbja, il-mod kif naqrawha u l-interpretazzjoni tagħha, dixxiplina li tissejjaħ ermenewtika tal-Bibbja, u fatt teoloġiku, jiġifieri jiddependi mid-diversi komunitajiet reliġjużi. Din hi differenti mill-eżeġesi li din tikkonsisti f’li toħroġ is-sens minn parti tat-test, bl-għajnuna ta’ dixxiplini bħall-filoloġija u l-istorja, waqt li 
l-ermenewtika tfittex li tagħti u tispjega s-sens iżjed wiesa’ li l-awtur ried jagħti l-publiku tiegħu. Pereżempju fit-Testment il-Ġdid, u in partikulari fil-kitba ta’ Pawlu, insibu ermenewtika ġdida tal-kitba mqaddsa Lhudija.
 
Għalhekk l-ewwel differenza kbira fl-ermenewtika tal-Bibbja hi bejn il-Lhud u l-Insara: għalkemm hemm affinità parzjali bejn iż-żewġ reliġjonijiet, għaliex għandhom parti mill-kanoni tal-Bibbja fil-komuni, huma żviluppaw tradizzjonijiet differenti tal-fidi u għalhekk metodi interpretattivi u ermenewtiċi differenti.

Għat-Testment il-Qadim Lhudi, id-dokumenti l-izjed antiki huma dawk tar-Rotli tal-Baħar Mejjet, li nstabu fl-1947 u fihom frammenti ftit jew wisq sħaħ tat-testi kollha tal-Bibbja Lhudija. B’kollox ġejjin minn perijodu twil li jmur mill-250 Q.K. sat-68 AD. 

Id-dokumenti l-iżjed awtorevoli miktuba mill-mażoreti u li jaqblu sostanzjalment mar-Rotli tal-Baħar Mejjet huma:

It-test kritiku (jiġifieri li jieħu kont tad-diversi dokumenti ewlenin) li daż-żmien jintuża bħala mudell għat-test Lhudi hu dak tal-Biblia Hebraica Stuttgartensia (BHS), ibbażat fuq L, miktub fl-1966 (1977, 1983, 1990) minn Karl Ellinger u W. Rudoph tad-Deutsche Bibelgesellschaft ta’ Stuttgart (għalhekk l-isem).

Għat-Testment il-Ġdid u t-Testment il-Qadim bil-Grieg, id-dokumenti l-iżjed antiki huma xi papiri li ġejjin mis-seklu II AD. Hemm xi ħamest elef manuskritti oħra konservati. L-iżjed awtorevoli minnhom huma dawn:

It-test kritiku (jiġifieri li jieħu kont tad-diversi dokumenti ewlenin) li daż-żmien jintuża bħala mudell għat-test tat-Testment il-Qadim bil-Grieg, inklużi l-kotba dewterokanoniċi hi l-edizzjoni ppublikata fl-1935 mill-filologu 
Ġermaniż Alfred Rahlfs.

It-test kritiku li daż-żmien jintuża bħala mudell għat-test Grieg tat-Testment il-Ġdid hu dak ta’ The Greek New Testament (GNT), minn K. Aland, M. Black, B. M. Metzger, A. Wikgren, Carlo Maria Martini, B. Aland. United Bible Societies. Edizzjonijiet: 1966, 1968, 1975, 1983 u 1993.

Fost l-eluf tat-traduzzjonijiet tat-test bibliku għal-lingwi kollha tad-dinja, ta’ min isemmi dawn li ġejjin:

Dawn il-fatti huma meħuda mill-artiklu L-Istorja tal-Bibbja bil-Malti ta' Paul Mizzi  u hemm bżonn referenzi.




#Article 14: Blogg (428 words)


Il-fenomenu tal-hekk imsejħa bloggs (blogs bl-Ingliż) huwa pjuttost riċenti, fejn dan il-mezz ta' komunikazzjoni qed jiġi kkunsidrat minn ħafna bħala s-soluzzjoni għall-vojt li tħalli l-medja tradizzjonali. Il-blogg innifsu m'huwa xejn ħlief tip ta' sit f'format ta' ġurnal/djarju, fejn l-aħħar kitbiet jidhru fil-quċċata filwaqt li dawk iktar antiki jiġu arkivjati. Il-fenomenu tal-bloggs jaf l-għeruq tiegħu l-Amerika, fejn ħa spinta partikolari fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali Amerikani meta delegazzjoni ta' bloggers kienet mistiedna ssegwi mill-viċin l-andament tal-kampanja elettorali.

Il-blogg jikkonsisti f'serje ta' kitbiet, magħrufa ahjar bħala posts, li jikteb perjodikament l-awtur. Ħafna mill-bloggs jippermettu li l-qarrejja jħallu l-kummenti tagħhom u jirreaġixxu għal dak li ntqal fil-kitba oriġinali. Hija użanza popolari ħafna wkoll li diversi kitbiet jiġu kkwotati fil-bloggs tal-qarrejja nnifishom, biex b'hekk jagħmlu l-kummentarju fil-bloggs rispettivi tagħhom minflok ma jħallu l-kumment fil-blogg fejn ġiet diskussa t-tema partikolari l-ewwel darba.

Blogg ħafna drabi jinkludi wkoll lista ta' bloggs oħrajn li l-awtur iħobb jaqra (magħrufa bħala blogroll) u wkoll, generalment, xi informazzjoni dwar l-awtur nnifsu li tinstab fil-profil tiegħu. 

Jeżistu primarjament żewġ tipi ta' bloggs: dawk b'kontenut simili għal djarju fejn l-awtur (magħruf aħjar bħala il-blogger) jikteb dwar ħajtu, kif ukoll dawk il-bloggs fejn l-awtur jikteb dwar temi u suġġetti partikolari, fosthom il-politika.

Is-suċċess preżenti tal-bloggs jaf il-bidu tiegħu bil-furur li kien hawn internazzjonalment fl-2004 (fejn fiha l-espansjoni tal-bloggosfera kienet waħda mir-revelazzjonijiet tas-sena), għalkemm lokalment din l-isplużjoni ta' popolarita' saret notevoli aktar tard fl-ewwel ftit xhur tal-2005. Il-bloggosfera Maltija bdiet tikber bilmod il-mod hekk kif ħafna Maltin bdew joħolqu l-blogg tagħhom. Waħda mill-kawżiet ta' dan kien blogg ġdid bl-isem ta' , miktub minn Robert Micallef, fejn fih l-awtur jagħmel sforz sabiex jiskopri u jikteb dwar bloggs ġodda fil-bloggosfera lokali.

Hemm ħafna diskussjonijiet għaddejjin fuq l-etika u d-drittijiet tal-bloggers, li huma magħrufa li ma tantx jaħsbuha darbtejn qabel jgħidu dak li jħossu. Parzjalment, dan iseħħ minħabba l-liberta' li l-internet jippermetti, kif ukoll minħabba l-fatt li s-sid tal-blogg ikun qed jikteb liberament mill-pożizzjoni tiegħu, għall-kuntlarju tal-ġurnalisti li jkunu qegħdin jiktbu f'isem aġenzija tal-medja tradizzjonali u allura jkunu obbligati li josservaw ċertu etika. Blogger, mill-banda l-oħra, għandu l-liberta' li jaffronta kwalunkwe tema bi kliem iċ-ċittadin fit-triq, ħafna drabi mingħajr ir-restrizzjoni tal-korrettezza politika li ġurnalist għandu d-dmir li josserva.

It-teknoloġija tal-bloggs imxiet ħafna 'l quddiem, u wieħed ma jridx iħalli barra teknoloġiji relatati li jimxu id f'id mal-bloggs, fosthom l-RSS. Il-fenomenu tal-bloggs qajjem ukoll kuxjenza dwar aspetti ohra tal-internet, fosthom ċertu standard ta' kumpatibbilita' bejn is-siti. Wieħed hawnhekk isemmi l-importanza tal-XHTML. Ħafna bloggs saru b'hekk il-kanvas artistiku għal xi bloggers li jehdew japplikaw il-kreattivita' tagħhom sabiex jikkreaw diżinji u formati personalizzati għall-bloggs tagħhom, billi jużaw l-imsemmija standards ġodda.




#Article 15: Bloggosfera (555 words)


Il-kelma bloggosfera tirreferi għall-kommunita' ta' bloggs.

Minħabba n-natura tal-bloggs, hemm diversi mezzi ta' kif l-awturi jistgħu jikkomunikaw ma' xulxin, u din toħloq sens ta' kommunita'. 

Is-sezzjoni tal-kummenti taħt kull post teżisti biex il-qarrejja jkunu jistgħu joffru l-kummenti tagħhom dwar dak il-post minflok jiktbu ittra elettronika lill-awtur. Kemm l-awtur u kemm il-qarrejja l-oħrajn jistgħu mbagħad jikkummentaw fuq il-kummenti diġa' miktubin, u b'hekk ġieli jsiru kemm diskussjonijiet u kemm argumenti fis-sezzjoni tal-kummenti.

Dawn iservu mhux biss biex il-qarrejja jew bloggaturi jikkommunikaw ma' xulxin, imma wkoll ġieli jsiru jafu b'xi bloggatur ġdid għax ikun ħalla kumment x'imkien.

Isir ukoll l-abbuż tal-kummenti f'diversi modi - pereżempju meta xi ħadd jikteb xi ħaġa kontroversjali u ma jiktibx ismu, jew jikteb biss biex jagħmel xi forma ta' riklam (spam), jew biss joqgħod jgħajjar.

Wieħed jista’ ukoll jikkummenta fuq blogg ieħor billi jikteb fil-blogg tiegħu stess. Dan ukoll iservi bħala riklam għall-blogg l-ieħor u jgħin ikabbar in-nisġa tal-bloggosfera. 

Ħafna drabi, jekk bloggatur jieħu pjaċir jaqra blogg ieħor, hu jpoġġi ħolqa permanenti fuq il-blogg tiegħu (fis-sezzjonali msejħa blogroll) ħalli min jaqra tiegħu jsir jaf bl-ieħor. Hemm l-użanza ta' ħolqa reċiproka meta wieħed isir jaf li hemm xi ħadd jagħmel ħolqa għal miegħu.

Fil-bloggosfera Maltija nsibu diversi tipi ta' nies li jkollhom xi konnessjoni ma' Malta.

Jeżistu ċerti distinzzjonijiet: jekk huma Maltin jew le, jekk jgħixu Malta jew le, u jekk jiktbu bil-Malti jew le. Tista' ukoll tħares lejn jekk jiktbu dwar Malta u l-politika, jew b'mod iktar personali. Bħalissa fil-bloggosfera Maltija, minbarra Maltin jgħixu Malta, insibu diversi Maltin li bħalissa joqogħdu pajjiżi oħrajn fl-Ewropa, xi barranin li huma studenti jistudjaw l-Universita', u dan l-aħħar ukoll barranin li ma joqogħdux Malta iżda għandhom konnessjonijiet magħha u għalhekk jiktbu dwarha.

Il-kitba bil-Malti fil-bloggs għandha tiffaċċja xi problemi; l-ikbar tnejn huma l-użu ta' ittri Maltin (Ċ,ċ,Ġ,ġ,Ħ,ħ,Ż,ż) u l-użu ta' kliem tekniċi li għandhom x'jaqsmu mat-teknoloġija tal-bloggs. 

Is-soltu meta wieħed jikteb bil-Malti fuq kompjuter, juża Word processor b'karattri Maltin, imma l-kitba ta' bloggs is-soltu jsir direttament ġo navigatur tal-internet, fejn m'hemmx għażla ta' karattri. Barra minn hekk, jekk blogger juża l-karattri Maltin fuq il-blogg tiegħu, dan ser jidher sew biss fuq kompjuters li ukoll għandhom il-karattri Maltin. 

Hemm min jevita din problema billi juża ittri Ingliżi biss (C,c,G,g,H,h,Z,z). Permezz tat-tastiera Maltija (), wieħed jista' jikteb b'karattri Maltin b'mod faċli, u l-karattri li jiġu użati huma tal-Unicode li għalhekk ser jidhru kif suppost fuq kwalunkwe kompjuter. Din is-soluzzjoni taħdem biss fuq Windows biss, u bloggers li jużaw sistemi operattivi differenti jkollom jsibu metodi oħrajn biex idaħħlu l-karattri Maltin. Jistgħu jdaħħluhom wieħed wieħed billi jikkupjawhom mill-character map, jew jistgħu jużaw scripts bħal dan li hemm fis-sit . 

Għat-tieni problema, tal-użu ta' kliem tekniku, il-blogger jista' juża kliem Ingliż bħal website, blog, Internet, u forsi jagħmilhom kursivi peress li mhumiex bil-Malti. Inkella jkollu jista' juża l-ekwivalenti bil-Malti (website tiġi sit tal-web, blog tiġi blogg, Net tiġi Xibka). Jekk bloggers oħrajn jaqblu ma’ xi ħaġa li jivvinta wieħed, jaddottawha huma wkoll (per eżempju Mark Vella  beda juża l-kelma blogg, li issa saret aċċettata u użata fil-bloggosfera Maltija).

Il-bloggosfera Maltija qiegħda tipprovdi diversi benefiċċji lil min isegwiha, per eżempju ġieli tagħti u tifrex aħbarijiet qabel il-gazzetti, tipprovdi post għall-kittieba sabiex juru u jaqsmu x-xogħol tagħhom, tlaqqa' nies minn oqsma differenti tal-ħajja li s-soltu ma kienx hemm ċans isiru jafu 'l xulxin, u ġieli tiffunzjona bħala forum għal diskussjonijiet dwar il-qagħda ta' Malta.




#Article 16: Bandiera ta' Malta (100 words)


 

Skont il-kostituzzjoni ta' Malta, il-bandiera nazzjonali għandha żewg strixxi weqfin u ndaqs, bl-istrixxa tan-naħa tax-xellug tkun bajda, filwaqt li l-oħra ħamra. 

Fil-kantuniera ta' fuq fin-naħa tax-xellug tal-bandiera hemm il-George Cross b'bordura ħamra, li jirrappreżenta l-unur li ngħata lill-poplu Malti mir-Re Ġorġ VI tal-Ingilterra fil-15 ta' April, 1942 għall-qlubija li wera fit-Tieni Gwerra Dinjija. 

Il-wisa' tal-bandiera għandha tkun darba u nofs daqs it-tul tagħha.

L-Emblema ta' Malta hija bbażata fuq il-bandiera.

Għalkemm l-oriġini tal-bandiera Maltija m'humiex aċċertati, ħafna jsostnu li l-ilwien abjad u aħmar bdew jintużaw minn żmien il-ħakma tal-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, li ħa l-gżejjer minn taħt l-Għarab fl-1090.




#Article 17: L-Innu Malti (376 words)


 

L-Innu Malti hu l-innu nazzjonali ta' Malta. Inkiteb bħala forma ta' talba lil Alla. Dan l-innu ġie kompost mill-Mro. Robert Samut bil-lirika toħroġ mill-pinna tal-Poeta Nazzjonali Malti Dun Karm Psaila.

Minn nofs is-seklu dsatax sas-snin tletin, Malta kienet għaddejja minn bidla fuq il-lat patrijottiku, b'ħafna ħassieba jħossu li Malta għandha jkollha l-innu nazzjonali tagħha. Fl-1850, Ġan Anton Vassallo kkompona Innu Lil Malta, li kien jintuża f'diversi manifestazzjonijiet u laqgħat politiċi Maltin. Fl-1922, il-Professur Mro. Robert Samut ikkompona melodija qasira. Sena wara, Dr. A.V. Laferla, kap tal-iskejjel primarji f'Malta, ġietu f'idejh din il-kompożizzjoni hekk kif hu xtaq li jkollu innu li jista' jiġi kantat mill-istudenti fl-iskejjel Maltin. Laferla staqsa lil Dun Karm Psaila biex jikteb il-kliem li jkun jista' jaqbel mal-melodija ta' Samut. Dun Karm Psaila kien magħruf għall-ħsibijiet reliġjużi u patrijottiċi li kien jikteb fil-poeżiji tiegħu, u fil-versi li kiteb ma naqasx li jdaħħal dawn l-elementi. L-innu kien diġà beda jindaq f'Diċembru tal-1922, ħafna drabi fl-iskejjel tal-istat. L-ewwel darba li nstama' fil-pubbliku kien fis-27 ta' Diċembru 1922 u darb'oħra fis-6 ta' Jannar 1923, waqt żewġ kunċerti fit-Teatru Manoel. Madanakollu, matul dawn iż-żewġ dehriet, tbiddlu xi versi mill-ewwel stanza. Din irrabjat lil Dun Karm, li pprotesta għal din permezz ta' artiklu f'gazzetta lokali. Minn dakinhar 'il quddiem l-ebda kelma ma nbidlet. Fit-8 ta' Frar 1929, żewġ kunċerti oħra saru fit-Teatru Manoel bil-parteċipazzjoni ta' tfal minn Tas-Sliema li kantaw il-versi oriġinali ta' Dun Karm. L-innu ndaqq mid-Duke of Edinburgh's Band tal-Birgu.

Fit-22 ta' Frar 1941, il-gvern Malti ddikjara l-innu bħala l-innu uffiċjali ta' Malta. Il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964 ikkonfermatu bħala l-Innu Nazzjonali ta' Malta, li llum jirrappreżenta wieħed mis-simboli tal-identità Maltija. Ġrajja interessanti seħħet fil-25 ta' Marzu 1945, waqt logħba futbol bejn Malta XI u t-tim Jugoslav ta' Hajduks li ntlagħbet fil-grawnd tal-Gżira. F'dak iż-żmiem, Malta kienet għadha taħt l-Ingliżi, u l-Gvernatur Brittaniku kien preżenti. Qabel il-logħba, il-banda daqqet l-innu tal-Jugoslavja, u wara l-innu tal-Gran Brittanja, minħabba li Malta kienet għadha stat kolonjali. Hekk kif il-gvernatur kien se jpoġġi, in-nies kollha qamu u bdew ikantaw l-Innu Malti. Il-Gvernatur, minkejja li kien imbarazzat, baqa' bilwieqfa sal-aħħar tal-innu. L-Innu jindaqq kuljum fuq il-mezzi tax-xandir, u anki waqt il-qadi uffiċjali tal-President ta' Malta, tal-Prim Ministru ta' Malta, u dawk tal-personaġġi statali oħra. Fl-iskejjel u waqt attivitajiet nazzjonali importanti, l-Innu Malti jindaqq ukoll.




#Article 18: Air Malta (344 words)


Air Malta hija l-linja nazzjonali tal-ajru ta' Malta.

 

L-Air Malta twaqqfet fil-21 ta' Marzu, 1973 wara li ġiet iffurmata minn riżoluzzjoni fil-Kamra tad-Deputati, u saret kumpanija fit-30 tax-xahar. Fid-29 tal-istess xahar, din il-linja tal-ajru ġiet provduta ċertifikat li forniha bi drittijiet biex topera fuq servizzi internazzjonali minn Malta. Dan iċ-ċertifikat ġie ffirmat mill-Prim Ministru, bil-patt u l-kundizzjoni li l-Air Malta tobdi ċerti regoli imposti minnu.

L-Air Malta bdiet topera fl-1 ta' April, 1974, b'żewġ Boeing 720 mikrija, b'titjiriet lejn Ruma, Tripli, Londra, Manchester, Frankfurt, u Pariġi mill-Ajruport ta' Malta.

Fl-1982 l-Air Malta ffirmat kuntratt ta' xiri mal-kumpanija Boeing biex b'hekk din il-kumpanija tal-ajruplani mill-Amerika ta' Fuq forniet tliet mudelli Boeing 737 lill-Air Malta. Dawn kienu fil-fatt l-ewwel ajruplani ġodda li kellha l-Air Malta, u tlestew lejn il-bidu tal-1983.

Fl-1986 l-Air Malta ordnat żewġ Boeing 737 ġodda, u fl-1987, ordnat l-ewwel Airbus A320 filwaqt li biegħet iż-żewġ Boeing 720 li kellha fil-flotta. Fl-1989, l-Air Malta xtrat Airbus A320 ieħor, u iktar tard fl-1992 ordnat żewġ Boeing 737 oħra. Dik is-sena ġew ordnati wkoll erba' Avro RJ-70 biex ikunu jistgħu jintużaw f'rotot minn Malta għal Katanja, għall-Ajruport Internazzjonali ta' Palermo u għal destinazzjonijiet ġodda bħal Tuneż u Monastir (it-tnejn fit-Tuneżija).

Wara l-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fl-1992, l-Air Malta ħolqot il-CargoSystems li tikkonsisti f'servizzi li jinkludu trasport bl-ajru ta' merkanzija fuq ajruplani tal-Air Malta.  Għal dan il-għan, fl-1994 l-Air Malta inawgurat ċentru apposta fl-ajruport.

Fl- ahhar tal- 2010, inbeda process ta restructuring fl Air Malta, ghax bdiet taghmel it telf u hemm biza li tfalli. Ir rizultat tal process ghandu ikun imhabbar lejn l ahhar ta Jannar 2011.  Jista jkun ikollhom jitnaqqasu xi ajruplani u anke xi haddiema, biex il kumpannija tigi profittabbli.

Minkejja kollox, wiehed ma ghandux inaqqas mill importanza ta linja tal ajru nazzjonali ghal- gzira bhal Malta.

Fix-xitwa tal-2004/05, l-Air Malta operat f'iktar minn 45 destinazzjoni lejn l-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani.

Fi Frar 2005, l-Air Malta ħabbret żieda fid-destinazzjonijiet lejn l-Ingilterra (Cardiff, East Midlands, Bristol, u Newcastle) u Franza (Nantes, u Toulouse).

Il-flotta tal-Air Malta tikkonsisti f'dawn l-inġenji tal-ajru: (2008):




#Article 19: Dom Mintoff (12113 words)


Il-Perit Duminku Mintoff, magħruf aħjar bħala Dom Mintoff (Bormla, 6 ta' Awwissu 1916 – Ħal Tarxien, 20 ta' Awwissu 2012) kien politiku Malti, li serva ta' Prim Ministru ta' Malta għal erba' leġiżlaturi. Huwa kien ukoll l-uniku Prim Ministru Laburista li serva bħala Prim Ministru f'iktar minn leġiżlatura waħda, u huwa l-iktar Prim Ministru Malti li dam fil-kariga, 16-il sena. Bejn l-1949 u l-1984 huwa kien il-mexxej tal-Partit Laburista, l-iktar mexxej li dam – 35 sena. Ta' 33 sena hu kien l-iżgħar mexxej ta' partit meta laħaq. Serva għal 47 sena bħala deputat fil-Parlament Malti bejn l-1945 u l-1998 meta ma kkontestax l-elezzjonijiet ġenerali li saru f'dik is-sena. Duminku Mintoff kien l-iktar wieħed li kien elett drabi: 14-il darba – f'kull elezzjoni mill-1945 sal-1996.

Dom Mintoff jibqa' msemmi bħala figura kontroversjali lokalment u internazzjonalment, maħbub minn ħafna u kkritikat minn ħafna. Jibqa' mfakkar għal ħafna miżuri li introduċa, fosthom is-servizzi soċjali, u li wasslu biex f'Malta jinqered il-faqar, u għal kisbiet kostituzzjonali importanti, bħat-twaqqif ta' Malta Repubblika u l-kisba ta' ħelsien sħiħ mir-Renju Unit.

Bin Wenzu u Concetta imwielda Farrugia, Duminku Mintoff kien it-tielet wild fost disa' aħwa, u l-ikbar wieħed mis-subien. Missieru kien jaħdem fuq il-baħar man-Navy Ingliża u aktar tard kien kok fil-Berġa ta' Kastilja. Duminku kien imur jgħin lil missieru f’Kastilja meta l-binja kienet tal-Ingliżi u fiha kien jamministra Lord Louis Mountbatten. Wara li Mintoff kien daħal fil-politika u sar Mexxej tal-Partit Laburista, l-istess Mountbatten kien sar ħabib personali kbir tiegħu, u Mintoff sar Prim Ministru bl-uffiċju tiegħu f'Kastilja. Ommu, mara ta' karattru sod, kellha influwenza kbira fuqu. 

Twieled f'Irish Street, Bormla, f'ambjent fqir, sempliċi, iffullat u storbjuż. Din id-dar kienet fl-aħbarijiet f'Jannar 2010 meta Chris Agius, membru parlamentari Laburista, talab lill-awtoritajiet biex din ma titwaqqax mal-bini antik f'Bormla li kien hemm il-ħsieb li jitwaqqa' mill-Gvern. Iktar tard il-familja Mintoff marret toqgħod f'dar oħra Bormla qrib St. Helen's Gate. 

Tgħammed fil-Knisja Kolleġġjata tal-Kunċizzjoni ta' Bormla u ngħata l-isem Duminku mhux biss minħabba li l-familja tiegħu kienet partitarja ta' San Duminku tal-Birgu, imma għax għax ommu wara li kellha żewġt ibniet xtaqet tifel u kienet għamlet wegħda lil San Duminku. Meta twieled kien ukoll il-jum li fih twieled kienet titfakkar il-mewt ta' dan il-qaddis.

Silvia Abela, li tgħix f'parti mid-dar fejn twieled Mintoff, meta intervistata minn The Times, qalet li ommha, Carmena Silvio, kienet tgħix f'dawk l-inħawi, u meta kienet żgħira kienet tigħab ma' Mintoff. Tirrakkonta kif ommu kienet tgħajjat miegħu biex jistudja imma hu kien ikun irid jibqa' jilgħab. Imbagħad kien imur vera tajjeb fl-eżamijiet.  

Mintoff ħa l-edukazzjoni tiegħu, l-ewwel fl-iskola tan-nuna f'Bormla, u wara għand il-Freres fil-Kottonera, is-Seminarju tal-Furjana, u fil-Liċeo tal-Belt u ggradwa mill-Università ta' Malta fl-1937 fil-B.Sc., u sentejn wara, fl-1939 iggradwa bħala Perit (B.E.  A.  C.E.). Fuq dak iż-żmien ta' student fl-Università ta' Malta, Mintoff jirrakkonta inċident partikulari:

F'dik is-sena, 1939, ingħata wkoll borża ta' studju mill-Fondazzjoni Sir Cecil Rhodes u pproċeda f'Hartford College, fl-Università ta' Oxford. Fil-vjaġġ tiegħu għamel waqfa f'Napli u hemm irċieva telegramma li biex jidħol fl-università ta' Oxford ried ikollu ċertifikat li jikkonferma li kien b'saħħtu u għalhekk mar ifittex tabib. Sab lit-tabib Giuseppe Moscati (li mbagħad fl-1987 kien ġie ddikjarat qaddis) li wara li għamillu ċ-ċertifikat ma ħadlux flus u minflok qallu, Mur u agħmel il-ġid. Fl-1941 ġab l-M.A. fix-xjenzi u inġinerija. Huwa pprattika l-professjoni tiegħu l-Ingilterra sal-1943, u f'dik is-sena rritorna lura lejn Malta, fejn ipprattika l-professjoni tiegħu ta' perit minn uffiċċju fil-Blata l-Bajda, li kien jieħu ħsiebu ħuh, Raymond Mintoff.

F'dan iż-żmien ukoll Mintoff beda jieħu interess fil-politika Maltija u beda jikteb artikli fil-gazzetta Chronicle. F'wieħed mill-artikli tiegħu fil-Chronicle, Dom Mintoff kien qal F'Malta l-politika fiha ħafna bjuda u jekk nagħmlu xi taqtira roża, ma tagħmel xejn ħażin, anzi tiswa ta' ġid. 

Fl-istess żmien Mintoff kien iltaqa' mal-anti-Faxxista Taljan Umberto Calosso li kien jinsab Malta. Calosso kien ħa sehem fil-gwerra  ċivili ta' Spanja, u kif din intemmet kien ġie Malta u kien jgħallem fil-Kulleġġ ta' St Edwards u wara kien ħa ċ-ċittadinanza Ingliża. Calosso kien Soċjalist u l-Gvern ta' Mintoff tas-snin sebgħin kien semma l-Kulleġġ tas-Snajja' f'Santa Vene­ra għalih.

Mintoff daħal fix-xena politika fl-1935 bħala assistent segretarju tal-Każin tal-Partit Laburista ta' Bormla. Inħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista fl-1935, iżda fl-1937 kellu jirreżenja biex ikun jista' jkompli l-istudji tiegħu barra minn Malta. 

Ta' 23 sena, Mintoff kien diġà jikteb fl-istampa lokali dwar ideat ġodda għall-politika Maltija. F'artiklu li kien deher fil-ġurnal Daily Malta Chronicle Mintoff kiteb: 

(tr. Malti: Malta għandha bżonn ta' membri ġodda b'ideat godda li jkunu jistgħu jgħaqqdu l-elementi progressivi kollha u tbiddel is-sistema soċjali medjevali f'sistema li tkun l-għira tal-bqija tad-dinja)

Mar-ritorn tiegħu mill-Ingilterra fl-1944, Mintoff reġa' nħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, iżda rriżenja minn din il-kariga wara li ġie elett bħala Deputat Mexxej tal-Partit. 

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-politika f'Malta ħadet pawsa u kull entużjażmu li seta' kien hemm għosfor. Possibilment, l-iktar avveniment politiku importanti fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija kien it-twaqqif tal-General Workers Union (GWU) minn Reggie Miller fl-1943. L-għanijiet ta' din l-unjon kienu kważi identiċi għal dawk tal-MLP. Fil-fatt, iktar il-quddiem fl-istorja, il-GWU kellha rwol importanti fil-politika ta' Malta fejn flimkien mal-MLP iffurmat alleanza magħrufa bħala l-Moviment tal-Ħaddiema, b'żewġ fergħat: dik politika u dik industrijali (1984).

Matul il-gwerra, il-Partit Laburista kien jifforma parti mill-Kunsill tal-Gvern. Fit-22 ta' Frar 1945 ir-rappreżentant laburista, Pawlu Boffa, irriżenja mill-kunsill wara li ġie kkritikat talli ppropona l-introduzzjoni ta' taxxi biex jiġu mibdija s-servizzji soċjali f'Malta.

Għall-kuraġġ u l-perseveranza tal-Maltin matul il-gwerra, il-Gvern Ingliż wiegħed Kostituzzjoni Awtonoma lill-poplu Malti hekk kif tintemm il-gwerra. Mat-tmiem tat-taqbid kontra l-għadu, il-Maltin ma damux wisq qabel reġgħu bdew bit-taqbid politiku. Ġiet iffurmata l-Assemblea Nazzjonali taħt it-tmexxija taċ-chairman Contino L. Preziosi, li l-għan tagħha kien il-formazzjoni ta' kostituzzjoni ġdida. Il-membri, li kienu jirrappreżentaw il-korpi kostitwiti kollha, kienu jiltaqgħu fil-Palazz tal-Gvernatur.

Kien fit-23 ta' Settembru, tal-1945, li Mintoff tkellem għall-ewwel darba fil-meeting li kien sar f'Bormla fil-kumpanja elettorali għall-Kunsill tal-Gvern. Fl-elezzjoni ta' Novembru 1945, li għaliha vvutaw bejn wieħed u ieħor 31% biss tal-votanti eliġibbli, il-Partit Laburista ġab il-maġġoranza ta' siġġijiet, b'kollox 9 minn 10. Mintoff ikkontesta b'suċċess din l-elezzjoni u ġie elett flimkien ma' Pawlu Boffa (il-Kap tal-Partit Laburista li ġie wkoll maħtur Kap tal-Kunsill), Robert Bencini, Ġużè Cassar, Turu Colombo, Godwin Ganado, Anthony Schembri Adami, John Raimondo u Karmenu Vassallo għall-Partit Laburista.  Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Partit Laburista, fil-programm elettorali ma kien hemm l'ebda referenza għar-reliġjon.

Mintoff ingħata permess biex jifforma parti mill-Kunsill Eżekuttiv fl-1 ta' Awwissu, 1946 wara pressjoni qawwija mit-tabib Pawlu Boffa fuq il-gvernatur ta' dak iż-żmien. 

Fit-12 ta' Settembru, 1946 id-disa' membri tal-Partit Laburista irriżenjaw bħala sinjal ta' protesta kontra is-sensji li ngħataw lill-ħaddiema tat-tarzna, kif ukoll kontra l-fatt li membri eletti Maltin fil-Kunsill tal-Gvern ftit kellhom poter. Dan kien iseħħ skont il-Kostituzzjoni Macdonal li kienet tipprovdi tmien membri uffiċjali, tnejn nominati mill-Gvernatur u għaxra oħra eletti mill-poplu.  Din il-kostituzzjoni kienet tpoġġi r-rappreżentanti tal-poplu f'minoranza peress li l-Gvernatur Ingliż (jew ir-rappreżentant tiegħu) kellu wkoll id-dritt għall-vot.

Sadanittant, ġiet fis-seħħ il-Kostituzzjoni MacMichael li kienet tippermetti self-government lill-Maltin.

Fl-10 ta' Settembru, 1947, C.R.F. Douglas, il-Gvernatur u l-Kap-Kmandant (Commander-in-Chief) ta' Malta, iddikjara pubblikament li l-kostituzzjoni kienet ser tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Settembru, 1947. F'din il-kostituzzjoni, is-Senat ġie abolit u minnflok, nħoloq korp leġiżlattiv ta' 40 membru elett mill-poplu. Permezz ta' din il-kostituzzjoni, Malta kien ser ikollha organu wieħed ta' leġislazzjoni, l-Assemblea Leġislattiva. Din il-kostituzzjoni l-ġdida kienet pass importanti ukoll mill-lat ta' ugwaljanza bejn is-sessi għaliex issa, in-nisa ngħataw il-vot u fl-Elezzjoni Ġenerali li seħħet f'Ottubru, 1947, setgħu anki joħorġu bħala kandidati għall-Assemblea Leġislattiva bħalma għamlet Agatha Barbara fl-1947.

F'Ottubru 1947, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet b'maġġoranza assoluta ta' 24 siġġu. Il-Partit Laburista mmexxi minn Pawlu Boffa kiseb rebħa kbira elettorali meta ġab 63,145 vot u tella' 24 Deputat fl-Assemblea Leġislattiva. Il-Partit Nazzjonalista ġab 19,401 vot u tella' 7 deputati. Id-Democratic Action Party kiseb 14,010 vot u tella' 4 deputati, il-Partit t'Għawdex ġab 5,491 vot u tella' tliet Deputati, filwaqt li l-Partit ta' Jones ġab 3664 vot u tella' żewġ Deputati. 143 vot marru għall-kandidati Indipendenti li ħadd minnhom ma ġie elett. Is-sinjorina Agatha Barbara, f'isem il-Partit Laburista saret l-ewwel mara eletta fl-Assemblea Leġislattiva. It-tabib Paul Boffa ġie dikjarat Prim Ministru ta' Malta, u Mintoff nħatar Deputat Prim Ministru u Ministru tax-Xogħol u r-Rikostruzzjoni u baqa' jżomm din il-kariga sa Settembru 1949. Dan il-Gvern Laburista kien il-gvern li ntroduċa t-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax) u l-Pensjoni tax-Xjuħ f'Malta.  

Peress li Mintoff kien ukoll id-Deputat Mexxej tal-MLP mmexxi minn Boffa, huwa kien jifforma parti minn kull delegazzjoni li kienet titla' l-Ingilterra biex tipprova takkwista sussidji, għajnuna finanzjarja u garanziji għall-futur ta' Malta. Il-Gvern Britanniku iżda kien idu tqila u ma kienx lest li jgħin lil Malta. Il-Gvern Malti ħass li għas-sehem kruċjali tal-gżejjer fit-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kellha tingħata sehem mill-assistenza li l-Istati Uniti kienet qed tagħti lill-Ewropa f'dak iż-żmien. L-għan ta' din l-assistenza, magħrufa aħjar il-Pjan Marshall (Marshall Plan; Marshall Aid), kien ir-rikostruzzjoni tal-Ewropa u tal-ekonomija Ewropea. Għas-sehem kruċjali tagħha fit-Tieni Gwerra Dinjija, Malta ma ngħatat l-ebda għajnuna finanzjarja. 

Dan kollu wassal biex fl-1949, Boffa kellu jippreżenta memorandum miktub minn Mintoff lill-Gvern Ingliż, liema memorandum kien approvat unanimament mill-kabinett. F'dan il-memorandum, Malta heddet li jekk sat-22 t' Awwissu tal-istess sena, l-Ingilterra ma tkunx talbet għall-Marshall Aid f'isem Malta, il-Gvern Malti kien ser jistaqsi lill-Istati Uniti stess biex tipprovdi għajnuna lill-pajjiż u bi tpattija l-Istati Uniti kienu ser jitħallew jużaw tal-gżejjer bħala bażi. Id-delegazzjoni li sejħet dan l-ultimatum, kienet immexxija minn Mintoff flimkien mas-Sur Dwardu Ellul u l-Prim Ministru Boffa. Il-Gvern Ingliż irrifjuta li jiltaqa' mad-delegazzjoni Maltija jekk dawn ma jirtirawx il-memorandum, u għal din ir-raġuni, Boffa ddeċieda li ma jippreżentax il-memorandum. Min-naħa tiegħu, Mintoff ma aċċettax li jirtira l-ultimatum u dan wassal għall-problemi interni kbar fi ħdan il-Partit Laburista, li eventwalment kienu l-kawża ta' qasma fil-partit; Mintoff iddeċieda li jirtira u rriżenja mill-kabinett. 

Dom Mintoff, li kellu s-sostenn ta' numru kbir ta' Laburisti iżda mhux tal-Kabinett, beda jorganizza għad ta' mass meetings u pubblikament ikkritika lil Boffa u l-kabinett tiegħu. 

Fil-25 ta' Settembru 1949, ltaqgħet il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u beda jidher biċ-ċar li l-politika ta' Boffa bdiet tidher inutili f'għajnejn ħafna laburisti. Fid-9 t'Ottubru ġie deċiż li Boffa kellu jirreżenja kemm minn Mexxej tal-Partit Laburista kif ukoll minn Prim Ministru ta' Malta. 244 ta' dawk preżenti vvutaw favur din id-deċiżjoni filwaqt li 141 ivvutaw kontra. 

Dom Mintoff inħatar Mexxej tal-Partit Laburista fis-16 t'Ottubru 1949. Mintoff kellu jibqa' jżomm din il-kariga għal 35 sena sħaħ, sakemm irriżenja fit-22 ta' Diċembru, 1984. 

Boffa, li kien ilu jmexxi l-Partit Laburista sa mill-1921, iddeċieda li joħloq partit ieħor, il-Malta Workers' Party, flimkien mas-sostenituri tiegħu. Dan il-partit irnexxielu jibqa' fil-gvern sas-sajf tal-1950 grazzi għas-sostenn ta' ħafna partiti żgħar.

Kien propju f'dan iż-żmien li Mintoff beda juża slogans politiċi ta' ċertu qawwa fid-diskorsi tiegħu, fosthom il-famuża Malta l-ewwel u qabel kollox, għajta li kellha tintuża ħafna fis-snin li segwew. Mintoff kien jemfasizza ħafna fuq il-ġlieda għall-libertà nazzjonali ta' Malta, bi frażijiet bħal jew bħall-Ingliżi jew mhux mal-Ingliżi u aħna m'aħna ser inkunu qatt skjavi u servi f'pajjiżna stess.

Fis-6 ta' Ġunju, 1950, il-Gvern ta' Boffa tilef il-Vot tal-Budget għas-sena 1950-51 u Sir Gerald H. Creasy, Gvernatur u Kap-Kmandant ta' Malta xolja l-Parlament fit-23 ta' Ġunju, 1950.

Kmieni f'Settembru 1950, issejħet elezzjoni ġenerali li fiha Mintoff reġa' ġie elett. L-MLP ibbaża l-kampanja elettorali tiegħu fuq ir-relazzjoni ekonomika u kostituzzjonali mal-Gran Britannja. F'din l-elezzjoni, l-ebda partit li kkontesta ma rnexxielu jikseb il-maġġoranza. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista, li kellu vantaġġ numeriku, wara konsultazzjoni mal-partiti l-oħrajn biex jipprova jifforma Gvern Nazzjonali, spiċċa biex minnflok ifforma Gvern ta' minoranza f'Diċembru, 1950. Dan il-gvern kien magħmul biss minn deputati Nazzjonalisti taħt it-tmexxija tal-avukat Nerik Mizzi. Mizzi miet f'Diċembru 1950 u minfloku laħaq in-nutar Ġorġ Borg Olivier.

Fl-1951 il-Partit Labruista ingħaqad mas-Socialist International, organizzazzjoni Soċjal-Demokratika u storikament anti-Komunista. L-MLP kien deċiż li jiżviluppa l-ekonomija ta' Malta fl-inqas żmien possibbli, u joħloq Welfare State sabiex il-livell t'għixien tal-poplu ikun jista' jiżdied.

F'Jannar u Frar 1951, Borg Olivier tilef No Confidence Motion u kellha ssir Elezzjoni Ġenerali oħra f'Mejju 1951. F'din l-elezzjoni ġara li, bħal l-elezzjoni preċedenti, l-ebda partit ma rnexxielu jikseb il-maġġoranza, u fit-30 ta' Ġunju, 1951, ġie ffurmat Gvern ta' Koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers' Party, taħt it-tmexxija ta' Borg Olivier; Mintoff inħatarKap tal-Oppożizzjoni. Sadanittant, Mintoff bir-riedni tal-Partit Laburista f'idejh, beda ħidma intensiva biex jorganizza l-partit.

Il-Gvern ta' Koalizzjoni tilef Budget Motion f'Ottubru 1953 u kellhom isiru elezzjonijiet ġodda f'nofs Diċembru 1953, liema elezzjonijiet reġgħu intrebħu mill-gvern ta' koalizzjoni mmexxi minn Borg Olivier.

Wara qasma fil-Malta Workers' Party f'Novembru 1954, il-Gvern ta' Koalizzjoni bejn in-Nazzjonalisti u Boffa ġie xolt fuq Adjournment Motion (eventwalment, sa nofs il-ħamsinijiet, il-Workers' Party ta' Boffa kien spiċċa mix-xena politika Maltija. Minn 24,616 vot u 11-il siġġu fil-Parlament fl-1950, l-appoġġ għal dan il-partit naqas għal 14,000 vot u 3 siġġijiet fl-1953).

Dan wassal biex fl-elezzjonijiet li segwew fi Frar 1955, il-Malta Labour Party taħt it-tmexxija ta' Mintoff irnexxielu jegħleb il-koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista ta' Borg Olivier u l-Malta Workers' Party ta' Boffa. Il-Partit Laburista kiseb 68,474 vot (57%) u akkwista 23 mill-40 siġġu fl-Assemblea Leġislattiva filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 48,514-il vot u 17-il siġġu fl-Assemblea. Il-ħidma ta' Mintoff fi ħdan il-Partit Laburista bdiet tagħti l-ewwel frott tagħha. B'hekk Mintoff ġie maħtur Prim Ministru ta' Malta għall-ewwel darba. Fil-Kabinett tiegħu kien hemm l-awtur famuż Ġużè Ellul Mercer, li kien inħatar Ministru tax-Xogħol, u Agatha Barbara Ministru tal-Edukazzjoni, li żmien wara kellha ssir President ta' Malta. 

Il-kwistjoni tal-assistenza Britannika biex tiġi mmodernizzata Malta u r-relazzjoni mal-kolonjalisti Ingliżi, kienu il-prijoritajiet ewlenin fl-aġenda politika tal-MLP. Il-Partit Laburista, flimkien mal-General Workers Union ried li jinqatal-kolonjaliżmu f'Malta akkost ta' kollox u ppropona bis-sħiħ l-Integration. Mintoff kien jemmen li l-uniku mod kif il-kundizzjoni soċjo-ekonomika f'Malta setgħet titjieb, kien b'assistenza finanzjarja  qawwija mill-Ingilterra. Il-Partit ukoll saħaq dwar l-għan tiegħu li joħloq  u jipprovdi xogħol għal kulħadd. Matul il-kampanja elettorali, Mintoff kien spjega dan il-pjan ta' integrazzjoni. Dan kien ifisser li Malta kienet tista' tiġi ikkunsidrata bħala parti mir-Renju Unit, u għal daqstant kienet tibbenefika minn assistenza finanzjarja konsiderevoli. Iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kienu jibdew jitqiesu ċittadini Ingliżi u b'hekk igawdu bl-istess livell t'għajxien u l-istess benefiċċji soċjali bħaċ-ċittadini Ingliżi. Malta iżda kienet ser tibqa' tgawdi minn awtonomija fil-materji interni tagħha. Dan il-pjan kien jinkludi dawn il-kundizzjonijiet fost oħrajn:

F'dik l-istess sena, Mintoff stess mexxa delegazzjoni lejn Londra biex f'konferenza tiġi diskussa l-integrazzjoni ta' Malta mal-Ingilterra. 

 

F'Lulju 1955, il-Prim Ministru Ingliż Sir Anthony Eden, waqqaf Round Table Conference, komposta mit-tliet partiti prinċipali tar-Renju Unit, biex jiġu kkunsidrati mistoqsijiet kostituzzjonali mqajma mill-proposti ta' Malta għall-assoċjazzjoni u rabta akbar bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment il-proposta li Malta kellha tiġi rappreżentata fil-Parlament ta' Westminster. Sir Anthony ppropona li l-konferenza kellha tibda f'nofs Settembru tal-istess sena. Wara konsultazzjonijiet f'Londa u f'Malta, f'Diċembru 1955 ġie ppubblikat ir-rapport tal-konferenza fejn dan kien jgħid li l-poplu Malti kien intitolat għall-ugwaljanza politika u rappreżentanza f'Westminster. B'hekk, f'Malta ġie msejjaħ referendum fi Frar 1956. 

Sadanittant, f'Ittra Pastorali konġunta mill-Arċisqof ta' Malta u l-Isqof t'Għawdex, dawn esprimew li kwalunkwe bidla fil-kostituzzjoni, kellha tiggarantixxi bil-miktub l-istatus quo tal-Knisja f'Malta. Huma stqarru li ma setgħu qatt jaqblu ma' proposta li kienet ser tipperikola ir-reliġjon Kattolika. Indirettament din il-proposta kienet qed tirreferi għall-proposta ta' integrazzjoni mal-Ingilterra. Għall-ħabta tar-referendum, kien hemm ukoll ħafna organizzazzjonijiet reliġjużi li kienu qed jopponu l-integrazzjoni. Fuq programm radjofoniku l-Arċisqof Mikiel Gonzi għamilha ċara li l-integrazzjoni kienet ser tkun ta' dannu r-reliġjon kattolika u l-morali tagħha u għalhekk kien id-dmir tiegħu li jopponiha.

Il-Partit Nazzjonalista iddeċieda li jibbojkottja r-referendum fuq l-argument li l-integrazzjoni kienet ser tirriżulta f'dominanza tal-Protestantiżmu fuq il-Kattoliċiżmu, fid-dħul taż-żwieġ ċivili, divorzju eċċ. Il-partit immexxi minn Mabel Strickland (bint Lord Gerald Strickland), il-Progressive Constitutionalists, appella lill-Maltin biex jivvutaw 'Le'. L-alternattiva tal-Labour għall-integrazzjoni kien self-determination, li iżda ma kienx ikkunsidrat bħala pass ekonomikament vijabbli.

Dawk kollha li kienu jappoġġjaw lill-Gvern Ingliż jew jirrifjutaw l-integrazzjoni, malli rrealizzaw li l-pjan ta' Mintoff kien qiegħed jikseb l-appoġġ tan-nies, ħadmu iktar biex jippruvaw iwasslu l-messaġġ tagħhom u jfixklu il-pjanijiet tal-mexxej laburista. Fost ħafna raġunijiet li taw, kien hemm li r-reliġjon Kattolika ma kinitx ser tibqa' r-reliġjon dominanti f'Malta, li l-logħob tan-nar kien ser jinqata', li s-suldati Maltin kellhom immorru jiġġieldu fi gwerer barranin u jmutu barra minn xtuthom, li l-kultura Maltija ser tintilef, li ħaddiema Ingliżi kienu ser jieħdu post il-ħaddiema Maltin fit-Tarzna. 

Min-naħa l-oħra il-Partit Laburista appella lill-votanti biex jivvutaw 'Iva' fir-referendum. Peress li l-appoġġ tal-MLP kien ġej mill-parti l-kbira mill-klassi tal-ħaddiema li ħafna minnhom kienu jiddependu mill-Ingliżi għax-xogħol, proposti li kienu jiggarantixxu xogħol u livelli t'għixien bħal dawk tal-Ingliżi setgħu jsibu ħafna appoġġ.

Fit-13 ta' Frar 1956 intemm ir-referendum dwar l-Integrazzjoni li fih 45.2% tal-elettorat ħareġ jivvota. Il-figuri uffiċjali juru li 67,607 (56%) ivvutaw favur l-Integrazzjoni filwaqt li 20,177 ivvutaw kontra. Kien hemm 2,559 vot invalidu u 62,480 votant li ma ħarġux jivvutaw. Numru kbir ta' dawk li astjenew kienu għamlu dan biex jobdu d-direttivi tal-Partit Nazzjonalista li kien qed jagħmel bojkott kontra l-Pjan ta' Integrazzjoni.

Dan ir-riżultat qajjem ħafna kontroversji, u l-Prim Ministru Ingliż Sir Anthony Eden stqarr fil-House of Commons li Malta kellha tiġi rappreżentata fil-House of Commons wara li l-Maltin juru x-xewqa tagħhom f'Elezzjoni Ġenerali.  Jista' jkun li l-Gvern Ingliż ma aċċettax dan ir-riżultat għax l-integrazzjoni ma baqgħetx attraenti għall-Ingilterra, minħabba l-fjaski tal-Kanal tas-Swejs li qatel darba għal dejjem il-pretensjonijiet Ingliżi ta' status bħala potenza dinjija, li wkoll ġabet magħha konsegwenzi ekonomiċi diżastrużi. Il-Gvern Ingliż ukolll irrealizza li dak li Mintoff ma kienx irnexxielu jakkwista mill-Marshall Plan għad-danni, kien qed jipprova jakkwistah b'dan il-pjan ta' integrazzjoni mar-Renju Unit.

Sadanittant, qam xi tilwim bejn il-Gvern Malti u dak Ingliż rigward il-futur tat-tarzna u l-assistenza finanzjarja Ingliża. Fit-30 ta' Diċembru 1957, il-Parlament Malti gie msejjaħ b'urġenza biex jikkunsidra mozzjoni tal-Prim Ministru Mintoff:

Il-Parlament Malti għadda b'vot unanimu, din ir-riżoluzzjoni li kienet thedded ir-relazzjonijiet  mal-Ingilterra  b'vot unanimu.

Biex tiġi evitata din, saru xi diskussjonijiet kemm f'Malta kif ukolll fl-Ingilterra  iżda dawn ma ħallewx il-frott mixtieq għax fost il-ħafna proposti li ġew diskussi ma ntlaħaq l-ebda ftehim rigward l-iktar tnejn li possibbli kienu jaħarqu: l-integrazzjoni u t-tarzna. Issa beda jsir iktar evidenti li kambjamenti fil-policies tad-difiża Ingliżi kienu ser jirriżultaw f'rundowns massivi tal-preżenza Britannika f'Malta. Kien hemm bżonn li jiġi mplementat pjan ta' żvilupp ko-ordinat biex tiġi diversifikata l-ekonomija ta' Malta.

Fl-24 ta' Marzu, il-Gvern Laburista immexxi minn Mintoff rriżenja mill-kariga b'sinjal ta' protesta u ddikjaraw lilhom infushom favur Malta newtrali u politikament indipendenti. F'mass meeting fil-Furjana, fis-6 ta' April, Mintoff stqarr li l-Ingliżi ma kienx jimpurtahom mill-Maltin u t-tbatijiet tagħhom. Għalhekk, la bil-kelma t-tajba u negozjati ċivili ma kienu ser jaslu mkien, huwa ħeġġeġ lill-Maltin biex jinżlu fit-toroq u jsemmgħu leħinhom mit-toroq u l-pjazez.

Eventwalment  sar strajk ġenerali storiku fit-28 ta' April, fost irvellijiet u vjolenza, u intimidazzjoni mill-pulizija u l-forzi militari. Ma tħallewx isiru meetings pubbliċi u dimostrazzjonijiet u l-Partit Laburista adotta reżistenza passiva.

Sussegwentament l-oppożizzjoni Nazzjonalista rrifjutat li tifforma gvern ta' minoranza, u irriaffermaw il-policy tagħhom favur Dominion Status fi ħdan il-Commonwealth. Ftit jiem wara l-Ingliżi rrevokaw il-kostituzzjoni u b'hekk it-tmexxija ta' Malta waqgħet f'idejn gvernatur Ingliż, Sir Robert Laycock. Dawn l-avvenimenti ġabu magħhom żmien ta' tensjoni kbira fil-pajjiż. B'konsegwenza, il-gvernatur iddikjara stat ta' emerġenza.

Fid-19 ta' Novembru, 1958, Mintoff mexxa delegazzjoni tal-MLP lejn Londra biex tiġi diskussal-introduzzjoni tas-self-government u b'hekk din kienet l-ewwel rikjesta uffiċjali għall-Indipendenza ta' Malta; din iżda ma ħalliet l-ebda frott. 

Fl-ewwel mass meeting Laburista fl-1959, Mintoff stqarr li l-partit tiegħu kien ser ibiddel l-ekonomija ta' Malta minn waħda distruttiva għal waħda bbażata fuq ħbiberija u paċi.

F'artiklu bl-isem New Plan for Malta li deher fir-rivista New Statesman, Mintoff elabora fuq il-viżjoni tiegħu ta' Malta. Huwa qal li Malta għandha ssir port newtrali fejn il-libertà tagħha kellha tkun garantita mill-Kunsill tal-Ġnus Magħquda . Fi kliemu:

(tr. Malti: Bħala żona mhux nukleari b' soċjetà ħielsa u stabbli, aħna mal-ewwel niżviluppaw fi Svizzera fil-qalba tal-Mediterran.)

Din l-analoġija ta' Svizzera fil-Mediterran kellha terġa' tagħmel ritorn kważi 40 sena wara meta l-Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant użaha biex jispjega l-kunċett tiegħu ta' Partnership mal-Unjoni Ewropea opposta għall-veduta Nazzjonalista ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.

Mintoff ippropona li Malta kellha tkun parti mis-Suq Komuni Ewropew u li kellha wkoll tadotta rbit kummerċjali simili mal-pajjiżi Għarab ġirien ta' Malta.

(tr. Malti: Aħna nippossjedu l-kapaċità, is-saħħa u l-kapital soċjali biex nibnu Malta ġdida, il-punt fejn l-unità u l-kummerċ bejn il-konttinent Ewropew u n-nazzjonijiet Għarab jiltaqgħu.)

Is-slogan ta' Mintoff, Malta l-ewwel u qabel kollox beda jintuża f'mod frekwenti ħafna fil-kitbiet u d-diskorsi ta' Mintoff ta' dak iż-żmien. Ir-retorika ta' Mintoff kienet waħda simili ħafna għal bosta movimenti anti-kolonjali ta' dak iż-żmien, bħal Gamal Abdel Nasser tal-Eġittu, u Makarios III ta' Ċipru.

Fi Frar 1959, il-Kostituzzjoni tal-1947 ġiet irtirata u minflok, Kostituzzjoni temporanja ġiet fis-seħħ fil-15 ta' April, 1959. Malta għal darb' oħra kienet mingħajr il-parlament tagħha u l-Gvern kien magħmul mill-Gvernatur assistit minn grupp ta' konsulenti. Dan ġie magħurf bħala Malta (Constitution) Order in Council, 1959.

Għalkemm il-ħajja tal-gvern laburista tal-1955-58 kienet pjuttost qasira, f'dan iż-żmien twettqu bosta riformi soċjali li kienu l-pedament li fuqu inbena l-Welfare State fis-snin sebgħin u tmenin. F'dan iż-żmien, il-Gvern ta' Mintoff bena 33 skola ġdida, bosta oqsma residenzjali u saħansitra raħal ieħor ġdid, kif ukoll l-ewwel qasam industrijali f'Malta.

Fis-snin sittin, il-Knisja Kattolika Maltija mmexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi kompliet topponi lill-Malta Labour Party. Il-knisja kienet determinata li ma tħallix lil Mintoff jakkwista l-poter partikolarment minħabba l-politika soċjalista li kien iħaddan u l-pjanijiet sekularisti tiegħu. F'Ittra Pastorali maħruġa fl-1960, il-Knisja għamlitha ċara li ħadd ma jista' jkun Soċjalist tajjeb u Nisrani sinċier fl-istess ħin. Min-naħa tiegħu, l-MLP kien jinsisti li mhux minnu li l-Partit hu kontra l-Knisja, u kien jisħaq li l-politika Soċjalista kienet sinonima mat-twemmin Nisrani; iżda kien kollu għalxejn.

Lorry Sant, trade-unionist militanti, editur tal-gazzetta laburista The Struggle u iktar 'l quddiem, ministru Laburista, ġie mogħti l-interdett mill-awtoritajiet tal-Knisja talli kkritika l-ittra pastorali tal-Arċisqof f'wieħed mill-artikli tiegħi. 

F'mass meeting f'Ħaż Żabbar, bħala risposta għad-deċiżjoni tal-Knisja, Mintoff stqarr li:

Eventwalment fl-1961, il-Knisja Kattolika Maltija ddikjarat sanzjonijiet reliġjużi kontra Mintoff u l-kollegi tiegħu tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit, kif ukoll kontra partitarji attivi tal-partit laburista. Daħal l-interdett u nies bi twemmin laburista ġew imċaħħda milli jattendu funzjonijiet reliġjużi. Kienu ħafna dawk li kellhom jiżżewwġu fis-sagristija minħabba dawn is-sanzjonijiet, mingħajr funzjoni propja, jew inkella ma ngħatawx assoluzzjoni mill-qrar. Il-knisja waslet ukoll sabiex iddikjarat li partitarji laburisti ma setgħux jiġu midfuna fil-parti kkonsagrata taċ-ċimiterju, iżda f'fossa waħda mhux ikkonsagrata magħrufa bħala l-miżbla. Bejn l-1961 u l-1963, mietu seba' attivisti Laburisti, fosthom il-kittieb prolifiku u l-eks-Ministru Ġużè Ellul Mercer, li kollha ġew midfuna fil-miżbla, il-parti mhux ikkonsagrata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Il-quċċata tal-kwistjoni politiko-reliġjuża min-naħa tal-knisja waslet fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1962, fejn il-knisja iddikjarat li kull appoġġ (bħal pereżempju l-attendenza fil-meetings u l-qari tal-gazzetti laburisti) u vot lejn l-MLP kien ser jiġi ikkunisdrat bħala dnub mejjet. Ħarġet tgħid ukoll lin-nisa miżżewġa li jekk jaħilfu lil żwieġhom li huma kienu vvutaw lill-Partit Laburista, anke jekk dan fil-verità ma jkunux għamluh, dan l-att ma kienx ser jiġi kkunsidrat bħala ġurament falz. Huwa magħruf ukoll li ħafna qassisin li ma kinux jaqblu ma' dawn il-miżuri ġew sfurzati biex iħallu l-pajjiż bl-iskuża li kienu ser jingħataw xogħol ta' missjunarji f'pajjiżi mbiegħda. L-iktar każ li baqa' magħruf, għalkemm mhux l-uniku, kien dak tal-istudjuż bibbliku ta' fama internazzjonali l-Professur Pietru Pawl Saydon. Nhar is-26 ta' Marzu 1966, fl-ewwel jum tal-votazzjoni tal-Elezzjoni Ġenerali tal-1966, Saydon f'intervista ma' L-Orizzont, kien qal li fil-Pastorali dwar l-elezzjonijiet mhemm l-ebda dnub imsemmi u għalhekk min jivvota Labour ma jagħmilx dnub. Kulħadd għandu jivvota skond kif tgħidlu l-kuxjenza. Fl-istess jum, l-Arċisqof Mikiel Gonzi issospenda lil Saydon mid-dmirijiet saċerdotali. F'dan iż-żmien Saydon ġie mgħajjar miġnun, skumnikat u xiżmatiku, u sofra ħafna anke minn nies li ħlief ġid ma kienx għamel magħhom. Ġieli tbiegħed minn Malta biex jeħles mill-azzjonijiet ħżiena li spiss kienu jsirulu minn xi wħud.

Waqt attivitajiet tal-Partit Laburista, kienu jindaqqu l-qniepen tal-knejjes kif ukoll kien ikun hemm min idoqq is-sfafar biex itellfu d-diskors. 

Apparti l-Partit Nazzjonalista, il-Christian Workers Party, in-Nationalist Democratic Party, il-Progressive Constitutional Party u l-Christian Democratic Party kienu skjerati kontra l-Partit Laburista.

Fl-elezzjonijiet tal-1962,  il-programm elettorali tal-Partit Laburista ippropona fost oħrajn, politika ta' libertà tal-kuxjenza, drittijiet ugwali, u d-drittijiet sovrani tan-nazzjon jiffurmaw parti mill-ġurisdizzjoni Maltija, fl-istess linja maċ-Charter tal-Ġnus Magħquda. 

Il-Partit Laburista, fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet saħaq kemm-il darba li ma kienx ser imur kontra l-prinċipji Kattoliċi, u li kien favur it-tneħħija ta' privileġġi li kienu qed iżommu lura il-progress soċjali u ekonomiku. Il-Partit Laburista ibbaża l-pretensjonijiet tiegħu dwar ir-relazzjoni bejn l-istat u l-knisja fuq sitt punti kruċjali. Dawn kienu:

Il-Partit Laburista ried is-separazzjoni bejn Stat u Knisja; l-ugwaljanza bejn reliġjonijiet differenti; ir-rikonoxximent legali taż-żwieġ ċivili (dan daħal fl-1975 minn Gvern Laburista) u anki d-divorzju għal min kien jemmen fih (dan daħal b'referendum fl-2011); it-taghlim tar-religjon fl-iskejjel tal-Istat li jingħata biss lil min jixtiequ; li l-iskejjel privati jgħaddu min proċess ta' spezzjoni qabel jikkwalifikaw għall-fondi mill-Gvern; is-servizzi soċjali jingħataw lil kulħadd mingħajr diskriminazzjoni (anki lil tfal imwielda barra ż-żwieġ); li l-Knisja tagħti kontribut finanzjarju u l-privilegum fori jkun ristrett; iċ-ċensura fuq l-arti tkun ħielsa mill-influwenza tal-Knisja; u li l-Knisja ma tindaħalx fl-affarijiet tal-Istat.

Fl-elezzjonijiet ta' Frar 1962, avolja kien hemm sanzjonijiet reliġjużi ħorox, l-MLP xorta irnexxilu jakkwista l-akbar numru ta' voti indirizzati lejn partit (50,974) - dawn il-Partit beda jsejħilhom Suldati tal-Azzar - iżda dawn ma kinux biżżejjed biex jissuperaw il-voti li ġabet l-koalizzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma' erba' partiti politiċi oħra. Il-Partit Laburista rnexxielu jirbaħ 16-il siġġu minn 50 u 33.8% tal-voti. In-Nazzjonalisti rebħu 25 siġġu u Ġorġ Borg Olivier reġa' sarPrim Ministru ta' Malta.

Fis-sittinijiet bdew diskussjonijiet formali mal-Ingilterra bl-iskop li tinkiseb l-Indipendenza. Il-Malta Labour Party għamel bosta proposti u emendi għall-kostituzzjoni iżda ħafna minnhom ġew injorati. Ħafna minn dawn il-proposti kienu immirati biex iġibu rikonċiljazzjoni mal-Knisja kif ukoll riformi demokratiċi iktar moderni. Dawn kienu jinkludu fost oħrajn ir-rikonoxximent tal-Reliġjon Kattolika bħala r-Reliġjon Uffiċjali ta' Malta, ugwaljanza bejn kull ċittadin quddiem il-liġi, libertà tal-kuxjenza, żwieg ċivili, edukazzjoni reliġjuża fl-iskejjel statali, drittijiet umani fundamentali, libertà tal-espressjoni u t-tmiem tal-‘prattiki korrotti' b'riferenza għall-libertà tal-persuna li tivvota kif jidrilha hi mingħajr interferenza minn reliġjon. L-Ingilterra ħadet din l-opportunità biex tinnegozja trattat li kien jiffavorixxi  l-interessi tagħha f'kull aspett. Filwaqt li l-Gvern Malti deher li kien ser ikollu poter amministrattiv totali fuq il-gżira, s-setturi l-iktar importanti tal-pajjiż, inklużi id-difiża, il-Port il-Kbir, it-tarzna, il-kommunikazzjoni, l-ajruport, kif ukoll parti sewwa tat-territorju nazzjonali, xorta kienu ser ikunu kkontrollati mill-Ingliżi. Mintoff iġġieled kontra dawn it-trattati mingħajr suċċess, iżda wiegħed reviżjoni hekk kif il-Partit Laburista jitla' fil-poter. 

Eventwalment, bejn it-2 u l-4 ta' Mejju 1964, sar ir-referendum dwar l-Indipendenza fost ħafna kontroversja.  F'dawk iċ-ċirkustanzi , partikolarment dawk li jittrattaw mal-kostituzzjoni, il-Partit Laburista iddikjara li r-referendum ma kienx wieħed ħieles u li Malta ma kienitx sejra takkwista Indipendenza ta' veru. 56% tal-votanti (45% tal-elettorat) ivvotaw favur l-Indipendenza, u b'hekk Malta ngħatat l-Indipendenza fil-21 ta' Settembru, 1964.

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1966, il-Knisja għal darb' oħra lagħbet rwol importanti, peress li s-sanzjonijiet imposti fuq il-Partit Laburista u s-sostenituri tiegħu, kienu għadhom fis-seħħ. Iż-żminijiet kienu qed jinbidlu, u l-knisja kattolika indunat b'dan. Għalhekk din id-darba is-sanzjonijiet ma kienux proklamati b'mod ferventi pubblikament bħalma ġara fl-elezzjonijet ta' qabel. Iżda dan ma jfissirx li kienu inqas effettivi. Infatti kien għad hemm ħafna qassisin li waqt l-omeliji tagħhom minn fuq il-pulptu, kienu jgħaddu kummenti kontra l-Partit Laburista. Kif kien mistenni, l-elezzjonijiet intrebħu mill-Partit Nazzjonalista, iżda l-Partit Laburista mar aħjar mill-elezzjonijjiet preċedenti tal-1962 u żied konsiderevolment l-ammont ta' voti. Il-Partit Laburista, rebaħ 22 siġġu minn 50 u 43.1% tal-voti. It-28 siġġu l-ieħor intrebħu kollha mill-Partit Nazzjonalista, bil-partiti ż-żgħar ma jirnexxielhom  itellgħu kandidat. Ġorġ Borg Olivier b'hekk baqa' Prim Ministru.

Sar ċaqliq fir-relazzjonijiet  bejn il-knisja u l-Partit Laburista meta ntbagħat f'Malta, l-isqof Emmanuel Gerada li kien jifforma parti mill-korp diplomatiku tal-Vatikan. Infatti f'April 1969, wara ħafna diskussjonijiet, iż-żewġ naħat laħqu ftehim u Mons. Gerada iffirma trattat mal-Partit Laburista li kien jgħid li l-Knisja ma kellix tindaħal iktar fi kwistjonijiet politiċi u li kellhom jiġu wkoll irtirati s-sanzjonijiet kollha kontra l-Partit Laburista. B'hekk il-Partit Laburista seta' fl-aħħar jikkonċentra biss fuq kwistjonijiet politiċi minflok jinħela fi ġlied żejjed kontra l-knisja. 

Iktar 'l quddiem, l-Isqof Għawdxi Ġużeppi Mercieca kellu jieħu post l-Arċisqof Gonzi, bħala kap tal-Knisja Kattolika f'Malta. Intant, is-sitt punti msemmija mill-Partit Laburista rigward ir-relazzjoni bejn l-istat u l-knisja, kienu iktar il-quddiem, inklużi fil-Kostituzzjoni Repubblikana tal-1974.

Lejn l-aħħar tas-snin sittin, ftit qabel l-elezzjonijiet tal-1971, l-oppożizzjoni Laburista immexxija minn Mintoff, flimkien mall-General Workers Union, bdew ipoġġu pressjoni fuq il-Gvern Nazzjonalista biex jinsisti għall-trattament aħjar mill-Ingliżi, u bdew jorganizzaw ħafna azzjonijiet industrijali, li kien jinkludi ukoll kwistjoni dwar it-tarzna li damet seba' xhur.

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1971 l-MLP u l-GWU ippreżentaw programm konġunt imsemmi 'Malta Maltija fil-Paċi u l-Progress'. Il-programm kien definit bhala wieħed soċjal-demokratiku, u il-wegħdiet prinċipali kienu jinkludu it-twaqqif ta' ftehim dwar forzi militari barranin f'Malta, l-introduzzjoni ta' leġislazzjoni soċjali bħal ġimgha ta' 40 siegħa, il-paga minima, riforma fuq it-taxxa tad-dħul u pjan ekonomiku li kien jemfasizza fuq l-edukazzjoni, l-industrija, agrikoltura u sajd, turiżmu, housing, children's allowance u forom oħrajn ta' welfare.

Il-programm emfasizza ukoll fuq id-drittijiet ugwali mingħajr distinzjoni ta' razza, kulur jew twemmin, kif ukoll id-dover li jwaqqaf it-tbatija u s-sofferenza li tirriżulta minn nuqqas ta' ugwaljanza bejn is-sinjur u l-fqir. Il-Partit Laburista wiegħed ukoll 50% parteċipazzjoni tal-Union fit-tmexxija tat-tarzna sabiex tkun tista' tiġi rranġata is-sitwazzjni ekonomika. 

Għall-elezzjonijiet ġenerali tal-1971, il-Partit Laburista iddeċieda li jiġġieled l-elezzjoni ġenerali fuq il-kwistjonijiet li kienu qed jifnu l-pajjiż f'dak iz-zmien: il-korruzzjoni, il-qagħad u l-emigrazzjoni (ta' min isemmi li ftit xhur qabel, eluf ta' Maltin kienu emigraw lejn il-Kanada u l-Awstralja biex ifittxu ħajja u futur aħjar).

Il-kampanja elettorali kienet pjuttost kwieta. L-MLP rebaħ l-elezzjonijiet bi 28 siġġu minn 55 fil-Parlament, u 50.8% tal-voti, kontra it-48.1% tal-voti mirbuħa minn Nazzjonalisti u l-1% tal-Progressive Constitutionalists. Il-Partit Laburista rnexxielu jirbaħ l-elezzjonijiet għalkemm għamel dan b'maġġoranza minima ta' siġġu wieħed biss fil-Parlament. Din il-maġġoranza ta' siġġu wieħed kienet perikoluza għall-Partit Laburista. Xi individwi ippruvaw jikkorompu MP Laburista biex jaqsam il-kamra. Il-ħatja eventwalment ġew arrestati u mhux talli l-pjan fallielhom, talli kien MP nazzjonalist li qasam il-kamra, b'hekk il-Partit Laburista issa kellu maggoranza ta' tliet siġġijiet. Iktar 'l quddiem, d-deputat Laburista Paul Carachi talab lill-Ispeaker tal-Kamra għal siġġu fin-nofs sabiex ikun jista' jkollu status indipendenti.

Issa li kien fil-poter, il-Gvern Laburista seta' jimbarka fuq il-proġett ta' industrijalizzazzjoni tal-pajjiż.

L-ewwel ħaġa li għamel Mintoff mal-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru, kienet li neħħa lil Sir Maurice Dorman minn Gvernatur ta' Malta, u minn floku laħħaq Malti, Sir Anthony Mamo; fl-1974 Sir Anthony Mamo ġie maħtur bhala l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta. 

Vapuri tal-Gwerra Amerikani ma tħallewx jużaw il-portijiet Maltin, u l-Kmandant tan-N.A.T.O. ġie ddikjarat persona non grata u għalhekk kellu jitlaq minn Malta, bil-kwartieri tan-N.A.T.O. jiġu magħluqa.

Sadanittant, Mintoff laħaq bosta ftehim ma' pajjiżi barranin, bl-intenzjoni li jattira investiment lejn Malta u jingħata għajnuna finanzjarja; l-iktar għajnuna konkreta waslet mill-Libja u l-pajjiżi Komunisti, bħall-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina. 

Fil-31 ta' Jannar, 1972 il-Gvern Laburista mmexxi minn Mintoff stabbilixxa relazzjonijiet diplomatiċi mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dan wassal ghall-kummerċ bejn iz-żewġ pajjiżi u bl-għoti ta' għajnuna finanzjarja mingħajr interessi miċ-Ċina, seta' jinbena baċir kbir ta' 300,000 tunnellata fit-tarzna ta' Malta, kif ukoll il-bini ta' breakwater fil-port ta' Marsaxlokk. Bdew isiru ukoll xi skambji fuq livelli edukattivi u kulturali bejn studenti Ċiniżi u studenti Maltin, kif ukoll skambji ghal skopijiet militari bejn il-forzi armati taz-żewġ pajjiżi. Dawn saru apparti bosta ftehim iehor f'oqsma diversi bhas-saħħha, mediċina, turiżmu, trasport, xjenza u teknoloġija. Mintoff kien ukoll wieħed mill-ewwel mexxejja ta' pajjiżi tal-punent li żar iċ-Ċina ta' Mao, mossa li kienet pjuttost kontroversjali dak iż-żmien.

Fis-27 ta' Marzu, 1972, il-Ftehim ta' Difiża għal 7 snin ġie iffirmat bejn il-Gvern Laburista rappreżentat minn Dom Mintoff u l-Gvern Ingliż (Lord Carrington). Permezz tiegħu Malta kienet ser tirċievi 14-il miljun lira fis-sena mill pajjiżi tan-N.A.T.O. biex l-Ingilterra tkun tista' iżżomm il-bażi militari tagħha f'Malta. Dan il-ftehim kellu jintemm f'Marzu 1979, meta Malta kellha tkun ħielsa mill-forzi militari Ingliżi. Barra minn dan, Malta kienet ser tirċievi miljun lira fis-sena f'għajnuna ekonomika u żewġ miljuni u nofs oħra f'għajnuna mingħand l-Italja. 

Dwar it-tarzna, fejn il-Partit Laburista wiegħed li jintroduċi 50% parteċipazzjoni tal-Union fit-tmexxija, Mintoff iddeċieda li jattwa miżuri ta' razzjonalizzazzjoni qabel dik il-proposta tiġi fis-seħħ. F'meeting li għamel għall-ħaddiema tat-tarza fil-15 ta' Marzu, 1973, fi Pjazza Gavino Gulia f'Bormla, Mintoff wera d-diżapprovazzjoni tiegħu għan-nuqqas ta' ħeġġa tal-ħaddiema u tahom tliet għażliet: ir-riżenja tiegħu, il-falliment tat-Tarza jew inkella li Mintoff jieħu r-riedni f'idejh għall-sitt xhur. Il-ħaddiema ivvutaw għat-tielet proposta b'turija ta' idejn. Mintoff imbagħad beda jispjega bosta proposti li kellu għat-tarzna, fosthom t-tneħħija tas-sistema tax-shifts; din wasslet biex għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, it-tarzna tagħmel qliegħ, liema żmien dam sejjer għal seba' snin.

Nhar l-1 ta' Settembru 1969 is-Sultan Idris tal-Libja kien imneħħi b'kolp ta' stat immexxi minn kurunell tal-armata ta' 27 sena jismu Muammar Gaddafi. L-armata rivoluzzjonarja neħħiet il-monarkija u pproklamat il-Ġamaħarija Libjana Għarbija Soċjalista tal-Poplu, b'kunsill rivoluzzjonarju fil-kmand tal-pajjiż b'Gaddafi jkun iċ-chairman tiegħu għal għomru. Qabel l-elezzjoni tal-1971, Mintoff kien wiegħed li jekk jitla' hu se jġib għajnuna mil-Libja. Il-Partit Nazzjonalista u Mabel Strickland kkritikaw ir-rabtiet ta' Mintoff mal-Libja. Kif Mintoff rebaħ l-elezzjoni, mill-ewwel bdew it-taħdidiet mal-Libja. Il-Libja tat lill-Gvern ta' Mintoff 3 miljun lira Maltija kif telqet il-marina Ingliża minn Malta, bil-kundizzjoni li l-faċilitajiet militari ta' Malta qatt ma jerġgħu jintużaw biex jintbagħtu supply missions lil Israel (kif Gaddafi allega li kien ġara fil-Kriżi tal-Kanal tas-Swejs tal-1956 u l-Gwerra tal-1967).

Mill-1973 Mintoff beda politika ta' rapprochement kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, li Mintoff kien isejħilhom aħwa mid-demm, blood brothers. Beda x-xogħol fuq moskea f'Kordin, immexxija minn fondazzjoni Libjana, il-‘World Islamic Society'. Infetħu Istituti Kulturali Libjani f'Tas-Sliema u l-Belt u mijiet ta' Maltin sabu impjiegi fil-Libja. Dak li għal 26 sena kien is-St Michael's Training College f'Ta' Ġiorni, fejn il-Freres ta' De La Salle kienu jħarrġu lill-għalliema rġiel, sar skola Libjana Al Fateh. Meta l-prezz internazzjonali taż-żejt għola fil-kriżi tal-1973, Mintoff laħaq ftehim mal-Libja, li kellha tagħti lil Malta ż-żejt kollu li kellha bżonn għall-ekonomija tagħha bi prezz preferenzjali.

Fl-1979 Gaddafi wiegħed “appoġġ totali” lil Malta, hekk kif l-aħħar suldati Ingliżi telqu minn Malta. Għaċ-ċerimonja ta' Jum il-Ħelsien, Gaddafi kien l-uniku mexxej ta' pajjiż preżenti, b'delegazzjoni kbira ħafna. Il-media oċċidentali spekulat fuq il-possibiltà li Malta tallinea ruħha militarment mal-Libja imma dan qatt ma ġara.

Fl-1980 inqalgħet tilwima bejn il-Libja u Malta, meta Saipem 2 – rig taż-żejt Taljan ikkummissjonat mit-Texaco biex ifittex iż-żejt f'isem il-Gvern Malti – kien avviċinat minn gunboats u sottomarin Libjani u mġiegħel jieqaf iħaffer fil-Medina bank, 68 mil nawtiku fix-xlokk ta' Malta. Iż-żewġ pajjiżi jgħidu li għandhom il-ġurisdizzjoni territorjali fuq dik iż-żona tal-Pjattaforma Kontinentali, u fl-1982 il-kwistjoni marret quddiem il-Qorti Internazzjonali fil-Ħag.

Minkejja dan, bejn l-1982 u l-1984 ir-relazzjonijiet kulturali u ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi komplew jikbru. Iċ-ċertifikat matrikulari f'Livell Ordinarju fl-Għarbi sar obbligatorju biex tidħol l-Università ta' Malta. Ġie ffirmat Trattat ta' Ħbiberija u Koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, li kien jinkludi protokoll ta' sigurtà li bih il-forzi Libjani riedu jħarrġu u jarmaw lis-suldati Maltin. U l-Libjani ma kellhomx bżonn aktar ta' visa biex jidħlu Malta.

Mintoff baqa' ħabib ta' Gaddafi u tal-Libja anke fis-snin ta' wara. Fiż-żjara tal-President Eddie Fenech Adami fil-Libja fl-2008, Gaddafi staqsa fuq saħħet Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. Fl-1998, Mintoff kien assenti waqt vot importanti li kellu jittieħed fil-Parlament għax kien il-Libja u l-Prim Ministru Alfred Sant ikkritikah fuq dan il-fatt. Nhar id-19 ta' Ġunju 1998, Mintoff fil-Parlament qal hekk:

Mintoff minn dejjem saħaq fuq il-ħtieġa ta' paċi fil-Mediterran fil-Konferenza ta' Helsinki tal-1975. l-pajjiżi Ewropej, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Unjoni Sovjetika kienu qegħdin jiddiskutu f'Helsinki, fil-Finlandja, ftehim għall-paċi. Mintoff kien qal fil-Konferenza li ma jistax ikun hemm paċi fl-Ewropa jekk ma jkunx hemm paċi fil-Mediterran. Huwa ried li fid-dikjarazzjoni finali tal-laqgħa jkun hemm kapitlu dwar il-Mediterran u qalilhom ukoll li hu ma kienx lest li jiffirma d-dikjarazzjoni qabel ma jidħol fid-dikjarazzjoni l-kapitlu dwar il-Mediterran. Mintoff qanqal ir-rabja tal-Istati Uniti kif ukoll tal-Unjoni Sovjetika, li stagħġbu kif stat tant żgħir bħal Malta kien qiegħed iżomm ix-xogħol ta' din il-konferenza internazzjonali.

Il-Gvern ta' Mintoff kien iddikjara wkoll li Malta tkun stat newtrali u li tkun tagħmel parti mill-Moviment tal-Pajjiżi Mhux Allineati. Din id-dikjarazzjoni kienet intbagħtet u ġiet depożitata fl-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda u nbagħtet ukoll lill-potenzi ewlenin tal-Ewopa u tad-dinja. Fl-1973, Malta ssieħbet fil-Moviment Non-Allineat, li kien jinkludi bosta pajjiżi tat-tielet dinja bħall-Indja, Kuba u l-Alġerija; Malta saret ukoll membru tal-Grupp tas-77. Biex jiddefendu l-istat ta' newtralità ta' Malta, il-Gvern ta' Mintoff kien għamel patt u ftehim mal-Italja, ieħor mal-Libja u ieħor mal-Unjoni Sovjetika. F'dawn il-pattijiet kien maħsub ukoll li dawn il-pajjiżi jgħinu finanzjarjament u ekonomikament lil Malta. Il-Gvern ta' Mintoff ried ukoll jagħmel patt ukoll mal-Istati Uniti, iżda din ma qablitx.

Fil-21 ta' Marzu, 1973 il-parlament Malti approva mozzjoni tal-Prim Ministru Laburista, Dom Mintoff, biex titwaqqaf kumpanija nazzjonali tal-ajru - l-Air Malta. L-Air Malta ġiet imwaqqfa bl-assistenza tal-Gvern tal-Pakistan. Il-kumpanija nazzjonali irċiviet ħafna kritika mill-oppożizzjoni Nazzjonalista, li ppreferew jagħmlu użu minn kumpaniji tal-ajru barranin milli dik lokali.

Fit-23 ta' Marzu, 1974 gie mhabbar il-ftuh tal-Bank of Valletta, l-ewwel bank kollu kemm hu Malti. 60% ftal-ishma fil-bank kienu ser ikunu f'isem il-Gvern Malti filwaqt li l-40% l-ohra kienu ser jinbiegħu lil pubbliku Malti.

Il-Gvern ta' Mintoff waqqaf bosta miżuri fosthom:

Il-Gvern Laburista kien jemmen fl-intervent tal-istat fl-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment fejn is-settur privat kien jonqos milli jieħu l-inizzjattiva.

 

Fit-13 ta' Diċembru 1974, Malta saret uffiċjalment Repubblika, u għalhekk ġiet introdotta kostituzzjoni ġdida. Din il-kostituzzjoni li bħal dik Taljana, kienet tiddikjara li Malta kienet repubblika bbażata fuq ix-xogħol, introduċiet bosta artikli, bħal dak li kien jippermetti d-dritt għall-vot lil persuni ta' il-fuq minn 18-il sena fl-elezzjonijiet ġenerali.

Il-gvern immexxi minn Dom Mintoff kompla bil-ħidma tiegħu u bena' għadd kbir ta' oqsma residenzjali, kif ukoll ħadem biex itejjeb l-infrastruttura. Inbena sptar ġdid ħdejn l-isptar eżistenti (L-Isptar San Luqa).

Fl-1976, saru l-ewwel elezzjonijiet ġenerali taħt il-kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Malta. Il-programm elettorali tal-Partit Laburista intitolat Lejn Malta Soċjalista 'l Quddiem fis-Sliem poġġa emfasi fuq il-kredenzjali tal-Gvern Laburista, li kien jemmen fis-soċjaliżmu demokratiku. Ġie dikjarat ukoll li Malta setgħet tevolvi f'familja kbira soċjalista, kif ukoll li x-xogħol kien il-mezz kif il-bniedem seta' jikseb l-emanċipazzjoni. Fost ħafna proposti, kien hemm ukoll:

Il-Partit Labruista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet b'51.5% tal-voti u 34 siġġu fil-Parlament, filwaqt li n-Nazzjonalisti kisbu 48.5% u 31 siġġu. Din it-telfa kienet l-aħħar waħda għal Dott. Borg Olivier, li ġie rimpjazzat minn Dott. Eddie Fenech Adami fl-1977.

Il-Gvern ta' Mintoff kompla bit-twettiq tal-politika soċjalista tiegħu, iżda ta' min jinnota li f'din il-leġislatura kien hemm żieda kbira fid-diżgwid industrijali u vjolenza politika. F'dan iż-żmien Mintoff beda juża frażi oħra popolari Min mhux magħna kontra taghna.

Fl-1977, meta l-Uffiċju tal-Prim Ministru ħareġ ċirkolari li stqarr li avolja l-Gvern kien jirrikonoxxi d-dritt tal-ħaddiema għall-istrajk, id-dritt għall-azzjonijiet industrijali parzjali ma kienux ser jibqgħu rikonoxxuti. F'dan iċ-ċirkolari kien hemm imniżżel ukoll illi dawk kollha li kienu jirrifjutaw li jaħdmu s-sahra, ma kienx ser ikollhom iktar sahra sal-aħħar tas-sena. Ovvjament, dan iċ-ċirkolari ġab miegħu diversi azzjonijiet industrijali u protesti. B'risposta għal dawn, il-Gvern issospenda u ttrasferixxa xi ħaddiema tal-Gvern. Il-Gvern ta' Mintoff ukoll hedded lill-impjegati tal-banek li jekk ma jaċċettawx id-direttivi tal-management, kienu ser jiġu likwidati iż-żewġ banek kummerċjali ta' Malta u posthom jieħdu bank wieħed. Din l-azzjoni kienet tfisser telf kbir ta' impjiegi. L-azzjonijiet industrijali li segwew ġabu magħhom is-sospensjoni ta' numru ta' ħaddiema. Każ simili seħħ ukoll fit-TeleMalta (illum Maltacom), fejn numru ta' ħaddiema ġew sospiżi għal numru ta' xhur. F'dan il-każ, il-Gvern għamel użu mill-korpi tax-xogħol, li kienu suġġetti għal dixxiplina militari, bħala strike-breakers.

Fl-aħħar tas-sebgħinijiet il-Gvern ta' Mintoff kellu kwistjoni kbira mal-Assoċjazzjoni tat-Tobba. Ir-raġunijiet ewlenin kienu tnejn. L-ewwel waħda kienet illi l-Gvern obbliga lill-istudenti li jiggradwaw bħala tobba kellhom jagħmlu perjodu ta' reġistrazzjoni ta' sentejn fl-isptar. It-tieni kienet id-deċiżjoni tal-Gvern li jbiddel l-istatus u l-poter tal-Kunsill Mediku. Bosta tobba rrikorrew għall-azzjonijiet industrijali, u bosta minnhom ġew imkeċċija mill-isptarijiet tal-Gvern immedjatament. Dan wassal biex ħafna tobba jiġu mkeċċija minn fuq il-post tax-xogħol u kellhom eventwalment iħallu l-pajjiż. Biex itaffi għan-nuqqas ta' tobba Maltin fl-isptarijiet, il-Gvern malajr impjega tobba barranin biex jirrimpjazawhom. Dan l-aġir wassal għal ħafna kritika minn bosta assoċjazzjonijiet mediċi bħal Assoċjazzjoni Medika Dinjija. Kien f'dan iż-żmien, propjament f'Diċembru tal-1977, li kienet intbgħatet ittra bomba lill-futur Ministru Laburista, il-Professur Edwin Grech, li kien rrifjuta li jieħu sehem fl-azzjonijiet industrijali u minflok aċċetta li jaħdem l-isptar. Din l-ittra infetħet minn bintu Karin, li mietet mal-isplużjoni.

Fil-qasam tas-saħħa, Mintoff ġiegħel lill-isptarijiet privati biex jagħlqu u minflok introduċa servizzi mediċi b'xejn fl-1979. Barra minn hekk, bosta polikliniċi infetħu fl-1981.

Il-Gvern Laburista ta' Mintoff ukoll implimenta diversi tibdil fis-sistema edukattiva ta' Malta. Fl-1977, ġew riintrodotti l-eżamijiet għal dawk it-tfal minn seba' snin 'il fuq. Fl-1981 daħlet fis-seħħ sistema edukattiva li biha kuntrarju għal dak li seħħ fl-1972, l-istreaming ġie intensifikat. Dan ġara partikolarment minħabba l-fatt li twaqqfu il-Junior Lyceums li kien ser jibda jkollhom attendenza ta' studenti 'l fuq minn 11-il sena li kienu għaddew minn eżami ta' ammissjoni.

Fejn tidħol l-Università, il-Gvern daħħal sistema ta' student-ħaddiem fejn l-istudenti kienu obbligati li apparti li jkollhom il-kwalifiċi neċessarji, kellhom ukoll jalternaw bejn perjodi ta' studju u oħrajn ta' xogħol. Id-dħul fl-Universita beda jiei determinat mhux biss fuq il-bażi tal-kwalifiċi tal-istudenti, iżda wkoll fuq in-neċessità tal-impjegaturi. Ġie imwaqqaf bord li kien jiddeċiedi liema studenti-ħaddiema kellhom jiġu magħżula. Barra minn hekk, bosta korsijiet ġew imwaqqfa u l-fakultà tal-Arti u x-Xjenza ngħalqu. Konsegwentement, bosta għalliema u studenti ħallew l-Università. Bosta akkademiċi u studenti urew id-diżapprovazzjoni tagħhom għal dawn ir-rigormi, u s-soċjoloġista Ralf Dahrendor, li ġie mqabbad mill-Gvern bħala konsulent, stqarr illi dawn ir-riformi ma kienux ser jgħinu l-edukazzjoni għaliex kienu qed jipproduċu ħaddiema imdejjqa jew studenti mhux kwalifikati biżżejjed. 

Fit-8 ta' Novembru, 1977, fil-ġurnata tal-gradwazzjoni, l-istudent universitarju Michael Frendo indirizza lil dawk preżenti u emfasizza fuq il-bżonn li l-iggradwati jiddistingwu bejn il-verità u l-propaganda, is-sinċerità u l-ipokrezija, l-intergrità u l-opportuniżmu, il-libertà u l-iskjavitù. Dan id-diskors qajjem bosta konfronti. Il-President tar-Repubblika u l-Ministru tal-Edukazzjoni ħarġu 'l barra miċ-ċerimonja u bosta sostenituri laburisti daħlu fuq il-kampus u fis-sala u bdew jintimidaw lil dawk preżenti. Fost dawn il-partitarji kien hemm Dennis Sammut, is-Segretarju Amministrattiv tal-Malta Labour Party u Joe Debono Grech, MP Laburista.

Xi partitarji daħlu bil-forza f'Dar l-Istudent, iżda mijiet ta' studenti opponewhom. F'dawn il-konfronti, ħadd ma ġie arresta iżda Frendo ġie mgħoti libell għal difamazzjoni minn żewġ uffiċjali għolja; eventwalment ġie dikjarat mhux ħati.

Sena wara, fil-5 ta' Ottubru, pulizija u partitarji Laburisti sawtu grupp ta' studenti li kienu qed jirritornaw lejn l-Università wara li attendew rally biex jikkomemmoraw il-Ġurnata tal-Istudenti.

Fil-21 ta' Marzu, 1978, iż-żewġ komponenti tal-Malta Labour Movement, jiġifieri il-Malta Labour Party u l-General Workers Union ġew statutory partners. B'hekk l-alleanza tagħhom irċiviet status formali. Il-ftehim li ntlaħaq kien jixbah il-ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn l-Union u l-Partit fil-leġislatura tal-1971-1976.

Mintoff kien ukoll jistieden bosta trade unions oħra biex jingħaqdu mal-Partit Laburista. Pereżempju, f'meeting fil-Blata l-Bajda fit-28 t' April, 1979, Mintoff stieden lill-dawk li kienu jiffurmat parti mill-Konferderazzjoni tat-Trade Unions ta' Malta; ta' min jinnota imma li ħadd ma aċċetta din l-istedina.

Fl-1979 Malta kisbet il-ħelsien mill-forzi militari Ingliżi. Il-ġurnata tal-31 ta' Marzu, 1979 ġiet proklamata bħala Jum il-Ħelsien u l-Gvern ta' Mintoff kien jagħtiha importanza ferm iktar mill-Indipendenza miksuba fi żmien il-Partit Nazzjonlista mmexxi minn Borg Olivier. 

Infatti biex tfakkar l-okkazjoni, ġiet mibnija għolja artifiċjali b'monument fuqha. Din l-għolja, magħrufa aħjar bħala l-Għolja tal-Ħelsien inbniet ix-xatt tal-Birgu, ftit metri l-bogħod minn fejn l-aħħar truppi Ingliżi kienu ser jimbarkaw l-aħħar vapur Ingliż li kellu jħalli l-Malta, l-H.M.S. London.

Iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali laħqu l-quċċata f'nofs-il lejl tal-31 ta' Marzu, 1979, fejn eluf ta' Maltin sfidaw il-kesħa u inġabru lejn il-Kottonera biex jassistu għaċ-ċerimonja li fiha Mintoff telgħa l-għolja tal-ħelsien u assista ghall-inżul tal-bandiera Ingliża minn baħri Ingliż, u t-tlugħ tal-bandiera Maltija minn ħaddiem Malti. 

Imbagħad, Dom Mintoff flimkien mal-mexxej tal-General Workers Union, Ġorġ Agius, xegħlu t-torċa kommemorattiva mad-tokki tal-qniepen ta' nofs-il lejl. 

Dak il-lejl, it-truppi Ingliżi baqgħu abbord l-H.M.S. London, li ħalliet Malta l-għada filgħodu, bil-President tar-Repubblika, Dott. Anton Buttigieg ixejjer lill-bastiment minn fuq is-swar tal-belt Valletta faċċata tal-Port il-Kbir.

It-tluq tal-Ingliżi minn Malta kien ukoll ifisser it-tmiem tal-assistenza finanzjarja mill-Ingilterra. Minn dakinhar, Malta kellha tiddependi biss minnha nnifisha ghall-ghixien. (Ara wkoll Jum il-Ħelsien)

F'dan iż-żmien Malta assistiet għal eskalazzjoni ta' vjolenza politika. Fil-15 t'Ottubru, 1979, ġurnata mlaqqma bħala Black Monday xi hadd pprova attentat ta qtil fuq il-prim ministru Dom Mintoff u dan inzamm mis-segretarji tal-Kastilja stess.                                                                       (Li kien sar attentat fuq hajjet il-prim Ministru Dom Mintoff kienet biss storja biex jinhbew il-perpetjuri li holqu il-vjolenza ta' dak inhar filghodu. Fatt li hadd ma jista' jinnegah, ghax l-Inkjesta Muscat Azzoppardi kixfet kollox; Karm Grima, mill-Mosta mar Kastilja biex izomm appuntament ma Dom Mintoff, habib kbir tieghu,u biex iwassallu informazzjoni miktuba fuq ittra,li kien jaf dan Grima fuq ministru kontroversjali minn ta' madwar Mintoff. Informazzjoni kunfidenzjali hafna u li dak inhar filghodu stess, dan il-ministru kien gie infurmat li se jinkixef u ghalhekk ta ordni biex Grima jigi moqtul fuq il-post biex jinghalaq halqu u jehel bil-vjolenza ta' dik il-gurnata. Wara li iddahhal f'kamra maghluqa biex, ghal ta' parsi gej Mintoff, ghax Dom Mintoff kien 10 minuti boghod maqful mad-delegazzjoni Nord Koreana sal-3.00 PM, mil-bieb imbexxaq ta' din il-kamra, xirfu tlitt idejn bil-pistoli f'kull wahda u bdew jisparaw indiskriminalment  lejn id-direzzjoni ta' Grima; infatti dan Grima intlaqat bi tlitt bullets mid-disgha li gew sparati.Wara x'hin indunaw li ma mietx  dahlu fuqu u komplew ituh bil-butt tal-pistoli sakemm Grima waqa' ma l-art u hasbuh mejjet. Harbu x'hin semghu l-passi tal-cameraman tat-Times li x'hin  wasal fuq il-post, minflok  ghajjat ghall-ghajjut u hadu lil Grima l-isptar fejn gie ikkurat u ghamlulu 40 punt f'rasu imma l-bullets baqghu f'gismu sa kemm miet, xi 15 il-sena wara. Fuq Grima dan il-ministru infami ma waqafx hemm imma ordna li Grima jinqatel u saru erba attentati ohra fuq hajjet Grima imma gie salvat fl-ahhar bl-intercessjoni stess tal-Perit Mintoff li minn fuq ir-radio ghamel  stqarrija li min imiss lil Grima irid jghati kont lilu, Dom Mintoff , innifsu. U hekk l-uniku triq li kien ghad fadlilhom il-familjari ta' Grima kienet li jaccettaw li missierhom imur ghomru Monte Carmeli fuq tlitt certifikati medici foloz, ordnati mil-Ministru tas-Sahha ta' dak iz-zmien u il-frame-up orkestrat minn l-avukat ta' Grima stess, Dr. Guido de Marco ghax hekk kienet l-ahjar ghazla f'dawk iz-zmenijiet hekk kattivi.   ara Inkjesta Filletti,L-Inkjesta Muscat Azzoppardi, li Dr. Eddie Fenech Adami  ghamel fil-1990 imma hbija fl-istrong room tal-Parlament ghax kixfet li kemm il-PN u kemm l-MLP kienu imdahhla f'dan il-frame-up fahxi fuq Karm Grima. Eventwalment din l-Inkjesta seraqha minn tlitt postijiet differenti u fl-istess hin Dr. Alfred Sant biex jinhbew il-ministri taz-zewg nahhat.Ara mist. Parl. ta'Dr. A. Gatt 14066-sed225-8/6/98, jew Google taht Carmel Grima,Karm Grima fuq ILLUM, Malta today, Times of Malta.)                                                 Wara dan, madwar 40 partitarju daħlu fir-residenza privata tal-mexxej Nazzjonalista Fenech Adami fejn aggredew lill-mara tiegħu u għamlu ħerba fid-dar tiegħu. F'dik il-ġurnata stess, l-istess partitarji Laburisti daħlu fil-bini tal-Progress Press u fl-uffiċini tal-gazzetta The Times u kissru l-makkinarju u għamlu ħafna danni fil-bini. Il-Parlament Ewropew kif ukoll bosta mexxejja Ewropej iddeploraw dawn l-inċidenti.

Tlett ijiem wara dawn l-avvenimenti, Mintoff kiteb lil Mabel Strickland, il-propjetarja tal-Progress Press, fejn esprima is-sogħba tiegħu għal dak li kien ġara. Mintoff ukoll kien ikkundana dawn l-atti vjolenti f'intervista mal-gazzetta Taljana 'Panorama' fil-11 ta' Novembru 1979.

Avolja s-sitwazzjoni politika u industrijali fit-tieni nofs tas-sebgħinijiet ma kinitx mill-aħjar, peress li Eddie Fenech Adami ma halliex l-investituri barranin jinvastue f'Malta xorta sal-1979 il-Gvern immexxi minn Mintoff irnexxilu jirdoppja il-Prodott Gross Domestiku ikkumparat ma' dak tal-1974. Kien hemm tnaqqis fir-rata tal-qagħad għal 2.7% u kien hemm żieda ta' impjiegi ġodda minħabba l-espansjoni fis-settur tal-manifattura u t-turiżmu.

Fil-leġislatura 1976-1981, il-politika barranija tal-Gvern Laburista kienet pjuttost xettika u tikkritika l-Gvernijiet tal-Pajjiżi tal-Punent u tas-Suq Komuni Ewropew, għalkemm xi mdaqqiet kienet turi l-oppost.  Fl-1978 Mintoff kien għamel żewġ stqarrijiet interessanti fil-Parlament:

Mintoff ukoll uża din l-analoġija f'forum Ewropew fi Strasburgu. Iżda avolja kien xettiku mill-Ewropa, Mintoff qatt ma warrab il-possibiltà li eventwalment Malta tingħaqad u ssir parti mill-Komunità Ewropea. Fi kliemu:

(t. Malti: Illum qd ngħidu l-Ewropa biex nilħqu ftehim mal-Għarab kif għamilna aħna. Issaħħu biżżejjed biex teħilsu mill-bażijiet militari Amerikani u Sovjetiċi. Meta jirnexxielkhom tagħmlu dan, ningħaqdu magħkhom.)

F'intervisti oħrajn, Mintoff spjega li ma riedx li Malta tispiċċa ballun f'idejn iż-żewġ superpotenzi. Huwa ried ukoll jilħaq ftehim mal-Italja u Franza minn naħa, u l-Libja u l-Alġerija minn naħa l-oħra. Huwa stqarr ukoll illi filwaqt li l-Italja u Franza bi kliemhom urew l-interess li jgħinu, kienu il-Libja u l-Alġerija li offrew għajnuna konkreta. Sadanittant, il-Gvern kien ukoll laħaq ftehim importanti ta' newtralità u stabilixxa protokoll finanzjaru mal-Gvern Taljan fl-1980.

Fit-3 ta' Jannar, 1981, il-Qrati tal-Ġustizzja ġew sospiżi mill-Gvern. Dawn ġew magħluqa għal aktar minn xahar u ġew rikostitwiti meta l-Gvern introduċa Parliamentary Bill li affettwat drastikament id-drittijiet ta' ċittadin biex ifittex il-Gvern għal danni, kif ukoll introduċiet Kummissjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja. 

L-1981 kienet ukoll sena kontroversjali ħafna partikolarment minħabba l-elezzjonijiet ġenerali ta' dik is-sena. Il-Malta Labour Party u l-General Workers' Union ikkontestaw l-elezzjoni flimkien taħt l-isem ta' Malta Labour Movement kontra il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami. Il-programm elettorali konġunt tal-Partit Laburista u l-GWU kien intitolat 'Mit-Tajjeb Għall-Aħjar' u kien approvat mid-delegati taż-żewġ organizzazzjonijiet rispettivi fil-konferenzi ġenerali u nazzjonali. Il-Partit Laburista kien jappella għall-għaqal u l-bżulija tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, biex itejbu s-sitwazzjoni tal-pajjiż. Il-proposti tal-programm elettorali kienu jinkludu:

Rekord ta' 96.1% tal-elettorat ħareġ jivvota fl-elezzjonijiet u l-Partit Laburista, avolja ġab minoranza ta' voti (49.1%) irnexxilu jirbaħ iktar siġġijiet parlamentari min-Nazzjonalisti, li rnexxielhom jirbħu 50.9% tal-voti. B'hekk l-MLP rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali għat-tielet darba konsekuttiva. Ir-riżultat ġie meqjus bħala wieħed pervers u filfatt, Mintoff ried li jsiru elezzjonijet ġodda dik is-sena stess biex isolvu din il-polemika. Iżda l-ministri tiegħu ma ridux u b'hekk din baqgħet ma saritx. Din l-anomalija fis-sistema elettorali kienet ikkawżata mill-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964, u għalkemm kien hemm xi diskors biex fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika din tiġi emendata, dan baqa' ma seħħx.

Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa billi ddikjara l-Gvern Laburista bħala wieħed ta' minoranza u akkuża l-Gvern b' jerrymandering. Dan wassal għal ħafna tensjoni fil-pajjiż fis-snin ta' wara. L-ebda MP Nazzjonalista ma attenda l-parlament għal tliet snin sħaħ, u dan apparti n-numru ta' bojkotts li kienu jsiru. Fost dawn kien hmem il-bojkott tat-televiżjoni tal-istat, li dak iż-żmien kien l-uniku stazzjon televiżiv lokali, kif ukoll f'ċerti retail outlets. In-numru ta' theddid minn nazzjonalisti u laburisti u tqegħid ta' bombi ma' djar ta' nies prominenti żdied u dan inevitabilment ġab miegħu instabbilità kbira fil-pajjiż.

Nhar il-5 ta' Ġunju 1980, f'Santa Venera, bomba qawwija splodiet mad-dar tal-Ispettur tal-Pulizija Gejtu Pace. Fis-7 ta' Lulju, fil-Belt, splużjoni qawwija qerdet kważi għal kollox l-uffiċċju tal-Libyan Arab Airlines f'Misraħ il-Ħelsien. Fis-26 ta' Lulju, f'Ħal Luqa, bomba qawwija splodiet fil-kurutur tal-flats fejn kien joqgħod il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Pullicino. 

Fis-27 ta' Ġunju 1982, f'Birkirkara bomba bil-miċċa taqbad tpoġġiet taħt il-karozza tal-Maġġur Alexander Grech, li kien Kummissarju Elettorali Ewlieni. Nhar l-4 ta' Awwissu, fin-Naxxar, bomba splodiet mad-dar ta' Joe Zammit, uffiċjal għoli tad-Dipartiment tal-Kummerċ. 

Nhar it-28 ta' Mejju 1983, f'San Ġiljan, bomba splodiet mal-faċċata tad-dar ta' Albert Mizzi, Chairman tal-Air Malta. 

Nhar il-25 ta' Settembru 1984, instabet bomba fuq l-għatba tal-bieb tal-Palazz tal-Arċisqof fl-Imdina li ma ħaditx. Nhar it-30 ta' Settembru bomba splodiet wara l-bieb tal-Arċipriet tal-Furjana. Nhar it-13 ta' Ottubru 1984 f'Tas-Swatar Ħad Dingli, bomba qawwija splodiet fiċ-ċentru tal-kompjuters. bi ħsarat kbar fil-Computer Room u fl-Operations Section. Fil-15 ta' Ottubru splodiet bomba li tpoġġiet f'wieħed mill-ventilaturi tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda. Fil-25 ta' Ottubru, fil-Furjana, bomba splodiet qrib il-karozza tal-Kummissjoni Għolja Ingliża f'Malta. Fis-17 ta' Novembru bomba splodiet mal-koxxa tal-bieb tal-Ambaxxata Taljana fil-Furjana. Fid-19 ta' Novembru bomba splodiet Ħ'Attard mad-dar ta' Mons. Francesco Canalini, rappreżentant tal-Vatikan f'Malta. 

Nhar it-12 ta' Dicembru 1985 bomba splodiet mal-Istitut Kulturali Libjan f'Misraħ il-Palazz. L-għada bomba splodiet mal-għassa tal-Pulizija tal-Qrendi. Erbat ijiem wara, bomba tal-ġelatina tpoġġiet mal-għassa tal-Pulizija tal-Imqabba imma ma ħaditx. L-għada, 18 ta' Diċembru, bomba qawwija splodiet mal-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema, żewġ pulizija korrew gravi u żewġ pulizija oħra u tifla zgħira sofrew ġrieħi ħfief.

Il-PN beda jaħdem biex iġib sostenn mis-setturi tas-soċjetà Maltija, kif ukoll mill-alleati politiċi barra l-pajjiż. Kif kien mistenni, id-Demokristjani u l-Konservattivi Ewropej taw l-appoġġ tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. Anki l-President tal-Istati Uniti ta' dak iz-zmien, Ronald Reagan irrifjuta kontinwament l-invit għal żjara uffiċjali mingħand il-President ta' Malta, Agatha Barbara.

Mintoff kien ippropona li Karmenu Mifsud Bonnici jinħatar Deputat Mexxej tal-Partit u fil-fatt dan ġie elett bħala Deputat Mexxej fid-29 ta' Mejju 1980. Fil-15 t'Ottubru, 1982 Karmenu Mifsud Bonnici inħatar Mexxej tal-Malta Labour Party wara mozzjoni minn Dom Mintoff. Huwa ġie co-opted fil-Parlament fit-2 ta' Mejju, 1983 u nħatar Ministru tal-Edukazzjoni.

Fil-Budget tal-1983 il-friża fuq il-pagi u l-prezzijiet kienu probabilment l-iktar temi diskussi u li sabu oppożizzjoni. 

Fl-1984 kien hemm kontroversja oħra wara dik li nqalgħet bejn il-Knisja u l-Gvern fejn tidħol l-edukazzjoni. Il-Gvern ried li ssir reviżjoni tal-pagi tal-għalliema. Dan wassal għal bosta strajks ordnati mill-MUT (Malta Union of Teachers). Splodiet ukoll bomba ħdejn bini li kien jappartjeni lil xi qraba tal-president tal-Union. 

Intant, fl-10 ta' Ottubru 1984 il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions ta' Malta ordnat strajk ġenerali bħala turija ta' simpatija lejn għalliema. Kien hemm ukoll kritika internazzjonali  mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions u bosta organizzazzjonijiet u unions internazzjonali.

Fit-22 ta' Diċembru, 1984 Mintoff irriżenja minn Prim Ministru ta' Malta u minn floku laħaq Karmenu Mifsud Bonnici. 

Dom Mintoff żamm is-siġġu tiegħu fil-Parlament wara r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru u xorta baqa' attiv politikament avolja ma baqax il-mexxej tal-partit. Beda jissuġġerixxi li jsiru emendi kostituzzjonali rigward is-sistema elettorali u l-Presidenza. Mintoff issuġġerxxa li minflok Presidenza Kostituzzjonali kif inhi fil-preżent, tiddaħħal sistema simili għal dik fl-Istati Uniti u Franza, jiġifieri Presidenza Ezekuttiva. Minħabba dawn is-suġġerimenti, ħafna kienu dawk li ħasbu li Mintoff kien qed iwitti t-triq u jippjana r-ritorn tiegħu bħala President ta' Malta. Dan imma ma seħħx. 

Fl-20 ta' Diċembru 1986 intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partiti u sar il-bdil neċessarju. 

Dom Mintoff reġa' ikkontesta l-elezzjonijiet tal-1992 u tal-1996 li kellha tkun l-aħħar waħda tiegħu, u xorta baqa' jgawdi minn sostenn enormi avolja kien għadda ħafna żmien minn l-ewwel elezzjoni li kkontesta lura fl-1947. Bejn l-1996 u l-1998, Mintoff kien deputat tal-Gvern Laburista immexxi minn Alfred Sant avolja kellu iktar minn 80 sena. 

Mintoff reġa' kien fl-aħbarjiet fl-1998 meta fil-Parlament ivvota kontra l-MLP fuq proġett relatat mal-iżvilupp tal-Kottonera propost mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Dr. Alfred Sant. Din il-mossa min-naħa ta' Mintoff kienet daqqa ta' ħarta lill-partit fil-gvern peress li dan kellu biss maġġoranza ta' siġġu wieħed fil-Parlament. L-għada li l-Gvern kien tilef vot importanti fil-Parlament dwar il-Proġett tal-Kottonera, nhar id-9 ta' Ġunju 1998, fix-Xatt tal-Birgu, il-Prim Ministru Alfred Sant, ta konferenza tal-aħbarijiet li fiha qal li Mintoff għandu jirriżenja mill-Parlament u sejjaħlu traditur. Din il-frażi baqgħet tikkundizzjona r-relazzjoni bejn Mintoff u Sant, tant li d-diversi attentati ta' medjazzjoni bejn it-tnejn fallew. 

Wara li Sant rabat vot ta' fiduċja mal-vot fuq il-Proġett tal-KOttonera u dan m'għaddiex wara li Mintoff ivvota kontra, Sant ma kellu l-ebda triq oħra ħlief li jsejjaħ elezzjoni ġenerali prematura wara biss 22 xahar ta' tmexxija – liema elezzjoni ġiet mirbuħa mill-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Dr. Edward Fenech Adami. Mintoff ma kienx ikkontesta fl-elezzjoni tal-1998, u lanqas f'dik ta' warajha tal-2003, għalkemm ta' min jgħid li sadanittant flimkien ma' Karmenu Mifsud Bonniċi beda moviment magħruf bħala Front Maltin Inqumu (FMI) li kien involut f'kampanja sħiħa indirizzata kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Nhar l-20 ta' Ottubru 2009, meta mistoqsi mill-PBS fuq l-avvenimenti politiċi li kienu wasslu għall-waqgħa tal-Gvern Laburista ħdax-il seba qabel, Alfred Sant qal li dakinhar ma setax joqgħod għar-rikatt ta' Mintoff u li Mintoff kien qed jiġi 'immanipulat' - mhux finanzjarjament - mill-Partit Nazzjonalista, kif skond Sant deher ċar fil-budget tal-1997, fil-mozzjoni dwar l-UE meta sparixxa l-Libja meta kien hemm vot kruċjali. Huwa qal li f'dak li ġara fl-1998, kien hemm ħafna fatti li għadhom ma ħarġux u jikkonfermaw dak li qed isostni hu. Sant qal li ma jħossx rimors għal dak li għamel fl-1998, iżda jħoss li għamel żball f'deċiżjonijiet li ħa qabel l-1996. Mistoqsi jekk ħafirx lil Mintoff, Alfred Sant qal li din mhix kwistjoni ta' maħfra jew apoloġija għaliex il-fatti huma fatti. Qal li m'għandux iħares lura iżda jkompli miexi 'l quddiem. 

Għalkemm Mintoff qatt ma tkeċċa jew ġie sospiż mill-Partit Laburista, huwa qatt ma ħa sehem fl-attivitajiet tal-Partit mill-1998 sal-2009. F'Ġunju 2008, il-Partit Laburista għażel mexxej ġdid, Dr. Joseph Muscat, wara r-riżenja ta' Alfred Sant. Ġimgħa wara l-elezzjoni tiegħu, Muscat stieden lil Mintoff iżur il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit. Nhar il-31 ta' Marzu 2009, Mintoff attenda għaċ-ċele­b­razzjonijiet tat-30 sena ta' Jum il-Ħel­sien organizzati mill-Partit Laburista fil-Birgu. Nhar il-5 ta' Dicembru, 2009, Dom Mintoff għamel żjara fiċ-Ċentru Naz­zjonali Laburista l-Ħamrun, l-ewwel darba li Mintoff daħal f'dan il-bini li ilu jservi ta' kwartieri tal-Partit Laburista sa mill-1995. Mintoff intlaqa' fiċ-Ċentru minn Muscat imbagħad kellhom laqgħa privata flimkien fl-uffiċċju ta' Dr Muscat.

Wieħed minn ħut Mintoff huwa patri Franġiskan, Patri Dijonisju Mintoff, li qabel daħal patri kien jismu Pawlu, awtur u Fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi.

Waħda minnu ħutu kienet soru ta' Sant’Ursola tal-Belt Valletta, Swor Bernadette, li qabel daħlet soru kien jisimha Marija Assunta. Hija mietet fl-1969. 

Bin ħuh Daniel, l-Imħallef Wenzu Mintoff kien elett mal-Partit Laburista fl-1987. Huwa tkeċċa mill-Partit fl-1989 u fforma l-Alternattiva Demokratika, iżda kien reġa' lura fil-Partit Laburista fl-1999. 

Meta fis-snin erbgħin Mintoff kien qed jistudja l-Ingilterra, huwa ltaqa' ma' Moira de Vere Bentinck (imwielda bħalu fl-1916) barunessa ta' dixxindenza nobbli Ingliża u Olandiża u żżewwġu fl-1947. Meta Moira Mintoff mietet fis-16 ta' Diċembru 1997, il-Priministru Alfred Sant ħareġ stqarrija li fiha qal li Bil-personalita' kwieta u soda tagħha, Moira Mintoff għamlet snin twal f'ħidma moħbija ta' filantropija waqt li tat kontribut ħiemed imma importanti lill-ħajja soċjali u politika ta' pajjiżna. Għalkemm imwielda u mrobbija fl-Ingilterra, għarfet tul ħajjitha ssir tifhem, tħobb u tkun parti sħiħa minn Malta. F'isem il-Gvern Laburista u f'ismi, nagħti l-kondoljanzi profondi lill-Perit Duminku Mintoff li miegħu għaddiet minn snin twal ta' sagrifiċċji personali li ġġib magħha l-ħidma politika, lit-tfal tagħhom Anne u Yana u lill-familjari kollha tagħhom.

Duminku u Moira Mintoff kellhom żewġ ulied bniet, Anne u Yana. 

Anne, imwielda fl-1949, hija ekonomista. Fl-1971 iżżewġet lill-Amerikan Bernard McKenna u kellhom tifla Emma fl-1984. 

Yana, imwielda fl-1951, kient attivista, ekonomista u edukatriċi. Illum tmexxi skola fl-Amerika, Katherine Anne Porter School, charter school f'Wimberley, Texas. Baqgħet magħrufa għal meta fl-1978, meta kellha 27 sena, kienet ġiet arrestata għax tefgħet boroż bil-ħmieġ taż-żwiemel fil-House of Commons biex tipprotesta kontra l-preżenza militari tal-Ingliżi fl-Irlanda ta' Fuq. Fl-1991 iżżewġet lill-Amerikan David Bland u kellhom żewġ ulied Ċetta Sian u Daniel Xandru. Fl-2013 ikkontestat l-elezzjonijiet ġenerali f'Malta f'isem il-Partit Laburista iżda ma kinitx eletta.

Mintoff huwa magħruf bħala Il-Perit, u għal xi żmien kien magħruf bħala Tal-Pipa, minħabba li kien iħobb ipejjep il-pipa jew Tal-Bokkla, miħabba l-bokkla kbira biż-żiemel li kien iħobb jilbes fil-mass meetings. Dilettant taż-żwiemel, tal-boċċi, tal-qari u tal-għawm. Kellu dar Ħal-Tarxien u dar magħrufa bħala l-Għarix f' Delimara li kienet suġġett ta' kontroversja wara li l-Gvern Nazzjonalista ta' Fenech Adami bena l-powerstation ħames metri biss bogħod minnha fil-bidu tas-snin disgħin. Mintoff kien tella' l-Gvern il-qorti u ħa kumpens ta' EUR 864,000 jew Lm 360,000.

Nhar is-16 ta' Settembru 2010 Dom Mintoff iddaħħal l-Isptar Mater Dei b'urġenza, wara li tah attakk ħafif ta' puplesija fir-residenza tiegħu f'Ħal Tarxien. Huwa kien rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fejn il-qagħda tiegħu ġiet deskritta bħala kritika imma stabbli. Ħamest ijiem wara, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat, wara żjara li għamillu l-isptar, ġie infurmat mill-qraba ta' Mintoff li ma kienx se jibqa' iżjed fit-Taqsima tal-Kura Intensiva imma kien se jittieħed f'sala oħra tal-Isptar Mater Dei hekk kif il-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar. Nhar it-28 ta' Settembru, ġimgħa u nofs wara li kien daħal l-isptar, Mintoff ġie rilaxxat għal kollox mill-isptar u rritorna f'daru Ħal-Tarxien.

Iżda nhar l-10 ta' Novembru 2010, Mintoff reġa' ddaħħal l-isptar fejn, wara li ngħata l-ewwel kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza, inżamm fil-Critical Coronary Care Unit (CCCU). Skont stqarrija uffiċjali maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, mill-eżamijiet mediċi li saru rriżulta li l-Perit Mintoff kien qiegħed ibati minn kundizzjoni tal-qalb u deidratazzjoni. Kien spjegat li għalkemm il-kundizzjoni tiegħu kienet tjiebet xi ftit, hu kien għadu f'qagħda kritika. It-tim mediku li qiegħed jieħu ħsieb il-kura tal-Perit Mintoff irrakkomanda li dan jibqa' taħt osservazzjoni kontinwa. Huma enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jistrieħ.

Fi Frar 2011 reġa' ddaħħal l-Isptar Mater Dei mitluf minn sensih imma ftit wara rkup­ra tajjeb tant li reġa' beda joħroġ b'mod normali. 

Nhar is-6 ta' Awwissu 2011, meta Mintoff għalaq 95 sena, il-ġurnal L-Orizzont irraporta li Mintoff mistenni jqattal-ġurnata fid-dar tiegħu fil-kum­panija ta' wliedu u n-neputi­jiet, li jingħad se jqattgħu dan is-sajf f'Malta. Jirriżulta lil dan il-ġurnal li, minkejja l-anzja­nità, il-“Perit”, kif baqa' magħ­ruf sal-lum, għadu jżomm lilu nnifsu informat sew u matul il-ġurnata jaqra regolarment, inklużi l-gazzetti lokali. Għalkemm kellu jċedi għal wieħed mill-akbar passatempi li kellu – l-għawm – u li kien sinonimu miegħu li jippratti­kah anke fix-xhur kesħin, jir­ri­żulta li nhar il-Ħadd li għadda huwa qatta' xi ħin fiċ-Ċentru Laburista ta' Marsaxlokk jiddiskuti anke ma' dawk li nzer­taw fil-post. Ilbieraħ il-Mexxej Laburista Joseph Muscat żar ukoll lil Mintoff f'daru, fejn ilu l-aħħar xhur jirkupra sew saħħtu wara li fl-aħħar tal-2010 kien daħal għat-tieni darba fi ftit xhur għall-kura l-Isptar Mater Dei.

Nhar it-3 ta' Ottubru 2011 Mintoff iddaħħal b'emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'qagħda kritika iżda aktar tard il-kundizzjoni tiegħu kienet waħda stabbli għalkemm gravi. Mintoff kien qiegħed Għawdex biex jistrieħ kif ukoll biex ikellem speċjalista.

Dom Mintoff miet filgħaxija fir-residenza tiegħu f’Ħal Tarxien fl-età ta’ 96 sena, erbatax -il jum wara li għalaq sninu. F’Bormla, il-belt li fiha twieled Mintoff, immedjatament kif inħarġet l-aħbar mill-ewwel saru s-sinjali tal-viżtu fosthom ċfuf suwed mal-bibien ta’ postijiet pub­­bliċi. Għal xi ħinijiet tard filgħaxija fir-residenza ta' Ħal Tarxien kien hemm ħuh, Patri Dijonisju Mintoff u diversi qraba oħra tiegħu. Quddiem ir-residenza tiegħu inġabru għadd ta’ persuni, li damu hemm għal ħinijiet twal. Fost dawn kien hemm xi wħud minnhom jgħidu r-rużarju, oħrajn jitkellmu fuq il-faqar li neħħa u oħrajn bid-dmugħ f’għajnejhom. Ir-residenza kienet qed tkun mgħassa minn żewġ Pulizija. Ftit wara li tħabbret il-mewt tal-Perit Mintoff,twaqfet il-Fundazzjoni Duminku Mintoff issa marufa Għaqda Duminku Mintoff mill-Professur Josef Grech. Is-sit soċjali Facebook kien invażat b’għadd ta’ kummenti mingħand ammiraturi tal-Perit Mintoff. L-għada l-bnadar madwar il-pajjiż ittajru mezza lasta.

F’xandira straordinajra fuq l-istazzjon ONE ftit minuti wara li tħabbret il-mewt tal-Perit Mintoff, ta l-ewwel reazzjoni tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Hu ddeskriva lill-Perit Mintoff bħala “wieħed mill-ġganti l-kbar tal-istorja ta’ Malta.” Muscat, li kien għadu kif kien ġej mid-dar tal-Perit Mintoff, qal li kienu ilhom jafu x-xhur u anke snin li saħħtu kienet sejra lura. “Dan l-aħħar daħal ħafna drabi l-isptar, iżda dejjem irkupra. Però naħseb li Mintoff miet kif xtaq, f’daru, fil-paċi, imdawwar flimkien ma’ wliedu. Illum tlifna l-Perit ta’ Malta Ħielsa”. Filwaqt li ddeskriva lil Mintoff bħala wieħed mill-ġganti tal-istorja ta’ Malta, Joseph Muscat, qal li l-figura tal-eks-Mexxej Laburista forsi kienet tqajjem kontroversja. “Iżda taqbel jew taqbilx ma’ Mintoff, kulħadd jaqbel li mingħajr dan il-bniedem Malta ma kinitx tkun fejn hi llum” Muscat qal li Mintoff kien bniedem li kontra kull kurrent, poġġa lil Malta fuq il-mappa tad-dinja. Żied jgħid li “sirt naf lil Mintoff fl-1992. Imbagħad meta kont qed nagħmel it-teżi tiegħi, fid-dottorat, kelli diskussjonijiet miegħu fit-tul. Meta kont nitkellem miegħu, kont ninduna li l-imħabba tiegħu għal pajjiżu u għal ħaddiem kienet xi ħaġa bla preċedent”. Qal li l-Perit Mintoff bena monument ħaj madwaru, is-servizzi soċjali, fosthom is-saħħa u li n-nisa għandhom drittijiet daqs l-irġiel. Qal li fl-aħħar snin kien hemm żminijiet diffiċli bejn Mintoff u l-PL. “Iżda nista’ ngħid b’so­disfazzjon, li f’dawn l-aħħar erba’ snin, dan il-kapitlu ngħalaq. Għalhekk illum aħna lkoll inħossuna orfni u llum nibkuh kif jixraq.” 

Dakinhar filgħaxija inħarġet stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni li qalet li “f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jsellem il-memorja tal-eks Primn Ministru Duminku Mintoff”. Il-Prim Ministru qal li l-perit Mintoff hu personalità ewlenija fil-ħajja pubblika Maltija minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sa tmiem is-Seklu Għoxrin. Il-ħidma kbira tiegħu immarkat profondament l-istorja riċenti ta’ pajjiżna fuq il-livelli politiċi, ekonomiċi u soċjali. L-impenn u d-determinazzjoni tiegħu wasslu għal żviluppi u bidliet profondi li jimmarkaw lil Malta u Għawdex. Wara li ta’ l-kondoljanzi tiegħu lil uliedu, il-Prim Ministru Gonzi offra u l-familja aċċettat, li l-Gvern jagħti funeral statali lill-eks Prim Ministru Mintoff.

Rapporti dwar l-aħbar tal-mewt tiegħu dehru mhux biss f’ġurnali prominenti ta’ pajjiżi Ewropej, bħal La Repubblica fl-Italja, il- u l-BBC News tal-Ingilterra, iżda saħansitra f’ġurnali influwenti Amerikani bħal New York Times u The Washington Post. Rapporti oħrajn dehru f’diversi siti popolari bħal Reuters u Yahoo News. Ir-rapporti kollha li dehru fil-midja barranija għamlu refe­renza għall-fatt li Mintoff kien politiku dominanti fix-xena politika Maltija, li ġġieled kontra l-forzi konservattivi u l-kolonjaliżmu, u li wassal biex tingħalaq il-bażi militari f’Malta fl-1979.
 
, jiddeskrivi lil Mintoff bħala “mexxej soċjalista li għalaq il-bażijiet tan-NATO f’Malta” u li kellu konfrontazzjoni mal-Ingliżi, iżda kellu relazzjonijiet tajbin mal-Libja u ċ-Ċina. The New York Times, tgħid li Mintoff kien jidher minn xi uħud bħala bniedem li ma tis­tax tipprevedi x’se jagħmel u misterjuż, filwaqt li għall-ammiraturi tiegħu hu meqjus bħala missier Malta moderna. Il-ġurnal Amerikan kompla jgħid li “matul il-karriera tiegħu, Mintoff iġġieled biex Malta ma tkomplix tkun sfruttata mill-barrani, terġa’ tikseb id-dinjità, filwaqt li ħadem biex Malta stabbilit rabtiet ekonomiċi u diplomatiċi, biex tikseb l-istatus tagħha bħala stat newtrali.” Min-naħa tagħha, The New York Times, tat ħarsa dettaljata lejn ħajjet Mintoff, mit-twelid tiegħu fl-1916, meta sar Prim Ministru għall-ewwel darba fl-1955, meta reġa’ ġie elett fil-po­ter fl-1971 u anke meta rreżenja minn Prim Ministru fl-1984. 

Il-ġurnal ta ħarsa wkoll lejn il-kisbiet ta’ Mintoff fl-isfera internazzjonali, fosthom, meta fl-1972 reġa’ nnegozja t-trattat tad-difiża mal-Gvern Ingliż, ir-relazzjonijiet li kellu mal-Gvern Libjan u anke maċ-Ċina. Fl-artiklu ta’ The New York Times, kien hemm kumment li kien ta Mintoff lill-istess gazzetta fis-snin sebgħin, fejn kien qal “meta ħadna l-Gvern, kellna Gvernatur Ingliż, Reġina Ingliża, munita Ingliża, u l-banek tagħna mmexxijin mill-Ingliżi. Kellna wkoll il-Pulizija mmexxijin minn Kummissarju li qal fl-apert li l-lealtà tiegħu kienet lejn il-Gvern Ingliż. Dan kien tmien snin ilu. Issa Malta hi Repubblika. Inbidel kollox. M’għad fadal xejn aktar Ingliż.
 
 għamlet refe­renza għall-kisbiet li għamel Mintoff matul il-karriera politika tiegħu, fosthom it-twaqqif ta’ Malta Repubblika fl-1974, u l-għeluq tal-bażijiet militari f’Malta fl-1979. The Washington Post, għam­let referenza għall-konfronti li Mintoff kellu tul il-karriera politika tiegħu, fosthom mal-Ingliżi u mal-Knisja.
 
Dwar Mintoff, irrapportat ukoll l-aġenzija tal-aħbarijiet Ingliża , fejn iddeskrivietu bħala bniedem dominanti fl-istorja politika ta’ Malta, speċjalment wara l-kisba tal-Indipendenza fl-1964. Il-BBC għamlet referenza għar-relazzjoni li Mintoff kellu mal-Gvern Ingliż, li eventwalment wasslet biex tintemm il-bażi f’Malta fl-1979. F’dan il-perjodu Malta saret Repubblika fl-1974. Ingħad li f’dan iż-żmien, Mintoff daħħal għadd ta’ servizzi soċjali li wasslu biex il-Maltin jibdew jgħixu ħajja aħjar. Fis-sit tal-BBC deher ukoll  fuq Mintoff.

Il-funeral statali tal-Perit Mintoff sar is-Sibt 25 t'Awwissu 2012 u kien wieħed mill-akbar funerali, jekk mhux l-akbar li qatt rat Malta. In-nies bdew jinġabru sa minn kmieni fit-toroq tal-Belt Valletta biex isibu post minn ta’ quddiem. Ħafna minnhom kienu bil-kamera f’idejhom. Ma naqsux ir-ritratti tal-Perit fl-idejn u l-għajjat “Mintoff, Mintoff”, “Viva s-Salvatur ta’ Malta”, “grazzi Perit ta’ dak kollu li għamilt magħna”, “grazzi Perit talli għallimtna” u “bħalek ma jkun hawn qatt”, kemm meta t-tebut kien miexi mill-Palazz sal-Kon Katidral, u anke wara l-quddiesa, fejn it-tebut mexa sal-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra fil-Floriana. 

L-aħħar vjaġġ tal-Perit Mintoff beda mill-Palazz Presidenzjali, sal-Kon Katidral ta’ San Ġwann fejn ingħata bidu għall-quddiesa kkonċelebrata mill-Arċisqof Mons Pawlu Cremona. Il-ġisem bla ħajja ta’ Mintoff kien ilu espost għall-qima tal-pubbliku sa mill-ġurnata ta’ qabel. Infatti matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, mijiet ta’ nies, iffurmaw serbut twil li f’xi waqtiet infirex minn Misraħ San Ġorġ għal Triq ir-Repubblika, u għaldaqstant uħud minn dawk preżenti kellhom jistennew għal ċertu tul ta’ ħin sakemm miss lilhom biex daħlu jagħtu qima lill-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista. Għall-ħabta tal-9.40am tas-Sibt, inġabru għadd ta’ suldati quddiem il-Palazz tal-President, libsin l-uniformi bajda. Ftit tal-minuti wara, it-tebut tal-Perit Mintoff li kien imgeżwer bil-bandiera Maltija, deher ħiereġ mill-Palazz tal-President, bl-ewwel għajta tal-folla numeruża preżenti tkun “Viva l-Perit Duminku Mintoff.”

Minn hemm hekk, ‘staff sergeants’ tal-Forzi Armati li kienu mmexxijin mill-‘istaff sergeant’ Patrick Barbara, għabbew it-tebut fuq l-ispallejn, u hekk kif it-tebut kien miexi bil-mod lejn il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-folla kompliet iċċapċap u tgħajjat “Mintoff, Mintoff.” Fl-istess waqt, għadd ta’ persuni preżenti bdew ifittxu post tajjeb biex ikunu jistgħu jsegwu l-quddiesa minn fuq ‘big screen’ li kien hemm barra l-Kon Katidral. 

Fost il-personalitajiet distinti li attendew għall-funeral statali kien hemm il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, l-Ispeaker Michael Frendo, u eks-ministri Laburisti fil-Kabinett ta’ Mintoff – Vincent Moran, Joe Grima u Reno Calleja. Magħhom kien hemm preżenti wkoll Alex Sciberras Trigona u Joe Debono Grech. Kien hemm preżenti wkoll il-Presidenti Emeritus Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici.

Hekk kif it-tebut tal-Perit Mintoff daħal fil-Knisja għall-ħabta tal-10.20am, il-folla nfexxet f’ċapċipa kbira u tgħajjat “Mintoff, Mintoff.” Il-qraba ta’ Mintoff, li dehru kommossi għall-aħħar bil-merħba kbira li ngħata l-Perit, poġġew fl-ewwel erba’ fillieri fuq in-naħa tal-lemin. Fuq talba li saret mill-familja stess, fejn il-qraba poġġa l-Mexxej Laburista Joseph Muscat, flimkien ma’ martu Michelle. Flimkien magħhom kien hemm persuni oħrajn li ħadmu fil-qrib ma’ Mintoff, fosthom is-segretarju personali Joe Camilleri u x-xufier tiegħu. 

Fl-Omelija tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona qal li “Dwar il-Perit Duminku Mintoff nixtieq insemmi żewġ sinjali li huma marbutin ma’ ħajtu. L-ewwel sinjal huwa l-interpretazzjoni tal-kmand ta’ Ġesù, li nħobbu lill-proxxmu tagħna, l-aktar lill-fqar, li għaqqadha mal-ħajja politika tiegħu. It-tieni sinjal huwa l-imħabba tiegħu lejn art twelidu.” Fost is-silenzju perfett ta’ dawk preżenti, l-Arċisqof beda biex jgħid li “f’dawn il-ġranet il-gazzetti kienu mimlija bl-istess aħbar, il-mewt tal-Perit Duminku Mintoff. Bir-raġun li jiġri hekk, għax dan il-bniedem għal aktar minn 50 sena, kien protagonist ewlieni fix-xena politika Maltija. Min jaf kemm għad irid jinkiteb aktar dwar ħajtu u dwar il-kisbiet tiegħu.” L-Arċisqof kompla jgħid li madankollu, fil-Knisja, l-aspett tal-bniedem jittieħed minn perspettiva oħra, dik tal-eternità u l-ħajja ta’ dejjem. Qal li meta bniedem imut, ir-relazzjoni tiegħu magħna ssir fi Kristu. “Dan huwa mument meta l-ħajja fuq din l-art tispiċċa u mbagħad inħallu f’idejn Alla, li huwa biss jagħmel il-ġudizzju,” kompla jgħid l-Arċisqof Cremona.

Għaldaqstant, l-Arċisqof saħaq li Omelija ta’ funeral qatt m’għandha tkun eloġju ta’ persuna għax, minn issa ‘l quddiem, dik il-ħajja qiegħda f’idejn il-Mulej. Madankollu, l-Arċisqof Mons Pawlu Cremona tenna li jixtieq jagħmel referenza għal żewġ sinjali li huma marbutin mal-ħajja tal-Perit Duminku Mintoff.
 

 
Imbagħad, l-Arċisqof Cremona semma t-tieni sinjal, l-imħabba li l-Perit Duminku Mintoff kellu lejn art twelidu. Qal li din ġagħlitu biex meta jkun f’diskussjonijiet ma’ pajjiżi ferm akbar minnha, Mintoff jiġġieled għall-aħjar ġid ta’ pajjiżna. 
L-Arċisqof kompla jgħid “li hija virtù li tħobb lil pajjiżek, għax dik hija espressjoni ta’ mħabba lejn iċ-ċittadini tal-pajjiż. Il-Perit Mintoff tkellem ma’ pajjiżi ħafna ikbar minna biex nakkwistaw l-aħjar kundizzjonijiet possibbli. 

Fl-aħħar tal-quddiesa, nqara messaġġ ta’ kondoljanzi li ntbagħat lill-President ta’ Malta mill-Papa Benedittu XVI. Fil-messaġġ, li kien iffirmat mis-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Tarcisio Bertone, il-Papa ta l-kondoljanzi għall-mewt ta’ Mintoff, filwaqt li qal li se jaħseb fih fit-talb tiegħu. Hekk kif inqara dan il-messaġġ tal-Papa, il-folla preżenti fil-Kon Katidral u anke barra, infexxew f’ċapċipa kbira.

Ma naqasx l-għajjat “Mintoff, Mintoff” anke fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, kemm x’ħin it-tebut kien dieħel u anke x’ħin kien ħiereġ wara li ntemmet il-quddiesa. 
Iżda fuq kollox, l-aktar ħaġa li spikkat kienet l-emozzjoni tan-nies, li ħafna minnhom hekk kif raw it-tebut jinġarr mis-suldati nfexxew jibku. Wara li l-folla kantat l-Innu Malti b’mod spontanju quddiem il-Kon Katidral, u t-tebut beda miexi, il-maġġoranza kbira ta’ nies baqgħu isegwuh bil-pass sal-monument. Ħafna minn dawk preżenti, speċjalment l-anzjani, filwaqt li kienu qegħdin jagħtuh l-aħħar tislima bdew jirrakkontaw bejniethom stejjer dwar il-Perit b’sens kbir ta’ nostalġija, u waqt li jagħmlu dan bdew iħarsu lejn ir-ritratt tiegħu li ġarrew magħhom. Kollox wasal fi tmiemu hekk kif it-tebut tal-Perit tgħabba fil-‘hearse’, fejn minn hemm hekk tkompla b’mod privat, b’ħafna minn dawk preżenti jinstemgħu jgħidu, “saħħa Perit... itlob għalina.”

F'Ottubru 2012, tnieda l-ktieb Mintoff: Il-bniedem u l-istorja (SKS) b'29 kitba ta’ natura letterarja differenti, miktuba minn ġurnalisti, ekonomisti, qassisin, tobba, edukaturi, storiċi, avukati, politiċi, riċerkaturi, antropologi, attivisti, filantropi, filosfi, artisti, letterati, akkademiċi u oħrajn. Fih għadd kbir ta’ ritratti. Editjat minn Mario Cutajar.

F'Novembru 2012, Horizons ippubblikaw il-ktieb Duminku Mintoff Bejn Storja u Miti. Dan il-ktieb huwa ġabra ta' kitbiet dwar il-Perit Duminku Mintoff, ġabra li saret minn Sergio Grech.

F'Diċembru 2012, quddiem il-Parlament kien imniedi il-ktieb Duminku Mintoff u Malta fi żmienu, ktieb ta' Josef Grech, li fih iktar minn elf paġna u numru kbir ta’ ritratti u karikaturi, bil-firma ta' Mintoff tad-deheb fil-faċċata tiegħu. 

F'April 2013, kien imniedi l-ktieb Mintoff għada miġbur minn Karmenu Mifsud Bonnici u Sammy Meilaq. Huwa ġabra ta’ dokumenti u ittri awtentiċi ta' Mintoff stess lil nies prominenti bħall-President tal-Parlament Ewropew ta’ żmien il-kwistjoni tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, lill-President tal-Kummissjoni Ewropea li dak iż-żmien kien Romano Prodi u lill-President Amerikan George W. Bush.

Fl-2014, ħareġ L-Elf Lewn ta' Mintoff ta' Claire Xuereb Grech. Il-ktieb fih għadd kbir ta' intervisti interessanti ma' nies minn bosta oqsma tal-ħajja; nies ta' fehmiet politiċi differenti; li jitkellmu dwar Mintoff; dwar meta ġew f'kuntatt dirett miegħu; dwar kif jarawh mill-għajnejn tagħhom. Biex hekk joħorġu l-elf lewn tal-personalità kumplessa tiegħu, kif ukoll ix-xejriet bla qies ta' karattru uniku li biddlu l-bixra ta' wiċċ Malta.

Fl-okkażjoni tad-39 anniversarju tal-festa ta’ Jum ir-Repubblika, fit-13 ta' Diċembru 2013, l-Għaqda Duminku Mintoff nediet l-ewwel mafkar f'Malta bl-isem Duminku Mintoff, il-perit ta’ Malta Repubblika li sar mill-iskultur Sergio Gauci. Il-mafkar huwa magħmul minn blokka tal-franka u jinsab Ħal Tarxien. 

Dan il-Monument xogħol Noel Galea Bason u kkumissjonat mill-Partit Laburista, jinsab fi Pjazza Paolino Vassallo f'Bormla u kien inawgurat f'lejlet l-40 anniversarju ta' Jum ir-Repubblika, nhar it-12 ta' Diċembru 2014.

Dan il-Monument xogħol fil-bronż ta' Noel Galea Bason u kkummissjonat mill-Gvern Malti, jinsab fi Pjazza Kastilja fil-Belt Valletta u kien inawgurat nhar il-31 ta' Mejju 2018.




#Article 20: Komunikazzjoni f'Malta (204 words)


Linji prinċipali wżati: 187,000 (1997)

Preżentament, hawn monopolju fis-settur tat-telefonija fejn l-unika kumpanija li toffri s-servizz hija l-Maltacom, li tifforma parti mill-Maltacom Group.

Sistema awtomatika tissodisfa ir-rekwiżiti normali 

Domestika: cable taħt il-baħar u microwave radio relay bejn Malta u Għawdex
Internazzjonali: 2 cables taħt il-baħar u satellite earth station - 1 Intelsat (Oċean Atlantku)

Is-servizz tat-telefonija ċellulari huwa pprovdut minn żewġ kumpaniji:

Dawn huma n-numri ta' abbonati matul l-aħħar għaxar snin:

Wieħed jista' jinnota l-qabża fin-numru ta' klijenti minn meta ġie lliberat is-suq permezz ta' l-introduzzjoni tat-tieni kumpanija.

Malta Amateur Radio League (1922) 

Madwar 500 'Radio Amateur' Liċenzjat f'Malta u Għawdex

Dan is-settur jaqa' taħt l-Awtorità tax-Xandir

Dan is-settur jaqa' taħt l-Awtorita' tax-Xandir.

Insibu żewġ sevizzi prinċipali: dak ta' l-aerial pprovdut mill-PBS (Public Broadcasting Services) u dak tal-cable ipprovdut mill-Melita Cable plc. 

Għalkemm ħafna huma dawk li huma abbonati għas-servizz tal-cable, titħallas liċenzja fis-sena lill-PBS fuq kull sett tat-televiżjoni (anke jekk ma jagħmilx użu mis-sistema l-antika ta' l-aerial).

Amateur TV Repeater

Callsign: 9H1ATV 

Installat l-Mdina (2004) mill-Malta Amateur Radio League 

Jittrażmetti fuq il-frekwenza ta' 10.475GHz u jirċievi fuq 1.275GHz u juża s-sistema tat-televiżjoni 'PAL'

Internet Service Providers (ISPs): 6 (2002)

Abbonati ta' l-Internet:

Kodiċi tal-pajjiż / Top level domain (TLD): MT

Ara wkoll: Malta




#Article 21: Giuseppe Calì (356 words)


Giuseppe Calì (Valletta, 14 ta' Awwissu 1846 - Valletta, 1 ta' Marzu 1930) kien pittur Malti ta' nisel Naplitan ta' bejn is-sekli 19  u 20, li pinġa ħafna pitturi reliġjużi fil-knejjes ta' Malta u Għawdex. 

Giuseppe kien iben Raffaele, xenografu fit-Teatru Rjali u Giovanna Padiglione li kienet mezzo-sopran. Il-ġenituri tiegħu kienu t-tnejn Naplitani. Ġie mgħammed fil-Knisja ta' Portu Salvu l-Belt Valletta. Fost familtu kien hemm ukoll żewġ artisti li setgħu wasslu sabiex Calì irawwem fih imħabba lejn l-arti. Fl-1871, iżżewweġ lil Perennia Pace, mill-Isla, u kellu għaxart itfal, fosthom, Ramiro Calì, li kien ukoll pittur.

Sa minn età żgħira, Calì kien wera potenzjal u talent kbir. Ta' sbatax-il sena mar jistudja l-arti taħt in-Neoklassiku Giuseppe Mancinelli fl-Accademia delle Belle Arti f'Napli.
 
L-akbar xogħlijiet tiegħu li għadhom meqjusa bħala fost l-aqwa kapulavuri tiegħu huma, Il-Mewt ta' Dragut (1867) fil-Mużew tal-Arti, il-Belt Valletta, u dik ta' San Ġlormu (1881) li tinstab fil-knisja tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.

Calì kien għamel impatt immedjat fuq is-soċjetà Maltija ta' dak iż-żmien u ismu kien sar magħruf sew. Kien magħruf għall-pittura b'mod partikulari tal-wiċċ. Beda jaħdem fuq ħafna xogħol kummissjonat għal dekorazzjoni ta' djar privati, veduti, kif ukoll ritratti ta' suġġetti Maltin. L-ewwel xogħol b'tema reliġjuża ta' Calì kien il-kwadru intitolat Il-Verġni tar-Rużarju li kien maħdum għall-knisja parrokjali tal-Mosta. Numru kbir ta' knejjes f'Malta jagħtu xhieda tas-sengħa u l-versatilità ta' dan il-pittur prolifiku. Kien ukoll il-fundatur tal-iskola moderna tal-arti Maltija.

Il-kapaċità u l-virtwożitá ta' Calì jidhru sew fil-kwadru titulari ta' San Duminku għall-knisja parrokjali tal-Belt Valletta ddedikata lill-Madonna ta' Porto Salvo, Il-Profeti; fil-knisja tal-Mosta, ir-ritratti tan-negozjant Agostino Cassar Torregini u l-maġistrat Carbone; It-Tre Rome u Natività fil-parroċċa ta' Ħal Luqa. L-Apoteosi ta' San Franġisk fil-knisja ta' San Franġisk fil-Belt Valletta hija ukoll xhieda tal-virtwożità kbira ta' dan il-pittur. Hemm għajdut li kien magħruf bħala ix-xitan tal-pinzell, għall-ħeffa u l-kilba li kellu għax-xogħol. Barra li kien pittur, kien ukoll skultur, minjaturista u kif ukoll ritrattista.

Giuseppe Calì miet il-Belt Valletta fl-1 ta' Marzu 1930, fl-eta ta' 84 sena. Huwa ġie kommemorat mir-Repubblika ta' Malta b'sett ta' erba' bolol fl-1996, u b'munita fl-2004.

L-isem ta' Giuseppe Calì hu isem marbut mal-knejjes Maltin. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu jinkludu:




#Article 22: Alfred Sant (3771 words)


 - Alfred Sant, 2008 

 - Guido de Marco, 2008

Alfred Sant (Sliema, 28 ta' Frar, 1948) huwa politiku, ekonomista, awtur, u kien Prim Ministru ta' Malta bejn l-1996 u l-1998. Huwa kap tad-delegazzjoni tal-ewroparlamentari Laburisti Maltin fil-Parlament Ewropew. Fl-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014 huwa kien l-iktar kandidat li ġab voti, 48,730 vot, it-tieni l-aktar li ġab voti fl-istorja tal-elezzjonijiet Ewropej kollha.

Bin Joseph u Josephine, imwielda Mizzi, Alfred Sant twieled Tas-Sliema nhar it-28 ta' Frar 1948.

Alfred Sant kien l-akbar fost ħamest aħwa, erba’ subien u tifla. Kienu joqogħdu f’appartament żgħir, isfelnett f’bini ta’ xi ħames sulari, fil-ponta ta’ Tignè, fejn dak iż-żmien kienu għadhom stazzjonati s-suldati Ingliżi, fil-barracks li llum twaqqgħu u minflokhom qed jinbnew appartamenti ta’ lussu. Meta kellu tmien snin marru joqogħdu Birkirkara, minn fejn kienu ommu u missieru (missieru proprja kien mill-Imsida, fejn missieru kien jaħdem bħala skarpan, iżda hu għex ħafna ma’ zijuh f’Birkirkara). Missieru kien skrivan fiċ-Ċivil. Bħala żagħżugħ, fis-snin tletin, missieru xtaq jidħol l-Università iżda peress li missieru (in-nannu ta' Alfred Sant) kellu ħafna tfal u kien bżonn il-flus, daħal jaħdem mal-Gvern. B'ħafna sagrifiċċju, fl-1957 missieru bena dar f’Birkirkara f’parti mill-ġnien ta’ dar li kienet tal-familja ta’ omm Alfred. Meta marru joqogħdu Birkirkara, minħabba t-tħeġġiġ ta’ ommu, għamel żmien jattendi għal-laqgħat ta’ għaqda mmexxija mill-Ġiżwiti fil-Kulleġġ San Alwiġi mhux bogħod minn fejn kienu joqogħdu. Iżda hu kien jippreferi jibqa’ d-dar jaqra u jilgħab ma’ ħutu.

Sant ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-sorijiet Franġiskani, Tas-Sliema, li kellhom fergħa fi Triq Manwel Dimech, u fergħa għall-primarji fis-Savoy,  bl-isem ta’ St Elizabeth School u l-iskola tal-Gvern f’Tas-Sliema minn
fejn għamel l-eżami għad-dħul fil-Liċeo. Fl-1957, beda fil-Liċeo, ftit wara li kien fetaħ fil-Ħamrun, u għamel ħames snin li wassluh għall-eżami tal-O Level fl-1962. Kien mixħut l-aktar għal-lingwi, iżda kienet bdiet tiżdied l-importanza tax-xjenza, bħala dixxiplina li fuqha kellha tkun imsejsa s-soċjetà tal-futur. Missieru ħajru li fis-Sixth Form jidħol għaliha. Għamel hekk u prattikament kellu jibda ħafna affarijiet mill-qiegħ bħal fil-matematika u fil-fiżika. Matul is-sentejn Sixth Form fil-Liceo, trawwem sew fix-xjenza mingħajr ma nesa l-ġibda li kellu għal-letteratura.

Wara s-Sixth Form, daħal l-Universita ta’ Malta fil-kors tax-xjenza. Ħaseb li se jkun fih għal sena biex wara jkompli fil-kors tal-inġinerija ċivili.
Iżda baqa’ sal-aħħar tal-kors tal-bacellerat tax-xjenza (fiżika u matematika) u wara daħal għal sena oħra li wasslitu għall-grad ta’ M.Sc.
fil-fiżika.

Studja l-amministrazzjoni pubblika u d-diplomazija fl-Institut International d'Administration Publique ta' Pariġi u ġab id-diploma tal-I.I.A.P. Sant kiseb M.B.A. summa cum laude mill-Universita ta’ Boston fl-1976 u dottorat D.B.A. mill-Harvard Business School fl-1979.

Bejn l-1970 ul-1975, Sant kien Second Secretary u First Secretary. Sant speċjalizza fl-affarijiet Ewropej u fir-relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent, fil-Missjoni ta’ Malta mal-Komunita Ekonomika Ewropea fi Brussel, li kienet isservi wkoll bħala ambaxxata mal-Benelux, il-Ġermanja tal-Punent, Franza u Spanja.

Sant kien konsulent għal negozji privati u għas-settur pubbliku. Bejn l-1979 ul-1982, kellu l-kariga ta’ deputat chairman tal-Malta Development Corporation. Wara kien chairman tal-Bortex u tal-Metalfond. Bejn l-1978-1992, Sant kien il-korrispondent minn Malta ghall-Economist Intelligence Unit, u bejn l-1986 u l-1992, korrispondent għal The European Review.

Daħal fil-politika meta nħatar chairman tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tal-Malta Labour Party fl-1982, u fl-1984 laħaq President tal-partit, kariga li żamm sa l-1988. Fl-1987 ġie co-opted fil-Parlament  wara l-mewt ta' Joseph Sciberras; u ġie elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet tal-1992. 

Wara r-riżenja ta' Karmenu Mifsud Bonnici li kien propona lil George Vella bħala Mexxej tal-Partit u dan ma aċċettax, Sant kien elett Mexxej tal-Partit Laburista mill-Konferenza Ġenerali tal-Partit nhar is-26 ta' Marzu 1992, f'elezzjoni li għaliha kkontestaw ukoll l-eks-ministri Lino Spiteri u Joe Brincat. Tmien snin wara, Lino Spiteri allega li f'din l-elezzjoni kien hemm min bagħbas fil-voti biex ma jitlax hu, tbagħbis li Spiteri qal Alfred Sant ma kellux x'jaqsam miegħu u lanqas kien jaf bih. Sant ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Fi żmien it-tmexxija ta' Alfred Sant, il-Partit Laburista bena Kwartieri ġodda fil-Ħamrun, fetaħ stazzjon tat-televixin Super One TV, iktar tard ONE TV, u beda joħroġ ġurnal ġdid Kullħadd.

Il-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant, u d-deputati mexxejja George Vella u George Abela, rebaħ l-elezzjonijiet tal-1996 b'maġġoranza ta' 132,497 vot, żieda ta' 17,000 -il vot fuq l-elezzjoni ta' qabel, u nhar is-26 ta' Ottubru Alfred Sant ħa l-ġurament bħala Priministru. Kien ġab maġġoranza ta' 7000 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista imma kellu biss siġġu wieħed iktar. Immedjatament kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni, Sant ħareġ lil Malta mill-Partnership for Peace tan-NATO u beda l-proċess biex titneħħa l-VAT li fil-fatt tneħħiet u minflokha daħlet taxxa bl-isem CET. 

Fi żmien il-Gvern ta' Sant, inħatret l-ewwel Speaker mara fl-istorja tal-Parlament Malti, l-Avukat Miriam Spiteri Debono. Inħatret ukoll l-ewwel mara bħala kap ta’ agenzija tal-Gvern meta nħatret Sina Bugeja bħala Kap Eżekuttiv ta’ Sedqa. Alfred Sant kien l-ewwel Prim Ministru Laburista li ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-Indipendenza, fil-21 ta' Settembru 1997. F'April 1997, il-Gvern ta' Sant ospita l-Konferenza Ewro-Mediterranja li fiha seħħet laqgħa importanti bejn il-mexxej Palestinjan Yasser Arafat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, David Levy.

Fit-22 xahar li dam, il-Gvern ta' Sant ħatar numru ta' kumitati u kummissjonijiet: 

Il-Gvern ta' Sant għamel il-Proġett ta' Buġibba, irrestawra l-Berġa tal-Baviera u l-Palazz Vilhena. Tnaddaf u ġie rranġat Wied il-Fiddien, il-moll ta’ Lazzarett. Sar il-pavimentar ta’ Triq ir-Repubblika fil-Belt. Saret l-ewwel fażi tal-proġett ta’ Chadwick Lakes. Sar proġett ta’ tisbiħ f’Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħaġar Qim, fil-bajja tal-Ġnejna, madwar il-Ġonna ta’ San Anton, fil-bajja tar-Rinella, il-Magħluq f’Wied il-Għajn li fih inbena teatru Grieg u ddikjarat riserva naturali u ġnien gdid fil-Baħrija.

Il-Prim Ministru Sant ikkummissjona żewġ rapporti fuq it-Tarzna li t-tnejn urew il-qagħda ħażina li kienet fiha. Sant ra l-ħtieġa ta' sehem dirett fit-tmexxija tat-Tarznari mill-Gvern f’isem il-poplu, li kien qiegħed iħallas għat-telf li nġema’, u l-ħtieġa ta’ ristrutturar tal-operat tat-tarznari. Il-Kunsill tat-Tarzna sar kompost minn erbgħa membri magħżula mill-Gvern, erbgħa magħżula mill-ħaddiema u Chairman magħżul mill-Gvern. 

Il-Gvern ta' Sant daħal fi ftehim mal-isptar Capua Palace sabiex operazzjonijiet tal-qalb li ma setgħux isiru St. Luke’s jibdew isiru privat. Fetaħ unit gdid f’St. Luke’s għal kirurgija mhux maġġuri. Biddel il-pjanti għall-isptar Tal-Qroqq, li iktar tard issemma Mater Dei, biex dan ikun sptar ġenerali, xi ħaġa li l-Gvern Nazzjonalista ta' wara żamm. Fetaħ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid fl-isptar ġenerali t’Għawdex. Inbniet dar għall-anzjani f’Bormla. Infetaħ Day Care Centre għall-anzjani f'Tas-Sliema u ieħor fiż-Żurrieq. Infetaħ uffiċjalment il-kumpless għal taħriġ gġall adulti b’diżabilità f’Wied il-Għajn.

Iddaħħlu regolamenti ġodda ta' rmunkar u clamping. Sar il-proġett tat-traffiku tal-Marsa. Beda jsir il-breathalyser test fuq is-sewwieqa tal-vetturi, u daħlet fis-sehh is-sistema tal-VRT ghall-karozzi.

Tħabbar l-ewwel Ombudsman għall-Università. Bdiet skema tal-Education Business Industry fejn edukaturi setgħu jitħarrġu dwar l-aħħar teknoloġija u proċessi industrijali. Fis-sajf tal-1998 sar xogħol ta' manutenzjoni fi 86 skola tal-Gvern. Infetah ir-Rinella Movie Park. F’Settembru 1997 twaqqfet l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta.

L-ewwel ma beda jberraq kien meta rriżenja Lino Spiteri minn Ministru tal-Finanzi ħames xhur biss wara l-ħatra tiegħu, li wara ħareġ li ma kienx qabel mat-tneħħija tal-VAT. F'Novembru 1997 George Abela irriżenja minn Konsulent tal-Priministru. Imma l-ewwel problema kbira għall-Gvern kienu l-Estimi Finanzjarji, il-Budget, tal-1998 li f'ħafna minnhom Dom Mintoff astjena u kellhom jgħaddu bil-casting vote tal-Ispeaker. Il-kwistjoni kienet l-iktar fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma proposti mill-Gvern. Fit-8 ta' Ġunju 1998, Dom Mintoff ivvota kontra l-proġett għall-iżvilupp tal-Kottonera kif propost mill-Prim Ministru Alfred Sant. L-għada li l-Gvern kien tilef dan il-vot importanti fil-Parlament, fix-Xatt tal-Birgu, il-Prim Ministru Sant ta konferenza tal-aħbarijiet li fiha qal li Mintoff għandu jirriżenja mill-Parlament u sejjaħlu traditur. Din il-frażi baqgħet tikkundizzjona r-relazzjoni bejn Mintoff u Sant, tant li d-diversi attentati ta' medjazzjoni bejn it-tnejn fallew. 

Nhar id-9 ta' Lulju saret Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista li ddiskutiet mozzjoni proposta mill-Priministru Sant li tikkundanna l-aġir ta' Mintoff u li tissejjaħ elezzjoni ġenerali fl-iqsar żmien possibbli. Wara li Sant rabat vot ta' fiduċja mal-vot fuq il-Proġett tal-KOttonera u dan m'għaddiex wara li Mintoff ivvota kontra, Sant ma kellu l-ebda triq oħra ħlief li jsejjaħ elezzjoni ġenerali prematura. Nhar it-3 t'Awwissu Sant mar għand il-President Ugo Mifsud Bonnici biex xolja l-Parlament u ħabbar id-data tal-Elezzjoni għall-5 ta' Settembru 1998, wara biss 22 xahar ta' tmexxija – liema elezzjoni ġiet mirbuħa mill-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Dr. Edward Fenech Adami. Nhar l-20 ta' Ottubru 2009, meta mistoqsi mill-PBS fuq l-avvenimenti politiċi li kienu wasslu għall-waqgħa tal-Gvern Laburista ħdax-il seba qabel, Alfred Sant qal li dakinhar ma setax joqgħod għar-rikatt ta' Mintoff u li Mintoff kien qed jiġi 'immanipulat' - mhux finanzjarjament - mill-Partit Nazzjonalista, kif skond Sant deher ċar fil-budget tal-1997, fil-mozzjoni dwar l-UE meta sparixxa l-Libja meta kien hemm vot kruċjali. Huwa qal li f'dak li ġara fl-1998, kien hemm ħafna fatti li għadhom ma ħarġux u jikkonfermaw dak li qed isostni hu. Sant qal li ma jħossx rimors għal dak li għamel fl-1998, iżda jħoss li għamel żball f'deċiżjonijiet li ħa qabel l-1996. Mistoqsi jekk ħafirx lil Mintoff, Alfred Sant qal li din mhix kwistjoni ta' maħfra jew apoloġija għaliex il-fatti huma fatti. Qal li m'għandux iħares lura iżda jkompli miexi 'l quddiem.

Wara l-elezzjoni bikrija tal-1998, Sant reġa' ġie kkonfermat mexxej tal-Partit b'iktar minn 98% tad-delegati tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. 

F'Mejju 2000, Lino Spiteri allega li fl-elezzjoni għall-ħatra ta' mexxej ġdid tal-Partit fl-1992, Pawlu Muscat, sindku Laburista ta' Bormla, kien bagħbas fil-voti biex ma jitlax hu, tbagħbis li Spiteri qal, u anke Muscat qal, Alfred Sant ma kellux x'jaqsam miegħu u lanqas kien jaf bih. Muscat kien tressaq quddiem il-Bord ta' Viġilanza u Dixxiplina tal-Partit Laburista u rtira dak li kien qal.

Meta l-Gvern Nazzjonalista ħabbar referendum għat-8 ta' Marzu 2003 dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2003, Sant sejjaħ bojkott parzjali fuq ir-referendum u talab lil-Laburisti biex jew jivvutaw 'Le', jew inkella jastjenu jew iħassru l-vot. Lejlet ir-referendum tat-8 ta’ Marzu 2003, il-Priministru Fenech Adami,fl-aħħar intervent tiegħu fl-aħħar dibattitu televiżiv  allega li Sant bħala chairman tal-Bord tal-Għażla tal-Università ta’ Malta intervista lill-iben Fenech Adami u ċaħħdu milli jidħol bħala student l-Università. F'sentenza tal-Qorti tal-2004 intqal hekk: “Il-Qorti tiddikjara li waqt id-dibattitu politiku mxandar fuq Television Malta, nhar il-Ħamis, 6 ta’ Marzu tas-sena 2003 il-konvenut għamel allegazzjonijiet foloz u malafamanti fit-terminu tal-Artikolu 28 tal-Kap 248 fil-konfront tal-attur bil-għan li jtellef jew inaqqas ir-reputazzjoni tiegħu meta allega li bħala Chairman’ tal-Bord tal-Għażla tal-Università ta’ Malta intervista lill-iben il-konvenut u ċaħħdu milli jidħol bħala student l-Università.” Il-Qorti żiedet tgħid li Fenech Adami kellu l-mezzi kollha disponibbli biex jivverifika jekk l-indikazzjonijiet li ngħatawlu kienux minnhom, iżda ma jirriżultax li għamel dan. 

Sant m'aċċettax ir-riżultat tar-referendum, li kien 54% ivvutaw iva u 46% ivvutaw le. Ħafna analisti politiċi jgħidu li dan ta' Sant kien żball li ma aċċettax ir-riżultat tar-referendum. Kien hemm 27 elf ruħ li ma ġabrux il-vot u kważi 4 elef li ħassru l-vot. Mid-9 pajjiżi li fl-2003 kienu qed jagħmlu referendum biex jidħlu, Malta kien l-iktar pajjiż li vvutaw nies, kważi 91%, imma l-iktar li ma riduhiex, 46%. Meta tħabbar ir-riżultat, Sant wissa lill-Unjoni Ewropea biex tieħu kont tar-riżultat tar-referendum fejn 48 % biss ta’ dawk eliġibbli biex jivvutaw kienu favur sħubija sħiħa, u qal li l-Gvern Nazzjonalista għandu jsejjaħ elezzjoni ġenerali minnufih.

L-għada tar-referendum, Fenech Adami ħabbar elezzjoni bikrija għat-12 t'April 2003 li l-Partit Laburista tilifha bi 12,000 vot inqas mill-Partit Nazzjonalista. Sant irreżenja mill-kariga ta' Mexxej tal-Partit. Għall-ewwel ma kienx se jikkontesta imma mbagħad ikkonvinċewh mod ieħor. U fil-fatt, fis-16 ta' Mejju, Sant reġa' rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit b'mod konvinċenti b'68% tal-voti.Fl-istorja politika ta’ Malta din kienet l-ewwel darba li l-mexxej attwali ta’ partit politiku kien ikkontestat meta kien għadu fil-kariga. Iż-żewġ kontestanti l-oħra, Anġlu Farrugia u John Attard Montalto kisbu 24% u 8% tal-voti rispettivament.

Fl-2004, il-Partit Laburista, immexxi minn Sant, għamel attakk qawwi fuq il-Priministru Eddie Fenech Adami għall-maħfra presidenzjali, li kienet ingħatat fuq parir tiegħu, lil Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi, fil-każ tal-attentat fuq il-ħajja tal-Assistent personali tal-Priministru, Richard Cachia Caruana.
 
Fit-13 ta' Ġunju 2004, il-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant rebaħ l-ewwel elezzjonijiet Ewropej li saru f'Malta u ġab iktar minn 48% tal-voti, 21,000 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista u ħa 3 siġġijiet minn 5 fil-Parlament Ewropew: Joseph Muscat (li erba' snin wara sar Mexxej tal-Partit), Louis Grech u John Attard Montalto.

Fl-2005, Alfred Sant kien strumentali biex il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista tappoġġja l-Kostituzzjoni Ewropea, opposta minn Karmenu Mifsud Bonnici, eks-mexxej tal-Partit. Din imbagħad ġiet ratifikata unanimament fil-Parlament Malti.

Il-Partit Laburista kien mistenni ħafna jirbaħ din l-elezzjoni. Għall-kampanja elettorali tal-2008, ippreżenta programm “Pjan għal bidu ġdid” taħt l-għajta għall-bidla fil-tmexxija tal-pajjiż. F'Diċembru 2007, ftit qabel il-kampanja elettorali, Sant daħal l-isptar għal operazzjoni serja. Il-Programm elettorali kien fih bosta affarijiet kontroversjali, fosthom il-proposta ta' reception class li ħolqot ħafna kontroversji matul il-kampanja, tnaqqis bin-nofs tas-surcharge tad-dawl kif ukoll l-ebda taxxa fuq l-overtime. Matul il-kampanja Sant ikkampanja  bil-kbir kontra l-korruzzjoni, speċjalment il-każ tal-Mistra. Minkejja dan, f'Marzu 2008 il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni għat-tielet darba konsekuttiva, bl-iżgħar marġini ta' differenza fil-voti: 1,580 vot. Il-Partit Nazzjonalista ġab 49.3% tal-voti u l-Partit Laburista 48.9%. Sant irreżenja minn mexxej tal-Partit l-għada tat-telfa iżda xorta żamm postu bħala membru fil-Parlament Malti, u sakemm inħatar il-mexxej il-ġdid tal-Partit huwa baqa' Kap tal-Oppożizzjoni, filwaqt li Charles Mangion kien aġent mexxej tal-Partit.

Nhar it-12 ta' Mejju 2008, Alfred Sant li kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni (għalkemm mhux iktar mexxej tal-Partit Laburista) għamel diskors bi tweġiba għad-Diskors tal-President ta’ Malta fil-Ftuħ ta’ Leġislatura ġdida. Sant reġa' tkellem dwar l-iskandlu tal-Mistra u qal li dan mhux xi każ iżolat imma parti minn sistema ta’ pjaċiri u arranġamenti ta' gvern Nazzjonalista. Semma maħfra ta’ flus dovuti f’income tax matul is-snin, maħfra ta’ VAT dovuta u multi relatati mal-VAT u oħrajn kif ukoll laxkezza fil-prosekuzzjoni ta’ każi fil-qrati li għandhom x’jaqsmu ma’ pussess jew użu ta’ artijiet tal-Gvern jew f’każi ta’ kuntratti mal-Gvern. 

Fl-istess diskors, Dr Sant tkellem dwar dawk li ġew jivvutaw minn barra minn Malta fl-elezzjoni tal-2008. Huwa qal li l-Kostituzzjoni hi ċara dwar dan fejn tgħid li jistgħu jivvutaw fl-elezzjoni dawk iċ-ċittadini li fl-aħħar sentejn, ikunu ssodisfaw ċerti regoli dwar kemm ikunu damu joqogħdu fil-pajjiż - tal-inqas sitt xhur. Sant qal li matul l-aħħar snin, il-Gvern żarma s-sistemi li bihom setgħu jsiru verifiki dwar kemm qed tiġi rispettata din ir-regola. Numru ta’ ċittadini daħlu fir-reġistru elettorali jew baqgħu fuqu, meta ma kellhomx dritt bil-Kostituzzjoni, għax ma tistax issir verifika serja dwar kemm jissodisfaw ir-regoli dwar residenza.

Sant qal li d-demokrazija f’pajjiżna qed tiffaċċja theddida ġdida għax infirxet fostna xibka ta’ poter, magħmula minn nies li ħafna minnhom, għall-inqas fid-deher, mhumiex fil-quddiem tax-xena politika, imma li għandhom kontroll fuq mezzi kbar pubbliċi u privati ffukati biex id-deċizjonijiet il-kbar fil-pajjiż jittieħdu skond l-għanijiet u l-interessi tagħhom.

Nhar l-20 ta' Ottubru 2009, waqt il-programm tal-PBS Dissett, Alfred Sant bħala eżempju ta' pjaċir politiku qabel l-elezzjoni semma l-każ tal-Gunner Matthew Psaila, li miet mgħerreq waqt taħriġ fiċ-Chadwick Lakes nhar it-13 ta' Frar 2009. Il-familja ta' Psaila għamlet protest ġudizzjarju li fih ċaħdu li kien hemm xi nuqqas politiku billi Matthew kien daħal suldat wara u mhux qabel l-elezzjoni u li l-fatt li kien jew ma kienx jaf jgħum mhux rilevanti billi dan ma kienx wieħed mir-rekwiżiti għall-ingaġġ ta’ suldati. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat stqarr li din kienet opinjoni ta’ Sant u mhux tiegħu jew tal-Partit Laburista.

Nhar it-8 ta' Novembru 2009 Alfred Sant kien mistieden bħala eks-Priministru biex jagħti diskors f'Berlin bl-isem ta'  f'konferenza li saret biex tfakkar l-20 sena mill-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin, imtella' mill-Institute for Cultural Diplomacy, bit-titlu “A World Without Walls: An International Congress on Soft Power, Cultural Diplomacy, and Interdependence”.

Nhar it-28 ta' Diċembru 2010, Alfred Sant bagħat ittra lill-Ispeaker tal-Parlament Dr Michael Frendo, li fiha akkuża lill-Gvern b’disprezz lejn il-Parlament, b’referenza għall-ħlas tal-Onorarja lill-Membri Parlamentari. Fl-ittra Sant qal li aktar minn sentejn u nofs qabel, il-Gvern, bla ma nforma lill-Kam­ra tar-Rappreżentanti, żied l-Onorarja tad-Deputati. Huwa qal li din id-deċiżjoni ġiet implimentata b’mod immedjat biss għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Qal li deċiżjoni li ttieħdet daqstant żmien ilu fir-rigward tad-Deputati, kienet għadha fil-“proċess” li tiġi implimentata sa Novembru 2010. Sant qal li Parlamenti oħrajn għandhom proċessi tras­parenti u anke stabbiliti b’ri­żoluzzjonijiet parlamentari dwar kif jiġu determinati l-ħlasijiet lid-Deputati. Huwa minnu li dan qatt ma eżista, kif messu ġara, fis-sistema parlamentari Maltija. Madankollu, qatt qabel il-Parlament ma ġie trattat b’dan il-mod.

L-Ispeaker wieġeb fit-23 ta' Jannar 2011 u qal li ma jħossx li dak li ġara huwa “an act or ommision which obstructs or impedes the House of Parliament in the performance of its functions” kif jgħid l-Erskine May, partikolarment fid-dawl tal-fatt li sal-lum qatt ma kienet il-prassi tal-Parlament li l-ħlasijiet lid-deputati jiġu ddeterminati b’ri­żoluzzjoni parlamentari, iżda b’deċiżjoni tal-Eżekuttiv. Min-naħa tiegħu Sant, li f’risposta li bagħatlu lura ddikjara li wara li qara l-ittra tiegħu b’kull attenzjoni, din kienet l-ewwel darba kemm ilu membru tal-Kamra tar-Rappre­żen­tanti li qed iħossu jistħi jgħid li huwa deputat. Filwaqt li rriserva d-dritt li aktar ’il quddiem jirrispondi fid-dettal għall-ittra tal-Is­peaker, Sant iddikjara li bħala ġest personali biex jesprimi s-sentiment tiegħu, iddeċieda li l-għada, 24 ta' Jannar ma jattendix għas-seduta tal-Parlament li se tiġi indirizzata mill-President tal-PE Jerzy Buzek, u dan bl-ebda sens ta’ disprezz lejh jew lejn il-persuni l-oħra li se jindirizzaw il-Kamra. Żied jgħid li dan se jkun il-mod tiegħu kif juri tħassib kbir għal kif l-aqwa istituzzjoni tad-demo­krazija kostituzzjonali qed tiġi mżebilħa u m­minata, u qisu ma ġara xejn. 

Intant, l-Ispeaker sostna li huwa obbligat u marbut li japplika t-terminu “disprezz lejn il-Kamra” kif definit min-normi viġenti tal-Kamra fiċ-ċir­kos­tanzi kollha tal-każ. Madankollu Michael Frendo ddikjara li huwa anomalu kif id-deċiżjoni tal-Kabinett dwar iż-żieda fl-onorarja baqgħet ma ġiet notifikata bl-ebda mod lill-istituzzjoni tal-Parlament inkluż lilu bħala Speaker, qabel mal-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech fit-18 ta’ Novem­bru li għadda ħtieġlu jwieġeb mistoqsija li saritlu fejn kellu jispjega d-deċiżjoni tal-Kabinett meħuda fil-5 ta’ Mejju 2008 u l-mod tal-implimentazzjoni tagħha. Waqt li saħaq li dan m’għandux isir, l-Ispeaker qabel ma’ dak li qallu d-Deputat Sant fl-ittra tiegħu, li Parlamenti oħrajn għandhom pro­ċessi trasparenti u anke stabbiliti b’riżoluzzjonijiet par­­la­men­tari, dwar kif jiġu ddeterminati l-ħlasijiet lid-deputati. Għaldaqstant, filwaqt li tenna li sal-lum żidiet fl-onorarja saru b’deċiżjonijiet tal-Eże­kuttiv u mhux tal-Parlament, l-Ispeaker sostna li dan kollu jitfa’ dawl ċar fuq il-ħtieġa għal awtonomija tal-Parlament inġenerali, materja li tqajmet minn diversi Speakers ta’ qablu, u dan partikolarment fuq il-ħtieġa li affarijiet bħall-onorarja tal-MPs jiġu ’l quddiem regolati bi proċeduri tal-Kamra fl-aħjar interess tad-demokrazija parlamentari ta’ pajjiżna.

Fl-Elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju 2014 huwa kien l-iktar kandidat li ġab voti, 48,730 vot, it-tieni l-aktar li ġab voti fl-istorja tal-elezzjonijiet Ewropej kollha. Huwa ntagħżel bħala kap tad-delegazzjoni tal-ewroparlamentari Laburisti Maltin fil-Parlament Ewropew.

Alfred Sant kien membru fundatur fil-grupp ta’ teatru sperimentali Xsenuru (1967-1968), wara li fl-1966, rebaħ l-ewwel premju fl-ewwel konkors għall-kitba ta’ drammi televiżivi b' Min hu Evelyn Costa? u fl-1967, l-ewwel premju f’konkors nazzjonali għall-kitba ta’ radjudrammi b’ Meta Tqum il-
Principessa. 

Kien ukoll membru tal-Moviment Qawmien Letterarju.  

Sant kien editur tal-magazine Ferment fis-snin sittin; tar-rivista ta’ kull xahar Tomorrow (1982-1984); Society (1989-1992); u editur  fil-magazine letterarju bil-Malti ta’ kull tliet xhur NEO (1989-1991). Kien jikteb regolarment artiklu ta’ kull ġimgħa fil-Malta News (1979-1988); It-Torċa (1983-1988, 1996-2008), u fit-Times (1999-2008). Għal numru ta' snin kien jieħu ħsieb is-Sensiela Kotba Soċjalisti.

Fuq il-kitbiet ta' Sant, Frans Sammut jgħid hekk: 

Alfred Sant huwa awtur ta' seba' rumanzi: 

Dan ir-rumanz kien inqara minn Charles Arrigo fuq ir-Rediffusion sena wara u għamel skandlu għax tqies bħala laxk iżżejjed. Fl-istess sena, kien pubblikat f’faxxikli fi It-Torċa.

Dan ir-rumanz kien jimmira biex jidher bħala l-ewwel rumanz dwar in-negozju
bil-Malti; fit-tradizzjoni letterarja Amerikan , il-ġeneru tal-business novel hu wieħed stabbilit ħafna u dan ħajru.

Alfred Sant, 2002

Alfred Sant, 2002

Rumanz miktub fl-istil ta’ kummiedja sewda. “Jien u naqra r-rumanz ma stajtx inżomm lili nnifsi milli ninfaqa’ nidħaq quddiem kulħadd,” kiteb kummentatur. Il-vampiri, il-problemi tal-ħxuna, inċidenti farseski ta’ sess bejn il-protagonisti, in-negozju fid-droga, il-ħajja fl-Università, il-korruzzjoni – fost suġġetti oħra – kollha jidħlu b’xi mod fl-istorja tar-rumanz li jagħti stampa panoramika tas-soċjetà Maltija tal-lum. Kritiku letterarju faħħru għall-mod kif lejn l-aħħar tiegħu, ir-rumanz jgħaqqad flimkien it-trufijiet kollha tal-istorja fi tmiem “kiefer”, mimli orrur.

Meta intervistat, Sant qal hekk:

F'Ġunju 2011, ir-rumanz ħareġ għall-bejgħ f’edizzjoni ġdida għal kollox, did-darba bl-Ingliż bit-titolu The Iscariot Field. Jidher li din hi l-ewwel darba fl-istorja tal-pubblikazzjoni f’Malta li rumanz li jkun inbiegħ kollu, jerġa’ jinħareġ b’dal-mod.

Dan hu l-ewwel rumanz bil-Malti li tista' tibdieh u tkomplih minn fejn trid, taqra minn fejn taqra, mill-bidu jew min-nofs jew mit-tmiem u tispiccah kif trid, bħal f'dizzjunarju.

Twelid ... tfulija ... imħabba ... skola ... xogħol ... tradiment ... vjaġġi ... mewt ... dak kollu li ngħixu tul ħajjitna, twila jew qasira: Bħal f'Dizzjunarju jdaħħalna fir-rakkont ta' ħajjet Anglu Debono, hekk kif għexha skont xewqatu... bil-ħlewwiet u bl-imrar tagħha ... bil-hena u t-thewdin li jitgerbu fiha ...  Miegħu, ngħixu kwazi hamsin sena minn dak li gara f'Malta sal-lum. Nagħmlu dan mhux bl-arloġġ. Nagħmluh hekk kif kull episodju minn hajtu jitpoġġa quddiemna skont il-kelma li biha għadu jitqanqal fil-memorja.

Grupp ta’ terroristi internazzjonali jlestu pjan ħalli jassassinawh. Eċitament, tensjoni, avventuri bla waqfien, waqtiet farseski u xeni finali mimlija tensjoni. Barra minn George Bush innifsu, il-karattru prinċipali hi Vonnie B, investigatriċi privata ta’ esperjenza. Tingħata kuntratt biex tinvestiga żewġ kumpaniji li kienu qed jibagħtu messaġġi elettroniċi suspettużi dwar iż-żjara ta’ Bush. Malajr, Vonnie tispiċċa fil-mira ta’ skwadra mibgħuta biex joqtluha, hekk kif tiskopri konfoffa mill-aktar sofistikata biex il-qtil ta’ Bush isir avveniment globali mxandar fuq l-internet. Hi Vonnie nnifisha li tirrakkonta l-istorja. Permezz tax-xhieda li tagħti, insegwu l-wasla tal-eks President fl-ambaxxata Amerikana, l-attakk fuq il-kumpless tal-ambaxxata u l-miżuri ddisprati li jittieħdu biex jipproteġu lil Bush. Fl-aħħar mumenti terribbli ta’ din il-ħidma, jiskattaw żviluppi splussivi u tal-waħx. Huma jispiċċaw jibdlu għal dejjem l-ambjent ġeografiku Malti.

Sant isejjaħ dar-rumanz “divertiment”, u jsegwi l-istil ta’ rumanz ieħor tiegħu li kiseb suċċess enormi erba’ snin qabel, L-Għalqa tal-Iskarjota. Dak ir-rumanz kien waddab dawl komiku għall-aħħar fuq il-qagħda ta’ Malta fi żminijietna waqt li ppreżenta storja mill-aktar stramba fejn komputers u firien rifsu fid-dinja tal-okkult u s-supranaturali. Fil-fatt, uħud mill-karattri memorabbli ta’ dak ir-rumanz jagħmlu dehra qasira, bħala mistiedna, f’George Bush f’Malta.

Din id-darba jidher li Alfred Sant esperimenta bir-rumanz f’forma ta’ thriller dwar l-ispjunaġġ biex jikkummenta dwar id-dinja tal-lum. Rappreżentanti ewlenin tas-settur tal-bini, tal-qrati, tal-pulizija, tas-servizzi sigrieti, tal-Knisja u tas-servizz pubbliku tal-indafa jidħlu fl-avventura, u magħhom rappreżentanti oħra tas-soċjetà kontemporanja Maltija.

Fi blogg Sant kiteb hekk:

Alfred Sant ippubblika 3 ġabriet ta' drammi:

B'dan id-dramm Sant kien rebaħ l-ewwel konkors li qatt sar f'Malta għal drammi bil-Malti għat-TV. Bil-ħamsin lira li rebaħ, siefer għall-ewwel darba fis-sajf tas-sena 1966. Ma’ tlieta minn ħbiebu mar il-Ġermanja, jaħdmu f’razzett.

Dan id-dramm kien kitbu Boston fis-sebgħinijiet u kien rebaħ it-tieni premju f’konkors għad-drammi organizzati mill-Gvern. Kien tellgħu Joe Friggieri fi produzzjoni li Sant innifsu ma laħaqx raha għax saret fl-Università Tal-Qroqq xi ġimagħtejn qabel wasal lura Malta.

Dan id-dramm kien ħa l-ewwel premju f’konkors organizzat mill-MADC u ntwera
snin wara, fl-1993.

 

Fl-1984 Sant iżżewweġ lil Mary Darmanin u kellhom tifla, Marta.  Huma isseparaw fl-1988. F'Diċembru 2007 Sant daħal l-isptar fejn ġie operat b'suċċess minħabba kanċer fil-musrana.

Alfred Sant, IT-TORĊA, Settembru 2008

Alfred Sant għandu website personali b'artikli politiċi, soċjali, ekonomiċi u kulturali:  




#Article 23: Guido de Marco (1208 words)


Guido de Marco (Valletta, 22 ta' Lulju 1931 – Tas-Sliema, 12 ta' Awwissu, 2010) kien politiku Malti li serva bħala l-President ta' Malta bejn l-1999 u l-2004. Kien ukoll Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Intern u tal-Ġustizzja, u wara tal-Affarijiet Barranin fejn kien strumentali biex Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Bejn l-1990 u l-1991 kien ukoll President tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Guido De Marco twieled il-Belt Valletta nhar it-22 ta' Lulju, 1931, l-uniku iben ta' Emanuele u Giovanna mwieleda Raniolo. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Sekondarja ta' San Ġużepp, fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi u aktar tard fl-Università ta' Malta. Mill-Università ggradwa fil-Baċellerat tal-Arti fl-1952, fil-Filosofija, l-Ekonomija u t-Taljan, u fl-1955 bħala Duttur tal-Liġi. Għal xi żmien serva bħala avukat tal-gvern.

Fit-23 ta' Marzu, 1999, De Marco fl-aħħar diskors tiegħu bħala Membru tal-Parlament, kien qal hekk: 

Hu daħal fix-xena politika fl-1962, l-ewwel mal-Partit Demokratiku Nazzjonalista ta' Herbert Ganado, fi żmien ta' tensjoni ta' qabel l-Indipendenza. u kkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali imma ma telax. Bejn l-1964 u l-1966 serva bħala l-Avukat tal-Kuruna tal-Gvern Malti.

Fl-1966, ikkontesta t-tieni elezzjoni tiegħu, l-ewwel waħda f'isem il-Partit Nazzjonalista (PN) fl-1966, fejn kiseb 12.82% tal-voti mill-ewwel distrett u 64.39% tal-voti mit-tmien distrett. B'hekk, ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti f'April tal-1966, fejn baqa' jiġi elett sal-1998.  

Fl-1967, il-Kamra tad-Deputati ta' Malta eleġġiet lil de Marco bħala wieħed mir-rappreżentanti tagħha fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn baqa' jżomm din il-pożizzjoni għal għoxrin sena. 

Fl-1972 inħatar Segretarju Ġenerali tal-PN. Fl-1977 ikkontesta l-elezzjoni għal kap tal-partit tiegħu flimkien ma' Eddie Fenech Adami, fejn dan tal-aħħar rebaħ din l-elezzjoni interna bi Guido de Marco jieħu l-post ta' Deputat Mexxej. F'din il-kariga serva sal-1999, 

Wara l-elezzjoni ta' Mejju 1987 beda jservi ta' Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja. Fiż-żmien li kien iħaddan dan ir-rwol, il-Professur de Marco introduċa numru ta' abbozzi fil-Parlament li kienu jinkorporaw ġo fihom konvenzjonijiet importanti, bħall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Bħala Ministru tal-Intern hu wassal għal riformi u l-imodernizzar tal-Korp tal-Pulizija u waqqaf l-Akkademja tal-Pulizija.

F'Mejju tal-1990 inħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin u fost l-ewwel impenji tiegħu kien hemm li ressaq l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fil-Kommunità Ewropea fi Brussell nhar is-16 ta' Lulju, 1990. Hu kompla jippromwovi u jsegwi l-prinċipju li d-djalogu Ewro-Mediterranju kien element bażiku sabiex jinħolqu strutturi li jikkonsolidaw is-sigurtà u l-kooperazzjoni reġjonali. 

Ħidmietu wasslet biex Malta issieħbet f'numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Ġnus Magħquda, l-OSCE, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. 

Kien il-Professur de Marco wkoll li bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin reġa' rreattiva l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, nhar il-11 ta' Settembru, 1998, wara l-iffriżar ta' din l-istess applikazzjoni mill-Partit Laburista. 

Tul il-karriera parlamentari tiegħu huwa rrappreżenta lill-Parlament Malti għal kważi 20 sena fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn serva f'ħafna kumitati.

Nhar it-18 ta' Settembru, 1990, il-Professur de Marco ġie elett President tal-ħamsa u erbgħin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda – l-ogħla kariga li persuna Maltija qatt ħadet fil-kamp internazzjonali. Hu ħa bosta inizjattivi b'risq il-paċi u biex il-Ġnus Magħquda tkun organizzata aħjar. Il-ħatra tiegħu f'din il-kariga wasslet ukoll fi żmien ta' tensjoni wara l-invażjoni tal-Iraq fil-Kuwajt. Bħala l-President, huwa żar numru ta' kampijiet ta' refuġjati fit-territorji okkupati u fil-Ġordan, l-Etjopja u l-Albanija. 

F'Mejju tal-1991, żar ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u r-Repubblika tal-Korea għal laqgħa li wasslet għall-ammissjoni tagħhom fin-Nazzjonijiet Uniti.

Bejn l-1996 u l-1998 serva bħala shadow minister. 

Fl-1998, reġa' ġie appuntat bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, fejn żamm din il-kariga san-nominazzjoni tiegħu bħala President ta' Malta. 

Bejn Jannar tal-2005 u Diċembru tal-2008 kien ċermen tal-Fondazzjoni tal-Commonwealth.

Nhar it-23 ta' Marzu, 1999, De Marco għamel l-aħħar diskors tiegħu bħala Membru tal-Parlament. Din hija silta minnu: 

Fl-4 ta' April 1999, Guido Demarco nħatar bħala s-sitt President ta' Malta, fejn issuċċeda lil Ugo Mifsud Bonnici. Il-presidenza tiegħu damet sal-4 ta' April, 2004.

Nhar is-6 ta' Awwissu 2010, waqt intervent regulari f'qalbu, żviluppaw ċerti kumplikazzjonijiet. Il-kundizzjoni tiegħu kienet definita bħala waħda kritika imma stabbli mill-kap tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Erbat ijiem wara inħareġ mill-isptar, minkejja li t-tim mediku kompla xorta jsegwi l-istat ta' qalbu. Madanakollu, jumejn biss wara li kien irritorna lura d-dar, nhar it-12 ta' Awwissu, 2010, Guido de Marco ittieħed b'urġenza l-isptar wara li ħassu ħażin fir-residenza tiegħu ġewwa Tas-Sliema, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien miet fl-età ta' ta' 79 sena. Stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni ħarġet li hu miet fil-ħin tal-4.18 ta' wara nofsinhar, fejn aktar tard ħareġ li kien miet waqt l-irqad u kienu għalxejn it-tentattivi li saru sabiex isalvawlu ħajtu. 

Il-funeral tiegħu sar fis-16 ta' Awwissu, 2010, ġewwa l-Kon-Katidral ta' San Ġwann preseduta mill-Arċisqof ta' Malta Pawlu Cremona. Il-gvern nazzjonali ħabbar tliet ijiem ta' luttu nazzjonali. Nhar is-Sibt 14 ta' Awwissu, 2010, mill-Isptar Materi Dei telaq korteo bit-tebut ta' Guido de Marco fejn għadda minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, qabel ma mbagħad wasal fil-Palazz tal-President fejn ġie espost il-katavru mikxuf għall-qima tal-pubbliku.

Immedjati kienu l-messaġġi ta' kondoljanzi li nħarġu mill-President tar-Repubblika, mill-Partit Nazzjonalista, mill-Partit Laburista, u entitatjiet u korpi diplomatiċi oħra. Il-kondoljanzi waslu wkoll min-naħa tal-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek li stqarr Guido de Marco kien iħaddan l-aqwa kwalitajiet bħala politiku modern: hu kien patrijott tassew li ħabb lil pajjiżu u lil niesu u kien bniedem ta' moħħu miftuħ u statista Ewropew kommess, li kien rispettat bil-kbir madwar l-Ewropa kollha. 

Reazzjonijiet oħra kienu jinkludu dak tal-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici li ddeskrivieh bħala persuna determinat li qatt ma qata' qalbu minn xejn u dejjem ottimist, tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Viċi-Prim Ministru Tonio Borg li ddeskrivieh bħala patrijott li pajjiżu dejjem sabu meta kien hemm bżonn u meta kien meħtieġ rikonċiljazzjoni, u tal-eks-Prim Ministru Alfred Sant li stqarr kif it-telfa ta' Guido de Marco kienet telfa ta' protagonista tal-istorja moderna tal-pajjiż. F'messaġġ lill-President George Abela, il-president tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Durão Barroso tkellem dwar kif Il-Kummissjoni u jien nibqgħu niftakruh għall-kburija li kellu li kien Malti u l-isforzi kbar li għamel sabiex iressaq lil Malta qrib l-Unjoni Ewropea.

Hu kien miżżewweġ lil Violet (imwielda Saliba), fejn kellhom tifel, Mario, u żewġt ibniet, Gianella u Fiorella, ilkoll membri tal-professjoni legali.

Fl-2008, Demarco ippubblika l-awtobijografija tiegħu bl-isem ta'  The Politics Of Persuasion. Sena wara ħarġet it-traduzzjoni tal-ktieb bil-Malti ta' Charles Abela Mizzi bl-isem Il-Politika tal-Persważjoni.

Fit-12 ta' Settembru 2014 inkixef il-monument f’ġieħ il-President Guido De Marco quddiem il-bini tal-qorti. “Huwa pjaċir u unur għalija li qiegħed hawn illum biex nagħtu ġieħ lill-memorja tal-President Guido de Marco, wieħed mill-akbar statisti ta’ pajjiżna” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu taċ-ċerimonja. “Kien fl-isfond ta’ teżi li kont qed nagħmel li ltqajt mal-Professur de Marco fil-bini tal-Parlament. It-tema li xtaqt inkellmu dwarha kienet pjuttost dejqa. Ridt nistaqsi kif wieħed jista’ jiddefinixxi lil pajjiżna, u ridt nara x’jaħseb dwar definizzjonijiet bħalsmall state, city state, micro state. Tbaqbaq mhux ħażin fuq kull waħda minn dawn id-definizzjonijiet u argumenta li kulħadd jaf id-daqs ta’ pajjiżna u minħabba f’hekk wieħed m’għandux juża kategoriji u definizzjonijiet li jistgħu jċekknu r-rilevanza tagħna f’għajnejn ħaddieħor.”

Il-monument hu magħmul mill-bronż, xogħol l-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi u turi lil Guido de Marco b’id waħda qisu biex jieħu b’idejn lin-nies u f’id l-oħra qed iżomm kopja tal-bijografija tiegħu li għandha t-titlu ‘Il-politika tal-persważjoni.’

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm uliedu Mario, Giannella u Fiorella, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Presidenti Emeriti George Abela, Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, Membri Parlamentari, dinjitarji u persuni distinti oħra.




#Article 24: L-Isla (219 words)


L-Isla (Senglea) tinsab fin-nofsinhar ta' Malta.

Din il-belt hija waħda mit-tlett ibliet (it-tnejn l-oħra huma l-Birgu u Bormla) li jiffurmaw iż-żona tal-Kottonera. L-Isla hija magħrufa wkoll bħala 'Città Invicta', minħabba l-fatt li din il-belt baqgħet mhux mirbuħa fl-Assedju l-Kbir ta' l-1565. L-isem ta' din il-belt huwa derivat mill-kelma Taljana Isola li tfisser gżira. Dan minħabba li l-art ta' l-Isla fil-fatt hi penisola.

Fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann, l-Isla kienet tintuża wkoll bħala riserva għall-kaċċa, iżda maż-żmien il-Gran Mastru De La Sengle (li minnu ħadet l-isem bit-Taljan Senglea) iddeċieda li jibdilha f'belt abitata. Biss tajjeb insemmu illi  għalkemm ħafna jaħsbu illi l-isem l-Isla huwa il-verżjoni bil-Malti ta Senglea, dan mhux minnu, fil-fatt dan kien l-isem li dan il-Gran Mastru ta lil din il-belt, li ried isemmi għalih innifsu. Għall iktar informazzjoni dwar din il-belt wieħed jista jżur is-sit tal-kunsill lokali li hija www.islalocalcouncil.com 

Michelangelo Vella (7 ta’ Novembru, 1710 ndash; 25 ta’ Diċembru 1792) kien  kompożitur, organista u pedagogu Malti li twieled l-Isla.

Charles Clews (27 ta' Settembru 1919 ndash; 29 ta' Jannar 2009), attur, twieled l-Isla.

L-artista grafiku Olandiż, Maurits Cornelis Escher, magħruf għall-inċiżjonijiet fl-injam, il-litografiji u l-mezzitinti tiegħu sikwit ispirati mill-matematika, għamel inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri ta' veduta tal-Isla.

Juan Bautista Azopardo (20 ta' Frar 1772 ndash; 23 ta' Ottubru 1847),suldat, kursar, u kurunell, twieled l-Isla.




#Article 25: President ta' Malta (250 words)


Il-President ta' Malta huwa l-kap tal-istat kostituzzjonali tar-Repubblika ta' Malta, bil-poter jibqa' f'idejn il-Prim Ministru. Il-President jiġi elett mir-Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati għal mandat ta' ħames snin. Il-President ta' Malta huwa l-gwardjan tal-Kostituzzjoni ta' Malta fejn hu biss li jieħu dan il-ġurament quddiem il-Kamra. Jekk il-President jiddubita fuq kemm il-kostituzzjonalità ta' liġi anke jekk l-avviż tal-Avukat Ġenerali jgħid li timxi skont il-kostituzzjoni, dan jista' jistaqsi għal aktar kjarifika. Il-President jifforma parti, kemm b'mod dirett u dak indirett, tat-tliet fergħat tal-istat. Jifforma parti tal-Parlament (Kapitolu VI, sezzjoni 51), jaħtar il-ġudikatura (Kapitolu VIII, sezzjoni 96) u l-awtorità eżekuttiva hi eżerċitata mill-President (Kapitolu VII, sezzjoni 78).

Din il-kariga inħalqet l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru, 1974, meta Malta saret repubblika fost il-Commonwealth. L-aħħar Gvernatur Ġenerali, is-Sur Anthony Mamo, sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap tal-istat. Mamo serva bħala President sal-1976. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet ministru fi żmien il-gvern preċedenti Laburista.

Mill-1989, il-mandat tal-President beda u spiċċa fl-4 ta' April. Attwalment, il-President ta' Malta huwa t-Tabib George Vella.

Sal-1988, ma kienet teżisti l-ebda bandiera għall-President ta' Malta, u għalhekk kienet tintuża l-bandiera nazzjonali. Iżda f'dik is-sena, eżattament fit-12 ta' Diċembru 1988, ġiet introdotta bandiera ġdida. Din tikkonsisti mill-arma fuq sfond blu, u s-simbolu tas-Salib ta' Malta b'kulur id-deheb f'kull rokna. Din il-bandiera tperper fuq ir-residenzi u l-uffiċini uffiċjali tal-President, fuq il-vettura tiegħu, u f'kull okkażjoni fejn hu preżenti.

L-uffiċċju uffiċjali tal-President huwa l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Residenzi presidenzjali oħra jinkludu:




#Article 26: Polonja (524 words)


Il-Polonja, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika tal-Polonja (Rzeczpospolita Polska), hi pajjiż fl-Ewropa Ċentrali. (120,726 mi kwd), hi d-70 (2013) l-ikbar pajjiż fid-dinja u d-9 wieħed fl-Ewropa. B'popolazzjoni ta' 38 miljun ruħ, dan il-pajjiż hu l-34 pajjiż l-aktar popolat fid-dinja u fost l-iktar wieħed mill-membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Polonja huwa stat unitarju, magħmul minn sittax-il provinċja li jissejħu województwo bl-ilsien Pollakk. Varsavja hi l-belt kapitali tal-Polonja u tinsab fil-provinċja ta' Mazowieckie. Il-Polonja hi wkoll membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Kummerċjali (OECD).

Il-Polonja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. L-istruttura tal-gvern hija ċċentrata fuq il-kunsill tal-ministri. Il-pajjiż huwa maqsum f’16-il provinċja, l-aktar fuq il-bażi tar-reġjuni storiċi tal-pajjiż. L-awtorità amministrattiva fil-livell provinċjali hija kondiviża bejn gvernatur maħtur mill-gvern, assemblea reġjonali eletta u eżekuttiv elett mill-assemblea reġjonali.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Polonja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (26.2%), l-industrija (25.6%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.0%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 80% tal-esportazzjonijiet tal-Polonja (il-Ġermanja 28%, iċ-Ċekja u Franza 6% t-tnejn li huma), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru kemm fir-Russja kif ukoll fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 27%, in-Netherlands 6% u l-Italja 5%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 7% mir-Russja.

Hemm 51 membru fil-Parlament Ewropew mill-Polonja. 

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Pollakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-Presidenzi Pollakki:
Lul-Diċ 2011

Il-Kummissarju nominat mill-Polonja għall-Kummissjoni Ewropea hu Janusz Wojciechowski, li hu responsabbli għall-Agrikoltura.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Il-Polonja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Polonja għandha 14-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Il-Polonja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Polonja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għall-Polonja:

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Polonja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 27: Lista ta' kodiċi telefoniċi (188 words)


Din hija lista ta' kodiċi telefoniċi, magħrufa wkoll bħala international direct dialing (IDD) codes, li jiġu wżati biex wieħed ikollu aċċess għal servizz internazzjonali tat-telefon. In-numru huma assenjati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni fi standard E.164.

In-numri huma kodiċi prefiss sabiex l-ebda numru ma jkollu l-parti inizzjali li tkun numru ieħor eżistenti. Il-kodiċi jiġi wżat biex wieħed iċempel fil-pajjiż speċifikat; kull pajjiż għandu wkoll prefiss internazzjonali li jiġi wżat biex wieħed ikun jista' jċempel barra l-pajjiż.

Ċerti pajjiżi (per eżempju, il-Ġermanja u r-Renju Unit) jirrikjedu li min iċempel ma jużax iż-0 li jkun fil-bidu tal-kodiċi nazzjonali meta użat internazzjonalment. Dan għaliex iż-żero huwa indikazzjoni li warajh hemm prefiss nazzjonali u mhux sempliċi numru lokali. Dan huwa simili għal użu ta' trunk code f'pajjiżi bħall-Istati Uniti, li tuża' l-1 fil-bidu biex tindika li warajh hemm kodiċi nazzjonali. Għal telefonati internazzjonali, il-prefiss nazzjonali huwa dejjem użat allura t-trunk code m'għandux użu. Per eżempju, biex iċempel lil xi ħadd il-Ġermanja bin-numru nazzjonali tat-telefon 089 123456, xi ħadd minn barra l-Ġermanja jkollu iċempel +49 89 123456, fejn il-+ ifisser il-prefiss internazzjonali. Din iżda, ma tappellax għal kull pajjiż (e.ż. l-Italja).

Żero (0) mhux assenjat.




#Article 28: Albanija (390 words)


L-Albanija, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tal-Albanija (Albaniż: Republika e Shqipërisë), huwa pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk. Dan huwa mdawwar mill-Montenegro għall-majjistral, il-Kosovo għall-grigal, il-Maċedonja lejn il-lvant u l-Greċja lejn in-nofsinhar u l-lbiċ. Il-kosta tiegħu tmiss mal-Baħar Adrijatiku lejn il-punent, u l-Baħar Joniku fil-lbiċ. Huwa inqas minn 72 km (45 mi) mill-Italja, madwar l-Istrett ta' Otranto li jgħaqqad il-Baħar Adrijatiku lejn il-Baħar Joniku.

L-Albanija hija demokrazija parlamentari b'ekonomija fi stat ta' transizzjoni. Fil-belt kapitali Albaniża, Tirana, joqgħodu 421,286 mill-popolazzjoni tal-pajjiż ta' 2,831,741. Ir-riformi tas-Suq Ħieles fetħu l-pajjiż għall-investimenti barranin, speċjalment fl-iżvilupp tal-enerġija u fl-infrastuttura tat-trasport.  L-Albanija ġiet magħżula bħala l-ewwel destinazzjoni fil-lista tal-Lonely Planet minn għaxar pajjiżi.

L-applikazzjoni tal-Albanija għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fl-24 ta' April 2009.

Fis-16 ta' Novembru 2009, il-Kunsill approva l-applikazzjoni tal-Albanija u stieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq l-opinjoni tagħha.

Fid-9 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni vvalutat li qabel ma jkunu jistgħu jinbdew formalment in-negozjati, l-Albanija kienet għad trid tikseb livell meħtieġ ta' konformità mal-kriterji ta' sħubija.

F'Ottubru 2012, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat li l-Albanija tista' tingħata l-istatus ta' kandidat għall-UE, soġġett għall-finalizzazzjoni ta' miżuri f'ċerti oqsma.

L-Albanija ngħatat status ta' kandidat fl-2014.

F'April 2018, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rakkomandazzjoni biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija. F'Ġunju 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet, li fihom qabel li jwieġeb b'mod pożittiv għall-progress li għamlet l-Albanija, u stabbilixxa t-triq biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni f'Ġunju 2019, skont il-progress li jkun sar f'ċerti oqsma ewlenin, bħar-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

F'Ġunju 2019, il-Kunsill iddiskuta l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2019 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE u r-rapport dwar l-Albanija. Fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli u l-importanza tal-kwistjoni, huwa ddeċieda li jerġa' lura, sa mhux aktar tard minn Ottubru 2019, għall-kwistjoni tal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija bil-ħsieb li tintlaħaq deċiżjoni ċara u sostantiva.

Fil-15 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill iddiskuta t-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni fir-rigward tal-Albanija u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Wara d-diskussjoni, il-presidenza ħarġet konklużjonijiet proċedurali fejn innutat li l-Kunsill ser jerġa' lura għall-kwistjoni wara l-Kunsill Ewropew ta' Ottubru.

Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2019 iddeċieda li jerġa' lura għall-kwistjoni tat-tkabbir qabel is-summit UE-Balkani tal-Punent f'Zagreb, f'Mejju 2020.

Fl-24 ta' Marzu 2020, il-ministri għall-affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fil-25 ta' Marzu, il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil-miktub. Fis-26 ta' Marzu, il-membri tal-Kunsill Ewropew approvaw il-konklużjonijiet.




#Article 29: Slovenja (475 words)


Is-Slovenja hija pajjiz fl-Ewropa, li jmiss mal-Italja, il-Kroazja, l-Ungerija u l-Awstrija. Hi pajjiż li jitqis bħala wieħed Alpin, għalkemm hemm minn iqisu bħala pajjiz Slav. Kisbet il-ħelsien politiku fl-1991, wara li ħarġet mill-Federazzjoni Jugożlava. Il-belt kapitali tagħha hija Ljubljana, belt mhux daqstant kbira b'popolazzjoni ta' 266 elf ruħ. 

Is-Slovenja hija repubblika demokratika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li hu elett direttament. Il-gvern għandu l-awtorità eżekuttiva u amministrattiva. Il-prim ministru u l-ministri huma eletti mill-Parlament. Is-Slovenja m’għandhiex reġjuni, iżda hija subdiviża f’212-il muniċipalità.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovenja fl-2018 kienu l-industrija (27.2%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.7%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (15.9%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 76% tal-esportazzjonijiet tas-Slovenja (il-Ġermanja 19%, l-Italja 12% u l-Awstrija 7%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru kemm fis-Serbja kif ukoll fil-Bożnija-Ħerzegovina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 67% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 16%, l-Italja 13% u l-Awstrija 9%), filwaqt li barra mill-UE 6% jiġu mit-Turkija u 5% miċ-Ċina.

Hemm 8 membri fil-Parlament Ewropew mis-Slovenja. 

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Sloven, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Sloveni:
Jan-Ġun 2008

Il-Kummissarju nominat mis-Slovenja għall-Kummissjoni Ewropea hu Janez Lenarčič, li hu responsabbli għall-Immaniġġar ta' Kriżi.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Is-Slovenja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Is-Slovenja għandha 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Is-Slovenja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tas-Slovenja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.

L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovenja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 30: Bulgarija (505 words)


Il-Bulgarija (Bulgaru: България, IPA: [bɤ̞ɫɡarijɐ]), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Bulgarija, huwa pajjiż li jinsab fl-Ewropa tax-Xlokk. Dan huwa mdawwar mir-Rumanija fit-tramuntana, is-Serbja u l-Maċedonja lejn il-punent, il-Greċja u t-Turkija fin-nofsinhar u l-Baħar l-Iswed lejn il-lvant. B'territorju ta' 110,994 kilometru kwadru (42,855 mi kw), il-Bulgarija hija l-14 l-akbar pajjiż fl-Ewropa. Il-qagħda tagħha jagħamilha salib it-toroq storiku għaċ-ċiviltajiet differenti u għalhekk insibu hemm xi xogħol tal-metall, oġġetti reliġjużi u kulturali mill-aktar bikrija fid-dinja

Il-Bulgarija hija repubblika parlamentari. Il-kap tal-gvern - il-prim ministru - għandu l-aktar pożizzjoni b’saħħitha tas-setgħa eżekuttiva. Il-kap tal-istat - il-president - primarjament għandu setgħat rappreżentattivi kif ukoll setgħat limitati tal-veto. Il-Bulgarija hija stat unitarju bi struttura ċentralizzata. Tikkonsisti minn 27 provinċja u provinċja kapitali metropolitana (Sofija-Grad). Il-gvernaturi reġjonali huma maħtura mill-gvern.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Bulgarija fl-2018 kienu l-industrija (23.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (22.6%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.1%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 69% tal-esportazzjonijiet tal-Bulgarija (il-Ġermanja 15%, l-Italja 9% u r-Rumanija 9%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fit-Turkija u 3% fiċ-Ċina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 64% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12%, l-Italja 8% u r-Rumanija 7%), filwaqt li barra mill-UE 10% jiġu mir-Russja u 6% mit-Turkija.

Hemm 17-il membru fil-Parlament Ewropew mill-Bulgarija. 

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Bulgaru, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Bulgari:Jan-Ġun 2018

Il-Kummissarju nominat mill-Bulgarija għall-Kummissjoni Ewropea hi Mariya Gabriel, li hi responsabbli għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Il-Bulgarija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Bulgarija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Il-Bulgarija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Bulgarija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 
Ċifri tal-2018 għall-Bulgarija: 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Bulgarija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 31: Rumanija (576 words)


Ir-Rumanija ( (Rumen:România) hi pajjiż li tinsab fl-intersezzjoni tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tax-Xlokk, bi fruntiera mal-Baħar l-Iswed. Ir-Rumanija għandha fruntiera komuni mal-Ungerija u s-Serbjalejn il-punent, l-Ukrajna u l-Moldova għall-grigal u l-lvant, u l-Bulgarija fin-nofsinhar. B'238,391 kilometru kwadru (92,043 mi kw), ir-Rumanija hija t-tmien l-akbar pajjiż tal-Unjoni Ewropea mill-erja, u għandha s-seba' l-akbar popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea b'20,121,641 persuni (Ottubru 2011). Il-belt kapitali u l-ikbar belt hija Bukarest, li hija s-sitt l-akbar belt fl-Ewropa.

Il-Prinċipalitajiet Uniti ħarġu meta t-territorji tal-Moldavja u Wallachia kienu magħquda taħt il-Prinċep Alexander Ioan Cuza fl-1859. Fl-1866, il-Prinċep Karl tal-Hohenzollern-Sigmaringen kien imsejjaħ għat-tron bħala l-prinċep renjanti tal-Prinċipat Rumen u fl-1881 kien finalment inkurunat bħala Re Carol I l-ewwel monarka tar-Renju tar-Rumanija. L-indipendenza mill-Imperu Ottoman kienet iddikjarata fid-9 ta' Mejju 1877, u kienet internazzjonalment rikonoxxuta fis-sena ta' wara. Fl-aħħar tal-Ewwel Gwerra Dinjija, it-Transilvanja, Bukovina u Bessarabja ngħaqdu mar-Renju tar-Rumanija.

Ir-Rumanija hija repubblika semi-presidenzjali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-funzjonijiet eżekuttivi huma miżmuma kemm mill-gvern kif ukoll mill-president. Il-pajjiż huwa maqsum f’41 kontea u l-muniċipalità ta’ Bukarest. Kull kontea hija amministrata minn kunsill tal-kontea, responsabbli għall-affarijiet lokali, u minn prefett responsabbli għall-amministrazzjoni tal-affarijiet nazzjonali fil-livell tal-kontea.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Rumanija fl-2018 kienu l-industrija (26.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.2%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.5%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 77% tal-esportazzjonijiet tar-Rumanija (il-Ġermanja 23%, l-Italja 11% u Franza 7%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fit-Turkija u 2% fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 75% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 20%, l-Italja 9% u l-Ungerija 7%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu miċ-Ċina u 4% mit-Turkija.

Hemm 32 membru tal-Parlament Ewropew mir-Rumanija.

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Rumen, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Rumeni:
Jan-Ġun 2019

Il-Kummissarju nominat mir-Rumanija għall-Kummissjoni Ewropea hi Adina-Ioana Vălean, li hi responsabbli għat-Trasport.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rumanija għandha 15-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Ir-Rumanija għandha 14 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-Rumanija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-ambaxxata għall-UE tar-Rumanija, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għar-Rumanija:

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mir-Rumanija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 32: Moldova (107 words)


Il-Moldova , uffiċjalment ir-Repubblika tal-Moldova (Moldovan/Rumen:Republica Moldova) hu pajjiż interkjuż li jinsab fl-Ewropa tal-Lvant bejn ir-Rumanija lejn il-punent u l-Ukrajna lejn it-tramuntana, lvant u n-nofsinhar. Il-belt kapitali hija Chișinău. 

Il-Moldova ddikjarat lilha nnifsa stat indipendenti bl-istess konfini bħar-Repubblika Sovjetika Soċjalista Moldovana fl-1991 bħala parti mix-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Fid-29 ta' Lulju, 1994, ġiet adottata kostituzzjoni ġdida tal-Moldova. Strixxa tat-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Moldova fuq il-bank tal-lvant tax-xmara Dniester ilha taħt il-kontroll de facto tal-gvern mifrud ta' Transnistrija mill-1990.

Mill-Waqgħa tal-Unjoni Sovjetika, il-piż relattiv tas-settur tas-servizzi fl-ekonomija tal-Moldova bdew jikbru u bdew jiddominaw il-PGD (issa madwar 63.5%), bħala riżultat ta' tnaqqis fl-industrija u l-agrikoltura. Madankollu, il-Moldova għadha pajjiż fqir fl-Ewropa.




#Article 33: Il Canto degli italiani (387 words)


Il Canto degli Italiani (Il-Kant tat-Taljani) huwa l-innu nazzjonali Taljan; il-kliem inkiteb minn Goffredo Mameli, filwaqt li l-kompożitur kien Michele Novaro. L-innu huwa aħjar magħruf bħala Fratelli d'Italia (Aħwa tal-Italja), frażi meħuda mill-ewwel vers; xi drabi anki Inno di Mameli jew Canto degli Italiani jiġu użati biex jirreferu għalih.

Fl-1847, il-poeta Goffredo Mameli, kiteb Il Canto degli Italiani; dil-poeżija kienet tesprimi il-ġlieda għall-unifikazzjoni u l-indipendenza tal-Italja, u għalhekk nfirxet u saret popolari immens fi żmien ir-Riżorġiment (lit. Qawmien, il-proċess tal-unifikazzjoni tal-Italja fis-seklu 19). Wara l-unifikazzjoni (1861), l-innu tal-Familja tas-Savoja kien ukoll użat bħala innu nazzjonali. Meta, fl-1946, l-Italja saret repubblika, La Canzone degli Italiani ntgħażlet biex isservi ta' innu nazzjonali temporanju. Ta' min jinnota li din l-għażla baqgħet ma ġiet qatt riveduta, u La Canzone degli Italiani ilu innu nazzjonali temporanju għal aktar minn ħamsin sena.

 
Fratelli d'Italia,
l'Italia s'è desta,
dell'elmo di Scipio
s'è cinta la testa.
Dov'è la vittoria?
Le porga la chioma,
che schiava di Roma
Iddio la creò.

Stringiamoci a coorte,
siam pronti alla morte.
Siam pronti alla morte,
l'Italia chiamò.
Stringiamoci a coorte,
siam pronti alla morte.
Siam pronti alla morte,
l'Italia chiamò!

Noi fummo da secoli
calpesti, derisi,
perché non siam popolo,
perché siam divisi.
Raccolgaci un'unica
bandiera, una speme:
di fonderci insieme
già l'ora suonò.

Uniamoci, uniamoci,
l'unione e l'amore
rivelano ai popoli
le vie del Signore.
Giuriamo far libero
il suolo natio:
uniti, per Dio,
chi vincer ci può?

Dall'Alpi a Sicilia
Dovunque è Legnano, 
Ogn'uom di Ferruccio 
Ha il core, ha la mano, 
I bimbi d'Italia 
Si chiaman Balilla, 
Il suon d'ogni squilla 
I Vespri suonò. 

Son giunchi che piegano 
Le spade vendute: 
Già l'Aquila d'Austria 
Le penne ha perdute. 
Il sangue d'Italia, 
Il sangue Polacco, 
Bevé, col cosacco, 
Ma il cor le bruciò. 

Reċentement, fl-Itajla kien hemm diskussjonijiet dwar jekk għandux jintgħażel innu ieħor minflok Fratelli d'Italia. Ħafna nies (kemm nies komuni kif ukoll esperti) jaħsbu li l-mużika ta' Fratelli d'Italia hija pjuttost fqira, speċjalment meta tikkumparaha mat-tradizzjoni rinomata tal-mużika klassika Taljana (bħal, ngħidu aħna, Giuseppe Verdi jew Giacomo Puccini). 

Il-lirika, mhix universali, u tirreferi għal episodji speċifiċi fl-istorja Taljana; filwaqt li kienu adattati għas-seklu 19, illum il-ġurnata tilfu ħafna mis-sinifikat tagħhom. Iżda allavolja hemm dawn l-argumenti kollha kontra Fratelli d'Italia, dan l-innu daħal fil-qlub ta' ħafna u mhux daqshekk probabbli li jinbidel kif ġieb u laħaq.




#Article 34: Lawrence Gonzi (498 words)


Lawrence Gonzi (Pietà, 1 ta' Lulju 1953) huwa avukat u kien Priministru ta' Malta u Kap tal-Partit Nazzjonalista mill-2004 sal-2013. Kien ukoll Speaker tal-Kamra tad-Deputati għal żewg leġislaturi bejn 1988 u 1996.

Bin Luigi u Ineż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof Mikiel Gonzi u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul.

Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu fl-Azzjoni Kattolika. Huwa kien student fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-Liġi fl-Università ta' Malta, fejn eventwalment laħaq avukat fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-politika. Huwa beda jipprattika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' Ċermen tal-grupp mill-1987 sal-1997. 

Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-diżabilità u l-mard mentali. Huwa kien ukoll President tal-Moviment Azzjoni Kattolika ta' Malta bejn l-1976 u l-1986.

Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-1987 bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Intgħażel Speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1988 u wkoll fl-1992. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-1996. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala Shadow Minister għas-Sigurtà Soċjali. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Whip tal-Partit Nazzjonalista, u Segretarju Ġenerali tal-Partit. 

Fl-elezzjonijiet tal-1998 u l-2003 reġa' ġie elett  bħala membru parlamentari u serva bħala Ministru tas-Sigurtà Soċjali u wara li fl-1999 Guido de Marco laħaq President tar-Repubblika, Gonzi ikkontesta b'suċċess il-kariga ta' Viċi-Kap tal-partit. Ftit wara inħatar Viċi-Prim Ministru ta' Malta u Leader of the House tal-Kamra tad-Deputati.

Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi Frar 2004. Hu laħaq Prim Ministru f'Marzu tal-istess sena.

Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-kriterji ta' Maastricht sabiex tidħol fiż-Żona Ewro u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-ewro.

Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għandha tiffaċja. Fit-8 ta' Marzu 2008, il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-Partit Laburista immexxi minn Alfred Sant, li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-Awtorità tal-Ippjanar u s-settur tat-turiżmu taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.

Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid Joseph Muscat. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid, kif fil-fatt għamel fit-8 ta' Mejju 2013. Fis-17 ta' Lulju 2013 irriżenja ukoll is-siġġu tiegħu ta' Deputat tal-Kamra u rtira mill-ħajja politika.




#Article 35: Alternattiva Demokratika (165 words)


Alternattiva Demokratika hija partit politiku ekoloġista Malti affiljat mal-Partit Ewropew tal-Ħodor.

Alternattiva Demokratika (AD) twaqqfet fl-1989. Il-President tal-Malta Labour Party Toni Abela kif ukoll il-whip tal-Partit Wenzu Mintoff irriżenjaw mill-karigi rispettivi tagħhom bħala protesta għall-mod kif kien qed jitmexxa l-Partit. Ta' dan kienu tkeċċew mill-Partit. Abela u Mintoff ingħaqdu ma' numru ta' attivisti ambjentali u waqqfu l-Alternattiva Demokratika. Mintoff żamm is-siġġu parlamentari tiegħu u nħatar l-ewwel Chairperson tal-Partit.

L-AD ikkontestat l-ewwel elezzjonijiet ġenerali tagħha fl-1992 meta kisbet 1.69% ta' l-ewwel preferenzi (l-aħjar riżultat tagħhom s'issa) iżda l-ebda siġġu. Fl-elezzjonijiet suċċessivi (1996, 1998 u 2003) is-sehem tal-vot tagħhom naqas dejjem sa 0.7% fl-2003. Wara r-riżultat ta' l-1998 Abela u Mintoff telqu u marru lura fi ħdan il-Malta Labour Party (Mintoff fil-fatt ikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew fl-2004 f'isem il-Malta Labour Party).

Fl-2003 l-AD ikkampanjat għall-Iva fir-referendum ta' dik is-sena.

Fl-2004 il-Partit ppreżenta lil Prof Arnold Cassola bħala kandidat għall-Parlament Ewropew fejn kiseb riżultat tajjeb ta' 9.3% ta' l-ewwel preferenzi. Dan, iżda, ma kienx biżżejjed biex jeleġġi MPE.




#Article 36: Unjoni Ewropea (1194 words)


L-Unjoni Ewropea (abbrevjata bħala UE) hija unjoni politika u ekonomika ta' 27 stat membru li jinsabu prinċipalment fl-Ewropa. L-UE ġiet stabbilita taħt l-isem attwali permezz tat-Trattat ta' Maastricht tas-7 ta' Frar 1992 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993), liema stati aderenti ġew miżjuda wara t-triq twila tal-Komunitajiet Ewropej li kienu jeżistu qabel.

L-organi prinċipali tal-UE jinvolvu lill-Kunsill (denominazzjoni li ħadet post dik tal-Kunsill tal-Ministri mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht), il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew. Il-membri tal-Parlament Ewropew huma eletti kull ħames snin miċ-ċittadini Ewropej. Il-belt kapitali de facto tal-UE hija Brussell.

L-UE żviluppat suq komuni permezz ta' sistema standardizzata ta' liġijiet li japplikaw fl-istati membri kollha. Fi ħdan iż-Żona Schengen (li tinkludi 22 stat tal-UE u 4 stati non-UE) kontrolli fuq il-passaport ġew aboliti. Il-politiki tal-UE jassiguraw il-moviment ħieles ta' nies, merkanzija, servizzi u kapital, jiddekretaw leġiżlazzjoni fil-ġustizzja u l-affarijiet interni, u jżommu politiki komuni għall-kummerċ, l-agrikoltura, is-sajd u l-iżvilupp reġjonali.

Fil-preżent, l-Unjoni Ewropea hija l-aktar organizzazzjoni reġjonali potenti. F'ċerti postijiet fejn l-istati membri ttrasferew ammont ta' sovranità lill-Unjoni, l-UE tidher tixbah iktar lil xi federazzjoni jew kofederazzjoni. Iżda l-istati membri jibqgħu jikkontrollaw it-trattati, jiġifieri l-Unjoni m'għandhiex is-setgħa li tieħu l-poter minn fuq il-pajjiżi mingħajr il-kunsens tagħhom. Dan apparti l-fatt li l-pajjiżi membri jibqgħu jħaddnu l-politika tagħhom f'dawk l-oqsma ta' importanza nazzjonali, bħal relazzjonijiet barranin u d-difiża.

Din l-istruttura unika, probabbilment iġġiegħlek tħares lejn l-Unjoni Ewropea iktar bħala entità sui generis.

L-istat attwali u futur tal-UE huwa s-suġġett ta' ħafna battibekki politiċi fost il-pajjiżi membri.

Il-bażi ġuridika tal-Unjoni Ewropea hija sekwenza ta' trattati bejn il-pajjiżi membri. Dawn ġew emendati ħafna drabi tul is-snin, b'kull trattat ġdid jemenda u jissupplimenta dak ta' qablu. L-ewwel trattat li seħħ kien it-Trattat ta' Pariġi tal-1951 li stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (European Coal and Steel Community; ECSC) bejn grupp oriġinali ta' sitt pajjiżi Ewropej li kienu jinkludu lil Franza, il-Belġju, il-Pajjiżi Baxxi, il-Lussemburgu, l-Italja, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Minn dak iż-żmien 'l hawn, dan it-trattat skada u l-funzjonijiet tiegħu ġew meħuda minn trattati oħra li ġew warajh. Minn naħa l-oħra, it-Trattat ta' Ruma tal-1957 għadu jgħodd sal-lum, avolja ġie emendat, partikolarment bit-Trattat ta' Maastricht tal-1992, li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea taħt dan l-isem. It-Trattat ta' Ruma kien essenzjali biex tiġi stabbilità l-Komunità Ekonomika Ewropea (European Economic Community; EEC) kif ukoll l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea (European Atomic Energy Community; EAEC jew Euratom). Il-ħolqien ta' suq komuni kellu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenija tal-unifikazzjoni tal-Ewropa għal ħafna żmien. L-aħħar modifiki li saru fuq it-Trattat ta' Ruma ġew miftiehma bħala parti mit-Trattat tal-Adeżjoni  ta' 10 Stati Membri ġodda, li ġie implimentat fl-1 ta' Mejju, 2004.

Reċentement, l-Istati Membri tal-UE qablu mal-kontenut ta' trattat kostituzzjonali li, jekk jiġi ratifikat mill-pajjiżi membri, għandu jkun l-ewwel kostituzzjoni uffiċjali tal-UE, li tirrimpjazza t-trattati kollha preċedenti b'dokument wieħed.

F'każ li t-trattat tal-kostituzzjoni ma jiġix ratifikat mill-membri kollha tal-UE, ikun hemm bżonn li jerġgħu jinfetħu n-negozjati fuqu. Ħafna politiċi u uffiċjali jaqblu li l-istrutturi prekostituzzjonali huma ineffiċjenti għal Unjoni ta' 27 Stat Membru li qiegħda dejjem tikber maż-żmien. Politiċi f'ċerti pajjiżi membri (partikolarment fi Franza), issuġġerew li jekk ikun hemm biss ftit pajjiżi li ma jirratifikawx it-trattat, il-bqija tal-Unjoni għandha tinjorahom u timxi mingħajrhom. Dan l-aġir pjuttost kontroversjali jista' possibbilment joħloq unjoni oħra iktar Avant Garde ta' pajjiżi li impenjaw ruħhom għal dan it-trattat, ġewwa l-unjoni preżenti.

Ara wkoll:

L-UE m'għandha l-ebda kapitali uffiċjali u l-istituzzjonijiet tagħha huma mifruxa f'ħafna bliet:

L-UE għandha numru ta' agenziji speċializzati u deċentralizzati b'mandat sabiex ikunu ta' għajnuna għall-Istati Membri tal-UE:

Aġenziji tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP):

Aġenziji komunitarji

Aġenziji tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali

Aġenti Eżekuttivi

Aġenziji u entitajiet tal-EURATOM

'Artikli prinċipali: Pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, Pajjiżi ġirien li jdawru l-Unjoni Ewropea, Il-kriterji tal-isħubija.

Sa mill-1 ta' Mejju, 2004, l-Unjoni Ewropea tikkonsisti f'25 pajjiż membru. L-erja totali ta' dawn il-25 pajjiż (2004) hija 3,892,685 kmsup2;. Kieku kienet pajjiż, l-UE kienet tkun is-seba' l-akbar pajjiż fid-dinja mid-daqs. In-numru ta' ċittadini tal-UE (kull ċittadin ta' pajjiż membru tal-UE, skont it-termini stipulati fit-Trattat ta' Maastricht) fil-25 stat, jammonta, bejn wieħed u ieħor, 453 million (Marzu 2004). Din il-figura hija it-tielet l-akbar fid-dinja wara ċ-Ċina u l-Indja.

Fl-1952/1958 is-sitt pajjiżi fundaturi tal-UE kienu: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja tal-Punent, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi. Minn dakinhar, 19-il pajjiż ieħor ingħaqdu mal-UE fi tkabbir sussegwenti:

Bħalissa hemm tliet stati li jissejħu kandidati, dawn huma s-Serbja, it-Turkija (ma' dawn l-istati, in-negozjati għadhom għaddejjin) u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-pajjiżi li applikaw biex isiru membri tal-Unjoni huma l-Albanija, l-Islanda u l-Montenegro. 
Iktar informazzjoni fuq tkabbir futur jista' jinsab fl-artiklu Tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Xi pajjiżi bħan-Norveġja u l-Isvizzera li fil-preżent mhumiex membri tal-UE, xorta għandhom ftehim speċjali mal-unjoni. (Ara l-artiklu dwar relazzjonijiet ta' terzi pajjiżi ma l-UE). Ħafna mill-membri tal-EFTA (European Free Trade Association) huma sħab mat-Trattat tal-EEA (European Economic Area), li jfisser li dawn il-pajjiżi jistgħu jipparteċipaw ukoll fis-suq komuni.

Ċerti postijiet għandhom konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet mal-istati membri tal-UE minħabba l-passat kolonjali tagħhom, rabtiet kulturali jew ġeografiċi. Għar-relazzjoni tal-UE ma' Groenlandja, l-Isle of Man, l-Ażores u Madejra, fost oħrajn, ara l-artiklu dwar Territorji ta' stati membri speċjali u r-relazzjoni tagħhom mal-UE.

Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jinkludu numbru kbir ta' strutturi legali u istituzzjonali li huma sovvrapposti fuq xulxin. Dan huwa r-riżultat tal-ħafna trattati internazzjonali suċċessivi li seħħew maż-żmien. Fi żminijiet riċenti, saru ħafna sforzi konsiderevoli biex jiġu konsolidati u simplifikati dawn it-trattati, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea. Jekk dan it-trattat propost jiġi adottat, dan jispiċċa biex jieħu post it-trattati l-oħra li attwalment jiffurmaw il-kostituzzjoni tal-UE.

Storikament l-Unjoni Ewropea żviluppat l-attivitajiet ta’ politika reġjonali tagħha u ddistribwit il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ proċess ta’ sħubija, li jinkludi kontribuzzjoni sinifikanti mill-Istati Membri.

Il-ħidma tas-sħubija tkopri l-proċess ta’ programmazzjoni sħiħ, mill-istadju preparatorju, matul l-implimentazzjoni sal-valutazzjoni tar-riżultati. Dan l-approċċ għandu jwassal għal riżultati aħjar tal-programm u jiżgura li l-flus mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) jintnefqu b'mod effiċjenti.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-20, il-prinċipju ta’ sħubija ġie msaħħaħ aktar, u jinkludi mhux biss lill-Istati Membri, iżda anke lill-partijiet interessati bħat-trade unions, l-impjegaturi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), u korpi oħrajn li jippromwovu, pereżempju, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u n-nondiskriminazzjoni. Il-Kummissjoni fasslet Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija li l-Istati Membri jridu jikkonformaw miegħu fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, kull Stat Membru adotta Ftehim ta’ Sħubija mal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi kif l-awtoritajiet nazzjonali jippjanaw li jużaw u jiddistribwixxu l-finanzjament mill-FSIE fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-20.

L-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għal baġit tal-UE komuni sabiex jilħqu objettivi komuni.
L-Istati Membri jikkontribwixxu direttament fuq il-bażi tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tagħhom. Id-dazji doganali u r-riċevuti tal-VAT jipprovdu dħul addizzjonali. Il-limitu massimu tal-baġit fil-preżent huwa stabbilit għal 1,23  % tal-UE DNG.

F’termini tal-proċedura tal-baġit, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi abbozz ta’ baġit li jirrifletti l-objettivi prinċipali tal-politika tal-UE bħat-tkabbir u l-impjiegi, ir-riċerka, it-tibdil fil-klima u l-enerġija. L-Istati Membri mbagħad jidħlu f’negozjati mal-Parlament Ewropew sabiex jemendaw l-abbozz u jadottaw il-baġit. Il-Kummissjoni hija responsabbli wkoll biex tiżgura li l-baġit tal-UE jintnefaq skont ir-'Regolament Finanzjarju tal-UE.

Il-qafas tal-baġit attwali jkopri l-perjodu 2014-2020; il-pjanijiet tal-baġit annwali jagħtu dettalji speċifiċi dwar l-infiq. Matul dan il-perjodu, il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni sejrin jirċievu madwar 32,5  % tal-baġit globali, ekwivalenti għal madwar EUR  351,8  biljun (fil-prezzijiet tal-2014).




#Article 37: Francis Ebejer (1123 words)


Francis Ebejer (Ħad-Dingli, 28 ta' Awwissu, 1925 – San Ġiljan, 10 ta' Ġunju, 1993) kien drammaturgu ewlieni matul it-tieni nofs tas-seklu 20. Huwa kiteb iżjed minn ħamsin dramm għall-palk, televiżjoni u radju, li fil-maġġoranza tagħhom kienu bil-Malti. Fix-xogħlijiet innovattivi tiegħu introduċa introspezzjoni profonda tas-soċjetà Maltija permezz ta’ stil eleganti li jixhed is-sengħa kbira li kellu Ebejer fil-mod kif kien juża l-lingwa Maltija.

Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-Dingli. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Missieru Ġużè kien is-Surmast tal-iskola Primarja f’Ħad Dingli waqt li ommu kienet għalliema tal-Matematika fl-iskola sekondarja ċentrali fil-Belt Valletta. 

Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-Università ta' Malta bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal-Ingliż-Taljan mal-8th Army tal-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta' Fuq (1943–1944). 

Ħa sena kors tal-Letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem tal-Ingliż u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, f'Middlesex, l-Ingilterra (1948–1950), hu nħatar kap tal-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sal-1978. Kien kap tal-iskola primarja tas-Siġġiewi u mbagħad taż-Żurrieq. Sadanittant, bejn l-1961 u l-1962 huwa ngħata l-Fulbright Travel Grant għall-Istati Uniti, fejn dam tmien xhur.

Sal-1950 Ebejer kiteb biss bil-lingwa Ingliża. Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f’poeżiji, novelli, artikli u saġġi. Fl-1953, ippubblika novella fil-Woman’s Own. Ebejer kiteb ir-rumanzi kollha tiegħu bl-Ingliż, barra wieħed: Il-Ħarsa ta' Rużann.  

L-aħħar rumanz The Malta Baron and I Lucian kien ippubblikat fl-2002, disa' snin wara mewtu. Dan jista' jitqies bħala tewmi ma' Requiem for a Malta Fascist (1980). Iż-żewġ rumanzi jittrattaw il-Faxxiżmu u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu. 

Ir-rumanzi ta' Ebejer ġew ippubblikati fl-Ingilterra, fl-Amerka u f’Malta. 

Rumanzi bl-Ingliż: 

Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f'Malta fit-tieni nofs tas-seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.

Fis-snin ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati fi New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-BBC. 

Beda jikteb bil-Malti fl-1950, meta daħal għall-kompetizzjoni tal-Malta Drama League għar-Rediffusion. Ir-radjudramm Ċpar fix-Xemx rebbħu l-ewwel premju. Aktar tard ġie ppubblikat f’Leħen il-Malti. Minn hawn ’il quddiem ir-radjudrammi kotru bis-sħiħ. Fost l-oħrajn ta’ min isemmi Bwani, Sefora, Is-Sejħa ta’ Sarid, Dawra Durella, Majjistral, Ix-Xorti ta’ Mamżell u Il-Bidu Jintemm.

Is-snin sittin raw lil Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu Vaganzi tas-Sajf (1962), Boulevard (1964), u Menz (1967) li ttellgħu fit-Teatru Manoel, kisbu suċċess immedjat għax offrew lill-pubbliku xi ħaġa li kienet nieqsa fis-soċjetà Maltija ta’ dak iż-żmien: il-kunċett ta’ drama intellettwali. Vaganzi tas-Sajf, li għalih ingħata l-ewwel premju fl-ewwel kompetizzjoni għad-drammi organizzati mill-Kumitat tat-Tmexxija tat-Teatru Manoel, inqaleb għall-Franċiż, għat-Taljan u għall-Ġermaniż u ġie ippubblikat fi Franza, fl-Italja u f’Malta. Min-naħa l-oħra d-dramm Menz ittella’ fi Spanja, f’Tokyo u anke f’Venezja.

L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien Il-Ġaħan ta' Binġemma, miktub fl-1986 għas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopardi. F’dan il-ktieb huwa jirnexxielu jidħol fil-qalb tal-ġrajjiet ta’ Malta u jifli sewwa t-tradizzjoni, ir-Reliġjon u l-Kultura waqt li jgħaqqad dan kollu taħt il-maġija sublimi ta’ Ġaħan – is-suppost baħnan li m’hu baħnan xejn, imma l-iktar wieħed għaref. Il-ktieb huwa ta’ valur storiku u antroplogu, imma l-valuri l-iktar importanti tiegħu, huma mill-aspett filosofiku u għall-estetika tal-Letteratura jekk tqabblu max-xogħlijiet letterarji tal-ħassieba tad-Dinja.

Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom Bloddy in Bolivia u The Golden Tutkif ukoll The Cliffhangers, li mbagħad qalbu għall-Malti bħala L-Imwarrbin. Fost l-aqwa drammi bl-Ingliż li kiteb insibu Summer Holidays li ġie tradott għall-Franċiż, Taljan u Ġermaniż.

Ebejer kiteb dwar temi universali imma applikahom għall-ambjent Malti. Huwa kien jitħasseb dwar il-futur kulturali, ekonomiku u ġeopolitiku tal-Mediterran. Spiss jorbot l-imgħoddi mal-preżent bħala mod kif jingħaraf il-ġejjieni. Il-karattri tiegħu huma studjati b’mod psikoloġiku u jirrappreżentaw it-tiftixa tan-nazzjon għall-identità. Ebejer jesplora l-ħtija, it-tpattija, il-libertà, il-kuxjenza, l-impotenza, id-destin, is-solitudni, id-delużjoni u t-tiftixa falluta għall-verità.

Drammi bil-Malti:

Ebejer fl-istejjer u d-drammi tiegħu jirrifletti ħafna fuq il-ħajja personali tiegħu, il-fatti u disfatti li għadda minnhom f’ħajtu, fuq l-ambjent li kiber fih u li serva bħala l-bażi tal-personalità tiegħu. Fil-fatt l-ossessjoni għall-għeruq tiegħu jinħassu fil-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet ta’ Ebejer.

Ossessjoni oħra li tinħass f’ħafna fil-kitbiet ta’ Ebejer hija dik tal-fertilità. Ebejer juża l-mara bħala simbolu tal-fertilità, mod speċjali l-mara tradizzjonali Maltija li, għal Ebejer, hija simbolu tal-ġabra, ta’ min jaħdem b’mod altruwistiku mingħajr kundizzjonijiet. Din il-mara Maltija, li l-figura tagħha tidher ta’ sikwit fix-xogħol tiegħu, toffri kuntrast qawwi mal-figuri femminili l-oħra, li jidhru fid-drammi tiegħu. Hemm, per eżempju, il-mara isterika li tirrappreżenta lill-klassi ‘artifiċjali’ u li tipprova ċċekken il-figura tar-raġel; din ukoll tagħmel parti mill-bijografija intima tal-awtur.

Insibu wkoll ħafna burdati differenti fix-xogħlijiet ta’ Ebejer. Kultant naraw burdata serja, drabi oħra sarkastika, drabi oħra xewqa kbira għat-tisfija mid-dnubiet. Hemm ukoll sens kontinwu ta’ tfittxija. Dan joħroġ mill-kuntrast li jagħmel l-awtur bejn il-mixi u l-waqfien li jbeżża’. Il-ħajja tal-awtur tkompli toħroġ minn dawn il-kuntrasti u konflitti, parodiji u ironiji, li jagħmlu parti mit-teatru ta’ Ebejer daqs kemm jagħmlu minn ħajtu.

Ebejer kien membru tal-P.E.N. (L-Għaqda Internazzjonali tal-Awturi), President Onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti mill-1984 sal-1988. Kien ukoll membru onorarju tal-Accademie de Vaucluse ta’ Franza.

Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa rebaħ il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-Cheyneh Award for the Best Producer fl-1984, il-Phoenicia Trophy for Culture fl-1982 u fl-1985, u l-premju Città di Valletta fl-1989. Fl-1986 irċieva il-Medaille d’Honneur de la Ville d’Avigona fi Franza għal wieħed mid-drammi tiegħu li ġie tradott għall-Franċiż.

Fl-2017, huwa ingħata Ġieħ ir-Repubblika (wara mewtu).

Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż, Franċiż, Ġermaniż, Ungeriż, Ċek, Żvediż,u saħansitra għall-Ġappuniż. 

Ebejer miet ħabta u sabta, ta' 68 sena, fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.

Għall-funeral tiegħu f’Ħad-Dingli attendew ħafna membri parlamentari, atturi, produtturi tal-palk u pubblikaturi.

Monument f’ġieħu maħdum mill-iskultur Anton Agius ġie inawgurat f’raħal twelidu, Ħad-Dingli, mill-President Guido de Marco f'Diċembru 1999.

Ħuh huwa l-Isqof Walter Michael Ebejer, li kien Isqof ta' União da Vitória fil-Brażil bejn l-1977 u l-2007. Huwa erba' snin biss iżgħar minn Francis Ebejer.

Il-Premju Francis Ebejer huwa kompetizzjoni nazzjonali ta’ kitba għat-teatru u r-radjudrammi.

Fl-2015, il-Premju Francis Ebejer għadda minn eżercizzju ta’ ristrutturar li kien jinkludi taħriġ għall-kittieba u huwa mmirat lejn kittieba ġodda u stabbiliti biex jaqsmu xogħlijiethom ma’ udjenza wiesgħa u joffri pjattaforma b’saħħitha għal iktar skritti promettenti bil-Malti.

Il-premju ma jinkludix biss premji fi flus, iżda wkoll għajnuna biex id-drammi rebbieħa jittellgħu u jiġu ppubblikati. Il-Premju Francis Ebejer huwa miftuħ għal kittieba ta’ kull età, grad ta’ esperjenza u nazzjonalità u l-ilsien ewlieni li fih jinkitbu l-iskritti għandu jkun il-Malti.

Bħala parti mir-ristrutturar tal-Premju fl-2015, ġie ffurmat core group biex jiddiskuti l-futur tal-Premju u t-taħriġ meħtieġ biex jiġu żvilupatti skritti ta’ kwalità gћolja. 




#Article 38: Ruġġieru I ta' Sqallija (233 words)


Ruġġieru I ta' Sqallija (1031-1101), li kien l-iżġħar iben ta' Tankredi ta' Altavilla, kien mexxej fi Sqallija.

Goffredu Malaterra, is-segretarju u bijografu ta' Ruġġieru I, kiteb fuqu hekk: Kien żaġħżuġħ mibni sabiħ u għaref fil-kliem, u l-pariri li jagħti u jħares lejn il-futur, u gwerrier qalbieni.

Wasal l-Italja t'isfel qrib is-sena 1055. Qasam il-konkwista ta' Kalabrija (fl-Italja) ma' Robert Guiscard, u fl-1062 bi trattat li għamlu, qasmu kull belt tar-reġjun bejniethom. Wara xi żmien invada Sqallija u rebaħha minn taht il-ħakma tal-Misilmin. Kellu kuntatti mas-Santa Sede, fejn kien jinnomina l-isqfijiet fid-djoċesijiet ta' Sqallija.

Ta' mexxej għaref ħalla fil-libertà lil Misilmin li jagħmlu kummerċ u jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom. Ħafna gwerriera li kellu, kienu magħżula minn fost il-Misilmin.

Fl-istorja ta' Malta hu magħruf bħala l-Konti Ruġġieru, meta fl-1090 niżel Malta u ħadha minn taħt idejn l-Għarab. Jingħad ukoll li l-Konti Ruġġieru ta bidu għall-bini tal-ewwel katidral fl-Imdina. Kull sena fl-4 ta' Novembru fil-Katidral issir quddiesa ghal ruħ il-Konti Ruġġieru.

Leġġenda Maltija tgħid kif meta niżel l-art il-Konti Ruġġieru sab xi Maltin jilqgħuh u li riedu jgħinuh jikseb il-gżejjer u talbuh jagħtihom bandiera. Il-Konti qabad l-istandard tieghu li jingħad li kien jikkonsisti f'kaxxi bojod u ħomor, qasmu minn nofs u rregalah lil Maltin. Il-Maltin baqgħu jżommuh bħala l-bandiera tagħhom u għadha l-bandiera nazzjonali sal-lum. Jingħad ukoll li dak ir-raġel li ħa l-bandiera kien jismu Ben Said. Fir-Rabat il-banda tas-Soċjetà ta' San Pawl hi msemmija għall-Konti Ruġġieru.




#Article 39: Kelb tal-Fenek (173 words)


Il-Kelb tal-Fenek ġej minn razza ta' klieb li tiklassifika bħala membru tal-familja tal-hound jew pariahs

Din ir-razza ta' klieb aktarx hija mrawma mill-istess linja ta' klieb li ġew minnha r-razzez ta' klieb bħal Ibizian Hound (Castellano: Podenco Ibicenco, Català: Ca Eivissenc), li għandu forma tixbah lill-kelb tal-fenek imma b'kulur abjad u ftit kannella, u s-Sicilian Greyhound (Cirneco dell'Etna) li hu iżgħar mill-kelb tal-fenek.

Il-kelb tal-fenek hu kollu kemm hu kannella-ħamrani. Jeżistu klieb tal-fenek b'dabra bajda fuq rashom, ftit abjad fuq il-ponta ta' denbhom, tarf ta' saqajhom jew fuq żaqqhom. Id-dilettanti tal-kaċċa tal-fniek jippreferu kelb kollu kannella, biex il-kelb ma jiġix milmuħ mill-fniek meta d-dawl tal-qamar jirrifletti fuq l-abjad tal-kelb. Fost ir-raħħala, kelb tal-fenek bl-abjad huwa magħruf bħala faċċol

Minn analiżi tad-DNA fuq ir-razza li saret riċentament fl-Amerika, instab li l-kelb tal-fenek mhix razza ta' klieb antika bħalma kien maħsub, iżda razza li żviluppat fi' żminijiet iktar riċenti. B'dan nifmhu kemm hu żbaljat l-isem bl' Ingliż Pharaoh Hound meta din ir-razza hi purament Maltija u m'għandha x'taqsam xejn mal-klieb irjali tal-fargħuni.

(Holqa bl-Ingliż )




#Article 40: Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta (1331 words)


It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol ta' Malta u hu kkontrollat mill-Malta Football Association. Iffurmat fil-bidu tas-seklu għoxrin, it-tim naqas li javvanza għal xi fażi finali ta' kompetizzjoni internazzjonali. Sa Settembru 2011, in-nazzjonal Malti rnexxielu jikseb biss erba' rebħiet kompetittivi. Minkejja prestazzjonijiet qalbiena kontra timijiet iktar kwotati, speċjalment matul is-snin sebgħin u tmenin, ir-rendiment tat-tim fis-snin riċenti naqas drastikament, b'Malta titlef diversi postijiet fil-klassifika dinjija tal-FIFA, bl-aħħar aġġornament ippoġġieha fil-134 post.

L-infiltrazzjoni tal-logħba tal-futbol ġewwa l-Gżejjer Maltin taf il-bidu tagħha matul iż-żmien meta Malta kienet kolonja Brittanika. Jidher li l-ewwel partita ntlagħbet fl-4 ta' Marzu 1882 bejn is-suldati tal-gwarniġjon u l-inġiniera rjali. Aktar ma bdew jintlagħbu logħbiet, flimkien mal-fundazzjoni ta' klabbs ġodda bħall-Floriana u St. George's, dan kollu għen biex il-futbol ikompli jikseb ċerta popolarità. Wara li l-federazzjoni Maltija tal-futbol ġiet stabbilita biex tkun tista' tikkontrolla l-attivitajiet sporitvi li jikkonċernaw il-futbol, din il-federazzjoni tat il-ħajja lit-tazza nazzjonali. Iż-żmien ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, jibqa' mfakkar għan-numru ta' klabbs prominenti li żaru l-gżejjer matul iż-żmien tal-Milied għat-turnej li ġew ospitati f'Malta.

Is-snin ħamsin raw id-debutt tat-tim nazzjonali Malti fix-xena internazzjonali, meta Malta lagħbet l-ewwel partita internazzjonali kontra l-Awstrija, nhar il-Ħadd 24 ta' Frar 1957. Il-federazzjoni Maltija ħatret lil Joe Griffiths bħala l-kowċ nazzjonali għal dan l-ewwel konfront, u għamlet stedina lir-referi internazzjonali Taljan Vincenzo Orlandini (li kien irrefja l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1954) sabiex jikkontrolla l-logħba. Quddiem attendenza uffiċjali ta' 17,421 persuna ġewwa l-Empire Stadium tal-Gżira, it-tim Malti mar 3–0 minn taħt bi tnax-il minuta mit-tmiem. Rimonta fl-aħħar minuti wassal biex Malta tnaqqas id-distakk għal gowl wieħed biss, b'żewġ gowls fi tliet minuti ta' Tony Cauchi u Sammy Nicholl. Finalment, l-Awstrijaċi irreżistew l-aħħar assalti biex ħarġu rebbieħa 3–2.

Wara serje ta' partiti ta' ħbiberija li fost oħrajn kienu jinkludu l-pari prestiġjużi ta' 0–0 u 1–1 mat-tim nazzjonali Tuneżin u dak Norveġiż rispettivament, flimkien mar-rebħa ta' 1–0 kontra l-istess Tuneżija, il-federazzjoni Maltija ssieħbet mal-assoċjazzjoni internazzjonali tal-FIFA (1959) u mal-UEFA (1960). Dawn is-sħubiji taw stampa ġdida lill-futbol Malti.

Malta applikat biex tieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej u d-debutt f'kompetizzjoni internazzjonali wasal il-Ħamis 28 ta' Ġunju 1962 meta lagħbet kontra d-Danimarka. Bis-sistema wżata dakinhar kienet dik ta' żewġ partiti (barra u ġewwa darek) bir-rebbieħ jgħaddi għar-rawnd suċċessiv, Malta sofriet f'Kopenħagen, telfa ta' 6–1, waqt li ġewwa l-Gżira, Malta tilfet bl-iskor minimu ta' 3–1. Id-Danimarka għaddiet għar-rawnd tal-aħħar sittax bi skor aggregat ta' 9–2.

It-tim nazzjonali Malti kellu jistenna tmien snin oħra biex jidher għal darb'oħra fix-xena internazzjonali. Dan wasal dejjem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1972. Din kienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f'fażi tal-gruppi, li kienet ġiet adottata mill-UEFA għall-ewwel darba fil-kwalifiki għall-edizzjoni tal-1968. Malta spiċċat fi grupp tqil li kien jinvolvi lill-qawwa tal-Ingilterra, li kienet għadha kemm ġejja minn eliminazzjoni fil-kwarti tal-finali fit-Tazza tad-Dinja 1970, il-Greċja, li bħal Malta kienet qatt ma dehret f'ebda fażi finali, u l-Iżvizzera, li minkejja li fil-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja kienet dejjem tkun fost dawk kwalifikati, f'dik Ewropea dejjem ħassitha diffiċli. L-ewwel sett ta' tliet partiti taw riżultati prestiġjużi, fejn minkejja li kisbet biss punt wieħed, laqtet biss erba' gowls u skorjat tnejn. Però l-folja nbidlet mal-bidu tat-tieni rawnd, hekk kif Malta sofriet tliet telfiet u laqtet tnax-il gowl mingħajr ma tagħti ebda risposta. Malta spiċċat l-aħħar b'punt wieħed biss miksub fl-ewwel partita kontra l-Griegi.

Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni ta' Malta f'fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, bil-fażi finali kienet se tiġi ospitata fil-Ġermanja. Malta ittellgħet fi Grupp A flimkien mal-Awstrija, l-Iżvezja u l-Ungerija. Din il-kampanja ma tantx kienet ta' suċċess hekk kif Malta ma ġabet ebda punt u skurjat gowl wieħed fl-aħħar logħba.

It-tielet parteċipazzjoni ta' Malta fil-fażi preliminarja tal-Kampjonati Ewropej waslet għall-edizzjoni tal-1976. Il-Grupp 8 ta' Malta kien jinvolvi lill-Ġermanja tal-Punent, li kienet għadha kemm ġejja mit-trijonf fit-Tazza tad-Dinja tal-1974 u aktar qabel ir-rebħ tal-Kampjonati Ewropej tal-1972, u kif ukoll għat-tieni darba konsekuttiva f'din il-kompetizzjoni mal-Greċja u l-Bulgarija. Din il-fażi tibqa' memorabbli għal Malta fejn minbarra prestazzjonijiet tajbin ġewwa darhom, huma rnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa kompettiva fl-istorja, u din waslet nhar it-23 ta' Frar 1975 kontra l-Griegi. Kienet f'din il-fażi wkoll li Malta sofriet telfa umiljanti kontra l-Ġermanja tal-Punent, li sa dakinhar kienet l-ikbar telfa sofferta.

Minkejja serje ta' telfiet f'dawn il-fażijiet preliminarji, Malta ġewwa darha wriet li kienet taf iżżomm l-avversarju tagħha. Għal darb'oħra fil-grupp ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1978 Malta spiċċat fil-grupp flimkien mal-Awstrija, u anki mal-Ġermanja tal-Lvant u t-Turkija. It-tim nazzjonali Malti ma rnexxielux itejjeb ir-rekord deludenti li kellu f'din il-kompetizzjoni, fejn baqa' jsofri u ma jirrispondix lura ndash; jispikkaw l-iktar iż-żewġ telfiet indentiċi ta' 9–0 sofferti kontra l-Ġermanja tal-Lvant u l-Awstrija.

Malta spiċċat fi Grupp 7 tal-fażi ta' kwalifika fejn għat-tieni darba konsekuttiva kellhom jaffaċċjaw lill-Ġermanja tal-Punent u lit-Turkija, u għall-ewwel darba ma' Wales. Ġewwa darhom, il-Maltin irnexxielhom iżommu riżultati rispettabbli però sofrew bil-kbir barra minn darhom. Fost dawn kien hemm it-telfiet deludenti ta' 7–0 fl-ewwel partita kontra Wales, u telfa oħra kbira kontra l-Ġermanja tal-Punent din id-darba 8–0, wara li fil-Gżira, Malta kienet irnexxielha tikseb pari prestiġjuż kontra dan tal-aħħar.

Fi grupp magħmul minn tliet timijiet, Malta reġgħet impressjonat ġewwa darha, imma sofriet barra minn darha. Fl-ewwel partita li ntlagħbet fil-Belt Valletta kontra l-Polonja, din kellha tiġi abbandunata wara problemi ta' ġlied fil-grawnd, u dan il-konfront ġie abbandunat bil-Polonja 2−0 fil-vantaġġ. Il-forma barra minn darhom dehret fiż-żewġ konfronti li kellha kontra l-Ġermanja tal-Lvant u l-Polonja, Malta sofriet ħdax-il gowl u skurjat biss gowl wieħed.

Għat-tieni darba infila Malta spiċċat fi Grupp 7 tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-1984 li kienu se jsiru fi Franza. Barra Malta, kien hemm Spanja, friska mill-ospitazzjoni tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 1982, l-Olanda, li minkejja li kienet naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja li saret fi Spanja, kienet għadha bit-togħma tal-finali mitlufa tat-Tazza tad-Dinja 1978 u tat-tielet post fil-Kampjonati Ewropej 1976. L-Irlanda u l-Iżlanda, iż-żewġ timijiet l-oħra li kienu jkomplu l-grupp, kienu għadhom ma waslux sal-fażi finali ta' ebda kompetizzjoni internazzjonali.

Malta bdiet din il-kampanja bl-aqwa tal-modi, b'rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżlanda, partita li ntlagħbet ġewwa Messina, b'din ir-rebħa tkun it-tieni waħda kompetittiva fl-istorja. Fil-partita ta' wara, sitt xhur wara din ir-rebħa storika, Malta ngħatat lezzjoni mit-tim Olandiż li ġewwa Aachen (fil-Ġermanja), ħareġ rebbieħ 6–0. Il-prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti ġewwa daru bdew kull ma jmorru jitjiebu, u kellu jkun gowl fid-89 minuta ta' Francis Stapleton li xellef il-konfront f'favur l-Irlandiżi, ġewwa Ta' Qali. Wirja oħra ta' kuraġġ intweriet ġewwa Ta' Qali, fejn il-viżitaturi Spanja ħarġu trijunfanti b'rebħa ta' 3–2, fejn sas-60 minuta Malta kienet qed tiggwida l-partita 2–1 b'doppjetta tal-leġġendarju Carmel Busuttil. Però, wara l-pari, gowl fl-84 minuta ta' Rafael Gordillo ta t-tliet punti u r-raba' rebħa minn erba' partiti lit-tim Spanjol. Il-partita ta' ritorn kontra l-Iżlanda, rat lill-Iżlandiżi jieħdu t-tielet punt f'din il-fażi b'rebħa ta' 1–0. L-aħħar tliet partiti raw waqgħa fil-forma tat-tim Malti, fejn barra minn daru safa' ddominat u umiljat. Wara t-telfa ta' 8–0 kontra l-Irlandiżi ġewwa Dublin, ġewwa Rotterdam Malta sofriet telfa oħra ta' 5–0 kontra l-Olanda. Però, nhar il-21 ta' Diċembru 1983, it-tim nazzjonali Malti kellu jsofri l-ikbar telfa ta' kull żmien. Spanja kellha bżonn li tirbaħ bi ħdax-il gowl biex jegħlbu d-differenza tal-gowls u l-medja tal-gowls tal-Olanda biex jassiguraw kwalifikazzjoni. Ġewwa Sivilja, wara l-ftuħ tal-iskor minn Santillana u l-gowl tal-pari tal-Maltin minn Michael Degiorgio, Spanja rat il-ħolma li jilħqu t-Tazza tad-Dinja issir aktar reali, b'Santillana u Hipólito Rincón jiskorjaw erba' gowls kull wieħed, bil-partita tintemm f'telfa ta' 12–1.

Il-logħob interni tat-tim nazzjonali Malti jintlagħbu ġewwa l-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali. Preċedentament kien jiġi wżat l-Empire Stadium, impjant ġewwa l-Gżira li kien jesa' madwar 30,000 spettatur. Fih ospita numru ta' logħbiet importanti fosthom l-ewwel logħba uffiċjali tan-nazzjonal kontra l-Awstrija tal-24 ta' Frar 1957. L-art ramlija ta' dan il-grawnd hija sinonimu mal-era inizzjali tat-tim nazzjonali. Aktar tard, bil-bini tal-Grawnd Nazzjonali, l-Empire Stadium ospita l-aħħar logħba fih fl-1981.

It-22 plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra d-Danimarka fis-6 ta' Settembru 2013. Preżenzi u gowls huma korretti sal-14 ta' Awwissu 2013.

Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra Maltija fl-aħħar 12-il xahar.

Plejers miktubin btipa ħoxna juri li għandhom attivi.

Plejers bl-istess numru ta' preżenzi huma klassifikati skont min għamel l-ewwel dehra.




#Article 41: Trevor Żahra (429 words)


Trevor Żahra (Iż-Żejtun, 6 ta’ Diċembru 1947 - ) hu kittieb Malti

Trevor Zahra twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947; bin Walter u Ġuża nee Caruana.  Trevor huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa studja fl-iskola sekondarja Teknika ta’ Raħal Ġdid u fil-Liċeo.  Fl-1966 daħal jaħdem  għal żmien qasir ma’ l-istazzjoni tat-TV lokali, bħala script writer.  Kien ukoll jipproduċi programmi għat-tfal u jagħmel xogħol ta’ Presentation Officer. 

Fl-1966 daħal il-Kulleġġ tal-Għalliema fejn wara kors ta’ sentejn beda jgħallem il-Malti u l-Arti fl-iskejjel sekondarji.  Illum huwa jinsab irtirat wara karriera ta' 33 sena. Trevor iżżewweg lil Stella nee Agius fl-1971 u kellhom żewgt itfal: Ruben u Marija.  Stella mietet fl-1989 u llum Trevor huwa armel. 

Ta’ eta’ żgħira beda jinteressa ruħu fil-kitba u l-Arti.  Ippubblika l-ewwel poeżiji tiegħu f’The Children’s Own, fil-ġurnal  Il-Berqa u f’għadd ta’ rivisti. Bejn is-7 snin u d-19-il sena membru ta’ l-Azzjoni Kattolika taż-Żejtun, fejn bħala tifel kien attiv ħafna fil-palk, jirreċta, ipinġi x-xenarju u jikteb il-fares, idoqq fi grupp ta’ mużika pop kif ukoll kien jeditja rivista ċkejkna bejn il-membri.  Fost l-ewwel kitba tiegħu li  għad fadal minn dan il-perijodu nsibu Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton li bosta minnhom Żahra kitibhom meta kien fir-raba’ sena ta’ l-iskola sekondarja. 

Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Il-Pulena tad-Deheb. Dan il-ktieb kiseb suċċess immedjat u Żahra minnufih inxteħet fil-qasam tal-kitba  għat-tfal b’impenn kbir.  Iżda huwa qatt ma waqaf mill-kitba adulta.  Fl-1972 ippubblika l-ġabra ta’ poeżiji Eden.  Fl-1973 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Is-Surmast, rumanz li għoxrin sena wara Żahra adattah  għall-palk u ġie ppreżenta b’suċċess kbir fit-Teatru Manoel  għal sentejn wara xulxin. Fl-1974, ippubblika r-rumanz Taħt il-Weraq tal-Palm li kien rebaħ l-ewwel premju f’konkors imniedi mill-Klabb Kotba Maltin.  Minn dak iż-żmien 'l hawn Żahra baqa’ jippubblika simultanjament kemm kotba  għat-tfal kif ukoll  għall-kbar.  Żahra ppubblika l-ewwel workbooks  għat-tfal  għat-tagħlim tal-Malti.  Il-kotba tiegħu, bejn kotba ċkejknin  għat-tfal iż-żgħar, traduzzjonijiet kif ukoll letteratura  għall-kbar, llum 
ilaħħqu 'l fuq minn 100.

Żahra jillustra, ifassal u jipproduċi l-kotba kollha tiegħu u minħabba dan, il-kotba tiegħu huma magħrufin għall-produzzjoni  attraenti li fihom.  Esebixxa wkoll għadd ta’ illustrazzjonijiet  tiegħu f’wirjiet internazzjonali u attenda wkoll seminars fil-Fillandja u fl-Awstrija dwar il-media u l-produzzjoni tat-textbooks.  Dan l-aħħar kien ukoll mistieden jagħmel workshops fil-Ġermanja dwar il-kitba kreattiva għat-tfal.

Żahra huwa rebbieħ ta' bosta premjijiet letterarji prestiġjużi; biżżejjed insemmu li rebaħ il-Premju Letterarju mniedi mill-Gvern, seba' darbiet.  F'Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta' Malta tah il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b'riżq il-letteratura għat-tfal.

L-iżjed kotba riċenti ta' Żahra huma Sħab, ktieb għall-adolexxenti, u Il-Kitba Kreattiva, dwar il-proċess kreattiv fil-kitba. Aktar tard fis-sena 2007 hi mistennija l-gabra gdida ta' novelli Sepja.




#Article 42: Awstrija (601 words)


L-Awstrija (Ġermaniż:Österreich), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Awstrija (Ġermaniż: ), hi repubblika federali u pajjiż interkjuż ta' madwar 8.86 miljun ruħ fl-Ewropa Ċentrali tal-Lvant. Il-pajjiż jaqsam fruntiera maċ-Ċekja u l-Ġermanja lejn it-tramuntana, l-Ungerija u s-Slovakkja lejn il-lvant, is-Slovenja u l-Italja fin-nofsinhar, u l-Iżvizzera u l-Liechtenstein lejn il-punent. It-territorju tal-Awstrija jkopri 83,879 kilometru kwadru (32,386 mi kw) u għandhu klima moderata u alpina. It-terren tal-Awstrija huwa ferm muntanjuż minħabba l-preżenza tal-Alpi; hekk kif 32% biss tal-pajjiż huwa 500 metru (1,640 ft) l'isfel, u l-ogħla punt huwa ta' 3,798 metru (12,461 ft). Il-maġġoranza tal-popolazzjoni lokali titkellem bid-djaletti Bavarjani tal-Ġermaniż bħala l-lingwa nattiva tagħhom, u l-Ġermaniż fil-forma standard tiegħu huwa l-lingwa uffiċjali tal-pajjiż. Lingwi uffiċjali lokali oħra huma l-Ungeriż, il-Kroat Burgenland, u s-Sloven.

L-Awstrija hija repubblika parlamentari federali b’kap tal-gvern - il-kanċillier - u kap tal-istat - il-president. Il-pajjiż hu magħmul minn 9 stati (Bundesländer).  Il-gvernijiet reġjonali u federali t-tnejn li huma jeżerċitaw setgħa eżekuttiva. Il-Parlament federali jikkonsisti minn 2 ikmamar: il-Kamra Inferjuri (Nationalrat) - eletta direttament - u l-Kamra Superjuri (Bundesrat) - eletta mill-parlamenti reġjonali.

L-Awstrija hi maqsuma f'9 stati federati (Ġermaniż: Bundesland, plural: Bundesländer) li mbagħad huma maqsumin f'84 Distrett (Bezirk plural Bezirke) u 15-il Belt għandhom Satut Awtonomu (Statutarstadt, plural Statutarstädte). L-84 Distrett huma maqsumin f'2381 Komun (Gemeinde, plural Gemeinden).

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Awstrija fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (22.9%), l-industrija (22%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (17.3%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 71% tal-esportazzjonijiet tal-Awstrija (il-Ġermanja 30%, l-Italja 6% u s-Slovakkja 5%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru fl-Istati Uniti u 5% fl-Iżvizzera.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 78% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 41%, l-Italja 6% u ċ-Ċekja u n-Netherlands 4%), filwaqt li barra mill-UE 4% jiġu mill-Iżvizzera u 3% miċ-Ċina.

Hemm 18-il membru tal-Parlament Ewropew mill-Awstrija.

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Awstrijak, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Awstrijaċi:

Lul-Diċ 1998 | Jan-Ġun 2006 | Lul-Diċ 2018

Il-Kummissarju nominat mill-Awstrija għall-Kummissjoni Ewropea huwa Johannes Hahn, li hu responsabbli għall-Baġit u l-Amministrazzjoni.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

L-Awstrija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv - li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess - huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

L-Awstrija għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

L-Awstrija tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Awstrija, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għall-Awstrija 

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Awstrija jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 43: Mużika (1217 words)


Żgur li kull wieħed u waħda minna, matul il-ġurnata jisma’ biċċa mużika. Il-mużika hija ħaġa li l-bniedem ma jistax jgħix mingħajrha. F’kull ġurnata, minn fuq il-mezzi tax-xandir tisma’ l-mużika ta’ għamla differenti, dik klassika, dik romantika, dik moderna u ta’ tipi oħra. Madwar id-dinja kollha, eluf ta’ nies jattendu għal kunċerti minn gruppi, orkestri, baned u għal spettakli kbar mużikali, bħal opri, operetti u balletti, imtellgħa min nies professjonali. Kull ġens u kull razza ħalqu l-mużika tagħhom, il-mużika folkloristika.

Kull ġens u razza għandha l-melodiji marbuta magħha. Il-mużika li hi rifless sħiħ ta’ l-emozzjoni tal-bniedem hi mezz ta’ komunikazzjoni ta’ ħsibijiet u idejat. Biss, dan il-fenomenu, li sar hekk integrali mal-ħajja tagħna l-bnedmin, minn fejn kellu l-bidu?

L-ewwel mużika li ġiet ispirata f’moħħ il-bniedem, żgur li waslet permezz ta’ l-elementi tan-natura: ir-riħ, ir-ragħad, it-tfaqqiegħa tas-sajjetta, it-tħaxwix tal-weraq u l-għana tal-għasafar. Dawn il-ħsejjes saħħru lill-bniedem u l-bniedem ried li jaħkimhom. B’hekk insibu li l-ibgħad missirijietna bdew jirriproduċu l-ħsejjes li kienu jixbħu dak li jisimgħu fil-wileġ fuq l-għoljiet u fil-widien, meta d-dinja kienet għadha kif ħalaqha Alla. Naraw bl-infieħ tagħhom fi zkuk vojta, f’bebbux u fi qrun ta’ annimali, infetħet it-triq għall-istrumenti tan-nifs. Naraw li mill-qaws, l-ibgħat missirijiet fetħu t-triq għall-istrumenti tal-korda u li mill-ġlud ta’ l-animali, mill-ġebel u mill-metall ħalqu l-istrumenti tal-perkussjoni.

Bħal f’kull ħaġa oħra, meta l-bniedem ikollu ħaġa f’idu, malajr jibda jesploraha, sakemm minn dik ix-xi ħaġa jirnexxielu joħloq ħaġa ġdida. B’hekk il-bniedem ma damx ma ntebah li zokk vojt li kien jonfoh fih, seta’ jbiddel il-ħoss tiegħu kemm il-darba jkollu toqob fil-ġnub tiegħu u li meta dawn jiġu mgħottija jipproduċu ħsejjes differenti u b’hekk insibu l-ewwel għamliet ta’ flawti.

Sa żmien l-imperi taċ-Ċina u l-Eġittu kienu jeżistu ħafna varjetajiet ta’ dawn l-istrumenti u b’hekk il-bniedem beda jipproduċi l-mużika u jgħaqqadha ma’ l-attivitajiet tiegħu bħall-gwerra, l-adorazzjoni u l-imħabba. Eżempju ċar ta’ dan narawh fit-Testment il-Qadim tal-Bibbja, fejn niltaqgħu mal-parti li kellha l-mużika fil-maġija, fl-adorazzjoni u f’affarijiet oħra. Biss, mill-Bibbja nintebħu li mal-mużika ngħaqdu żewġ affarijiet oħhra li bħall-mużika huma espressjoni tas-sentimenti umani; iż-żfin u l-kant. Fil-fatt niltaqgħu mas-Salm ta’ David li għadhom sallum użati fis-servizzi reliġjużi tal-Lhud u tal-Kattoliċi.

Għalkemm il-Griegi ħallewlna wirt kbir, tista’ tgħid fl-oqsma kollha ta’ l-arti, ftit għad baqgħalna tifkiriet tal-mużika tagħhom; biss din kienet parti ntegrali mill-ħajja tagħhom. Fil-fatt nafu li fl-Olimpijadi miżmuma fil-Greċja l-antika kienu jsiru konkorsi ta’ daqq u ta’ kant. Barra minn hekk, f’bosta drammi Griegi niltaqgħu mall-Kor li kellu jkanta siltiet mid-dramm. Fi żmien l-Imperu Ruman, il-mużika bdiet tiġi wżata wkoll għad-divertiment u b’hekk naraw li bosta kantanti u daqqaqa kienu jagħtu wirjiet fl-arena u f’villel privati.

B’hekk insibu li fi żmien il-Papa Girgor il-Kbir twaqqaf il-kant Gregorjan u bdiet tinkiteb l-ewwel mużika. Is-sistema wżata kienet li marki żgħar imsejjħa ‘neumes’ ġew imqegħdin fuq il-kliem li kellu jiġi kantat biex ifissru lill-kantat in-noti tal-melodiji. Aktar il-quddiem fil-kitba tal-mużika ngħata aktar spazju sabiex jiġu murija n-noti baxxi u noti għoljin. Għal bosta snin, il-mużika nkitbet fuq erba’ linji, b’sinjali ta’ tipa sewda li kellhom l-għamla ta’ kwadri, imqaret u tawwalin.

Sadanittant il-mużika kompliet tiġi żviluppata u naraw li madwar l-Ewropa tfaċċaw it-Trubadori li kienu jivvjaġġaw ma’ l-ibliet, ikantaw u jdoqqu. Tfaċċaw ukoll l-ewwel kompożituri u kompliet ġiet żviluppata s-sistema kif tinkiteb il-mużika. Żvilupp importanti fil-kitba tal-mużika kien li għal xi żmien din inkitbet fuq għaxar linji, li mbagħad tnaqqsu għal ħamsa u ħarġet is-sistema taż-żewġ staffi, dik ta’ ‘chiave di basso’ u l-oħra ta’ ‘chiave di violino’. Ma' dan l-iżvilupp inħolqot is-sistema tat-Talja (Liger Lines) li tgħin biex mużikant jagħraf il-post tan-nota.

Matul l-erbatax u l-ħmistax –il seklu, il-palazzi fl-Italja, fi' Franza, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra, kienu ċentri għall-attivitajiet mużikali. Ħafna min-nobbli kienu mużiċisti ta’ ħila u kienu jimpjegaw ukoll nies sabiex idoqqu u jkantaw waqt ikliet u festi mogħtija fil-palazzi tagħhom. F’dan iż-żmien kompliet tiġi wżata u żviluppata l-mużika popolari fil-festi pubbliċi għall-foqra u għar-raħħala.

Fl-1501, wieħed Taljan, bl-isem ta’ Petrucci, stampa l-ewwel mużika u din l-invenzjoni ħolqot rivoluzzjoni għaliex kullħadd seta’ jgawdi l-mużika li qabel kienet magħluqha fil-monasteri u fil-palazzi. Waqt dan l-iżvilupp fil-kitba tal-mużika, kompla sar żvilupp kbir fl-istrumenti u naraw varjeta’ sħiħa u strumentali tal-korda, varjeta’ oħra ta’ strumenti tan-nifs u l-istess nistgħu ngħidu għat-taqsim tal-perkussjoni. Barra minn dan, fi żmien ir-Renju ta’ Eliżabetta I ġewwa l-Ingilterra tfaċċa l-istrument magħruf bħala ‘Virginal’ li kien qisu pjanu fiċ-ċokon. Il-kant sar aktar raffinat u tfaċċaw ukoll kompożituri li komplew għenu fl-iżvilupp tal-mużika.

Fis-seklu sbatax ġewwa Franza tfaċċaw l-ewwel opri fejn stejjer sħaħ bdew jiġu mużikati, kantanti u akkumpanjati miż-żfin. F’dan iż-żmien ukoll ġewwa l-Italja tfaċċa strument li seraq il-qlub ta’ kulħadd, il-vjolin. Mall-bidu ta’ l-opri, bdiet it-triq ukoll għall-orkestri, għaliex kien f’dawn l-opri li l-ewwel vjolini, flawti, obori u fagotti instemgħu. Barra minn hekk, l-ouvertures ta’ dawn l-opri taw il-bidu għall-mużika orkestrali li nisimgħu llum fil-kunċerti.

Bħalma l-opra kompliet tikber biex saret il-punt fejn oqsma diversi tal-arti tal-pittura (xenarji), fl-arti tal-kitba (libretti), fl-arti tal-poeżija (arji u romanzi), fl-arti tal-mużika (daqq u kant) jiltaqgħu, hekk kompla l-iżvilupp ta’ l-orkestra fejn strumenti li oriġinaw minn familji diversi ltaqgħu biex jistgħu joffru melodiji mill-isbaħ.

Kien f’dawn iż-żminijiet ta’ żvilupp li bdew jitfaċċaw il-kompożituri l-kbar bħal Bach, Handel, Haydn, Mozart, Beethoven, Mendelssohn, Debussy, Berlioz, Verdi, Wagner, Rossini u tant u tant oħrajn li kollha ħallewlna xogħlijiet mill-akbar.

Biss, parti minn dan l-iżvilupp li donnu jidher li ħa xejra kbira f’dawn l-aħħar mitejn sena, kien l-iżvilupp ta’ l-istrumenti li permezz tiegħu nħolqu l-kompożituri u l-mużikanti l-kbar, il-pjanu. Il-pjanu ġie żviluppat fl-Italja fl-1709 minn wieħed Cristofori; biss dan ma ġiex milqugħ. Iżda għall-ħabta tal-1800 meta l-mużika kienet waslet fi stat fejn f’biċċa mużikali trid noti baxxi, ferm u oħrajn għoljin ferm il-pjanu kiseb popolarita’ kbira.

L-iżvilupp kompla wkoll mhux fil-kitba u l-kant biss, iżda wkoll fiż-żfin. B’hekk insibu li ġew żviluppati bosta tipi ta’ żfin, għal ma' tip partikulari ta’ mużika bħall-valzer, minwetti, eċċ. Ġie żviluppat ukoll il-ballet, storja mwassla permezz ta’ żfin u tal-mużika li takkumpanja. Nistgħu ngħidu li l-ballet sab l-iżvilupp sħiħ tiegħu fir-Russja fejn meta wieħed isemmi lil Čajkovskij bil-balletti kbar bħal “Is-Sbejħa Rieqda”, “Il-Lag taċ-Ċinji” u “Il-Kissiera tal-Lewż” u lil Stravinsky bil-balletti “Petruxka” u “L-Għasfur tan-Nar”, naraw kemm dan hu minnu.

Insibu wkoll il-mużika, li tappella aktar għall-poplu kollu u li ħadet il-ħajja fi tmiem is-seklu l-ieħor u f’dan is-seklu, bħall-operetti, eżempju: “L-Armla Ferrieħa” ta’ Franz Lehár; il-kummiedji mużikali, eżempju “il-Prinċep Student” ta’ Romberg u dawk li huma magħrufa bħala musicals, bħal ‘Oklahoma’ u ‘Sound of Music’, ‘South Pacific’ ta’ Rogers u Hammerstein, ‘Rose Marie’ ta’ O.Harbach u Hammerstein, u l-‘Firefly’ ta’ Friml.

Il-mużika kompliet l-iżvilupp tagħha u mit-Tieni Gwerra Dinjija, dan l-iżvilupp kompla għaddej bħal qatt qabel meta ġew żviluppati tipi ta’ mużika bħall-Jazz, li kien diġa’ beda jinstema’ qabel il-gwerra, Rock ‘n’ Roll u tant oħrajn. Dawn ukoll ġabu magħhom ismijiet kbar bħal Louis Armstrong, The Beatles, Elvis Presley u Rolling Stones.

Illum il-mużika wkoll għadha tgħix magħna u aħna ninsabu xxurtjati li permezz tad-diski kompatti u l-'cassettes' nistgħu nisimgħu kull tip ta’ mużika li nixtiequ, mill-aħjar gruppi, baned, orkestri u kantanti li hawn fid-dinja.

Minn dak li rajna, il-mużika għexet u qed tgħix mal-bniedem u żgur li se tibqa’ tgħix miegħu. L-iżvilupp tagħha, fejn se jwassalha? X’mużika se tinstema’ u kif se tkun, dik ta’ mitt sena oħra u ta’ mitejn sena oħra? Tkun kif tkun, żgur li bħal tal-imgħoddi u bħal tal-lum, se tirrifletti l-karattru u l-emozzjoni tal-bniedem, ta’ kull razza u ta’ kull ġens.




#Article 44: Greċja (154 words)


Il-Greċja (bil-Grieg: Ελλάδα), magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika Ellenika (Ελληνική Δημοκρατία), huwa pajjiż fl-Ewropa tal-Lvant. Il-belt kapitali hija Ateni, li hija wkoll l-ikbar belt tal-pajjiż. Skont ċensiment tal-2011, il-popolazzjoni tal-Greċja hija ftit inqas minn 11-il miljun.

Il-Greċja tinsab fil-konfini tal-Ewropa, l-Asja u l-Afrika u bħala fruntieri għandha lill-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Bulgarija fit-Tramuntana, u t-Turkija fil-Grigal. Il-Baħar Eġew jinsab fuq il-Lvant tal-Grigal, il-Baħar Jonju fuq il-Punent, u l-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar. Bi 13,676 km, il-Greċja għandha l-ħdax l-itwal kosta fid-dinja, u tinkludi numru kbir ta' gżejjer (madwar 1,400 li 227 minnhom jgħixu n-nies fihom), fosthom Kreta, iċ-Ċikladi u l-Gżejjer Jonji. Tmenin fil-mija tal-Greċja hija muntanjuża, liema l-Muntanja Olimpu hija l-ikbar b'tul ta' 2,917-il metru.

Hi waħda mill-membri fundaturi tal-Ġnus Magħquda, ilha mill-1981 membru tal-Unjoni Ewropea (u taż-żona Ewro mill-2001) u membru mill-1952 tan-NATO. Il-Greċja huwa pajjiż żviluppat b'ekonomija avvanzata u ta' qliegħ, b'livell ta' għajxien għoli ħafna. L-ekonomija Griega hija wkoll l-ikbar waħda fil-Balkani.




#Article 45: Ċipru (529 words)


Ċipru (Grieg: Κύπρος; Tork: Kıbrıs), uffiċjalment ir-Repubblika ta' Ċipru (Grieg: Κυπριακή Δημοκρατία; Tork: Kıbrıs Cumhuriyeti), hi pajjiż gżira fil-Baħar tal-Lvant tal-Mediterran.  Ċipru hija t-tielet l-akbar u t-tielet l-aktar popolata fil-Mediterran, u Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Hija tinsab fil-lvant tal-Greċja, fin-nofsinhar tat-Turkija, fil-punent tas-Sirja u l-Libanu, fil-majjistral tal-Iżrael u l-Medda ta' Gaża, u fit-tramuntana tal-Eġittu.

Ċipru huwa repubblika presidenzjali. Il-president huwa l-kap tal-istat u tal-gvern. Minkejja li ssieħeb fl-UE bħala gżira maqsuma de facto, Ċipru kollu kemm hu huwa territorju tal-UE. Iċ-Ċiprijotti Torok li għandhom, jew huma eliġibbli għal, dokumenti tal-ivvjaġġar tal-UE huma ċittadini tal-UE. Il-liġi tal-UE hija sospiża f’żoni fejn il-Gvern Ċiprijott (il-Gvern tar-Repubblika) ma jeżerċitax kontroll effettiv. Ċipru għandu żewġ ilsna uffiċjali: il-Grieg u t-Tork; il-Grieg biss huwa lingwa uffiċjali tal-UE.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Ċipru fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (25.3%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (19.3%) u l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ appoġġ (10.4%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 28% tal-esportazzjonijiet ta’ Ċipru (il-Greċja 6% u l-Italja 2%), filwaqt li barra mill-UE 15% jmorru fil-Gżejjer Cayman u 9% fil-Libja.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 57% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Greċja 18% u l-Italja 8%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu mill-Korea t’Isfel u 6% mill-Iżrael.

Hemm 6 membri tal-Parlament Ewropew minn Ċipru.

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• mill-gvern ta' Ċipru, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Id-dati tal-presidenzi Ċiprijotti:
Lul-Diċ 2012

Il-Kummissarju nominat minn Ċipru għall-Kummissjoni Ewropea hi Stella Kyriakides, li hi responsabbli għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-ikel.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ċipru għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Ċipru għandu 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ċipru jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Ċipru, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għal Ċipru:

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Ċipru jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 46: Enċiklopedija (2582 words)


Enċiklopedija hija xogħol ta' referenza jew kompendju li jipprovdi sommarji ta' għarfien jew mill-fergħat kollha jew minn qasam jew dixxiplina partikolari. L-Enċiklopediji huma maqsuma f'artikoli jew entrati li ħafna drabi huma rranġati alfabetikament skond l-isem ta' l-artikolu u xi kultant skond kategoriji tematiċi. L-entrati tal-enċiklopedija huma itwal u aktar dettaljati minn dawk fil-biċċa l-kbira tad-dizzjunarji. Ġeneralment, b'differenza mill-entrati tad-dizzjunarju - li jiffokaw fuq informazzjoni lingwistika dwar kliem, bħall- etimoloġija, it-tifsira, il-pronunzja, l-użu u l-forom grammatikali tagħhom - l-artikoli tal-enċiklopedija jiffokaw fuq informazzjoni fattwali li tikkonċerna s-suġġett imsemmi fit-titlu tal-artiklu.

L-Enċiklopediji ilhom jeżistu għal madwar 2,000 sena u evolvew b’mod konsiderevoli matul dak iż-żmien fir-rigward tal-lingwa (miktuba f’lingwa internazzjonali ewlenija jew lingwa vernakulari), id-daqs (ftit jew ħafna volumi), l-intenzjoni (preżentazzjoni ta’ firxa globali jew limitata ta’ għarfien), perspettiva kulturali (awtorevoli, ideoloġika, didattika, utilitarja), awtur (kwalifiki, stil), qarrejja (livell ta’ edukazzjoni, sfond, interessi, kapaċitajiet), u t-teknoloġiji disponibbli għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom (manuskritti miktuba bl-idejn, edizzjonijiet żgħar jew kbar stampati, Internet). Verżjonijiet stampati sabu post prominenti f'libreriji, skejjel u istituzzjonijiet edukattivi oħra, bħala sors ta' informazzjoni affidabbli miġbura minn esperti.

Il-wasla ta' verżjonijiet diġitali u open-source fis-seklu 21, bħall-Wikipedija, espandiet bil-kbir l-aċċessibilità, l-identità tal-awturi, it-tip ta' qarrejja, u l-varjetà ta' entrati enċiklopediċi.

Il-kelma enċiklopedija ( encyclo | pedia ) ġejja mill-Grieg Koine ἐγκύκλιος παιδεία, magħruf ukoll bħala Grieg Bibliku, transliterat bħala enkyklios paedia, li tfisser edukazzjoni ġenerali mill enkyklios (ἐγκύκλιος), li jfisser ċirkolari, rikurrenti, meħtieġa regolarment, ġenerali  u paedia (παιδεία), li tfisser edukazzjoni, trobbija ta' tfal; flimkien, il-frażi litteralment tittraduċi bħala istruzzjoni sħiħa jew għarfien sħiħ. Madankollu, iż-żewġ kelmiet separati tnaqqsu għal kelma waħda minħabba żball skribali minn kopjisti ta' edizzjoni manuskritta Latina ta' Quintillian fl-1470. Il-kopjisti ħadu din il-frażi bħala kelma Griega waħda, enkyklopaedia, bl-istess tifsira, u din il-kelma Griega falza saret il-kelma Latina l-Ġdida encyclopaedia, li minnha ġiet il-kelma bl-Ingliż u lingwi oħra nkluż il-Malti. Minħabba din il-kelma magħquda, il-qarrejja tas-seklu ħmistax u dawk li ġew warajhom, spiss u b’mod żbaljat, ħasbu li l-awturi Rumani Quintillian u Pliny iddeskrivew ġeneru antik.

Fis-seklu sittax kien hemm ċertu ambigwità dwar kif tuża din il-kelma ġdida. Kif juru bosta titli, ma kienx hemm kunċett kostanti dwar l-ortografija tiegħu u lanqas l-istatus tiegħu bħala nom. Pereżempju: Margarita philosophica encyclopaediam exhibens ta' Jacobus Philomusus (1508); L-Encyclopedia orbisque doctrinarum, hoc est omnium artium, scientiarum, ipsius philosophiae index ac divisio ta' Johannes Aventinus; Lucubrationes vel potius absolutissima kyklopaideia (1538, 1541) ta' Joachimus Fortius Ringelbergius;  Encyclopaediæ, seu orbis disciplinarum, tam sacrarum quam prophanarum, epistemon (1559) ta' Paul Skalich; Margarita philosophica ta' Gregor Reisch (1503, intitolat mill-ġdid Encyclopaedia fl-1583); u Cyclopaedia Paracelsica ta' Samuel Eisenmenger (1585).

Hemm żewġ eżempji ta' l-eqdem użu vernakulari tal-kelma magħquda. Madwar l-1490, Franciscus Puccius kiteb ittra lil Politianus fejn irringrazzjah tal-Miscellanea tiegħu, u sejħilha enċiklopedija. B'mod aktar komuni, François Rabelais huwa msemmi għall-użu tiegħu ta' dan it-terminu fPantagruel (1532).

Diversi enċiklopediji għandhom ismijiet li jinkludu s-suffiss -p(a)edia, biex jimmarkaw it-test bħala li jappartjeni għall-ġeneru ta' enċiklopediji. Eżempju huwa Banglapedia (dwar kwistjonijiet rilevanti għall-Bangladesh).

Bil-Malti, il-kelma enċiklopedija tintuża komunament mingħajr varjanti ortografiċi. Bl-Ingliż, il-kelma hija l-iktar komunement miktuba encyclopedia, għalkemm encyclopaedia (minn encyclopædia ) tintuża wkoll fl-Ingliż Brittaniku.

L-enċiklopedija moderna ġiet żviluppata mid-dizzjunarju fis-seklu 18. Storikament, kemm l-enċiklopediji kif ukoll id-dizzjunarji ġew riċerkati u miktuba minn esperti edukati tajjeb u infurmati sew, iżda huma differenti fl-istruttura b'mod sinifikanti. Dizzjunarju huwa xogħol lingwistiku li jiffoka primarjament fuq elenkar alfabetiku tal-kliem u d-definizzjonijiet tagħhom. Kliem sinonimu u dawk relatati mas-suġġett jinstabu mxerrdin mad-dizzjunarju, u ma jagħtu l-ebda post ovvju għal trattament fil-fond. Għalhekk, dizzjunarju tipikament jipprovdi informazzjoni limitata, analiżi jew sfond għall-kelma definita. Filwaqt li jista' joffri definizzjoni, jista' jħalli lill-qarrej nieqes milli jifhem it-tifsira, is-sinifikat jew il-limitazzjonijiet ta'  terminu, u kif it-terminu jirrelata ma' qasam usa' ta' għarfien. Enċiklopedija, teoretikament, mhix miktuba sabiex tikkonvinċi, għalkemm wieħed mill-għanijiet tagħha huwa tabilħaqq li jikkonvinċi lill-qarrejja mill-veraċità tagħha stess.

Biex tindirizza dawn il-ħtiġijiet, artiklu ta' enċiklopedija tipikament mhuwiex limitat għal definizzjonijiet sempliċi, u mhux limitat għad-definizzjoni ta' kelma individwali, iżda jipprovdi tifsira aktar estensiva għal suġġett jew dixxiplina. Minbarra li jiddefinixxi u jelenka termini sinonimi għas-suġġett, l-artikolu huwa kapaċi jittratta t-tifsira aktar estensiva tas-suġġett f'aktar fond u jwassal l-iktar għarfien akkumulat rilevanti dwar dak is-suġġett. Artiklu ta' enċiklopedija spiss jinkludi wkoll bosta mapep u illustrazzjonijiet, kif ukoll dettalji bibljografiċi u statistika .

Erba' elementi ewlenin jiddefinixxu enċiklopedija: is-suġġett tagħha, l-ambitu tagħha, il-mod kif inhi organizzata, u l-metodu ta' produzzjoni tagħha:

Xi xogħlijiet intitolati dizzjunarji huma fil-fatt simili għall-enċiklopediji, speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu ma' qasam partikolari (bħad-Dizzjunarju tal-Medju Evu, id-Dizzjunarju tal-Vapuri tal-Ġlied Navali Amerikani, u d -Dizzjunarju tal-Liġi ta' Black).

Hemm xi differenzi sinifikanti bejn enċiklopediji u dizzjunarji. Fost l-aktar notevoli nsibu li artikoli ta' enċiklopedija huma itwal, aktar sħaħ u jidħlu aktar fil-fond minn entrati fil-biċċa l-kbira tad-dizzjunarji ġenerali. Hemm differenzi fil-kontenut ukoll. Ġeneralment, id-dizzjunarji jipprovdu informazzjoni lingwistika dwar il-kliem infushom, filwaqt li l-enċiklopediji jiffokaw aktar fuq il-ħaġa li għaliha jintużaw dawk il-kliem. Għalhekk, filwaqt li l-entrati tad-dizzjunarju huma marbutin sew mal-kelma deskritta, l-artikoli tal-enċiklopedija jistgħu jingħataw isem xi ftit jew wisq differenti. Hekk, l-entrati tad-dizzjunarju ma jistgħux jiġu tradotti għal kollox f'lingwi oħra, iżda jistgħu jkunu artikoli ta' enċiklopedija.

Fil-prattika, madankollu, id-distinzjoni mhix konkreta, peress li m'hemm l-ebda differenza ċara bejn informazzjoni fattwali, enċiklopedika u informazzjoni lingwistika bħalma tidher fid-dizzjunarji. Għalhekk l-enċiklopediji jista' jkun fihom materjal li jinstab ukoll fid-dizzjunarji, u viċi versa. B’mod partikolari, l-entrati tad-dizzjunarju spiss ikun fihom informazzjoni fattwali dwar il-ħaġa msemmija mill-kelma.

L-enċiklopediji zviluppaw sew mill-forma miktuba li kellhom fl-antik, għal dik stampata fi żminijiet moderni. Illum jinstabu wkoll f'ambjenti elettroniċi.

Wieħed mill-ewwel xogħlijiet enċiklopediċi li baqgħu ħajjin sa żminijiet moderni huwa n- Naturalis Historiae ta’ Plinju l-Anzjan, statist Ruman li għex fl-ewwel seklu wara Kristu. Huwa ġabar xogħol ta’ 37 kapitlu li jkopru l-istorja naturali, l-arkitettura, il-mediċina, il-ġeografija, il-ġeoloġija, u aspetti oħra tad-dinja ta’ madwaru. Fid-daħal tiegħu jgħid li ġabar 20,000 fatt minn 2,000 xogħol minn aktar minn 200 awtur, u żied ħafna oħra mill-esperjenza tiegħu stess. Ix-xogħol ġie ppubblikat madwar is-sena 77–79, għalkemm Plinju aktarx li ma spiċċax din il-biċċa xogħol qabel mewtu fl-iżbruffar tal-Vesuvju fis-sena 79 AD.

Isidru ta’ Sevilja, wieħed mill-iprem studjużi tal- Medju Evu bikri, huwa rikonoxxut bħala l-kittieb tal-ewwel enċiklopedija tal-Medju Evu, l- Etymologiae ( L-Etimoloġiji ) jew l-Oriġini (madwar is-sena 630), li fiha ġabar għadd imdaqqas ta' tagħlim disponibbli fi żmienu, kemm antik kif ukoll kontemporanju. Dan ix-xogħol fih 448 kapitlu f'20 volum, u huwa ta' valur kbir minħabba l-kwotazzjonijiet u frammenti ta' testi minn awturi oħra li kienu jintilfu kieku ma ġabarhomx.

L-iktar enċiklopedija popolari tal-Era Karolingjana kienet id-De universo jew De rerum naturis ta’ Rabanus Maurus, miktuba madwar is-sena 830; din kienet ibbażata fuq Etymologiae.

L-enċiklopedija tas-Suda, enċiklopedija Biżantina enormi mis-seklu 10, kellha 30,000 entrata, ħafna li meħudha minn sorsi antiki li issa ntilfu, u spiss ġejjin minn kompilaturi Kristjani medjevali. It-test kien irranġat alfabetikament b'xi ftit devjazzjonijiet mill-ordni  komuni tal-vokali fl-alfabet Grieg.

Il-ġabriet bikrija ta' għerf Musulman fil-Medju Evu kienu jinkludu bosta xogħlijiet komprensivi. Madwar is-sena 960, l-Aħwa tal-Purità ta ’ Basra kienu qed jaħdmu fuq l-Enċiklopedija tal-Aħwa tal-Purità. Xogħlijiet notevoli f'dan il-kuntest jinkludu l-enċiklopedija tax-xjenza ta ' Abu Bakr al-Razi, il-produzzjoni prolifika tal- Mutazilite Al-Kindi f'270 ktieb, u l-enċiklopedija medika ta' Ibn Sina, li kienet xogħol ta' referenza standard għal sekli sħaħ. Notevoli wkoll huma xogħlijiet ta' storja universali (jew soċjoloġija) minn Asharites, al-Tabri, al-Masudi, L-Istorja tal-Profeti u s-Slaten minn Muhammad ibn Jarir al-Tabari, Ibn Rustah, al-Athir, u Ibn Khaldun, li fil-Muqadimmah iwissi dwar kemm nistgħu nafdaw ċerti sorsi, xi ħaġa li għadha applikabbli anke illum.

Ix-xogħol enċiklopediku enormi fiċ-Ċina ta’ l- Erba’ Kotba l-Kbar tal-Għanja, miġbur fis-seklu 11 matul id- dinastija Song bikrija (960–1279), kien biċċa xogħol letterarja enormi għal dak iż-żmien. L-aħħar enċiklopedija minn dawn l-erbgħa tammonta għal 9.4 miljun karattru Ċiniż f'1000 volum miktub. Il-'perjodu tal-enċiklopedisti' jifrex mill-għaxar sas-sbatax-il seklu, u matulu l-gvern taċ-Ċina impjega mijiet ta' studjużi biex jiktbu enċiklopediji kbar ħafna. L-akbar waħda minnhom hija l-Enċiklopedija Yongle; li tlestiet fl-1408 u kienet tikkonsisti fi kważi 23,000 volum ta' folji f'forma ta' manuskritt.

Tard fil-mejdjuevu, bosta awturi fl-Ewropa kellhom l-ambizzjoni li jiġbru l-għerf kollu tal-bniedem f’oqsma partikolari jew b’mod ġenerali, pereżempju Bartholomeus Anglicus, Vincent ta’ Beauvais, Radulfus Ardens, Sydrac, Brunetto Latini, Giovanni da Sangiminiano, u Pierre Bersuire. Xi wħud kienu nisa, bħal Hildegard ta' Bingen u Herrad ta' Landsberg. L-iktar magħrufa minn dawk il-pubblikazzjonijiet kienu l-Speculum maius (Il-Mera l-Kbira) ta’ Vincent ta' Beauvais u d-De proprietatibus rerum (Fuq il-Propjetajiet tal-Oġġetti) minn Bartholomeus Anglicus. Matul il-Medju Evu, dan tal-aħħar ġie tradott (jew adattat) għall-Franċiż, Provenzal, Taljan, Ingliż, Fjamming, Anglo-Norman, Spanjol u Ġermaniż. It-tnejn inkitbu f'nofs is-seklu 13. L-ebda enċiklopedija medjevali ma kellha t-titlu Encyclopaedia - ħafna drabi kienu jissejħu Fuq in-natura (De natura, De naturis rerum), Mera (Speculum maius, Speculum universale), jew Teżor (Trésor).

L-enċiklopediji medjevali kienu kollha kkupjati bl-id u għalhekk disponibbli l-aktar għal patruni sinjuri jew irġiel monastiċi; kienu jiswew ħafna flus, u ġeneralment miktuba għal dawk li jiddilettaw fl-ġbir tal-għerf aktar milli għal dawk li juqrawh każwalment.

Matul ir-Rinaxximent, l-invenzjoni tal-istampar ippermetta it-tifrix usa' tal-enċiklopediji u kull studjuż li ried waħda seta' jkollu kopja personali. Id-De expetendis et fugiendis rebus ta' Giorgio Valla ġie stampat wara mewtu fl-1501 minn Aldo Manuzio f'Venezja. Dan ix-xogħol segwa l-iskema tradizzjonali tal-arti liberali. Madankollu, Valla żied it-traduzzjoni ta' xogħlijiet Griegi qodma dwar il-matematika (l-ewwelnett minn Archimedes), li kienu għadhom kemm ġew skoperti mill-ġdid u tradotti għal-Latin. Il-Margarita Philosophica ta ’ Gregor Reisch, stampata fl-1503, kienet enċiklopedija sħiħa li tispjega s-seba’ arti liberali.

It-terminu enċiklopedija iddaħħal mill-umanisti tas-seklu 16 li qraw ħażin kopji tat-testi ta' Pliny u Quintilian, u għaqqdu ż-żewġ kelmiet Griegi enkyklios u paedia f'kelma waħda, έγκυκλοπαιδεία. Il-frażi enkyklios paedia (ἐγκύκλιος παιδεία) intużat minn Plutarka u l-kelma Latina encyclopaedia ġiet minnu.

L-ewwel xogħol intitolat b’dan il-mod kien l- Encyclopedia orbisque doctrinarum, hoc est omnium artium, scientiarum, ipsius philosophiae index ac divisio miktub minn Johannes Aventinus fl-1517. 

It-tabib u filosfu Ingliż, Sir Thomas Browne uża l-kelma 'enċiklopedija' fl-1646 fid-daħla biex jiddefinixxi l-Pseudodoxia Epidemica tiegħu, xogħol ewlieni fir-rivoluzzjoni xjentifika tas-seklu 17. Browne qassam l-enċiklopedija tiegħu fuq l-iskema stabbilita fir-Rinaxximent, l-hekk imsejħa 'skala ta' ħolqien' li titla' mid-dinja minerali, veġetali, annimali, umana, planetari u dik kożmoloġika. Pseudodoxia Epidemica kien best-seller Ewropew, tradott għall-Franċiż, l-Olandiż u l-Ġermaniż kif ukoll il-Latin. B'kollox kien hemm mhux inqas minn ħames edizzjonijiet tiegħu, kull waħda riveduta u miżjuda, bl-aħħar edizzjoni tinħareġ fl-1672.

Fatturi finanzjarji, kummerċjali, legali u intellettwali biddlu d-daqs tal-enċiklopediji. Matul ir-Rinaxximent, il-klassijiet tan-nofs kellhom iktar ħin biex jaqraw u l-enċiklopediji għenuhom jitgħallmu aktar. Il-pubblikaturi riedu jżidu l-produzzjoni tagħhom u għalhekk xi pajjiżi bħall-Ġermanja bdew ibigħu kotba mingħajr ċertu partijiet tal-alfabet, biex jippubblikawhom aktar malajr. Il-pubblikaturi ma setgħux jaffordjaw ir-riżorsi kollha waħedhom, u għalhekk il-pubblikaturi kienu jingħaqdu flimkien biex joħolqu enċiklopediji aħjar. Meta l-pubblikazzjoni saret finanzjarjament impossibbli, introduċew sistemi ta' abbonamenti u pubblikazzjonijiet maqsuma b'partijiet li jinħarġu minn żmien għal żmien. Dan kien riskjuż għall-pubblikaturi minħabba li kellhom isibu nies li jħallsu kollox bil-quddiem jew bin-nifs. Meta dawn irnexxew, il-kapital tal-pubblikaturi żdied u kien ikun hemm dħul kostanti għall-produzzjoni tal-enċiklopediji. Aktar tard, ir-rivalità kibret, u bdew intalbu d-drittijiet tal-awtur minħabba liġijiet dgħajfa f'dan il-qasam. Xi pubblikaturi kienu jikkopjaw ix-xogħol ta' pubblikatur ieħor biex jipproduċu enċiklopedija aktar malajr u bi prezz orħos. B'hekk il-konsumaturi ma kienx ikollhom iħallsu ħafna u l-pubblikaturi jbiegħu aktar. L-Enċiklopediji għamluha possibli li nies tal-klassi tan-nofs setgħu bażikament ikollhom librerija żgħira f'darhom stess. Ħafna nies fl-Ewropa kienu qed isiru aktar kurjużi dwar is-soċjetà tagħhom u f'dawk ta' madwarhom u b'hekk anke qamu kontra l-gvern tagħhom.

L-idea moderna ta' enċiklopedija ġenerali, taf il-bidu tagħha qabel l-enċiklopedisti tas-seklu 18. Madankollu, Chambers' Cyclopaedia, magħrufa wkoll bħala Universal Dictionary of Arts and Sciences (1728), u l-Encyclopédie ta' Denis Diderot u Jean le Rond d'Alembert (maħruġa mill-1751 'il quddiem), kif ukoll l-Encyclopædia Britannica u l-Conversations-Lexikon ta' Brockhaus, kienu l-ewwel li ħadu l-forma t'enċiklopedija kif nafuha llum, b'ambitu komprensiv ta' suġġetti, diskussi fil-fond u organizzati b'mod aċċessibbli u sistematiku.  Fl-1728, Chambers segwew mal-Lexicon Technicum ta' John Harris maħruġ fl-1704 u l-edizzjonijiet sussegwenti; dan ix-xogħol kien bit-titlu u l-kontenut tiegħu A Universal English Dictionary of Arts and Sciences: Explaining not only the Terms of Art, but the Arts Themselves.

Enċiklopediji popolari u bi prezz raġonevoli bħall Harmsworth's Universal Encyclopaedia and the Children's Encyclopaedia dehru fil-bidu tas-snin 20 tas-seklu 20.

Fl-Istati Uniti, is-snin ħamsin u sittin raw l-introduzzjoni ta' diversi enċiklopediji kbar, ħafna drabi mibjugħa bin-nifs. L-iktar magħrufa minn dawn kienu l-World Book u Funk  Wagnalls. Daqs 90% inbiegħu bieb bieb. Fil-ktieb tiegħu You Could Look It Up, Jack Lynch jgħid li l-bejjiegħa tal-enċiklopediji tant kienu komuni li anke ċajt beda jintqal dwarhom. Huwa jiddeskrivi l-għajta tal-bejgħ tagħhom hekk: Ma kinux ibiegħu kotba imma stil ta' ħajja, futur, wegħda ta' mobbiltà soċjali. F'reklam tal-World Book tal-1961 jingħad li, Għandek il-futur tal-familja tiegħek f'idejk issa, waqt li turi idejn femminili li jżommu l-formola biex tordna. 

It-tieni nofs tas-seklu 20 ra wkoll il-proliferazzjoni ta' enċiklopediji speċjalizzati li ġabru suġġetti f'oqsma speċifiċi, prinċipalment biex isostnu industriji u professjonisti speċifiċi. Din it-tendenza kompliet sa żmienna. Enċiklopediji ta' mill-inqas volum wieħed fid-daqs issa jeżistu għall-biċċa l-kbira tad-dixxiplini akkademiċi kważi kollha, jekk mhux kollha, inklużi suġġetti speċjalizzati ħafna bħalma huma l-bijoetika .

Ma' tmiem is-seklu 20, l-enċiklopediji kienu qed jiġu ppubblikati fuq CD-ROM għall-użu fuq kompjuters personali. L-Encarta tal-Microsoft, ippubblikata bejn l-1993 u l-2009, kienet eżempju importanti f'dan il-qasam peress li ma kellha l-ebda ekwivalenti stampat. F'dawn it-tiġ ta' enċiklopediji, ħafna mill-artikoli kienu akkumpanjati minn fajls tal-vidjo kif ukoll awdjo kif ukoll bosta stampi ta' kwalità tajba.

Teknoloġiji diġitali u crowdsourcing onlajn ippermettew li l-enċiklopediji jinqatgħu mil-limitazzjonijiet tradizzjonali ta' daqs sew fl-ammont ta' artikli kif ukoll fl-approfondiment tas-suġġetti koperti. Il-Wikipedija, enċiklopedija onlajn b'xejn, b'liċenzja miftuħa u  multilingwistika,  appoġġata mill-Fondazzjoni Wikimedia mingħajr skop ta' qligħ u s-softwer open source MediaWiki dehret għall-ewwel darba fl-2001. B'differenza għal enċiklopediji kummerċjali onlajn bħal Encyclopædia Britannica Online, li huma miktuba minn esperti, il-Wikipedija hija maħluqa u miżmuma b'mod kollaborattiv minn edituri voluntiera, organizzati minn linji gwida miftiehma b'mod kollaborattiv u rwoli tal-utenti. Ħafna kontributuri jużaw psewdonimi u jibqgħu anonimi. Il-kontenut huwa għalhekk rivedut, iċċekkjat, miżmum jew imneħħi abbażi tal-valur intrinsiku tiegħu stess u sorsi esterni li jappoġġjawh.

L-affidabbiltà tal-enċiklopediji tradizzjonali, min-naħa tagħhom, tiddependi fuq l-awturi u l-kompetenza professjonali tagħhom. Ħafna akkademiċi, għalliema, u ġurnalisti rrifjutaw u jkomplu jirrifjutaw enċiklopediji miftuħa, li joriġinaw mill-folla, speċjalment il-Wikipedia, bħala sors affidabbli ta’ informazzjoni, u l-Wikipedija fiha nnifisha mhix sors affidabbli skont l-istandards tagħha stess minħabba l-mudell ta’ crowdsourcing u l-fatt li hija apertament modifikabbli b'mod anonimu. Studju min-Nature fl-2005 sab li l-artikoli tax-xjenza tal-Wikipedia kienu bejn wieħed u ieħor komparabbli fl-eżattezza għal dawk ta ' Encyclopædia Britannica, li fihom l-istess numru ta' żbalji serji u madwar 1/3 aktar ineżattezzi fattwali żgħar, iżda li l-kitba tal-Wikipedia kellha t-tendenza li tkun konfuża u inqas faċli biex tinqara. L-Encyclopædia Britannica ċaħdet il-konklużjonijiet ta' l-istudju, u qieset li l-istudju kien difettuż b'mod fatali. Fi Frar tal-2014, il-Wikipedija kellha 18-il biljun żjara fuq il-paġni tagħha minn kważi 500 miljun viżitatur uniku kull xahar. Il-kritiċi jargumentaw li l-Wikipedia turi preġudizzju sistemiku.

Hemm diversi enċiklopediji iżgħar, ġeneralment aktar speċjalizzati, fuq diversi temi, xi drabi ddedikati għal reġjun ġeografiku speċifiku jew perjodu ta' żmien. Eżempju wieħed ta' dan hemm l-iStanford Encyclopedia of Philosophy .

Mill-bidu tas-snin 2020, l-akbar enċiklopediji huma dawk Ċiniżi bl-isem Baidu Baike (16-il miljun artikolu) u Hudong Baike (13-il miljun), segwit mill-Wikipedji bl-Ingliż (6 miljuni), il- Ġermaniż (2+ miljun) u l-Franċiż (2+ miljun). Aktar minn tużżana Wikipedia oħra għandhom 1 miljun artiklu jew aktar, ta' kwalità u tul varjabbli. Il-kejl tad-daqs ta' enċiklopedija bl-artikoli tagħha huwa metodu ambigwu peress li l-enċiklopediji Ċiniżi onlajn imsemmija hawn fuq jippermettu aktar minn artiklu wieħed dwar l-istess suġġett, filwaqt li l-Wikipedji jaċċettaw artikolu komuni wieħed biss għal kull suġġett iżda jippermettu ħolqien awtomatizzat ta' artikli kważi vojta.




#Article 47: Storja (285 words)


Storja huwa terminu li jirreferi kemm għall-informazzjoni relatata ma' azzjonijiet fil-passat, kif ukoll għall-użu ta' relatar ta' ħrejjef u ideat bil-kelma. Meta din il-kelma tintuża bħala isem ta' kamp tal-edukazzjoni, il-kelma storja tirreferi għall-istudju u l-interpretazzjoni tat-tifkiriet tas-soċjetajiet umani. Il-kelma storja ġejja mill-kelma Griega historia, li tfisser relatar ta' dak li ntqal; din il-kelma taqsam l-etimoloġija tal-kelma storja, peress li l-Malti assimilaha mil-Latin. Skond l-Encyclopædia Britannica tal-1911, l-istorja, f'sens wiesa, hi dak kollu li ġara, mhux biss bħala fenomenu ta' ħajja umana, iżda bħala storja tad-dinja naturali waħidha. Din tinkludi dak kollox li jinbidel; u kif turi x-xjenza moderna, m'hemm xejn li hu fiss, u allura l-univers kollu, u dak kollox li jifforma parti minnu, għandu l-istorja tiegħu.

L-istorjografi għandhom ħafna sorsi differenti ta' informazzjoni, dawn jinkludu dawk miktuba u dawk li m'humiex, intervisti u arkeoloġija. Tipi differenti ta' ideat jirreferu għal perijodi differenti, u għalhekk l-istudju tal-istorja jinbidel maż-żmien. Avvenimenti li seħħew qabel ma l-bniedem kellu metodi ta' kif jikteb u jarkivja, jissejħu avvenimenti preistoriċi.

L-għarfien ta' l-istorja jikkomprendi kemm l-għarfien ta' ġrajjiet passati kif ukoll metodi ta' kif jaħseb l-istorjografu. 

Il-kritika ta' l-istorja bħala xjenza kienet wisq ikkonċentrata fuq eventi politiċi jew fuq individwi partikolari. Tibdiliet profondi li jaffetwaw l-ideat, it-teknoloġija, il-ħajja tal-familja u l-kultura, rċevew ftit attenzjoni. Żviluppi riċenti fl-Istorjografija qiegħdin jibbilanċjaw din il-problema.

Huwa importanti li jiġi nnutat li l-Istorja ma tintużax biex timmappa ħajjet l-ispeċi umana fit-totalità ta' l-istorja tagħha, iżda biss lejn eventi li seħħew wara r-Rivoluzzjoni Agrikolturali u l-iżvilupp ta' l-ewwel ċiviltajiet, bejn wieħed u ieħor, f'dawn l-aħħar 10,000 sena. Avvenimenti li seħħew qabel din id-data jiġu klassifikati bħala preistorja, li tifforma 99% taż-żmien tagħna fuq din l-art, anki jekk ma seħħ l-ebda tibdil fl-istruttura ġenetika tar-razza tagħna.




#Article 48: Antonio Sciortino (1445 words)


Antonio Sciortino (Ħaż-Żebbuġ, 25 ta' Jannar, 1879 - 10 ta' Awissu, 1947) huwa skultur Malti li xogħlu jirrefletti ħafna movimenti artistiċi fosthom ir-realiżmu, l-influwenza ta' Auguste Rodin u l-Futuriżmu. Studja u ħadem Ruma, l-aktar fl-akkademja Brittanika. L-iskultur żviluppa stil originali li ġibdet l-ammirazjoni ta' ħafna u ġabitlu ordnijiet ta' xogħol mir-Russja, il-Brażil u l-Istati Uniti. Sciortino kien direttur tal-Akkademja Brittanika ta' l-Arti f'Ruma (1911-1936), u mill-1937 sa mewtu kien kuratur fil-Mużew ta' l-Arti Malta..
  

Sa minn meta kien għadu tifel ta' l-iskola, Sciortino wera ġibda lejn l-iskultura. Il-ħabib tiegħu Pawlu Grech jiftakru jnaqqax bil-mus fuq xi biċċa ġebla figuri ta' nies u annimali.  It-talent tiegħu ġie mħeġġeġ kmieni minn zitu, Vittorina Sciortino u minn Lazzaro Pisani, li kien pittur ta' fama stabbilita f'Malta . Kien propju bl-inkuraġġiment ta' Pisani li Sciortino iddeċieda li jidħol fl-iskola ta' l-arti fil-Belt Valletta fejn, għal sentejn, ħa t-taħriġ meħtieġ. Il-familja Strickland għenet lil Sciortino jikseb borża ta' studju mingħand il-Gvern għal kors f'Ruma, fejn ta' tnejn u għoxrin sena mar jissokta l-istudji tiegħu.

Ruma huwa studja fl-Istituto Reale di Belle Arti u għal sentejn tħarreġ fl-inġinerija u l-arkitettura monumentali. Wara li kiseb diploma bl-ogħla unuri, fetaħ studju ta' l-arti f'via Margutta 33, fil-qalb tat-tradizzjoni artistika Rumana. Kien propju hawn li ironikament Sciortino ddeċieda li jinqata' mit-tradizzjoni imitattiva u jaqbad stil artistiku personali. Il filosfo (1902) huwa xogħol ta' studju fl-iskultura li bih stabilixxa ruħu bħala artista oriġinali kif ukoll ġibed l-attenzjoni tal-kritiċi ta' l-arti. Din l-iskultura flimkien ma' studju ieħor magħruf bħala Testa di Vecchio ġew esibiti f'wirja bl-isem Promotrice di Roma.

Fl-iskultura Studio di Donna (1904) Sciortino tbiegħed mid-drawwa prevalenti tar-rappreżentazzjoni femminili kif kienet trattata mill-iskulturi Franċiżi u ppropona adattament ispirat mill-istil Grieg. Fl-istess sena Sciortino ħadem Les Gavroches, xogħol ta' skultura li saħħaħ il-fama tiegħu. Dan il-kumpless tal-bronż juri tlett itfal, f'xogħol li ġie mnebbah minn novella famuża ta' Victor Hugo, Les Miserables, fejn jiddeskrivi l-ħajja ta' tlett itfal foqra jiġġerrew fit-toroq ta' Pariġi fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1848. Din l-iskultura inġiebet Malta fl-1907 u għadha sal-lum meqjusa bħala l-ewwel xogħol artistiku kbir ta' Sciortino. L-abbozz tal-istatwa llum il-ġurnata jinsab ġewwa Buckingham Palace wara li ingħata bħala rigal f'isem il-poplu Malti mill-gvern lill-Prinċipessa Eliżabetta waqt li din kienet fuq żjara f'Malta fl-1951.   

Il-fama ta' Sciortino ħarġet mill-kapitali Taljana u nfirxet f'ċentri artistiċi oħra fl-Ewropa. Antonio Sciortino rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali li għamlu ismu magħruf fl-Amerka, fir-Russja, il-Ġappun u l-Afrika t'Isfel fejn jinsabu uħud mil-aqwa xogħlijiet tiegħu. Is-sehem tiegħu fil-wirjiet internazzjonali qajjem interess f'Ruma u fir-Royal Academy f'Londra. Dan is-suċċess wassal għan-nomina tiegħu bħala direttur ta' l-Akkademja Brittanika ta' l-Arti f'Ruma (1911), kariga li żamm għal ħamsa u għoxrin sena.

Fl-1905 Sciortino rebaħ il-kompetizzjoni għall-monument lil Sir Adrian Dingli, li inkixef f'April ta' l-1907 fil-preżenza tar-Re Dwardu VII u r-Reġina Alexandra fil-Ġnien tal-Mall. Ftit taż-żmien wara ingħatatlu kummissjoni għal skultura li tirrapreżenta il lavoratore għall-Casa del Popolo f'Ruma. 

Fl-1909 Sciortino ħadem l-irredentismo li ġiet esibita ġewwa Venezja. Sas-sena 1910 ħadem żewġ xogħlijiet oħra, Germinando un Idea u Remorse. It-tnejn jirriflettu l-influwenza ta' Auguste Rodin. Waqt żjara f'Pariġi, Sciortino ħadem bust ta' Leo Tecktonius, kompożitur u pjanist Amerikan. Dan ix-xogħol impressjona lil Rodin, li talbu jaħdimlu forma u li jiltaqa' miegħu personalment. Din il-laqgħa tat bidu lill-ħbiberija dewwiema ta' bejniethom.

Fl-1911, Antonio Sciortino ipparteċipa f'kompetizzjoni internazzjonali għall-monument b'tifkira ta' l-imperatur Russu Alessandru II (1818-1881). Id-disinni u l-mudelli tiegħu rebħu l-ewwel premju iżda il-premju ma ingħatax għal raġuni formali. Madanakollu, it-Tzar Nikola II, affaxxinat bil-proġett, xtara id-disinni minn jeddu.

Fl-1913, Sciortino daħal għal kompetizzjoni għall-bini ta' monument lill-poeta Ukrain Shevchenko. Id-disinni gew aċċettati u l-iskultur rebaħ l-ewwel post. Dan il-monument, maħdum mill-granit u l-bronż, hu għoli 7.5 metri u jirrapreżenta lill-poeta f'att ta' meditazzjoni bilqiegħda fuq zokk ta' siġra liebes l-ilbies nazzjonali Ukrain. Fuq il-pedestall hemm grupp ta' figuri li jirrapreżenta l-poplu ta' l-Ukraina.

Fl-1914 Sciortino xtaq jidħol mar-, iżda fuq parir ta' l-eks-gvernatur ta' Malta, Lord Grenfell, baqa' għaddej b'ħidmietu ġewwa Ruma biex jagħti bidu għal xogħol fuq mafkar għall-ewwel gwerra dinjija. Għal tliet snin sħaħ Sciortino kien mehdi bil-ħsieb, tħażżiż u l-immudellar ta' dan il-monument vast u imponenti li kellu jkun magħruf bħala t-'Tempju ta' l-Imperu Ingliż għall-Eroj mhux Magħruf'. Sciortino irrealizza dan ix-xogħol f'mudell tat-tafal fuq skala ta' 1:200. Jingħad li l-idea ta' mafkar f'ġieħ is-'Suldat mhux magħruf', hi ħolqien ta' l-artist Malti.

Bħala tifkira ta' l-erbgħa w għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta fl-1913 Sciortino ġie imqabbad ilesti monument. Dan ix-xogħol imsemmi Kristu Re ġie mikxuf fil-Furjana fit 30 ta' Diċembru 1917 fi ħdan ta' ċeremonja reliġjuza li għaliha inġabru madwar 40,000 Malti. L'istatwa ta' Kristu Redentur hija figura tal-bronż għolja 3.5 metri li tiddomina fuq pedestall tal-granit u tesprimi maestà u kobor ta' sultan. Malta hija rapreżentata bħala figura femminili għarkuptejha taħt il-pedestall f'att ta' sottomissjoni waqt talba għall barka. Il figura tfakkar ukoll ir-rebħiet mgħodija fuq l-egħdewwa ta' Kristu. Oriġinarjament, Sciortino ippjana il-monument b'figura ta' Kristu biss għaliex l-għan ewlieni kienet rappreżentazzjoni tat- transubstanzjazzjoni, il-kunċett tal-preżenza reali ta' Kristu fl-hekk imsejħa Ewkaristija Mqaddsa (). Għalekk il- figura ta' Malta ma' tħarisx lejn il-wiċċ ta' Kristu iżda qiegħdha tbaxxi rasha f'att ta' reverenza iġġib quddiem għajnejha ix-xbieha tal-ġisem u demm ta' Kristu. 

  Fuq kummisjoni tal-poplu tal Crimea (Crimean Autonomous Soviet Socialist Republic), Sciortino kellu ilesti mafkar, għall-kittieb Russu  Anton Pavlovich Chekhov biex jiġi imwaqqaf f'Rostov fuq ix-xmara Don. L'abbozz tal-ġibs tlesta fl-1923 iżda il-monument tal-bronz ma ġiex imseħħ minħabba tumulti fir-Russja wara il-mewt ta' Lenin fl-1924. Illum l-abbożż tal-ġibs jinsab fil-bitħa tal-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti fil-Belt Valletta.   

Bejn 1924 u 1927 Sciortino temm Rhythmii Vitae, xogħol meqjus bħala wieħed mill-aqwa tiegħu fil-bronż u li ġie esebit fl-Akkademija Rjali (Londra), Ħadem bust ta' Carmen Sylva fuq stetina tal' familja Rjali tar-Rumanija u ħoloq monument imponenti b'tifkira tal-proklamazzjoni tal-Brażil bħala Repubblika. F'dan iz-zmien ħadem ukoll il-bust tal-Markiża Godi de Godio.

Fit-8 ta' Mejju 1927 ġie mikxuf monument kbir ieħor ta'Sciortino f'Malta, il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, li jinsab quddiem il-Qorti tal'-Ġustizzja (qabel ma twaqqat fit-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm il-bini tal-Berġa ta' l'Alvernja). Dan il-monument ifakkar il-qlubija  u l-eroiżmu tal-Maltin fl-Assedju ta' l-1565. Il-monument huwa kompost minn-tlett figuri li jirrapreżentaw il-kuraġġ, il-fidi u iċ-ċiviltà.

Fl-1929 abbozz ta' Sciortino għal monument ekwestri tal-Ġeneral Simon Bolivar ħa it-tieni post.

Bejn 1931 u 1936, bħala preparazzjoni għal wirja mil-Kummisjoni Amerikana għall-arti, Sciortino lesta  numru ta' xogħolijiet ta' forom artistiċi u suġġetti differenti - b'kollox wieħed u għoxrin biċċa skultura fil-ġibs, bronż u l'irħam. Fost dawn insibu Lindbergh on Eagle,  Courage of Future Generation, Arab Horses, In the Jungle, Detachment of the Soul from Humanity, Speed, Madonna protecting Navigators, Dangerous Sport, Consolation, Late, First Kiss, Laughing, Surprised, Smiling u oħrajn. Dawn huma kollha xogħolijiet li jesprimu vitalità u entużjażmu. Minħabba il-mewt, ta' Frank Pedry, iċ-chairman tal-kummissjoni, ir-reċessjoni ekonomika li kienet għaddejja minnha l-Amerika u il-ġrajjiet politiċi internazzjonali il wirja ma setgħatx issir.

Fil-1936 l-Akkademja Brittanika ta' l-Arti ġewwa Ruma kellha tagħlaq minħabba kunflitti politiċi ma' l-Italja fuq il-gwerra ta' l-Abbesinja (illum l-Etjopja). Dan wassal biex Sciortino jirriżenja mill-kariga li kellu fi ħdan l-Akkademja u b'hekk irritorna Malta fejn, fit-3 ta' Mejju, 1937, inħatar kuratur fil-Mużew ta' l-Arti. L-aħħar xogħol ta' Sciortino kien il-monument ta' Lord Gerald Strickland imwaqqaf fl-1945 fil-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, il-Belt.

L-istil ta' Sciortino jgħaqqad elementi tar-realiżmu u tal-futuriżmu. Huwa ta' nteress x'wassal u x'kiteb l-iskultur fuq din is-sintesi. Sciortino ħassu miġbud ħafna lejn l-iżvilupp tekniku u l-inġinerija. Ftit hu magħruf dwar kif l-artist kien jinterpreta l-iżvilupp tat-teknoloġija bħala Arti - dan hu suġġett li l-arti tittratta ħafna aktar tard. Aspett ieħor huwa r-rwol tar-reliġjożità u l-ispirtu li fiħ ħadem l-istatwa ta' Kristu Re.

Barra mir-rwol artistiku ta' Sciortino, bħala Malti kożmopolitan ta' ċittadinanza Brittannika li fil-bidu tas-seklu għoxrin għex għal kważi tletin sena fil-belt kapitali ta' l-Italja, huwa ta' interess kbir għall-istorja soċjali Maltija x'ħaseb fuq l-identità, il-personalità u l-lingwa Maltija - dan speċjalment minn bniedem f'pożizzjoni ta' perspettiva iktar wiesgħa u konsegwentament b'oġġettività akbar.

Huwa żamm kuntatt ma' pajjiżu, għalkemm ir-raġunijiet eżatti m'humiex magħrufa. Ġietlu offruta ċ-ċittadinanza Taljana iżda għażel li jżomm dik Ingliża. Kif kien jaħsibha Sciortino fuq il-faxxiżmu Taljan -- hu li għex it-twelid ta' dan il-moviment, u kif kien jassoċjah u jaħsibha fuq il-moviment nazzjonali malti. Ta' nteress hija il-lealtà lejn l-Ingilterra; dan meta tqabblu ma' ħafna studenti ta' l-arti Maltin, li fl-aħħar snin li Sciortino kien Ruma kienu qed imorru jistudjaw hemm fuq boroż ta' studju mogħtija mill-gvern Taljan - ħafna minnhom fil-fatt ħassew ġibda kbira lejn il-faxxiżmu u lejn l'Italja. Hu ta' nteress jekk Sciortino kellux kuntatt ma dawn l-istudenti li kienu jiltaqgħu fl-għaqda tar-Regia Deputazione per la Storia di Malta (cf. Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI).

Apparentement teżisti intervista ma' Sciortino. Hemm xi dokumenti miktubin minn Sciortino nnifsu, ittri jew FIXME (speeches lectures talks) tħaddit?




#Article 49: Lingwa Awżiljari Internazzjonali (1463 words)


Lingwa Awżiljari Internazzjonali magħrufa ukoll bħala Lingwa Awżiljari (fil-qosor IAL), hija lingwa maħluqa għall-komunikazzjoni bejn nies ta' nazzjonijiet differenti li m'għandhomx l-istess lingwa, biex tiġi mitkelma bħala t-tieni lingwa ta' għajnuna komunikattiva internazzjonali. Għalkemm idea antika ħafna, l-IAL tqieset għall l-ewwel darba fuq bażi teoretika serja mil-Lingwisti Edward Sapir u Otto Jespersen fil-bidu tas seklu li għadda. B'mod speċjali, il-ħsibijiet ta' Sapir għadhom siewja sa llum. L-argumenti tal-filosofija konstruttivista ikomplu jsaħħu dawn il-ħsibijiet. Dan l-artiklu jagħmel emfasi fuq ir-rwol tal-krejattività konxja fil-lingwa. Fl-istess waqt irid jingħadd li, minħabba il-kumplessità tal-Lingwa, il-lingwisti saru joqgħodu ħafna aktar attenti li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet daqshekk ġenerali. Fil-fatt ħafna kliem użat hawn huwa problematiku, per eżempju, għadd mhemmx definizjoni ċara fuq x'inhi sempliċità u loġika fil-lingwa (ara Evalwazzjoni).

L-ewwel parti ta' dan L-artiklu jittratta l-bażi teoretika. It-tieni parti (għad irid jitlesta), jagħti lista ta' lingwi artifiċjali li sostnu statut ta' IAL.

Skond Sapir, il-lingwa hija il-kapaċità mentali li tordna u tistruttura, l-ammont kbir ta' esperjenzi li ngħaddu minhom kif ukoll il-kapaċità li ssawwar il-kunċetti u tagħtihom forma konkreta f'tifsir. Fil-qosor: il-lingwa hija l-kapaċità mentali li tagħmel possibbli il-ħsieb. Din l-idea għandha il-bidu tagħha fil-filosofija ta' Wilhelm von Humboldt: Il-Lingwa hija l-organu li jsawwar il-ħsieb (f'Salus 1969:190). Fil-fatt, l-idea għandha similaritajiet kbar mal-prinċipji tar-relattività lingwistika, li jsostnu relazzjoni intima bejn il-kategoriji lingwistiċi u l-ħsieb fuq il-livell ta' kull lingwa (Drechsel 1988:233). Individwi jaħsbu fl-istrutturi, jiġifieri, fil-grammatika tal-lingwa tagħhom. Din ir-relazzjoni bejn il-lingwa u l-ħsieb dwar il-fatt li il-kategoriji imposti mil-lingwa jikkanlizzaw u jistrutturaw il-ħsieb hi magħrufa bħala l-Ipoteżi ta' Sapir-Whorf.

Meta Sapir studja bir-reqqa l-grammatika ta' diversi lingwi, wasal għall konklużżjoni li kull grammatika għandha ċerti nuqqasijiet fl-istruttura. Konsekwentament in-nuqqasijiet f'kull-lingwa jistgħu jikkawżaw dgħjufijiet fil-ħsieb. Minkejja dan, huwa xorta jsostni li kull lingwa fiha innifisha hija suffiċjenti (cf. Il-forma-magħquda ta' kull lingwa naturali) u ż-żewġ argumenti m'humiex f'kuntradizzjoni.

Ċertu nuqqas ta' loġika narawħ f'dan l'eżempju: bl-Ingliż, li tgħid it rains huwa grammatikament korrett, madanakollu il-grammatika Ingliża titlob li ikun hemm suġġett overt f'kull sentenza. Dana jikkawża ċerti kontradizzjonijiet:

Fil-fatt is-suġġett it m'għandu l-ebda tifsira in konnessjoni mal-verb, peress li it mhiex qed taqdi l-iskop regolari li tindika oġġett, fenomnu jew persuna. Is-suġġett it f'din is-sentenza jikkostitwixxi irregolarità, għaliex kull sentenza bl-Ingliż tista tinbidel f'mistoqsija billi tpoġġi interrogattiv who jew what flok is-suġġett. Madanakollu brains u snows, dana mhux possibbli -- rains mingħajr ebda suġġett, ma taqdix il-ħtiġijiet kollha grammatikali ta' l-Ingliż għaliex, kif għedna, kull sentenza fl-Ingliż teħtieġ suġġett. Għalekk, l-it li tissostitwixxi is-suġġett (EN = dummy subject) hija restrizzjoni ta' regola grammatika.

B'mod indirett sitwazzjonijiet bħall dawn jistgħu jimponu fuq il-ħsieb ta' l-individwu. Nuqqas ta' loġika jista' jwassal għall-ħsieb inqas ċar.

L-ewwel pass biex wieħed jevita li dgħjufija fil-grammatika tiġi trasferita għall-ħsieb hi li wieħed jakkwista sens ta' inkongruwenzi fil-lingwa li-wieħed juża. 

Li persuna, li tuża lingwa bħala l-istrument tal-ħsieb, teżamina l-istess lingwa hu paradoss fih innfisu: kif jista strument jeżamina lilu innifsu? 
Sapir jissuġġerixxi li wieħed jeżamina l-istrutturi ta' lingwi naturali oħra b'loġika u grammatika diversa biex isir aktar konxju ta' l-istrutturi tal-lingwa tiegħu. Jissuġġerixxi wkoll li wieħed iqabbel il-linġwa tiegħu ma' lingwi oħrajn (anki artifiċjali) u sistemi li josservaw loġika assoluta. Dawn is-sistemi għandhom ikunu loġiċi fil-kunċetti, is-simboli u l-kombinazzjoni tas-simboli li jużaw.

Minbarra li jkun mezz konvenjenti biex wieħed jagħraf difetti strumentali fil-lingwa fuq bażi ta' dan l-istudju, wieħed ikun ukoll f'pożizzjoni li jsawwar lingwa internazzjonali awżiljari li taqdi numru ta' skopijiet.

Sapir hu kontra l-idea li waħda mil-lingwi naturali popolari, bħal ma hu l-Ingliż jew il-Franċiz tieħu post ta' l-IAL peress li dawn ma jissodisfawx il-ħtiġijiet li jenħtieġ taqdi l-IAL.

Edward Sapir jissokta isemmi ħames kwalitajiet ta' IAL:

Min ikun qiegħed jitgħallem il-lingwa jeħtieġ li jkun kapaċi juża l-istruttura ta' l-espressjoni li diġa akkwista bħala paradigmi u jibni espressjonijiet ġodda. Jekk, ngħidu aħna, wieħed ġa tgħallem minn espressjoni partikolari li il-passat sempliċi ta' verb fl-Ingliż jinħadem billi jżid is-suffiss / -ed / hu għandu jkun kapaċi jaħdem il-passat sempliċi tal-verbi l-oħra billi jżid / -ed /. L-idea ta' krejattività testendi għal setturi oħra u timplika illi meta wieħed jitkellem, irid ikun kapaċi, a bażi ta' strutturi l-aktar sempliċi, regolari u loġiċi, li ġa akkwista, joħloq kliem jew għaqda ta' kliem ġdid skond il-ħtieġa.

Minbarra l-vantaġġi prattiċi li-toħloq IAL - biżżejjed wieħed isemmi tnejn: vantaġġi ekonomiċi u l-vantaġġ ta' l-ebda telf ta' Informazzjoni fit-traduzzjoni - Sapir isemmi wkoll xi vantaġġi psikoloġiċi. Li tuża lingwa li tinħass li hi magħmula mil-bnedmin, tnissel sens ta' kontroll fuq il-lingwa, flok il-jasar ta' l-istrutturi u l-irqaqat. Hu jkompli jgħid li-wieħed ikollu inqas inibizzjonijiet meta juża lingwa internazzjonli artifiċjali, peress li b'hekk jista jserraħ moħħu li m'hux ser joffendi 'l xi ħadd billi jmur kontra l-etiquette ta' l-ilsien ta' xi wieħed mis-semmiegħa.

Din l-osservazzjoni tista' tinstema' daqxejn skabruża, fl-istess ħin meta wieħed jinnota kemm jimbarazzaw rwieħom migranti ta' ċertà età meta ma jirnexxilhomx jaddataw għal kulturi ġodda bl-iżvantaġġi soċjali li jinqalgħu, l-argument isir tassew relevanti. 

Lingwa perfettament loġika, mibnija fuq bażi ta' reflessjoni konxja, u mifruxa sewwa ma l-erbagħt irjieħ tkun aktar strument fin u adekwat minn kull-lingwa naturali bi strutturi inkongruenti. Lingwa bi struttura aktar loġika twassal għal ħsieb aktar loġiku. Il-prodott (il-ħsieb), jikber skond kemm tippermetti il-lingwa (sapir 1921:15). 

Il-ħolqien ta' IAL jenħtieġ li jkun bażat fuq grammatika ta' lingwi naturali, billi jislet il-partijiet li jagħmlu sens u jwarrab dawk difettużi. F'dan is-sens, Lingwa awżiljari mibnija bil-għaqal hija rikostruzzjoni ta' strutturi ġa eżistenti f'Lingwi naturali. Rikostruzzjon bħal din tippresupponi li wieħed ikun imħarreġ tajjeb fil-grammatika tal-Lingwi naturali. U għalhekk nikkonkludu illi li wieħed ikun imħarreġ fl-istrutturi grammatikali tgħin lill-moħħ jirfinħom. U peress li d-dinja li ngħixu fiha hi soġġetta għall-grammatika, wieħed jista' jkompli jargumenta u jgħid li it-tagħlim tal-prinċipji grammatikali li jħaddnu u jsawwru ir-realtajiet soġġettivi kollha, iġiegħlu l-moħħ ikompli jtejjibhom dejjem aktar. Din hi opinjoni tipikament konstruttivista:

Il-motivazzjoni ta' Sapir nibtet minn xewqa ġenwina li jkun hemm ftehmin bejn il-popli. Mill-istudju profond li għamel Sapir dwar id-diversi Lingwi Indigeni Amerikani sar jaf tajjeb ir-rikkezza tal-lingwi ż-żgħar. Minn dan l-istudju, sar ferm konvint, li wieħed ma jistagħx jgħid li lingwa hija superjuri għal oħra. Sapir jargumenta, li jekk lingwa tipprovdi mezzi li bihom tkun kapaċi tesprimi kwalunkwe kunċett, allura, [...] li wieħed jgħid, li lingwa hi aktar grammatikali jew li għandha forma-magħquda aktar minn oħrajn hu assoluttamant bla sens. (Sapir 1949:9).

Fil-ġabra ta' l-artikli tiegħu ippublikata fl-1949, Sapir jargumenta, illi b'lingwa mitkellma min-nies ta' kultura primittiva wieħed għandu mezz jesprimi teżi astratta filosofika, ġaladarba l-istrutturi ta' dawk il-Lingwi kapaċi jesprimu ideat ta' struttura komplessa - anki jekk il-vokabularju tal-lingwa ikun insuffiċjenti. Li ħsibijiet ta' dan it-tip għadhom qatt ma ġew espressi f'dawn il-kulturi hu sempliċiment għaliex għadhom mhumhiex avvanzati biżżejjed biex jinterressaw rwieħhom fuq livell astratt u filosofiku.(Sapir 1949:FINDPAGE). Fi-kliem ieħor il-forma-magħquda ta' kull lingwa tfisser aktar min ħaġa oħra li it-tħaddim tagħha hu bla limitu(Harris 1951:296). 

Kull lingwa għandha il-prinċipji grammatikali tagħha li jiddettaw x'informazzjoni trid tingħata f'sentenza u x'inhu permess li wieħed iħalli barra. Fil-Ġermaniż u l-Ingliż, ngħidu aħna, in-numru hu obligatorju, fil-waqt li l-Kwaikutl ma jeħtieġx informazzjoni bħal din - madankollhu il-Kwaikutl hu formalment mgħadud peress li joffri lil minn jitkellmu xi possibilità biex jesprimi in-numru tan-nom. Franz Boas jargumenta fuq linji simili: Naturalment l-eskimiż jista' jesprimi jekk raġel hux marid issa [...] imma l-forma grammatikali tas-sentenza tiegħu ma teħtieġx li jagħti relazzjoni ta' temp (Boas 1969:38).

Dawn l-ideat, illum, daqs qabel, għadhom avantgardisti u fl-istess ħin diskutibbli ħafna. Huwa fatt aċċettat illi komunitajiet li ma jitkellmux waħda mil-lingwi ekonomikament importanti qegħdin fi żvantaġġ. Huwa fatt ukoll li l-biċċa l-kbira tal-Ewropej għad mgħandhomx meżż kif jikkomunikaw direttament mal-biċċa l-kbira tal-Asjatiċi u l-Għarab. Dan ifisser telf kbir ta' tagħrif dwar veduta differenti tad-dinja.

Sal-ġurnata ta' llum qħad m'hemmx implementazzjoni ta' IAL fil-veru sens tal-kelma - m'hux faċli li wieħed jimplementa il-ħtigijiet li semmejna aktar 'il fuq. Il-ħtigijiet infishom huma diskutibbli għall-aħħar. Mis-sittinijiet 'l hawn il-lingwisti bdew joqgħodu lura milli jagħmlu dikjarażżjonijiet fuq is-semplicità u il-loġika fil-lingwa. L-istess japplika għal dikjarazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, il-mod kif il-lingwa tħares lejn id-dinja huwwa soġġett għall-grammatika. Wieħed sempliċiment jaċċetta l-possibbiltà, iżda m'hemm l-ebda ċertezza assoluta fuq dan.

Wieħed ma jridx jinsa punt ieħor; sistema mibnija b'mod ideali llum mhux bilfors ser tibqa valida maż-żmien (time stability of language systems) - jekk nikkunsidraw dak kollhu li nafu fuq it-Tibdil fil-Lingwa, maż-żmien anke sistema ideali taddatta u tiddeforma bħal kull lingwa oħra. 

Madanakollu insibu nies li kibru fl-lingwa kostruwita, bħal ngħidu aħna l-Esperanto jew f'lingwi rikostruwiti, bħal ma hu l-Ebrew Modern. 

Punt diskuttibli ieħor forsi hu wkoll il-fatt li visti (views) u tradizzjonijiet huma mħaddna fil-lingwa stess u jiġu mgħoddija minnħa. Konsekwentamet jekk nadottaw IAL ekklettika dawna jintilfu. Madankollu ir-riċerka fl-istorja turina li ħafna tradizzjonijiet ġew kostrutti konxjament b'għanijiet politiċi u ekonomiċi.
 
Wieħed jista jargumenta li triq realistika għal IAL tista' tintleħaq bir-riċerka tal-Lingwistika Ġenerattiva u it-Teorija tal-Prinċipji ul-Patrametri.

L-ewwel prova prattika ta' IAL li kienet mifruxa sew ġiet żviluppata min-negozjanti Anżejatiċi




#Article 50: Grammatika Maltija (579 words)


Din għandha tkun paġna ta' referenza għall-grammatika Maltija. Biex titħaddet fuq il-grammatika Maltija mur fuq il-paġna tad-.

L-alfabett Malti fih 30 ittra, li 6 huma vokali u 24 konsonanti. Dawn huma: 

L-istorja tal-alfabett hi kkaratterizzata mhux biss minn varjetà ta' simboli għal kull ittra, imma wkoll minn varjazzjoni fl-ordni tal-ittri. Waħda mill-bidliet fis-sekwenza hija tal-ittra Għ li, minflok bejn il-G u l-H, tiġi bejn in-N u l-O. 

ara Lingwa Maltija.

A/a, E/e, I/i, O/o, U/u, IE/ie 

Il-vokali tal-leħen tidħol f’kelma biex inkunu nistgħu nlissnuha tajjeb. Din tidħol
quddiem :

ilbiesi nilagħbu nisirqu.

ridt iddur riedet iddawwar irrid immur

eżempji :
żewġt itfal tlitt ibniet
erbat iħbieb ħamest idjar
sebat ibliet tmint ifran
disat iklieb għaxart iħmir

l-iskola l-ixkupi l-istejjer

Il-konsonanti huma 24:
b,ċ,d,f,ġ,g,għ,ħ,h,j,k,l,m,n,p,q,r,s,t,v,w,x,ż,z.

Fil-Malti l-konsonanti huma importanti għax jifformaw l-għerq tal-kelma.
Eż. raġel għandha għerq r - ġ - l.

Il-konsonanti jistgħu jkunu:

  

L-Assimilazzjoni issehh meta konsononati jinstemgħu mod differenti milli kif jinkitbu.
L-assimilazzjoni tal konsonanti tinqasam fi tnejn :
Shiha ; meta l-assimilazzjoni tkun tidher, ezempju : ix-xemx mhux il-xemx ghax 'x' hija konsonanta xemxija
Parzjali ; Meta il-bidla tkun tinstema` biss u ma tinkitibx
Din tinqasam fi tnejn :
Rigressiva ; meta l-ittra ta` wara tinfluwenza lil dik ta` quddiema u ghalhekk tinstema mod iehor
ez : dħul tinstema tħul
Progressiva ; meta l-ittra ta` quddiem tinfluwenza lil dik ta warajha u tbiddel il-hoss
ez : ġkieket .instema ġgieget

Kif tiftakarhom?

Il-verbi irregolari huma dawk li ma jimxux għal kollox mal-konjugazzjoni tal-verbi l-oħra sħabhom.
Dawn huma: ġie, kiel, ra, ħa, idda, emmen, mar, iżża, ta, qal, jaf, kellu, waqaf, jisem. 

(1) ta
Imperfett: nagħti, tagħti, jagħti, tagħti, nagħtu, tagħtu, jagħtu.
Perfett: tajt, tajt, ta, tat, tajna, tajtu, taw.
Imperattiv: agħti, agħtu. 
Partiċipju Passat: mogħti, mogħtija, mogħtijin.

Is-7 forma:
Imperfett: ningħata, tingħata, jingħata, tingħata, ningħataw, tingħataw, jingħataw
Perfett: ingħatajt, ingħatajt, ingħata, ingħatat, ingħatajna, ingħatajtu, ingħataw.

(2) ħa
Imperfett: nieħu, tieħu, jieħu, tieħu, nieħdu, tieħdu, jieħdu.
Perfett: ħadt, ħadt, ħa, ħadet, ħadna, ħadtu, ħadu.
Imperattiv: ħu, ħudu. 
Partiċipju Passat: meħud, meħuda, meħudin

(3) ra
Imperfett: nara, tara, jara, tara, jaraw, taraw, jaraw.
Perfett: rajt, rajt, ra, rat, rajna, rajtu, raw.
Imperattiv: ara, araw. 
Partiċipju Passat: (perifrastiku) milmuħ, milmuħa, milmuħin p.p. ta' lemaħ

(4) M'hemmx iktar

(5) qal
Imperfett: ngħid, tgħid, jgħid, tgħid, ngħidu, tgħidu, jgħidu.
Perfett: għedt, għedt, qal, qalet, għedna, għedtu, qalu.
Imperattiv: għid, għidu. 
Partiċipju Passat: ????

(6) ġie
Imperfett: niġi, tiġi, jiġi, tiġi, jiġu, tiġu, jiġu.
Perfett: ġejt, ġejt, ġie, ġiet. ġejna, ġejtu, ġew.
Imperattiv: ejja, ejjew. 
Partiċipju Passat: 
Partiċipju Attiv: ġej, ġejja, ġejjin

(7) mar
Imperfett: immur, tmur, jmur, tmur, immorru, tmorru, immoru.
Perfett: mort, mort, mar, marret, morna, mortu, marru.
Imperattiv: mur, morru. 
Partiċipju Passat:

(8) idda
Imperfett: niddi, tiddi, jiddi, tiddi, niddu, tiddu, jiddu.
Perfett: iddejt, iddejt, idda, iddiet, iddejna, iddejtu, iddew.
Imperattiv: iddi, iddu. 
Partiċipju Passat:

(9) iżża
Imperfett: niżżi, tiżżi, jiżżi, tiżżi, niżżu, tiżżu, jiżżu.
Perfett: iżżejt, iżżejt, iżża, iżżiet, iżżejn, iżżejtu, iżżew.
Imperattiv: iżżi, iżżu. 
Partiċipju Passat: miżżi, miżżija, miżżijin ????

(10) emmen
Imperfett: nemmen, temmen, jemmen, temmen, nemmnu, temmnu, jemmnu.
Perfett: emmint, emmint, emmen, emmnet, emminna, emmintu, emmnu.
Imperattiv: emmen, emmnu. 
Partiċipju Passat: emmnut, emmnuta, emmnuti

(11) kellu
Imperfett: ikolli, ikollok, ikollu, ikollha, ikollna, ikollkom, ikollhom.
Perfett: kelli, kellek, kellu, kellha, kellna, kellkom, kellhom.
Imperattiv:  
Partiċipju Passat:

(12) Waqaf

(13) Jisem

Imperfett: niekol, tiekol, jiekol, tiekol, jieklu, tieklu, jieklu.
Perfett: kilt, kilt, kiel, kielet. kilna, kiltu, kiltu.
Imperattiv: kul, kulu. 
Partiċipju Passat: mikul, mikula, mikulin

  

Pronomi Magħżulin huma dawn - Jiena, inti, hija, huwa, ahna, intom, huma.
pronomi Mehmużin




#Article 51: Memorial Day (138 words)


Jum it-Tifkira (Memorial Day) huwa festa pubblika fl-iStati Uniti li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Tnejn ta' Mejju. Fiż-żmien kienet magħrufa bħala Jum L-Onorefiċenza (Decoration Day). Il-festa tikkommemora l-irġiel u n-nisa membri tal-forzi armati li mietu fis-servizz ta' pajjiżhom. Il-festa bdiet għal ġieħ is-suldati ta' l-Unjoni (Nord) li mietu matul il-Gwerra Ċivili Amerikana. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija t-tifsira ta' din il-festa kibret u saret tinkludi ukoll lil dawk in-nies li mietu f'kull gwerra jew azzjoni militari matul is-snin. 

Illum ħafna Amerikani jużaw Jum it-Tifkira biex jagħtu ġieħ lill-qraba mejtin tagħhom. Is-servizzi reliġjużi il-Ħadd qabel Jum it-Tifkira xi drabi jinkludu qari ta' l-ismijiet tal-membri li jkunu mietu matul dik is-sena.

Ħafna nies josservaw il-festa billi jżuru l-oqbra u l-monumenti. Fit-tlieta ta' wara nofsinhar jiġi osservat Mument ta' Tifkir Nazzjonali. Tradizzjoni oħra hi li titniżżel il-bandiera mezz'asta mis-sebħ sa nofsinhar (ħin lokali).




#Article 52: Indja (192 words)


L-Indja (), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Indja hi pajjiż li tinsab fin-nofsinhar tal-Asja u tkopri l-parti l-kbira tas-subkontinet Indjan. Ħafna rotot storiċi u merkantili jgħaddu minnha. L-Indja għandha kosta ta' aktar minn sebat elef kilometru u għandha fruntieri mal-Pakistan, iċ-Ċina, il-Birmanja, il-Bangladexx, in-Nepal, il-Butan u l-Afganistan. Is-Sri Lanka, il-Maldivi u l-Indoneżja huma gżejjer nazzjonijiet fil-qrib. L-Indja hija it-tieni pajjiż l-aktar popolat fid-dinja, b'popolazzjoni ta' aktar minn biljun ruħ, u ġeografikament is-seba' l-akbar pajjiż.

L-Indja hija l-benniena taċ-ċiviltajiet l-aktar antiki u tat ukoll it-twelid lil erba' reliġjonijiet: L-Induiżmu, il-Buddiżmu, il-Ġeiniżmu u is-Sikiżmu. Il-pajjiż kien parti mill-Imperu Brittanniku qabel ma kiseb l-indipendenza fl-1947. Fl-aħħar għoxrin sena, l-Indja kibret sew, fl-ekonomija u fir-rwol militari u internazzjonali.

L-isem Indja ġej mill-kelma 'Hindu' fil-Persjan antik, li hi nnifisha ġejja mill-kelma 'Sindhu' (Sanskritu), l-isem storiku għax-xmara Indus. Il-kostituzzjoni tal-Indja u l-użu ġenerali jirrikonoxxu wkoll l-isem Bharat (Hindi: भारत), li kien l-isem fis-Sanskritu tar-re antik Hindu. Isem ieħor huwa, Hindustan (Hindi: हिन्दूस्थान), jew 'l-art tal-Hindus' fil-Persjan, li ntuża miż-żminijiet Mughal, għalkemm dan l-isem mhux użat kullimkien illum.

Vande Mataram hija l-għanja nazzjonali Indjan. L-għanja nkitbet minn Bankim Ċandra Ċatterġii f'forma Sanskritizzata tal-lingwa Bengaliża. Flimkien mal-Innu Nazzjonali għandha tifsira simbolika kbira għall-Indja. 




#Article 53: Edward Sapir (281 words)


Edward Sapir (Lębork, 26 ta' Jannar 1884 – New Haven, 4 ta' Frar 1939) kien antropologu u lingwista Amerikan, wieħed mill-mexxejja importanti fil-lingwistika strutturali. Flimkien ma' Benjamin Whorf, hu kien il-moħħ wara li dik li illum tissejjaħ l-ipoteżi ta' Sapir-Whorf.

Sapir twieled f'Lauenburg, il-Prussja, fis-26 ta' Jannar 1884. Fl-1904 iggradwa mill-Università ta' Columbia, fi New York, bi grad fil-lingwi Ġermaniċi, iżda l-interessi lingwistiċi tiegħu kienu jħaddnu skopijiet ħafna usa'. Fis-sentejn li segwew għamel studji diretti fuq il-lingwi Wishram u Takelma tal-Amerikani Nattivi. Waqt li kien f'Columbia iltaqa' mal-antropologu Franz Boas, li probabbilment kienet il-persuna li l-aktar tagħtu spinta biex jistudja il-lingwi Amerikani.

Għallem fl-Università ta' Chicago u aktar tard l-Università ta' Yale, fejn laħaq kap tad-dipartiment tal-antropoloġija. Kien wieħed mill-ewwel li esplora r-relazzjonijiet bejn l-istudji lingwistiċi u l-antropoloġija. Fost l-istudenti tiegħu insibu lil-Fang-kuei Li u Benjamin Whorf.

Sapir ippropona ħarsa ġdida lejn il-lingwa fl-1921 billi sostna li l-lingwa tinfluwenza l-mod kif jaħsbu in-nies. L-idea ta' Sapir ġiet adottata fl-erbgħinijiet minn Whorf u eventwalment saret tissejjaħ l-ipoteżi ta' Sapir-Whorf.

Fl-artiklu The Psychological Reality of the Phoneme (Ir-realtà psikoloġika tal-Fonema) li ppubblika fl-1949 kien l-ewwel li sostna b'mod ċar ħafna li l-fonema, kategorija astratta ġenerali tal-ħoss, hija psikoloġikament reali u tikkategoriżża l-mod kif nagħrfu. 

Fost il-lingwi Amerikani l-ispeċjalitajet tiegħu kienu il-lingwi Athabaskan. Fost il-lingwi u kulturi oħra li studja Sapir ngħoddu il-Wishram Chinook, Navajo, Nootka, Paiute, Takelma, u Yana. Għalkemm magħruf għal xogħol tiegħu fil-lingwistika Amerikana, kien produttiv ħafna f'materji tal-lingwistika ġenerali, kif naraw fil-ktieb tiegħu Language, li jipprovdi kollox, minn klassifikazzjoni tipoloġika grammatikali ta' lingwi li jkopru miċ-Ċiniż san-Nootka, sa spekulazzjonijiet fuq il-fenomenu tat-tibdil fil-lingwa (drift) u l-arbitrarjetà tal-assoċjazzjonijiet bejn il-lingwa, r-razza u l-kultura.

Sapir miet fl-4 ta' Frar 1939 b'problemi tal-qalb.




#Article 54: Herbert Ganado (1053 words)


Herbert Ganado (Furjana, 7 ta' April 1906 - 5 ta' April 1975) avukat, president tal-Azzjoni Kattolika, editur, politiku u kittieb.

Hu twieled fis-subborg tal-Furjana fis-7 ta' April, tal-1906. Isem Ganado jintrabat ma' ħafna ħidma sfuża favur Malta u l-Maltin. Hemm diversi sferi pubbliċi fejn Ganado nħass fis-seklu għoxrin; aktarx li l-iktar tnejn huma l-ġurnaliżmu u l-politika. It-tnejn li huma kienu jistrieħu fuq dak li hu essenzjali biex jiftiehem il-karattru ta' Herbert u biex fuq kollox tkun apprezzata l-ħidma tiegħu: il-konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu li hu ma kien jibdilhom ma' xejn. Jekk tneżża' lil Ganado mit-twemmin tkun tlift kollox u l-kwadru jittappan. Ħajtu hija katina sħiħa ta' episodji fejn hu niżel jikkumbatti bl-enerġija tiegħu lil min deher li ried jeqred ir-reliġjon li ġab Pawlu ta' Tarsu fis-sena sittin wara Kristu. Dawn il-konvinzjonijiet ġabuh biex jaħdem id f'id mal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Ganado kien sar l-alleat tiegħu f'kull sens. Kellu qima lejh u ħadem għalih kemm fl-istampa kif ukoll fil-politika. Il-ġurnaliżmu u l-politika tawh l-ispazju perfett fejn jikkumbatti għall-prinċipji tiegħu.

Ganado studja l-Liċeo u l-Università ta' Malta. Illawrja bħala avukat fl-1931. Bħala student kien President tal-Kunsill Studenti Universitarji. Bejn l-1936 u l-1940 kien President ta' l-Azzjoni Kattolika.  Din l-għaqda offrietlu spazju fejn jimmilita għall-Kristjaneżmu.  Sforz il-biża' li kellu li r-reliġjon għad tispiċċa minn Malta mbarka ruħu fl-istampa billi beda jeditja Leħen is-Sewwa u wara l-eżilju krudil fl-Uganda daħal fil-politika.  Fil-Leħen is-Sewwa, fi żmien il-gwerra ċivili Spanjola, Ganado kiteb artikli favur id-dittatur Franco. L-iktar artiklu kontroversjali tiegħu fuq il-waqgħa ta' Madrid bit-titlu Dħalna Madrid, kif ukoll is-simpatija tiegħu lejn l-Italja Faxxista, wasslu sabiex fl-1940 jiġi internat u fl-1942, eżiljat lejn l-Uganda. L-artiklu għen immens biex il-miżien jimxi favur l-internament.   Hu nnifsu kien stqarr li kien privileġġ għalih li jbati għal-Leħen.  Il-fażi tiegħu bħala editur kien żmien eċitanti.  Ganado l-editur ma dabbar l-ebda libel u fuq kollox kellu viżjoni miftuħa.  Kien jinteressah x'inhu jiġri lilhinn mis-swar.

L-istorja ta' l-Internament hija waħda mill-ikreh faċċati tas-seklu għoxrin fejn grupp ta' Maltin inkluż Dr. Ganado ġew ittrattati mill-Ingliżi daqs li kieku kienu kriminali. Dawn ġew internati mill-Ingliżi mingħajr ġuri jew sentenza tal-qrati, azzjoni li ħafna jarawha bħala ironika meta wieħed jikkunsidra li l-Ingilterra kienet meqjusa bħala l-omm tal-parlamenti. Dawn is-suppost kriminali Maltin ma kienu xejn għajr nies entużjasti, wħud minnhom anki ffissati fil-kultura Taljana.

Ganado kiteb li fl-Uganda kienu sabu ruħhom “f'wieħed minn dawk il-kampijiet tal-priġunieri li naraw fil-films.”  Ganado ħa miegħu l-Uganda numru ta' kotba fosthom l-Oxford Book of English Verse u d-Divina Commedia ta' Dante Alighieri. Ganado irnexxielu jirbaħ it-trawma tal-kamp u kif jgħid hu stess hu flimkien ma' oħrajn kienu ddeċidew li “ma nintelqux u nsibu rkaptu tal-post.” 

Fl-1945 ġie lura mill-Uganda u ntefa' b'ruħu u ġismu fil-Partit Nazzjonalista. Id-deċiżjoni li jipparteċipa fil-politika b'mod attiv u fl-ewwel persuna trid tkun studjata fid-dawl tal-fatt li l-Knisja fis-snin ħamsin kienet qed tibża' mill-effetti li seta' jkollha l-Integration fuq ir-reliġjon u ftit wara minħabba l-paniku li laqat il-gżira li Dom Mintoff kien ser idaħħal il-Kommuniżmu. 

Tant  hu hekk li Ganado jagħmilha ċara li fl-1958 telaq lill-partit ta' Nerik Mizzi u Ugo Mifsud li dil-ħabta kien immexxi minn Giorgo Borg Olivier  fuq żewġ punti ewlenin: il-P.N. ma kienx qed jiġġieled biżżejjed lil Mintoff u għax il-P.N. kien imexxi minn dittatur.  Nies midħla tal-P.N. jsostnu wkoll li Ganado kellu ambizzjonijiet li jsir il-mexxej hu tal-P.N. flok Borg Olivier. Ganado kien ukoll kontra l-integrazzjoni u l-indipendenza. Ganado kien avangardist fi ħsiebu.  Kien jitkellem dwar l-Ewropa u lil Malta riedha hemm. 

F'April ta' l-1958, Ganado kellu laqgħa ma' Patri Feliċjan Bilocca, patri Kapuċċin li kien awtortita' fis-Soċjoloġija,  li fiha Bilocca kien insista kemm felaħ li Malta teħtieġ it-tielet partit li jkun kapaċi jostakola lill-Mintuffjani. U Bilocca kien wegħdu li lest li jgħinu f'każ li jkun bi ħsiebu jagħmel il-pass. Fit-twaqqif tal-partit tiegħu, Ganado kellu taħdidiet ukoll ma' Monsinjur Mikiel Azzopardi li hu magħruf mal-poplu Malti l-iżjed għat-twaqqif tad-Dar tal-Providenza. Konnessjoni bejn it-tnejn tista' tkun spjegata anki mill-fatt li t-tnejn li huma kienu attivi fl-Azzjoni Kattolika.   Hekk twieled il-Partit Demokratiku Nazzjonalista, li ma kien xejn għajr satellita tal-Kurja.  Il-partit twaqqaf fl-1962 - is-sena li fiha l-Gvern Ingliż reġa' ta l-jedd lill-Maltin li jieħdu sehem f' elezzjonijiet politiċi wara  sospensjonijiet ta' erba' snin. Li hu interessanti li dawn id-dettalji huma nieqsa għal kollox mill-kitbiet ta' Ganado imma huma rreġistrati fid-djarji ta' Bilocca.

Ganado kkontesta żewġ elezzjonijiet; dik ta' l-1962 u ta' l-1966.  L-ewwel waħda saret meta l-ġlieda politiko reliġjuża tas-snin sittin kienet għadha fl-aqwa tagħha.   U f'dik l-ewforija l-partiti ż-żgħar kollha marru mhux ħażin u l-mexxeja tagħhom kollha telgħu inkluż l-Avukat Ganado.  Il-ħarsien tar-reliġjon kienet fuq l-aġenda tagħhom lkoll.  Element li seta' għen lil Ganado kien il-fatt li hu kellu appoġġ mhux ħażin ta' diversi qassisin, patrijiet u sorijiet.  Diversi qassisin kienu wkoll imsieħba fil-partit.

Ganado fl-1962 kiseb erba' siġġijiet.  Hu nnifsu tela' minn żewġ distretti.   Imma ma għaddiex mill-eżami elettorali ta' l-1966.  Li hu ironiku hu li f'dik il-kampanja elettorali kien sostna li l-P.N. ma kienx ser ikun f'kundizzjoni li jmexxi gvern waħdu.  Il-profezija altru li ma seħħitx għax Ganado nnifsu baqa' l-art u dan kien ifisser li l-partit tiegħu sfuma.
 
Kulma kiseb il-Partit Demokratiku Nazzjonalista fl-1966 kien 1.2% ta' l-elettorat waqt li erba' snin qabel kien ħa warajh 9.3% ta' l-elettorat.  Il-P.N. fl-1966 kien kiseb sitt siġġijiet iktar mill-Partit Laburista u dan jerġa' jikkonferma kemm Ganado kien żbaljat fil-previżjonijiet tiegħu.

Darba li Ganado kisirha mal-P.N. kien sar ħabib kbir ta' Mabel Strickland li wkoll kienet tara lil Dom Mintoff bħala l-għerq tal-problemi ta' Malta.  Milli jidher tant kienet tirrispettah lil Ganado, li Victor Griffiths, Professur tal-Mediċina, jsostni li f'okkażjoni minnhom jiftakar lil Mabel “introduċiet lil Herbert Ganado ma' politiċi għolja sew Ingliżi u Ammiralli ... dan il-bniedem ħa jkun il-Prim Ministru ta' Malta li jmiss.”  Il-profezija tagħha imma baqgħet ma seħħitx.

L-ikbar rigal ta' Ganado lil Maltin ħutu hu l-awtobiografija tiegħu Rajt Malta Tinbidel - magħmula minn erba' volumi - li fiha tkellem dwar il-familja tiegħu, dwar artu u dwaru nnifsu.  Tkellem b'mod dettaljat dwar sehmu fil-politika.  Fid-daħla tat-tielet volum kiteb li “nistħajjel li jiena kont l-ewwel wieħed li kelli l-kuraġġ jew il-wiċċ tost, kif tgħidli marti, li nikteb ħajti kollha bl-istorja intima tagħha.” Din l-awtobijografija hija wkoll fonti importanti ta' l-istorja soċjali Maltija mill-1900 sa l-1969.  Wara mewtu ġew ippubblikati Jien Inħobb Nitkellem Magħkom (ġabra ta' artikli li huwa kiteb matul is-snin fil-Leħen is-Sewwa). Herbert Ganado huwa wkoll iz-ziju ta' l-awtriċi kontemporanea Maria Grech Ganado. 




#Article 55: Michelangelo Merisi da Caravaggio (344 words)


Michelangelo Merisi da Caravaggio (28 ta' Settembru, 1573 – 18 ta' Lulju, 1610), magħruf sempliċiment bħala Caravaggio wara belt-twelidu viċin Milan, kien pittur tal-Barokk Taljan li għamel ħafna xogħlijiet reliġjużi ta' qaddisin u figuri mill-Bibbja bħala nies komuni. Għalkemm dawn ix-xogħlijiet kienu ta' kontroversja kbira fil-knisja, inxtraw minn ħafna nies sinjuri, għat-teknika spettakulari tagħhom, għall-oriġinalità u ukoll għall-aspett omoerotiku tagħhom.

Ta' 11-il sena, Caravaggio safa orfni. Daħal jagħmel apprentistat ma' Simone Peterzano ġewwa Milan. Mar Ruma bejn l-1588 u l-1592. Kien jaqlagħha u jikolha - beda jgħix fil-faqar. Kien dejjem jirreżisti t-tradizzjonijiet u jirribella għal kollox.

Il-Kardinal Francesco del Monte impjega lil Caravaggio u ħadu taħt il-protezzjoni tiegħu. Il-Kardinal tah kenn u pensjoni. Sakemm daħal taħt il-protezzjoni tal-Kardinal del Monte, Caravaggio kien ġa lesta madwar 40 pittura li b'xi mod jew ieħor nistgħu ngħidu li baqgħu famużi.

Meta kellu 24 sena Caravaggio ġie ikkummissjonat (imqabbad bil-ħlas) biex ipitter il-kappella Contarelli parti mill-knisja San Luigi dei Francesi ġewwa Ruma. Hawn pitter tliet pitturi kbar dwar il-ħajja ta' San Mattew. Caravaggio dam kważi 6 snin jagħmel din il-kappella. Ġie li kellu jibdel xi pitturi minħabba indħil mill-kanonċi tal-knisja. Din il-biċċa xogħol għamlitu famuż u d-domanda għax-xogħlijiet tiegħu bdiet tiżdied.

Caravaggio beda jxellef difrejh mal-ġustizzja. Insibu li sawwat pittur, fera suldat, tefa' l-ġebel lill-gwardjani Rumani, inqabad bl-armi fuqu, kellu xi jgħid minħabba l-maħbuba tiegħu u fl-aħħar, fl-1606 qatel lil Ranuccio Tomassoni. Allura kellu jaħrab minn Ruma.

Caravaggio l-ewwel mar Napli imbagħad Malta. Il-Gran Mastru Wignacourt innota l-ġenju tal-pittur. Laqgħu bl-unuri kollha ta' xi ħadd famuż. L-ikbar biċċa xogħol ta' Caravaggio f'Malta tibqa' l-QTUGH IR-RAS TA' SAN ĠWANN IL-BATTISTA. Fl-1608 il-Kavallieri ta' Malta għamluh Kavallier tal-Ġustizzja. Caravaggio reġa' spiċċa arrestat mill-Kavallieri. Ma nafux għaliex. Jew reġa' għamel xi ħaġa gravi jew inkella xi ħadd informa lill-Kavallieri bil-passat kriminali tiegħu. Allura Caravaggio reġa' ħarab. Mar Sqallija, Messina imbagħad Palermo fejn kompla jpitter.

Il-Papa biss seta' jaħfer lil Caravaggio biex dan ikun jista' jerġa' jibda jgħix mingħajr il-biżgħa li jkun arrestat. Xi ħadd qabeż għal Caravaggio quddiem il-Papa. Il-maħfra tal-Papa waslet tlett ijiem wara l-mewt ta' Michelangelo Merisi di Caravaggio.




#Article 56: Ġebla ta' Majmuna (273 words)


Il-Ġebla ta' Majmuna, magħrufa wkoll bħala il-Ħaġra ta' Majmuna, hija waħda mill-iktar sejbiet arkeoloġiċi mportanti f'Malta assoċjati ma' żmien il-Ħakma ta' l-Għarab. Dan il-kapulavur fil-Kalligrafija kufija ġie magħmul bħala tifkira ta' tifla Għarbija li mietet nhar il-Ħamis, 21 ta' Marzu, 1174 u fuqu hemm talba ta' missier biex jingħata s-saħħa spiritwali sabiex jaffronta t-telfa ta' bintu.

Għal ħafna snin ingħad li l-Ġebla ta' Majmuna nstabet Għawdex viċin ix-Xewkija jew is-Sannat. Tant hu hekk li f'Għawdex stess hemm post li għadu jġib l-isem ta' Majmuna. Madanakollu, m'hemm l-ebda evidenza bil-miktub li ssaħħah din l-ipoteżi. Fil-fatt, l-oriġini tal-ġebla m'humiex ċari. 

L-iskrizzjoni hija mnaqqxa fuq biċċa rħam minn fdalijiet Rumani. Din kienet prattika komuni ħafna fl-Afrika ta' Fuq, fejn fdalijiet Rumani kienu jiġu misruqa għall-ġebel u l-irħam tagħhom. B'hekk huwa wkoll possibbli li dil-ġebla oriġinat minn xi pajjiż fl-Afrika ta' Fuq. Għal ħafna żmien il-ġebla kienet ikkunsidrata bħala evidenza li Malta, minkejja t-tmiem tal-ħakma Għarbija mal-wasla tal-Konti Ruġġieru fl-1090, xorta waħda baqgħet influwenzata b'mod konsiderevoli mill-kultura Għarbija. Dan l-argument, però, ma jidhirx li għandu bażi soda f'din is-sejba. 

Fl-1839 din il-lapida ġiet f'idejn il-familja Xara, u mingħandhom għaddiet f'idejn il-Baruni Giuseppe Maria de Piro li fl-1845 taha lil-librerija pubblika. 

L-interpretazzjoni korretta tal-kitba kienet sfida kbira, speċjalment minħabba l-fatt li ħafna interpretazzjonijiet kienu bbażati fuq illustrazzjonijiet ħżiena. Eventwalment ġiet iddeċifrata mir-Russu/Pollakk Andrej Jakovlevic Italinski (magħruf ukoll bħala Andrea Italinski u l-konti Italinski), li kien diplomatiku tat-Tzar fl-Imperu Tork minn 1863 sa 1886.

Illum il-ġurnata, il-Ġebla ta' Majmuna hi mħarsa fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija fiċ-Ċittadella, ir-Rabat (Għawdex).

Din il-kitba tal-ħaġra ġiet maqluba għall-Malti minn Temi Zammit fuq bażi ta' traskrizzjoni b'ittri latini li kien fisser Grabjiel d'Aleppo, patri Kapuċċin.




#Article 57: Għana (1413 words)


L-għana hi l-mużika tradizzjonali ta' Malta.  Il-versi li jitkantaw fl-għana għandhom melodija li tistħajjilha ballata Sqallija b'laqta medjo-orjentali. Infatti l-għana tista' jitqies bħala l-eku tal-passat storiku ta' Malta li jinkludi ħafna influwenzi Għarab u Ewropej, grazzi għad-diversi ħakkiema li ħakmu lil Malta u l-Maltin.  

L-għana minn dejjem kien ikkunsidrat bħala l-mużika tan-nies komuni, tal-bdiewa, tar-raħħala u tan-nisa tad-dar; f'kelma waħda, l-għana kien jappartjeni lill-klassi l-baxxa tal-ħaddiema.

Forsi huwa propju għal dawn l-assoċjazzjonijiet, li l-għana llum f'Malta għad għandu ċerta stmerrija u jiġi mwarrab minn bosta nies.  Malta llum il-ġurnata titqies bħala pajjiż Ewropew u fil-maġġorparti Kattoliku, u allura huma ħafna dawk li jippreferu ifarfru l-passat storiku tagħhom għax jidentifikaw ruħhom iktar ma' l-Ewropa Kristjana milli l-Afrika Islamika.

Guzè Cassar Pullicino, studjuż rinomat tal-folklor Malti, isostni li l-ewwel għana tmur lura lejn l-1792, jiġifieri fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.
Kavallier Franċiż bl-isem ta’ F.-E. de Saint-Priest ippubblika ktieb jismu Malte par un voyageur françois (Malta minn Vjaġġatur Franċiż), li fih jinkludi tliet għanjiet kif ġew irrakontati lilu minn librar Malti, Gioacchino Navarro. Waħda minn dawn l-għanjiet kienet:

 
Fi żminijiet imgħoddija, l-għana kienet tiġi kantata mill-ħaddiema komuni, kif ukoll minn nisa li jkunu qed jagħmlu l-faċendi ta’ kuljum bħall-ħasil u l-inxir tal-ħwejjeġ. 

Bejjiegħa ukoll kienu jużaw l-għana biex ibiegħu il-prodotti tagħhom, bl-għana sservi ta’ riklam dwar kemm huwa tajjeb u superjuri il-prodott tagħhom kif ukoll kemm huwa aħjar minn tal-bejjiegħa l-oħra.  Mhux magħruf jekk kienx jirnexxielhom ibiegħu iktar mill-kompetituri li ma jgħannux, imma li huwa żgur huwa li kienu jiġbdu ħafna iktar l-attenzjoni tax-xerrejja.

L-għana minn dejjem kien iktar popolari lejn in-nofsinhar tal-gżira u allura ma jistax jonqos li ħafna għannejja jiġu minn dawk l-inħawi.  Pereżempju, miż-Żejtun, ħarġu ħafna għannejja ta’ fama, bħal ngħidu aħna Mikiel Abela il-Bambinu li miet fl-1991, u Frans Baldacchino il-Budaj (li miet ħesrem fl-età ta' 63 sena, nhar it-21 ta' Ġunju 2006) li se jibqa' mfakkar bħala għannej popolari u l-akbar esponent ta’ l-għana f’Malta.

Jeżistu ħafna tipi ta' għana differenti u kollha għandhom il-karatteristiċi partikolari tagħhom. Fost dawn insibu l-għana spirtu pront u bil-qasma, l-għana fil-għoli, l-għana tal-fatt u l-makjetti.

F'seduta tipika ta' għana spirtu pront, ikun hemm grupp ta' tliet kitarristi jakkumpanjaw l-għannejja (normalment ikunu erbgħa), b'wieħed minnhom magħruf bħal il-prim jew prejjem.  Il-kitarrist prim jibda jdoqq l-introduzzjoni, biex b'hekk juri lill-għannejja kemm it-temp tad-diska kif ukoll it-tonalità, filwaqt li l-kitarristi l-oħrajn (li normalment ikunu tnejn għalkemm ġieli ssib iktar) idoqqu l-akkumpanjament ibbażat fuq żewġ kordi.  Wara l-introduzzjoni, l-ewwel għannej jimproviżża għanja fuq dawk l-istess żewġ kordi (fuq melodija(.)(.) tradizzjonali) erba' versi tat-tmienja (vers ta' tmien sillabi, ottonarju) bir-rima imqabbża, jiġifieri A-B-Ċ-B. Il-vers tat-tmienja huwa wkoll magħruf sew bħala l-vers tal-popolin.  Wara li l-ewwel għannej jispiċċa l-kwartina tiegħu, ikun hemm interludju bil-kitarrist prim idoqq varjazzjoni fuq dawk iż-żewġ kordi bażi, bl-istess ammont ta' ħin tal-istanza. Normalment, kemm il-kwartina kantata kif ukoll l-varjazzjoni strumentali ikunu maqsumin f'erba' frażijiet melodiċi, tnejn fuq l-ewwel korda (Tonic major chord) u tnejn fuq it-tieni (Dominant chord). Din l-istruttura hija mbgħad ripetuta minn kull wieħed mill-għannejja, b'bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura metrika u rima. Sezzjoni ta' għanja spirtu pront taf tibqa' għaddejja hekk kważi siegħa u xi imdaqqiet anki iktar. Normalment is-sessjoni tikkonkludi b'kadenza li tkun tikkonsisti f'xi żewġ stanzi.

Peress li l-kwartini ta' din it-tip ta' għana jkunu improviżżati dak il-ħin stess (għalhekk spirtu pront), l-għannejja jridu jkunu kapaċi jaħsbu malajr kif ukoll iqabblu l-versi b'rima tajba. Jekk ikun hemm erba' għannejja involuti, normalment l-ewwel għannej jindirizza l-kwartina tiegħu lejn it-tielet għannej, filwaqt li t-tieni għannej jindirizza lir-raba' wieħed biex b'hekk jingħata ċ-ċans lill-għannejja biex jilħqu jaħsbu l-kwartina tagħhom. 

Normalment, l-għannejja jitrattaw temi ħfief jew umoristiċi.  Għaldaqstant l-użu ta' proverbji, idjomi esaġerazzjonijiet u 'puns' ma jonqsux fl-għana spirtu pront. Ta' min jgħid ukoll, li f'għana spirtu pront, il-messaġġ għandu jingħad b'mod sottili mingħajr kjarifiċi żejda. 

L-għana spirtu pront normalment ikun kompost fuq l-iskala ta' A (La), iżda l-prim normalment ikun intonat ton fuq il-kitarri l-oħra, jiġifieri G (Sol). Tradizzjonalment, il-kitarristi jintonaw l-istrumenti tagħhom b'dan il-mod:

L-għana spirtu pront juri biċ-ċar kemm il-Maltin iħobbu jargumentaw u jilletikaw. Il-pika, li f'dan il-każ tkun waħda ċajtiera, hija l-ingredjent prinċipali f'dan it-tip ta' għana. Peress li l-għana spirtu pront jirrifletti l-karattru nebbiexi tal-Maltin, dan seta' kien fattur determinanti biex dan it-tip ta' għana jiżviluppa u ma jintesiex bħal ċertu tipi ta' għana, bħal ngħidu aħna l-għana fil-għoli u l-għana tal-fatt. Infatti, wieħed jista' jgħid li x-xena ta' l-għana llum il-ġurnata hija totalment iddominata mill-għana spirtu pront.

Dan it-tip ta' għana jixbah lil dik spirtu pront, iżda l-kwartini huma maqsuma bejn żewġ għannejja minflok kantati minn għannej wieħed.  Fi kliem ieħor, l-ewwel għannej ikanta l-ewwel żewġ versi tal-kwartina filwaqt li t-tieni għannej jirrispondih b'żewġ versi sabiex hekk jikkonkludi dik il-kwartina. L-ewwel żewġ versi tal-kwartina li jmiss imbagħad jiġu kantati mill-għannej li jkun kanta l-aħħar żewġ versi tal-kwartina preċedenti.

L-għana fl-għoli jew kif inhu magħruf aħjar bħala għana la Bormliża (jiġifieri, mill-belt ta' Bormla), hu pjuttost rari u ftit li xejn għad fadal għannejja li jipprattikawh. L-għana fil-għoli hu mżewwaq b'laqtiet medjo-orjentali u b'melodiji pjuttost Arabiċi.  Il-fatt li dan jissejjaħ fil-għoli, jagħti x'jifhem li dan it-tip ta' għana kien jitkanta b'vuċi għolja jew falsetto; infatti huwa probabbli li dan it-tip ta' għana kien u għadu kkunsidrat bħala rari, propju minħabba l-fatt li mhux kulħadd huwa kapaċi jilħaq it-ton għoli rikjest minn dan it-tip ta' għana. Jidher ukoll li l-għana fil-għoli kien probabbilment l-iktar għana popolari man-nisa.

L-oriġini tal-isem la bormliża huwa pjuttost oskur. Bormla fi żminijiet antiki kienet port importanti u kienu ħafna dawk il-vapuri tal-merkanzija Għarab li kienu jidħlu fil-port, normalment b'xi tagħbija qoton.  Allura jista' jkun li l-Maltin addottaw il-melodiji li kienu jisimgħu mill-baħħara Għarab u minnhom ħolqu dan it-tip ta' għana. Ta' min jgħid imma li din l-ipoteżi qatt ma kienet ikkonfermata.

L-għana fil-għoli jirrikjedi tip ta' prejjem differenti minn l-għanjiet l-oħra. Fil-fatt ix-xogħol tal-prejjem f'dan il-każ  għandu jkun li jtawwal kemm jista' jkun it-transizzjoni bejn korda u oħra sabiex l-għannej ikun jista' jżomm in-nota kantata għal ħin itwal u b'hekk juri l-kapaċitajiet mużikali tiegħu, kif ukoll is-sbuħija tal-vuċi tiegħu.

Dan it-tip ta' għana jista' jiġi kantat kemm minn għannej wieħed kif ukoll bejn żewġ għannejja, dejjem bl-istess struttura metrika u armonija, imma bi frażijiet melodiċi itwal u iktar imżejna.  Il-kliem jista' jiġi improvviżat, bi stanza li tkun kantata minn għannej wieħed, u n-nofs l-ieħor mit-tieni għannej, bħalma jiġri fl-Għana bil-Qasma.

L-għana tal-fatt hu normalment kantat minn għannej wieħed, u juża bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura ta' l-għana spirtu pront, għalkemm il-melodiji ikunu aktar mżewwqa u l-kliem ma jkunx improviżżat, avolja jintuża wkoll il-vers tat-tmienja u r-rima mqabbża A-B-Ċ-B.  

It-temi ta' dan l-għana jvarjaw minn stejjer u leġġendi tradizzjonali (li jmorru lura anki sal-Medju Evu) sa avvenimenti storiċi jew oħrajn ta' importanza partikolari. Dawn normalment ikunu stejjer ta' diqa u swied il-qalb fejn jiddominaw l-imħabba mitlufa, il-mewt, delitti u traġedji oħra. L-użu ta' l-iskali minuri biex jinħolqu l-melodiji jgħin sew biex tinħoloq l-atmosfera neċessarja biex l-għannej jirrakkonta b'mod effettiv dawn l-għanjiet pjuttost malinkoniċi.

Din normalment tieħu l-forma ta' storja żgħira b'laqta umoristika. Il-mibki Fredu Abela il-Bamboċċu kien rinomat ħafna għal dan it-tip ta’ għana fejn probabbilment jibqa' magħruf l-aktar għall-makjetta tiegħu Taxi Mary.

Illum il-ġurnata l-kitarra saret l-iktar strument użat fl-għana, għalkemm ta' min jgħid li qabel kienu jintużaw wkoll strumenti oħra, fosthom iż-żaqq, iż-żafżafa, it-tanbur, l-argunett kif ukoll il-kunċertina.

Riċentament l-għana żviluppa minn mużika tan-nies komuni għal wieħed aktar professjonali.  L-għannejja Maltin huma rikjesti fi programmi radjufoniċi u televiżivi, kif ukoll f'serati ta' għana u l-famuża 'Lejla Maltija'  li tista' tgħid li tiġi organizzata f'kull raħal Malti matul is-Sajf.

Apparti minn hekk, mhux l-ewwel darba li għannejja stabbiliti jżuru pajjiżi barranin bħal ngħidu aħna l-Kanada, l-Ingilterra u l-Awstralja u jmorru jgħannu hemm. Ta' min jinnota li dawn il-pajjiżi għandhom storja ta' immigrazzjoni Maltija, u dan ikompli juri kemm il-Maltin huma konservattivi fejn jidħlu drawwiet u tradizzjonijiet nazzjonali.

Frans Baldacchino Il-Budaj jista' jingħad li għamel l-għana aktar aċċessibbli lin-nies u fetaħ orizzonti ġodda lill-għana Malti.  Saħansitra wasal biex introduċa l-għana bħala rappreżentazzjoni teatrali. Il-Budaj għamel ukoll isem barra minn Malta u anke rrekordja CD u ppubblika ktieb. Forsi fattur li għenu ħafna fil-ħidma tiegħu favur l-għana huwa l-karattru sempliċi tiegħu u l-kariżma li għandu. Frans Baldacchino kellu wkoll xi xogħol mal-banda folkloristika Etnika, u dan għen biex tkompli tinfirex il-popolarità ta' l-għana kemm f'Malta u kemm barra mill-pajjiż.

Minbarra l-Budaj, hemm ukoll nies oħra fosthom il-Maestro Charles Camilleri li għenu biex iżidu l-popolarità ta' l-għana. Dan ta' l-aħħar infatti għamel arranġamenti klassiċi ta' melodiji użati komunement fl-għana li ġew ukoll irrekordjati fuq CD.




#Article 58: Rabat (Malta) (275 words)


Ir-Rabat huwa wieħed mill-akbar lokalitajiet li hawn f'Malta u wkoll wieħed mill-aktar qodma. Dan is-subborg jibda sewwa sew minn taħt is-sur tal-belt il-qadima u kien jiġbor tista' tgħid il-belt il-qadima Rumana kollha. Taħt bosta mit-toroq tar-Rabat hemm midfuna sehem kbir mis-swar li darba kienu ta' din il-belt. L-Għarab kienu ċekknuh, iżda s-sisien baqgħu hemm biex isostnu dak li kienu jaħsbu l-istoriċi. Moħbija taħt bosta mit-toroq dojoq hemm miktuba l-ġrajja twila ta' dan is-subborg li trid titbiegħed wisq lura biex tkun tafha sew u ssir taf meta nkitbet l-ewwel paġna tal-istorja tagħha. Ir-Rabat hija lokalita' qadima li fiha xxeklet ċivilta' bikrija. 
 
Mar-Rabat insibu magħquda l-Baħrija. Sa ftit żmien ilu dan kien biss raħal ċkejken ħdejn il-baħar, iżda llum il-ġurnata kiber ħafna. Ir-Rabat huwa l-kunsill li għandu l-akbar konfini. Insibu wkoll l-Imtaħleb bl-istorja tiegħu ta' Miġra Ferħa. F'dan il-post l-antiki tal-Imdina kienu jiġu sabiex jiddevertu. Hawn skont it-tradizzjoni, l-Insara laqgħu l-Konti Ruġġieru meta ġie Malta biex jeħlishom minn taħt l-Għarab.

Il-Feniċi semmew biċċa art ftit l-isfel mir-Rabat, 'Il-Fiddien' li tfisser 'Żmien iż-Żebbuġ' u hu maħsub li hawn kienu jgħasru ż-żebbuġ biex jagħluh żejt. Fuq in-naħa l-oħra tar-Rabat insibu l-Imtarfa, għolja arjuża ħafna, li kienet ittieħdet mill-Militar li fuqha nbena sptar. Illum l-Imtarfa hija lokalita' għaliha bil-Kunsill Lokali tagħha u hija wkoll Parroċċa għaliha.
 
Mal-miġja tal-Ordni ta' San Ġwann f'Malta, ir-Rabat kompla jisbieħ ferm, tant li bosta kienu l-kbarat li bnew djar kbar, palazzi u vilel mill-isbah. Ir-Rabat hu wieħed mill-aktar lokalitajiet li fih x'tara f'dawk li huma fdalijiet u patrimonju ta' missirijietna. Naraw ukoll ħafna kampanja sabiħa. Tajjeb li ngħidu li 75% tat-turisti li jżuru 'l pajjiżna, jiġu r-Rabat ukoll. Il-Popolazzjoni tar-Rabat hija 'l fuq minn 12,005.

 




#Article 59: Ġan Anton Vassallo (387 words)


Ġan Anton Vassallo (Valletta, 6 ta' Ġunju 1817 – Valletta, 28 ta' Marzu 1868) kien poeta Malti, meqjus bħala l-aqwa poeta tas-seklu 19. Hu jibqa' miftakar għall-poeżija tiegħu Tifħira lil Malta.

Bin Vincenzo u Marija Vassallo, twieled il-Belt Valletta. Fost l-għalliema tiegħu kellu lil Dun Pietru Pawl Psaila u Dun Ġużepp Zammit Brighella. Vassallo kien jaf tajjeb il-Lingwa Maltija(Malti), it-Taljan, u l-Latin barra l-Franċiż, l-Għarbi u xi ftit Ingliż. Beda l-kors tal-liġi fl-Università ta' Malta fl-1839 u ggradwa fl-1842. Fl-1850 beda jgħallem it-Taljan fil-Liċeo, u fl-1863 laħaq Professur tat-Taljan fl-Università. Vassallo miet qasir il-għomor fit-28 ta' Marzu, 1868 u jinsab midfun fil-Knisja tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

Vassallo beda jikteb il-poeżija sew bil-Malti u kemm bit-Taljan fl-1842. Kiteb ħafna bijografiji ta' nies Maltin fl-Arte (1862-66), u La Storia di Malta raccontata in Compendio (1854). 

F'nofs is-seklu 19, Vassallo eleva l-poeżija Maltija għal livell għoli fi żmien meta l-ilsien Malti kien kważi injorat. Huwa refa' l-vers popolari, il-vers tat-tmienja, għal livell letterarju. Bejn l-1842 u l-1860 huwa kiteb lirika mimlija tqanqil il-qalb u metri varjati. Vassallo jdaħħal ħafna l-personalità mnikkta tiegħu u l-kumpless ta' persekuzzjoni li kien ibati bih, fil-versi kif jidher f'poeżiji bħal Żgħożija, Tifkir tal-Biki, Lapsi, u Żgħorija li tibda bil-vers magħruf O Żmien ħelu kif għaddejtli. Il-ħajja għalih kienet tfisser taħbit u inkwiet biss. 

Erba' aspetti li joħorġu mill-poeżija tiegħu huma:

Poeżija epika li tuża' l-ġrajja ta' sebgħin ilsir Malti Nisrani li jaħtfu ġifen Tork wara ġlieda mat-Torok u jsalpaw lejn Malta. Dawn jagħmlu pellegrinaġġ lejn il-Mellieħa biex jirringrazzjaw lill-Madonna. Vassallo jigglorifika lill-Maltin u jipprova jnissel fiduċja fil-Maltin ta' żmienu u sens ta' nazzjonaliżmu billi jinqeda bil-ħakkiema u jgħid li ħabba fina l-Maltin huma ġabu l-glorja tagħhom. B'Qalbenin dejjem aħna huwa jgħaqqad il-preżent mal-imgħoddi u hekk iseddaq in-nazzjonalità tal-Maltin. Il-poeżija hija simbolu tal-ġrajja ta' Malta tul iż-żminijiet. Il-ġifen huwa l-gżira ta' Malta u l-ilsiera huma l-Insara Maltin. Ix-xewqa perpetwa tal-Maltin li jeħilsu mill-għadu mhux Nisrani. Importanti f'kull epika huwa l-intervent divin, f'dan il-każ bl-interċessjoni tal-Madonna. F'kull epika hemm eroj imma f' Il-Ġifen Tork mhuwiex bniedem wieħed iżda l-kotra, l-għaqda fost il-Maltin, li titqabad flimkien u titlob flimkien u tirbaħ flimkien kontra għadu qawwi. 

Permezz ta' din il-poeżija, Vassallo juri wkoll il-kapaċità tal-ilsien Malti li jogħla għal livelli għoljin.

Il-poeżija fiha 116-il sestina b'696 vers, miktuba bil-vers tal-ħdax. Irrimata. Vassallo juża kliem arkaiku. Hija mqassma fi tliet kanzunetti:




#Article 60: Pietru Caxaro (270 words)


Pietru Caxaro (m. 1400, L-Imdina - 1485, ir-Rabat (Malta)) huwa magħruf fil-letteratura Maltija bħala l-ewwel poeta li kiteb bil-Malti.

Pietru Caxaro, iben Ljuni u Żuna, twieled l-Imdina fil-bidu tas-Seklu XV. Kien nutar pubbliku u jħobb it-tagħlim, u kien ukoll meqjus bħala poeta, filosfu, u oratur ta’ ħila. Wara l-istudji tiegħu hawn Malta mar Palermo biex jagħmel l-eżami quddiem il-protonutar, u fl-1 ta’ April, 1438 laħaq nutar pubbliku għall-gżejjer Maltin. Imma jidher li ftit ħadem ta’ nutar, għax f’Ġunju ta’ l-istess sena nħatar mħallef għal Għawdex. Sadattant ġieli għamilha ta’ mħallef għal Malta wkoll u fil-qrati tal-gvern u ta’ l-isqof. U kienu bosta l-okkazzjonijiet bejn l-1452 u l-1483 meta kellu jagħmilha ta’ ġurat fil-kunsill poplari ta’ Malta. Pietru Caxaro kien ukoll wieħed mill-kunsillieri ta’ l-Imdina bejn l-1450 u l-1483, u għamel ħabta segretarju tal-kunsill ta’ l-Imdina. Għalkemm għall-ħabta ta’ l-1463 kien tħajjar jiżżewweġ lill-armla Francha de Biglera jidher li baqa’ għażeb. Meta miet fis-sajf tal-1485 indifen fil-kappella tal-Madonna tas-Sokkors li nbniet bi flusu fil-knisja tad-Duminkani tar-Rabat. 

Pietru Caxaro huwa magħruf fil-letteratura Maltija bħala l-ewwel poeta li kiteb bil-Malti. Dan minħabba li fl-1966 Patri Mikiel Fsadni (OP), waqt li kienu qed jirriċerka fuq ħwejjeġ storiċi sab poeżija fl-atti notarili ta’ Brandano de Caxario, miżmuma f’reġistru ta’ 1533 sal-1536. Huwa xandar is-sejba tiegħu mal-Professur Godfrey Wettinger fl-1968. Il-poeżija ġiet imsejħa “Xidew il-Qada’ jew ‘Cantilena’ fejn Brandan jgħid li Pietru Caxaro kien qaribu u kitibha kif kien jiftakarha hu. Għaldaqstant, nistgħu ngħidu li din il-poeżija hija l-eqdem test letterarju bil-Malti eżistenti. Ta' min jinnota wkoll li Caxaro kien juża xi kliem mill-Latin imħallat ma' dak Semitiku; għalkemm dan ta' l-aħħar jidher li kien predominanti.




#Article 61: Oliver Friggieri (500 words)


Oliver Friggieri tgħallem fl-Iskola Primarja tal-Furjana, fis-Seminarju tal-Arċisqof, fejn kien seminarista u fl-Università Rjali ta' Malta. Fis-Seminarju Minuri kien student ma’ Albert Marshall u Louis Galea. Huwa ġab il-Baċellerat tal-Arti fil-Malti, Taljan u Filosofija fl-1968, il-Masters fl-1975 u d-Dottorat fl-1978 fil-Letteratura Maltija bit-teżijiet ta' kritika komparata La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm; u La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese, li t-tnejn ħarġu bħala kotba fl-Italja.

Friggieri kiteb għadd kbir ta' kotba ta' ħafna ġeneri, maħruġa f'Malta kif ukoll u f'ħafna pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu nqalbu f'ħafna ilsna. Kotba tiegħu dehru bl-Ingliż, Taljan, Franċiż, Maċedonjan, Sloven, Serbo-Kroat, Grieg, Romen, Għarbi, Bengali, Urdu, Russu. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f'għadd ta' rivisti akkademiċi madwar id-dinja. 

Ħa sehem f'iktar minn sittin kungress internazzjonali tal-Letterarura u rebaħ diversi premjijiet internazzjonali. Qaleb għall-Malti bosta xogħlijiet mil-Latin, Ingliż u Taljan. Bħalissa hu lecturer fl-Università ta' Malta fil-letteratura Maltija.

Din li ġejja mhijiex il-lista kompluta tax-xogħlijiet letterarji ta' Oliver Friggieri.

Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb

lill-qamar tul il-lej',

jekk tagħraf minn fejn telaq

is-sħab, fejn sejjer, fej',

 
jekk tirfes kull mogħdija

u tterraq kullimkien,

jekk tkellem lil kull ħlejqa

li tikber fil-ħolqien,

jekk togħdos fl-ibħra kollha

u tmiss qiegħ l-oċean,

jekk titla' kull muntanja

u titfi kull vulkan,

jekk tifhem lil kull siġra

u tkellem lil kull fjur,

jekk torqod ma' kull dudu

u tqum ma' kull għasfur,

jekk tgħodd in-numri kollha

u taf kull alfabett,

jekk tħott kull teorema

u żżarma kull kunċett,

jekk togħxa b'kull tbissima

u tokrob b'kull uġigħ,

jekk toftoq il-kliem kollu

u ssib is-sens li fih,

jekk taf kif kien il-bidu

u kif se jkun it-tmiem,

jekk taf kull fuq, kull isfel,

kull wara, kull quddiem,

jekk taf għaliex kull għabex

iżelleġ kull żerniq,

jekk taf kemm hija twila,

kemm twila, twila t-triq,

jekk taf għaliex l-iżbalji,

u taf x'inhu perfett,

jekk taf għax serp jitkaxkar

u għax itir farfett,

jekk ittawwalt iżżejjed

fuq xifer il-ġibjun

tal-qalb biex issa ttella'

bis-satal x'hemm midfun,

jekk il-maltemp sikkittu

u lill-irjieħ raqqadt,

jekk l-ilmijiet nixxitfhom

u lin-nirien qabbadt,

jekk fhimt kull mistoqsija

u jekk kull ħalfa ħlift,

u jekk kull rebħa rbaħtha

u jekk kull telfa tlift,

waqgħulek minn idejk,

dan l-univers itektek

inqasam hemm, f'riġlejk.

Il-ħajja mistoqsija

miġbura f'elf għaliex,

u ssirlek poeżija

jekk int ma tweġibhiex. 

Hekk biss ikun poeta

Għax hekk ikun poeta.

Jitkellem bi tbissima,

iħoss b’qalb tikwi nar,

u jaħraq dinja sħiħa

bi mħabbtu lejl u nhar.

Iweġġa’ bla ma jsawwat,

jissawwat bla jiqliel,

il-ġid jislet mill-ħażen,

fil-kruha jara l-ġmiel.

Ibaħħar fl-oċejani

u jogħdos f’qiegħ id-dmugħ,

b’testment bla flus iħalli

il-kliem, teżor tar-ruħ.

Iżomm ma’ xofftu l-kalċi

bla ma jitilqu qatt,

ilaqqat l-aħħar qatra

bla ma jintebaħ ħadd.

U jolfoq bla jinstema’,

ibati taħt sigriet,

bid-dmugħ jidlek il-ġrieħi,

bix-xejn jimla x-xewqiet.

F’deżert ta’ solitudni

bil-pass ta’ nkiss inkiss

iterraq sa ma jasal

f’riġlejn il-kurċifiss.

Il-golgota twelidu,

il-golgota xortih,

il-golgota li tkissru,

il-golgota li tqawwih.

Hekk biss ikun poeta.

Ara ukoll il-poeżija Karin u Raymond




#Article 62: Wiki (1740 words)


Wiki hu sit tal-web li jħalli l-utenti tiegħu iżidu, ibiddlu u jħassru l-kontenut permezz ta' navigatur tal-web, bl-użu ta' lingwaġġ ta' markatura semplifikat jew editur tat-test fuq-il-linja.

Fi kliem ieħor hu ġabra ta' dokumenti ipertestwali li jiġu aġġornati mill-utenti u li l-kontenut tagħhom jiżviluppa bil-kollaborazzzjoni ta' dawk kollha li jaċċessawh (kontenut ġenerat mill-utenti). Il-modifika tal-kontenut hi miftuħa, fis-sens li t-test jista' jiġi modifikat mill-utenti kollha (xi minn daqqiet reġistrati u xi minn daqqiet anonimi) li jikkontribwixxu mhux biss billi jżidu, kif jiġri s-soltu fil-forums, imma jbiddlu u jħassru dak li kienu kitbu l-awturi ta' qabel. Kull bidla tiġi reġistrata f'kronoloġija biex f'każ ta' bżonn it-test jista' jinqaleb għall-verżjoni ta' qabel; l-għan hu l-informazzjoni titqassam, titpartat, tinħażen u tittejjeb b'mod kollaborattiv.

I-terminu wiki jista' jfisser ukoll is-software kollaborativ użat biex jinħoloq is-sit tal-web.

Wiki wiki ġejja minn kelma bil-lingwa Ħawajijana li tfisser mgħaġġel. Kultant wikiwiki jew WikiWiki jew Wikiwiki jintużaw minnflok wiki.
Ward Cunningham (missier l-ewwel wiki) kien imnebbaħ mill-isem wiki wiki użat għal karozza-navetta tal-ajruport ta' Honolulu. Wiki kienet l-ewwel kelma li sema' matul l-ewwel żjara tiegħu fil-Gżejjer Ħawaji, meta wieħed inkarigat stiednu biex jieħu karozza  wiki wiki li taħdem bejn it-terminali tal-ajruport. Cunningham qal: Għażilt wiki-wiki bħala sostituzzjoni allitterattiva ta' quick (mgħaġġel) u hekk evitajt li nsejjaħ dil-ħaġa quick-web..

WikiWikiWeb hu terminu użat kultant biex jirreferi b'mod speċifiku  għal Portland Pattern Repository, l-ewwel wiki li qatt eżista. Dawk li bdew dan il-wiki issuġġerew li għall-wikis in ġenerali għandha tintuża 'w' żgħira.

Is-software wiki twieled bħala soluzzjoni ġenerali ta' problema rikorrenti tal-komunità web, il-kitba u d-diskussjoni ta' pattern languages. L-ewwel wiki kien Portland Pattern Repository, il-kunċett ta' Ward Cunningham li bdieh fl-1995. Cunningham ivvinta l-isem u l-kunċett ta' wiki u pproduċa l-ewwel implementazzjoni ta' mutur wiki.

Fl-aħħar tas-seklu 20, il-wikijiet kienu meqjusa bħala mezz promettenti għall-iżvilupp tas-sisien ta' tixrid tal-għarfien fil-pubbliku u fil-privat. Kien dan il-potenzjal li ispira l-proġett tal-enċiklopedija Nupedia, mibdija minn Jimmy Wales ma' Larry Sanger bħala kap-editur bl-użu tat-teknoloġija wiki bħala bażi ta' enċiklopedija elettronika.  Wikipedija ġiet varata f'Jannar 2001. Oriġinarjament kienet ibbażata fuq is-software UseMod, imbagħad bidlet għal software ta' sors miftuħ MediaWiki li għadha tuża bħalissa. Dan ġie adottat minn ħafna wikijiet oħra.

Bħalissa il-Wikipedija bl-Ingliż hi l-ikbar wiki, u t-tieni waħda hi l-Wikipedija Ġermaniża.

Permezz ta' wiki jistgħu jinkitbu dokumenti kollettivament f'lingwaġġ ta' markatura  sempliċi bl-użu ta' navigatur tal-web . Billi l-parti l-kbira tal-wikijiet huma bbażati fuq il-web, it-terminu wiki is-soltu biżejjed. Paġna waħda f'wiki tissejjaħ paġna tal-wiki, waqt li s-sett ta' paġni, li s-soltu jkunu marbutin ma' xulxin jissejjaħ il-wiki.

Waħda mill-karatteristiki distintivi tat-teknoloġija wiki hi l-ħeffa li biha l-paġni jistgħu jinħolqu u jiġu aġġornati. Ġeneralment ma' jkunx hemm verifika preventiva fuq il-modifiki, u l-parti l-kbira tal-wikijiet huma miftuħin għall-utenti kollha - jew almenu dawk li għandhom aċċess għas-server tal-wiki. Infatti, lanqas ir-reġistrazzjoni ta' kont mhux dejjem meħtieġa.

F'wiki tradizzjonali hemm tliet rappreżentazzjonijiet possibbli għal kul paġna: il-kodiċi HTML (hypertext markup language), il-paġna li tirriżulta meta wieħed jaraha b'navigatur tal-web u l-kodiċi tas-sors li l-utenti jistgħu jimmodifikaw, li minnha s-server jipproduċi l-HTML. Dan il-format tal-aħħar, magħruf bħala wikitext, hu miktub b'lingwaġġ ta' markatura semplifikat li l-istil u s-sintassi tiegħu jistgħu ivarjaw ma' kull implementazzjoni.

Il-prinċipju li hi msejsa fuqu din l-għażla ta' disinn hu li l-HTML, bil-librerija kbira ta' etikettatura  li għandu, hu komplikat wisq biex jistgħu isiru tibdiliet malajr, u għalhekk jiddistratta mill-kontenut veru tal-paġni. Barra minn hekk, il-fatt li l-utenti ma jistgħux jużaw il-funzjonalitajiet kollha li għandu l-HTML, bħal JavaScript u CSS, hu meqjus ta' vantaġġ għax jimponi iktar uniformità fid-dehra.

Xi wikijiet riċenti jużaw metodu differenti: jipprovdu strumenti ta' modifika WYSIWYG, permezz biss tal-kontrolli ActiveX jew tal-plugins li jittraduċu l-istruzzjonijiet tal-formattazzjoni inseriti grafikament, bħal tipi ħoxnin jew kursivi fitl-etikettura tal-HTML li jikkorrispondu magħhom. F'dawn l-implementazzjonijiet, meta utent jissejvja modifika jkun qiegħed jibgħat paġna ġdida tal-HTML fuq is-server, minkejja li ma jkunx jaf bit-dettalji tekniċi u l-markatura tiġi ġenerata b'mod trasparenti għalih. L-utenti li ma jkollhomx il-plugin relattiv jistgħu jimodifikaw biss permezz tal-kodiċi HTML.

L-istruzzjonijiet ta' formattazzjoni li wieħed jista' juża fuq wiki jvarjaw ħafna skont il-mutur użat. Fuq wiki sempliċi tista' tagħmel biss formattazzjoni elementari, waqt li l-wikijiet iżjed kumplessi għandhom support għat-tabelli, xbihat, formoli u anki elementi interattivi bħal ħoss u logħob. Għalhekk bħalissa qegħdin jippruvaw jiddefinixxu Markatura Standard għall-Wiki.

Il-Wikijiet huma mezz għal kollox ipertestwali, b'struttura ta' navigazzjoni mhux linjari. Tipikament kull paġna jkun fiha numru kbir ta' ħoloq għal paġni oħra; fil-wikijiet ta' daqs notevoli jkun hemm ukoll navigazzjoni ġerakika, imma mhux bilfors tintuża. Ir-rabtiet (ħoloq) jinħalqu permezz ta' sintassi partikolari msejħa link pattern.

Il-parti l-kbira tal-wikijiet jużaw il-mudell CamelCase għall-ismijiet tal-ħoloq. Skont dan il-mudell l-ewwel ittra ta' kull kelma fi frażi ssir majuskola u jitneħħew l-ispazji bejn il-kliem (it-terminu CamelCase hu stess eżempju ta' CamelCase). CamelCase barra li jiffaċilita l-ħoloq, iservi biex il-kitba tal-ħoloq ikollha forma differenti mill-ortografija standard. Il-wikijiet ibbażati fuq CamelCase malajr jintgħarfu mill-ħoloq b'ismijiet bħal IndiċiĠenerali u DomandaInizjali; it-terminu CamelCase ġej minn dawn il-frażijiet li jixbhu xi naqra il-profil ta' ġemel (bl-Ingliż camel).

CamelCase qajjem ħafna kritiki, u l-iżviluppaturi tal-wiki fittxew soluzzjonijiet oħra. L-ewwel li introduċa free links (ħoloq ħielsa) permezz ta' _(format ta' ħolqa ħielsa) kien Cliki. Diversi muturi tal-wiki jużaw parentesi singoli, grappetti, sottolinjaturi, żbarri u karatteri oħra biex jindikaw ħolqa.
Il-ħoloq li jgħaqqdu komunitajiet tal-wiki differenti huma possibbli bl-użu ta' mudell speċjali ta' ħoloq imsejjaħ InterWiki.

Is-soltu f'wiki, paġni ġodda jinħolqu sempliċement billi wieħed idaħħal ħolqa korrispondenti f'paġna li tittratta suġġett li għandu x'jaqsam. Jekk il-ħolqa ma teżistix, normalment tkun murija bħala ħolqa maqsuma (broken link). Meta wieħed jipprova jsegwi dik il-ħolqa tinfetaħ tieqa ta' modifika, li tippermettilu jdaħħal it-test tal-paġna l-ġdida. Dan il-mekkanimu jiżgura li l-paġni msejħin orfni (jiġifieri li m'għandhomx ħolqa li tipponta lejhom) jinħolqu rarament u jinżamm livell għoli ta' konnessjoni.

Il-wikijiet ġeneralment jippruvaw jagħmluha faċli l-korrezzjoni tal-iżbalji li jistgħu isiru. aktar milli jagħmluha diffiċli li jsiru l-iżbalji. Għalhekk il-wikjiet barra li huma miftuħin għal kollox, jipprovdu bosta mezzi biex jiġu verifikati l-modifiki riċenti fil-kontenut ta' paġna. L-iżjed importanti u l-iżjed użat fil-wikijiet kważi kollha hu dik li jsejħulha paġna tat-Tibdil riċenti, li turi kemm numru speċifiku ta' tibdiliet riċenti u kemm lista kompluta tal-modifiki magħmulin f'perjodu ta' żmien determinat. Xi wikijiet iħalluk tiffiltra il-listi li semmejna b'mod li l-modifiki żgħar - jew il-modifiki magħmulin awtomatikament minn dawk li jissejħu bot (kodiċi ta' programmazzjoni magħmulin b'mezz awtomatiku) - jistgħu jiġu esklużi.

Mill-paġna tal-bidliet hemm aċċessibbli żewġ funzjonijiet oħra f'kważi l-wikijiet kollha: il-kronoloġija tar-reviżjonijet, li turi il-verżjonijiet preċedenti ta' paġna, u l-funzjonalità Qabbel, li turi l-bidliet bejn żewġ reviżjonijiet. Il-kronoloġija tar-reviżjonijiet tipprovdi editur tat-test biex wieħed ikun jista' jiftaħ u jissejvja verżjoni ta' qabel tal-paġna u hekk jirristabilixxi l-kontenut oriġinali. Il-funzjonalità Qabbel tista' tintuża biex wieħed jiddeċiedi jekk xi modifika ta' qabel hijiex tajba jew le. Utent regolari tal-wiki jkun jista' jara u jqabbel bidla mniżla fil-lista tal-paġna Tibdil riċenti u, jekk jidhirlu li l-aħħar verżjoni mhux aċċettabbli jista' jikkonsulta l-kronoloġija biex jirristabilixxi verżjoni ta' qabel. Din il-proċedura hi ftit jew wisq effiċjenti skont is-software tal-wiki użat.

F'xi wikijiet fil-paġna Tibdil riċenti wieħed jista' jniżżel sinjal biex jgħid li jaqbel fuq il-verżjonijiet li jqis li huma aċċettabbli. Tavi ta' Scott Moonen għandu bidliet sottoskritti (simili għal listi ta' kontroll ta' Wikipedia), forma interna ta' mmarkar tal-paġini li hi użata biex tiġġenera lista ta' bidliet riċenti għall-konfigurazzjoni ta' grupp ta' paġni speċifiċi wieħed. 

Biex jiġi żgurat li sensiela ta' paġni jżommu il-kwalità tagħhom, kull persuna tista' tħalli avviż mal-modifiki li tippermettilha tivverifika l-validità tal-verżjonijiet ġodda faċilment.

Bosta wikijiet pubbliċi ma jeħtiġux reġistrazzjoni, però ħafna mill-muturi tal-wiki l-kbar (fosthom MediaWiki, MoinMoin, UseModWiki u TWiki) jipprovdu metodi biex jillimitaw l-aċċess fil-kitba. Xi muturi tal-wiki għandhom il-possibbiltà li xi waħdiet ta' utenti jkunu interdetti milli jiktbu permezz tal-grupp tal-indirizz tal-IP tagħhom, jew jekk ikun disponibbli permezz tal-isimhom ta' utent. Imma, bosta providers tas-servizz tal-internet (ISP) jassenjaw indirizz tal-IP ġdid għal kull login, għalhekk l-interdizzjoni tal-IP, ħafna spiss jistgħu jaħirbuha faċilment. Biex tiġi evitata din il-problema, l-interdizzjoni temporanja tal-IP sikwit tiġi estiża għall-grupp ikbar ta' indirizzi tal-IP; l-idea hi li dan hu biżżejjed biex inaffar 'il min jabbuża. Madankollu hekk jistgħu jiġu interdetti wkoll utenti bla ħtija li jużaw l-istess ISP matul l-interdett. 

Ħafna drabi d-difiża kontra l-vandali persitenti tkun li dawn sempliċement jitħallew iħassru u jbiddlu kemm paġni jridu, għax l-utenti ġenwini jafu li dawn il-bidliet jistgħu jinstabu u jitbiddlu lura faċilment. 

Bħala miżura ta' emerġenza, xi wikijiet għandhom bażi ta' data li jista' jitqiegħed f'modalità ta' qari-biss meta jkun hemm bżonn u hekk dawk li jkunu reġistrati qabel ċerta data biss ikunu jistgħu jkomplu jiktbu fuq paġna fil-bażi ta' data. Madankollu kull ħsara li jagħmel vandalu tista' titħassar malajr u faċilment. Iżjed problematiċi l-iżbalji li jidħlu fil-paġni mingħajr ma ħadd jinduna bihom, pereżempju bidla fid-data tal-pubblikazzjoni ta' album u d-diskografiji.

F'każi estremi ħafna wikijiet ikollhom paġni li jistgħu jiġu mħarsin mill-modifika. Il-paġni protetti f'Wikipedija, pereżempju, jistgħu jimmodifikawhom biss dawk li jissejħu amministraturi, li jistgħu wkoll jirrevokaw il-protezzjoni. Din id-drawwa hi ġeneralment meqjusa bħala ksur tal-filosofija fundamentali ta' WikiWiki u, għalhekk tiġi kemm jista' jkun evitata.

Il-parti l-kbira tal-wikijiet joffru mill-inqas tfittix bit-titlu, u spiss ikun hemm possibbiltà għal tfittix tat-test sħiħ li janalizza t-test tal-kontenuti. Jekk it-tfittix jistax isir b'aktar reqqa jiddependi minn jekk il-mutur tal-wiki jużax bażi ta' data. Bażi ta' data indiċizzat hu indispensabbli għal tfittix malajr fuq wikijiet kbar. Minflok xi minn daqqiet jistgħu jintużaw muturi ta' tfittix esterni bħal Google fuq wikijiet b'funzjonijiet tat-tfittix limitati biex jinkisbu riżultati iżjed preċiżi.

Mutur tal-wiki hu sistema ta' software ta' tip kollaborattiv li biha taħdem sistema tal-wiki. L-implementazzjoni tiegħu ġeneralment tikkonsisti f'programm installat fuq bosta servers li jimmaniġġaw kontenut is-soltu memorizzat f'database marbut magħhom; xi installazzjonijiet però jużaw direttament il-file system tas-server.

Ġew żvluppati numru kbir ta' implementazzjonijiet, b'ħafna lingwaġġi ta' programmazzjoni differenti, minn sempliċi hack, li għandhom biss il-funzjoni ta' bażi, sa sistemi ta' amministrazzjoni tal-kontenut (Content Management System) sofistikati ħafna.

Għal min hu interessat li joħloq il-wiki tiegħu, hemm ħafna wiki-farms disponibbli, xi wħud minn dawn jimmaniġġaw anki wiki privati, protetti minn password. Il-wiki-farm l-iżjed famuż hi dik ta' Wikia, imwaqqfa fl-2004 minn Jimmy Wales.

L-ikbar 30 wiki huma mniżżlin fil-lista ta' Biggest Wiki.

Biex issib wiki fuq suġġett partikolari li jinteressak segwi il-Wiki Node Network minn wiki għal ieħor. Inkella tista' tieħu tour tal-wikijiet fuq: .

Ċertu numru ta' termini ġergali ħarġu matul l-iżvilupp tal-komunità tal-wiki.

WikiGremlin.

Il-kunċett ta' WikiGnome u WikiFairy seta' twieled fuq Welcome Visitors Portland Pattern Repository's Wiki, fejn insibu definizzjonijiet oħra u iżjed preċiżi.

Minn twelidha il-wiki stimula r-riċerka xjentifika f'bosta ambiti tal-għarfien, b'mod partikolari fl-ambitu mediku, l-ambitu komunikazzjonali, l-ambitu lingwistiku u soċjoloġiku.




#Article 63: Franza (2063 words)


Franza (Franċiż:France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent. Il-belt belt kapitali tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma  f'22 régions li huma suddiviżi f' départements.

Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena. Franza hi membru fundatur tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-Ġnus Magħquda, u membru tal-G8 u tan-NATO.  Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Għandha Armi Nukleari, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.

Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l Pariġi, Nizza, Nancy, Marsilja, Bordeaux, Lille, Lyon, Toulouse Strasburgu, Rennes u Nantes.

Franza qiegħda fl-Ewropa tal-Punent.  Għandha fruntieri mal-Belġju, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, u l- Iżvizzera, l-Italja, Monako, Andorra, u Spanja. Għandha żewġ katini ta' muntanji qrib il-fruntieri tagħha: l-Alpi fil-Lvant u l-Pirenej fil-nofsinhar. Fit-tramuntana u l-punent ta' Franza hemm għoljiet baxxi u widien tax-xmajjar.

Fi Franza hemm ħafna klimi differenti.  L-Atlantiku għandu effett kbir fuq it-temp fit-tramuntana u l-punent. Dan ifisser it-temperatura hi kważi istess matul is-sena. Fil-Lvant, ix-xitwa kiesħa b'temp tajjeb u s-sajf sħun bi-maltempati. Fin-nofsinhar, ix-xitwa friska b'ħafna xita u s-sajf hu sħun u xott.

Franza għandha t-tieni l-akbar Żona Ekonomika Esklussiva fid-dinja. Din tkopri 11,035,000 kilometru kwadru. L-iStati Uniti biss għandha waħda akbar.

L-isem Franza ġej mill-kelma bil-Latin Francia, li letteralment tfisser Art il-Franki.
 
Il-fruntieri ta' Franza moderna huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dawk tal-Gallja l-antika fejn kienu joqgħodu l-Galli Ċeltiċ. Ġulju Ċesri kkonkwista l-Gallja u waqgħet taħt Ruma fl-ewwe seklu QK. Bilmod il-Galli adottataw il-lingwa tar-Rumani (il-Latin li minnu evolva l-Franċiż) u l-kultura Rumana. Il-Kristjaneżmu deher l-ewwel darba fit-tieni u tielet seklu WK u kien stabbilit fir-raba' u ħames seklu.

Fis-seklu 4 WK, it-tribujiet Ġermaniċi, prinċipalment il-Franki invadew il-Galli. Hekk beda l-isem  Francie. L-isem modern Franza ġej mill-isem tar-Rejiet Kapetinġi ta' Franza madwar Pariġi. Il-Franki kienu l-ewwel tribù tal-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman kkonvertew għall-Kristjaneżmu minflok l-Arjaneżmu. Il-Franċiż kienu jsejħu lilhom infushom ir-Renju l-iżjed Kristjan ta' Franza.

It-Trattat ta' Verdun (843), qasam l-imperu ta' Karlumanju fi tliet partijiet.  L-ikbar parti kienet Francia tal-Punent. Bejn wieħed u ieħor kienet l-istess bħal Franza moderna.

Id-dinastija Karolinġa ggvernat Franza sal-987, meta Hugues Capet sar Re ta'Franza. Dixxendenti tiegħu, il-Kapetinġi diretti, id-Dar ta' Valois u d-Dar ta' Bourbon unifikaw il-pajjiż permezz ta' ħafna gwerer u wirt dinatiku. Il-monarkija kienet fl-aqwa tagħha matul il-Seklu 17 fir-renju ta' Lwiġi XIV ta' Franza.   Dak iż-żmien Franza kellha l-akbar popolazzjoni fl- Ewropa. Il-pajjiż kellu influwenzata fuq il-politika, l-ekonomija, u l-kultura Ewropea. Il-Franċiż sar il-lingwa komuni tad-diplomazija fl-affarijiet Internazzjonali. Ħafna mill-Illuminiżmu ġie minn Franza. Ix-xjenzati Franċiżi għamlu skoperti xjentifiċi importanti fis-Seklu 18. Barra minn hekk Franza invadiet ħafna artijiet fl-Ameriki, l-Afrika u l-Asja. 

Franza kellha monarkija sar-Rivoluzzjoni Franċiża fl-1789.  Ir-Re Lwiġi  XVI u martu Marie Antoinette ġew maqtulin fl-1793. Eluf ta' ċittadini Franċiżi oħra kienu wkoll maqtula. Napuljun Bonaparte ħa kontroll tar-Repubblika fl-1799. Aktar tard għamel lilu nnifsu Imperatur tal-Ewwel Imperu (1804-1814). L-armati tiegħu ikkonkwistaw il=parti l-kbira tal-Ewropa kontinentali.

Fl-1815 wara l-aħħar telfa ta' Napuljun fil-Battalja ta' Waterloo, qamet monarkija oħra. Iktar tard fl-1852, Louis-Napuljun Bonaparte ħoloq it-Tieni Imperu . Louis-Napoléon tneħħa wara t-telfa fil-Gwerra Franko-Prussjana tal-1870. It-Tielet Repubblika ħadet post ir-reġim tiegħu. 

Fis-sekli 18 u 19 Franza bniet imperu kolonjali kbir . Il-imperu kien fih partijiet mill-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Il-kultura u l-politika ta' dawn ir-reġjuni kienu influwenzati minn Franza. Ħafna eks-kolonji għandhom il-Franċiż bħala lingwa uffiċjali. 

Il-pajjiż ra l=ġlied kemm fl-Ewwel Gwerra Dinjija u kemm fit-tieni. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, miljuni mietu fit-trinek, aktar minn miljun minnhom fil-Battalja tas-Somme. Matul il-Tieni Gwerra Dinjija, in-Nazisti okkupaw Franza. L-Alleati niżlu l-art fin-Normandija fis-6 ta' Ġunju u nvadew in-Normandija u bdiet il-Battalja tan-Normandija. Il-forzi Ġermaniżi tilfu 'l Franza fi ftit xhur.

Franza maqsuma f'reġjuni amministrattivi. 22 minnhom huma fi Franza Metropolitana. Korsika għandha stat differenti mill-21 l-oħra fir-reġjun Metropolitan u msejħa collectivité territoriale. Franza għandha wkoll ħames reġjuni barra l-Ewropa. 
Dawn ir-reġjuni għandhom l-istess stat bħal dawk Metropolitani. 

Imbagħad Franza hi maqsuma f'100 département u d-départements huma maqsuma f'342 arrondissement. L-arrondissements  huma mill-ġdid maqsuma f'4,032 canton u l-cantons huma maqsuma f' commune. Fl-1 ta' Jannar 2008, skont L-Institut National de la Statistique et des Études Économiques  kien hemm 36781 communes fi Franza, 36,,569 minnhom fi Franza Metropolitana u 212 minnhom barra. 

Franza għandha sistema ta' gvern semi-presidenzjali stabbilita mill-kostituzzjoni tal-Ħames Repubblika Franċiża.  Il-Kostituzzjoni tiddikjar n-nazzjon bħala repubblika soċjali, indiviżibbli, sekulari u demokratika. tipprovdi wkoll għas-separazzjoni tal-poteri.

Il-Forzi Armati Franċiż huma maqsumin f'erba' fergħat:

Franza għandha madwar 359.000 ruħ fil-Militar u tonfoq 2.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fid-difiża.  Dan l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Franza u r-Renju Unit jonfqu 40%mill-baġit tad-difiża tal-UE. Madwar 10% tal-baġit għad-difiża ta' Franza jintefaq fuq l-Armi Nukleari.

Franza hi membru tal-Ġnus Magħquda, infatti membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u għandu dritt tal-veto. Hi wkoll membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Is-sedi ċentrali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), UNESCO u Interpol qegħdin Franza. 
 
Franza kienet waħda mill-memmbri fundaturi tal-Unjoni Ewropea.   Fis-snin 1960, Franza riedet teskludu r-Renju Unit mill-organizzazzjoni. Riedet tibni l-potenza ekonomija tagħha fl-Ewropa kontinentali u ssir wieħed mill-pajjiżi l-aktar influwenti fl-UE. Mis-snin , Franza u l-Ġermanja saru ħafna eqreb fil-pulitika tagħhom. 
Franza illum hi membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta' Fuq (NATO).  Madankollu, taħt il-President de Gaulle kienet ħalliet il-kmand militari konġunt. Fl-1990, Franza ġiet ikkritikata għal provi tal-armi nukleari taħt l-art fil-Polineżja Franċiża. Franza kienet għal kollox kontra l-invażjoni tal-Iraq tal-2003.  Franza għad għandha influwenz politika u ekonomika qawwija fil-kolonji li kellha fl-Afrika. Per eżempju hija pprovdiet għajnuna ekonomika u truppi fil-missjoni għaż-żamma tal-paċi fil-Côte d’Ivoire u Ċad.

Franza hija membru tal-grupp G8 tal-pajjiżi industrijalizzati ewlenin. Franza għandha it-tmien l-ikbar konomija fid-dinja skont il-Prodott Gross Domestiku (PGD) (li jieħu kont kemm iqum biex tgħix fil-pajjiżi differenti u rati tal-inflazzjoni). Franza flimkien ma' 11-il-membru ieħor tal-Unjoni Ewropea nidiet l-euro fl-1 ta' Jannar 1999 u bdiet tużaha fl-2002. 

L-ekonomija ta' Franza għandha kważi 2.9 miljun kumpannija reġistrata. Il-gvern għandu influwenza konsiderevoli fuq id-ditti tal-Ferrovija, l-Elettriku, l-Ajru, u t-Telekomunikazzjont (billi hu l-proprjetarju ta' kumpaniji kbar bħal SNCF (ferroviji) u EDF (elettriku)).  Franza għandha industrija importanti tal-ajruspazju (disinn tal-ajruplani u vetturi spazjali) bl-industrija Airbus fir-ras. Tista' wkoll tvara razzi minn Guyane française.

Franza investiet ħafna fl-enerġija nukleari. Għalhekk Franza tipproduċi l-inqas dijossidu tal-karbonju fost is-seba' pajjiżi l-aktar industrijalizzati fid-dinja.  Il-59 impjant nukleari jiġġeneraw il-parti l-kbira tal-elettriku prodott fil-pajjiż (78% fl-2006, minn 8% biss fl-1973, 24% fl-1980, u 75% fl-1990).

Franza hija l-ikbar produttur u esportatur agrikolu fl-Ewropa.  Tesporta qamħ, tjur, prodotti tal-ħalib, ċanga, u majjal. Hi famuża wkoll għall-industrija tal-inbid. Franza rċeviet 10 biljun ewro fl-2006 mill-Komunità Ewropea bħala sussidji lill-bdiewa.

Il-Franċiż hi l-lingwa uffiċjali ta' Franza. Din appartjeni għall-grupp ta' lingwa Rumanzi li jinkludi t-Taljan u l-Ispanjol u oħrajn. Imbagħad hemm ukoll ħafna djaletti reġjonali. L-Alsazjan, djalett Ġermaniż jitkellmuh f'Alsace u f'partijiet ta' Lorraine fi Franza tal-Lvant. Il-Franċiż kien il-lingwa tad-diplomazija u l-kultura fl-Ewropa bejn is-Seklu 17 u u d-19 u għadu użat ħafna. 

Xi nies fi Franza jitkellmu wkoll bil-Bask, Breton, Katalan, Korsikan, Ġermaniż, Fjamming u Occitan.

Franza hi stat sekulari u l-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon. Il-popolazzjoni hi bejn wieħed u ieħor, 51% Kattolika, 31% tan-nies huma anjostiċi jew atej, 4% huma Misilmin, 3% jgħidu li huma Protestanti u 1% jgħidu li huma Lhud. 10% huma minn reliġjonijiet oħra jew ma għandhomx opinjoni dwar ir-reliġjon.  

Skont stħarriġ tal-opinjoni fl-2005:  

Il-letteratura Franċiża bdiet fil-Medjuevu. Il-Franċiż kien maqsum f'bosta djaletti dak iż-żmien u l-ortografija kienet tvarja minn awtur għall-ieħor.

Matul is-Seklu 17, l-awturi ewlenin kienu Pierre Corneille, Jean Racine, Moliere Blaise Pascal u René Descartes. 

Fis-sekli 18 u 19, il-letteratura Franċiża laħqet l-aqwa tagħha. Fis-seklu 18 kien raw saġġisti u moralisti bħal Voltaire u Jean-Jacques Rousseau. Ħafna mir-rumanzi Franċiżi famużi inkitbu fis-seklu 19 minn awturi bħal Victor Hugo, Alexandre Dumas u Jules Verne. Dawn kitbu rumanzi popolari bħall It-Tliet Muskettieri, Il-Konti ta' Monte Cristo, Għoxrin Elf Liga taħt il-Baħar u Il-Ħotbi ta' Notre-Dame. Fost il-kittieba tar-rumanzi tas-seklu 19 insibu 'l Emile Zola, Guy de Maupassant, Théophile Gautier u Stendhal.

Il-bidu tal-arti Franċiża kien influwnzat ħafna mill-arti Fjamminga u Taljana fi żmien ir-Rinaxximent. L-iSkola tal-Pittura ta' Fontainebleau fir-rinaxximent kienet imnebbħa direttament minn pitturi Taljani bħal Primaticcio u Rosso Fiorentino, li tnejn kienu jaħdmu Franza. Tnejn mill-pitturi l-iżjed famużi ta' żmien il-Barokk, Nicolas Poussin u Claude Lorrain, kienu jgħixu l-Italja. Is-seklu 17 kien il-perjodu meta l-pittura Franċiża saret l-iżjed prominenti u individwalizzat ruħha permezz tal-klassiċiżmu. Il-priminstru ta' Lwiġi XIV Jean-Baptiste Colbert fl-1648 waqqaf l-Akkademja Rjali tal-Pittura u Skultura biex tipproteġi dawn l-artisti. u fl-1666 ħalaq l-Akkademja Franċiża f'Ruma, li għadha sejra, biex ikun hemm kuntatt dirett mal-artisti Taljani.

Fis-seklu 18, l-artisti Franċiżi żvillupaw l-istil rokoko, verżjoni iżjed intima tal-istil barokk ta' qabel. Ix-xogħlijiet tal-artisti appoġġati mill-qorti rjali Antoine Watteau, François Boucher u Jean-Honoré Fragonard huma eżempji mill-aħjar ta' dan l-istil. Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ġabet bidliet kbar, billi Napuljun kien jiffavorixxi l-artisti tal-istil neoklassiku bħal Jacques-Louis David u l-Académie des Beaux-Arts li kellha ħafna influwenza stabbiliet l-istil magħruf bħala Akkademiżmu. F'din l-epoka Franza saret ċentru ta' ħolqien artistiku u l-ewwel nofs tas-seklu 19 kien iddominat minn żewħ movimenti, wieħed wara l-ieħor. L-ewwel kien ir-Romantiċiżmu b'Théodore Géricault u Eugène Delacroix, u mbagħad ir-Realiżmu b'Camille Corot, Gustave Courbet u Jean-François Millet, stil li spiċċa biex żviluppa fin-Naturaliżmu.

Fit-tieni nofs tas-seklu 19, l-influwenza ta' Franza fuq il-pittura saret saħansitra iżjed importanti, bl-iżvilupp ta' stili ġodda ta' pittura bħall-Impressjoniżmu u s-Simboliżmu. Il-pitturi impressjonisti l-iżjed famużi kienu Camille Pissarro, Édouard Manet, Edgar Degas, Claude Monet u Auguste Renoir. It-tieni ġenerazzjoni tal-pitturi tal-istil impressjonista Paul Cézanne, Paul Gauguin, Toulouse-Lautrec u Georges Seurat kienu wkoll fir-ras ta' evoluzzjonijiet artistiċi flimkien mal-artisti fauvisti Henri Matisse, André Derain u Maurice de Vlaminck. fil-bidu tas-seklu 29 Georges Braque u l-pittur Sspanjol Pablo Picasso, li kien jgħix Pariġi, żviluppaw il-Kubiżmu. Kien hemm pitturi oħra barranin li kienu joqogħdu u jaħdmu Pariġi jew fil-qrib, bħal Vincent van Gogh, Marc Chagall, Amedeo Modigliani u Wassily Kandinsky.

It-tiġrija tar-roti, Tour de France, li ssir kull Lulju hija wieħed mill-avvenimenti sportivi l-aktar magħrufa.  Din-tellieqa tieħu tliet ġimgħat u twila madwar 3500 km, tgħaddi minn ħafna minn Franza u tintemm fiċ-ċentru ta' Pariġi, fl-Avenue des Champs-Elysées.

Il-Futbol hu sport ieħor popolari fi Franza. It-tim Franċiż rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol fl-1998 u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-1984 u fl-2000. 

Franza tospita wkoll tiġrija ta' 24 Siegħa tal-karozzi ta' Le Mans. Il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby sar Franza fl-2007 u Franza spiċċat ir-raba'. 
 
Franza kellha x'taqsam ħafna mal-Logħob Olimpiku Modern. Fl-aħħar tas-seklu 19, il-Baruni Pierre de Coubertin issuġġerixxa li jibda jsir il-Logħob Olimpiku mill-ġdid. Franza ospitat l-Olimpjadi tas-Sajf darbtejn, fl-1900 u 1924, f'Pariġi. Franza ospitat ukoll l-Olimpijadi tax-Xitwa tliet darbiet, fl-1924 f'Chamonix, fl-1968 f'Grenoble, u fl-1992 f'Albertville.

Il-kċina Franċiża influwenzat l-istil tat-tisjir madwar l-Ewropa kollha, u l-koki Franċiżi jaħdmu fir-ristoranti madwar id-dinja.

L-haute cuisine bdewha koki famużi Franċiżi bħal François Pierre La Varenne (1615-1678) u l-kok ta' Napuljun, Marie-Antoine Careme ( 1784-1833). Dawn il-koki żviluppa stil eħfef ta ikel imqabbel mal-ikel tal-Medjuevu. Użaw inqas ħwawar u aktar ħxejjex aromatiċi  u l-krema.

Il-kċina Franċiża fis-seklu 20 zviluppaha l-iżjed Auguste Escoffier (1846-1935)li kien ġenju fl-organizzazzjoni. Sab kif għandhom jiġu maniġġati ristoranti kbar, bħal f'lukanda kbira jew f'palazz, kif il-ħaddiema għandhom jiġu organizzati u kif il-menu għandu jitħejja. Huwa kellu metodi għall kollox. L-akbar kontribuzzjoni ta' Escoffier kienet il-pubblikazzjoni ta' La Guide Culinaire fl-1903, li stabbiliet l-fundamenti tat-tisjir Franċiż. Escoffier immaniġġa r-ristoranti u l-kċina fil-lukandi Savoy u Carlton f' Londra, ir-Ritz f'Pariġi. Forsi l-iżball ta' Escoffier kien li ħalla barra ħafna mill-karattru kulinari li nsibu fir-reġjuni ta' Franza.

Fis-seklu 20 il-Gastro-turiżmu u l-gwida Michelin għenu biex in-nies isiru jafu kemm hi għanja l-kċina  tal-borġeżija u tal-gabillotti fil-kampanja Franċiża. Il-kċina ta' Gascogne kellha influwenza kbira fuq il-kċina tal-Lbiċ ta' Franza. Ħafna platti li darba kienu reġjonali infirxu b'varjazzjonijiet mal-pajjiż. Il-Ġobon u l-Inbid huma parti ewlenija tal-kċina.Franza ta' Fuq in-nies jippreferu jużaw il-butir biex isajru waqt li fi Franza t'Isfel jippreferu ż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm. Franza, kull reġjun għandu l-platti speċjali tiegħu bħax-choucroute f'Alsace, il-quiche f'Lorraine, il-cassoulet  f'Languedoc-Roussillon u t-tapenade f'Provence-Alpes-Côte d'Azur.

F'Novembru 2010, UNESCO żid il-gastronomija Franċiża mal-lista tal-patrimonju kulturali intanġibbli.

Franza hija l-akbar destinazzjoni turistika fid-dinja. Fl-2007, 81.9 miljun turist barranin żaru Franza. Spanja it-tieni (58.5 miljun fl-2006) u l-iStati Uniti it-tielet (51.1 miljun fl-2006).
Fost l-attrazzjonijiet l-aktar famużi hemm it-Torri Eiffel u l-Arc de Triomphe f'Pariġi u Mont Saint Michel, fin-Normandija. 

F'subborg fil-Lvant ta' Pariġi hemm Disneyland Ewropeja. din l-attrazzjoni infetħet fl-1992 u saret wkoll destinazzjoni turistika popolari fl-Ewropa.




#Article 64: Spanja (4654 words)


Spanja (bl-Ispanjol: España), uffiċjalment Renju ta' Spanja (bl-Ispanjol Reino de España), hija stat demokratiku, membru tal-Unjoni Ewropea (mill-1 ta' Jannar 1986) u tan-NATO (mill-1982). Hi organizzata taħt forma ta' monarkija parlamentari. Qiegħda fl-Ewropa tal-Lbiċċ, u flimkien mal-Portugall, Andorra u Ġibiltà, tifforma il-Peniżola Iberika. Fix-Xlokk għandha fruntiera ma' Franza (li hi separata minnha bil-katina tal-Pirenej) u Andorra, u fin-naħa t'isfel għandha l-Baħar Mediterran u Ġibiltà (biċċa art żgħira tar-Renju Unit). Fil-kontinent Afrikan, għandha il-bliet awtonomi Ceuta u Melilla fil-Marokk. Għandha xi nuqqas ta' qbil mal-Portugall fuq il-belt ta' Olivenza u l-Gżejjer Salvaġġi, li qegħdin bejn Madeira u l-Canarias, mar-Renju Unit fuq Ġibiltà, u mal-Marokk fuq Ceuta u Melilla. Spanja, b'kondominju ma' Franza għandha l-belt ta' Llívia, imsejħa l-Gżira tal-Paguni fix-xmara Bidasoa.

Spanja għandha erja ta' 504,645 km², 46,468,102 abitant (informazzzjoni tal-2016) u tokkupa 'l fuq minn 85% tat-territorju tal-peniżola Iberika. Mill-1561, barra xi perjodu  qasir bejn l-1601 u l-1606, il-belt kapitali hi Madrid, li b'iżjed minn 3 miljun abitant (madwar 6 miljuni fl-erja metropolitana) hi wkoll il-belt bl-ikbar popolazzjoni. Il-lingwa uffiċjali tal-istat hu l-Kastiljan, is-soltu msejjaħ Spanjol. Jitkelmu wkoll bil-Katalan, il-Galizjan u l-Bask li jgawdu status ta' ko-ufficjalità, garantit mill-Kostituzzjoni Spanjola, fit-territorji rispettivi fejn huma mitkellma. Fl-istess ħin il-Leoniża, l-Aragoniż u l-Araniż, djalett tal-Oċċitan f'León, Aragona u Katalonja, igawdu ko-uffiċjalità mal-Kastiljan u, fil-każ tal-Araniż, anki mal-Katalan. Il-lingwi l-oħra li jitkellmu fil-pajjiż mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment.

L-isem España ġej mil-Latin Hispania, terminu użat mir-rumani mit-tielet seklu QK, biex jindikaw il-peniżola Iberika sħiħa u l-ġabra tal-provinċji li jagħmluha li waqfu huma. Dan it-terminu bilmod ħa post it-teminu Grieg Iberia, li mbagħad ħa (sal-ġurnata tal-lum) konnotazzjoni purament ġeografika. Madankollu, billi l-kelma Hispania m'għandha l-ebda għerq li jista' jintrabat magħha fil-Latin antik u fl-indoewropew, hemm ħafna spekulazzjoni fuq l-oriġini tagħha u ħarġu bosta ipoteżi.

Din l-ipoteżi mhux biss l-iżjed mifruxa imma anki l-iżjed li għandha bażi storika. Skont din l-ipoteżi l-etimoloġija ta' Hispania tista' tkun ġejja:

Hemm żewġ konġetturi prinċipali li jagħmlu possibbli d-derivazzjoni ta' Hispania mill-Grieg antik:

Din hi msejsa fuq dawn l-etimologiji:

Il-bandiera Spanjola saret kif riedha r-re Karlu III fl-1785.
Hi magħmula minn żewġ strixxi mimdudin ħomor u strixxa wiesgħa safra.
Fuq ġewwa hemm l-istemma nazzjonali, magħmula mil-stemmi tar-Renju ta' Kastilja (kastell tad-deheb fuq sfond aħmar), León (iljun rampanti vjola), Aragona (erba' strixxi ħomor weqfin fuq sfond tad-deheb), Navarra (ktajjen tad-deheb fuq sfondo aħmar) u Granada (rummiena bil-weraq ħodor), taħt kuruna rjali u bejn iż-żewġ Kolonni ta' Erkole (li jirrappreżentaw il-fliegu ta' Ġibiltà) bil-mottu distintiv Plus Ultra, li jirreferi għal-espansjoni tal-imperu Spanjol.

L-ewwel xhieda bil-kitba dwar il-peniżola Iberika tiddeskriviha bħala art ippopolata fil-parti l-kbira mill-Iberiċi, Baski u Ċelti. Wara konkwista iebsa, il-peniżola waqgħet taħt il-ħakma ta' Ruma. Matul il-Medjuevu għaddiet għal taħt il-ħakma Ġermanika, imma iżjed tard, ġiet konkwistata mill-Għarab. F'proċess li ħa mijiet ta' snin, ir-renji żgħar Insara tan-naħa ta' fuq bilmod reġgħu ħadu l-peniżola f'idejhom. L-aħħar saltna Għarbija waqgħet fl-istess sena li Kristofru Kolombu wasal fl-Ameriki (1492). F'dan il-perjodu Spanja bdiet tibni imperu mondjali u damet potenza ewlenija fid-dinja għal seklu u nofs.

Bil-gwerer kontinwi u problemi oħra, il-poter tal-Imperu Spanjol naqas progressivament. L-invażżjoni Napoleonika ta' Spanja ħolqot straġi fin-nazzjon u twieldu ħafna movimenti indipendentisti li qerdu l-parti l-kbira tal-imperu u ħallew il-pajjiż politikament instabbli. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, Spanja għaddiet minn gwerra ċivili qerrida li wasslet għat-twaqqif ta' gvern awtoritarju, li kkoinċida ma' perjodu ta' staġnar li però temm b'impuls ekonomiku qawwi. Id-demokrazija inbagħad twaqqfet paċifikamente fil-forma ta' monarkija kostituzzjonali parlamentari. Fl-1986, Spanja daħlet fl-Unjoni Ewropea u kellha twelid kulturali ġdid u tkabbir ekonomiku kontinwu.

Ir-riċerki arkeoloġiċi ħdejn Atapuerca juru li peniżola Iberika kienet ppopolata mill-ominidi minn 1.2 miljuni ta' snin ilu. Il-bniedem modern wasal fl-Iberja, min-naħa ta' fuq bil-mixi, madwar 32 elf sena ilu.  L-oġġetti magħmulin bl-idejn l-iżjed magħrufin ta' dawn l-insedjamenti preistoriċi huma t-tpinġijiet famużi tal-għerien ta' Altamira f'Cantabria li saru madwar 15,000 QK mill-bniedem ta' Cro-Magnon.

Ix-xhieda arkeoloġika u ġenetika tissuġġerixxi li l-peniżola Iberika serviet bħala wieħed mill-ikbar postijiet li minnhom beda r-ripopolament tal-Ewropa ta' fuq wara t-tmiem tal-aħħar Żmien is-Silġ.

Iż-żewġ popli storiċi prinċipali tal-peniżola kienu l-Iberi u ċ-Ċelti. L-Iberiċi kienu jgħixu fuq in-naħa tal-Mediterran mix-Xlokk għall-Grigal. Iċ-Ċelti bil-kontra kienu joqgħodu mal-Atlantiku, fit-Tramuntana, fiċ-ċentru, fil-Majistral u l-Lbiċ tal-peniżola. Il-Baski kienu jokkupaw iż-żona tal-Punent tal-katina tal-muntanji tal-Pirenej u l-inħawi ta' madwar.

Bejn il-500 QK u t-300 QK, il-baħrin Feniċi u l-Griegi waqqfu kolonji kummerċjali tul il-kosta Mediterranja. Il-Kartaġiniżi għal żmien qasir kellhom il-kontroll tal-parti l-kbira tan-naħa Mediterranja tal-peniżola, sakemm ġew megħlubin fil-Gwerer Puniċi mir-Rumani.

Matul it-tieni gwerra punika, l-espansjoni tal-imperu ruman, rebaħ xi kolonji kummerċjali Kartaġiniżi matul il-kosta Mediterranja. Però r-rumani kellhom jieħdu żewġ sekli biex jirbħu l-peniżola Iberika sħiħa. Il-ħakma rumana ġabet il-lingwa, il-liġi u t-toroq.

Il-kulturi tal-popolazzjonijiet Ċeltiċi u Iberiċi, bilmod ġew romanizzati. Il-mexxejja lokali tħallew jidħlu fil-klassi aristokratika Rumana. Spanja kienet tipproduċi kwantità kbira ta' qamħ għas-suq Ruman u mill-portijiet tagħha kienu jiġu esportati d-deheb, is-suf, -żejt taż-żebbuġa u l-inbid. Il-produzzjoni agrikola żdiedet bl-introduzzjoni tal-irrigazzjoni. L-imperaturi Trajanu u Teodożju I u l-filosfu Seneka twieldu Spanja. Il-Kristjaneżmu daħal fil-pajjiż fl-ewwel seklu u progressivament sar iżjed popolari.

L-Imperu Ruman tal-Punent fi Spanja beda jmur lura fl-409, meta li-Iżvevi u l-Vandali, flimkien mal-Alani, qasmu r-Renu iddevastaw il-Gallja biex imbagħad il-Viżigoti imbuttawhom ġo Spanja. L-Iżvevi stabbilew renju fejn illum jinsabu Galizja moderna u n-naħa ta' fuq tal-Portugall.

Il-Vandali Silingi okkupaw ir-reġjun li ismu għand għandu parti minn isimhom: Vandalusja, Andalusja. Il-Biżantini stabbilew tip ta' enklavi fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, bl-iskop li jqajmu l-Imperu Ruman fl-Iberja kollha. Fl-aħħar, però, Spanja ġiet riunita taħt il-ħakma tal-Viżigoti.

Fis-seklu 8, l-armati Misilmin, li fil-parti l-kbira kienu Għarab, rebħu kważi l-peniżola Iberika kollha. Dawn il-konkwisti kienu parti mill-espansjoni tal-Kalifat Għumawijjad. Reġjun żgħir muntanjuż fix-Xlokk biss irnexxielu jirreżisti l-invażjoni tal-bidu.

Skont il-liġi Iżlamika, l-Insara u l-Lhud jieħdu l-istatus ta' dhimmi jew subordinati. Dan kien iħalli l-Insara u l-Lhud jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, imma kellhom iħallsu taxxa speċjali u kienu jbatu minn ċertu diskriminazzjoni.

Il-konverżjoni għall-Iżlam bdiet dejjem tiżdied. Il-muladies (misilmin ta' nissel etniku Iberiku) jingħad li kienu jagħmlu l-maġġoranza tal-pipolazzjoni lejn it-tmiem tas-seklu  10.

Cordova kienet il-belt kapitali tal-kalifat u kienet l-ikbar belt u l-belt l-iżjed għanja fl-Ewropa tal-Punent. Il-kummerċ fil-Mediterrane iffavorixxa l-iskambju kulturali u t-tradizzjoni intellettwali Misilmija għanja dakkret parti kbira mill-intellettwali Ewropej.

Ir-Reconquista (Rikonkwista) kien perjodu li dam xi 750 sena, li matulu r-rejiet Insara ta' Spanja espandew il-ħakma tagħhom għad-dannu tas-saltniet Għarab, . Ir-Reconquista bdiet bil-battalja ta' Covadonga fis-722. Bir-rebħa Nisranija twaqqaf ir-Renju tal-Asturias matul il-muntanji Xlokkin tal-kosta. Ftit wara, fis-739, il-qawwiet Misilmin tkeċċew minn Galizja, li l-Insara kienu jqisu wieħed mill-postijiet l-iżjed imqaddsa minħabba li hemm is-Santwarju ta' Santiago de Compostela. L-armati Misilmin imxew 'l fuq mill-Pirenej, imma ġew megħlubin mill-forzi tal-Franki fil-Battalja ta' Poitiers. Aktar tard, il-forzi tal-Franki waqqfu kontejiet Insara fuq in-naħa ta' isfel tal-Pirenej. F'dan ir-reġjuni imbagħad twaqqfu ir-renji ta' Navarra, ta' Aragona u ta' Katalonja. Għal ħafna sekli, il-konfini sejrin 'l hemm u 'l hawn bejn l-artijiet Misilmin u l-Insara kienu jestendu matul il-widien tal-Ebro u tad-Duero.

Il-qabda tal-belt, strateġikament ċentrali, ta' Toledo, li ġrat fl-1085, kienet sinjal ta' bidla sinjifikattiva fil-bilanċ tal-poter favur ir-renji Nsara.

Fis-sekli 13 u 14, il-fergħa Mislilmija tal-Merjenjewn jew Merinidi, ġejja mill-Afrika ta' Fuq invadiet u stabilit xi enklavi fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż, imma ma rnexxilhomx jistabilixxu il-ħakma Misilmija fl-Iberja u malajr tkeċċew. Fis-seklu 13 ir-renju Aragoniż ipprova jespandi l-influwenza tiegħu mal-ġżejjer tal-Mediterran, f'Sqallija u anki f'Ateni. F'dal perjodu twaqqfet l-università ta' Palencia (1212/1263) u l-università ta' Salamanca (1218 / 1254). Il-pesti tal-1348 u tal-1349 iddevastaw Spanja.

Fl-1469, il-kuruni tar-renji Nsara ta' Kastilja u Aragona ngħaqqdu biż-żwieġ ta' Iżabella I ta' Kastilja ma' Ferdinandu II ta' Aragona. Fl-1478 twettqet għal kollox il-konkwista tal-Gzejjer Canarias u fl-1492, il-forzi ta' Kastilja u Aragona ħadu l-Emirat ta' Granada u qerdu l-aħħar fortizza tal-preżenza tal-ħakma Iżlamika ta' 781 sena fl-Iberja. It-Trattat ta' Granada iggarantixxa t-tolleranza reliġjuża għall-Misilmin. Fl-istess sena Kristofru Kolombo wasal fid-Dinja l-Ġdida, il-vjaġġ tiegħu iffinanzjat minn Iżabella, u l-Lhud ġew ordnati li jikkonvertu għall-Kattoliċeżmu bil-piena li jitkeċċew mit-territori Spanjoli matul l-Inkwiżizzjoni Spanjola. Ftit snin wara, wara xi storbju soċjali, il-Misilmin tkeċċew taħt l-istess kondizzjonijiet.

L-unifikazzjoni tal-kuruni ta' Aragona u Kastilja kienet il-pedament li fuqu nbnew Spanja moderna u l-imperu Spanjol.Biha Spanja saret potenza Ewropea indisputabbli matul is-seklu 16 kollu u matul il-parti l-kbira tas-seklu 17, minħabba l-kummerċ u l-artijiet kolonjali tagħha. Matul il-perjodu Spanja għaddiet minn bosta gwerer u ribelljonijiet, fosthom: il-gwerer tal-Italja, ir-ribelljoni tal-Comuneros, dik li hi msejħa Il-Gwerra tat-Tmenin Sena, ir-ribelljoni tal-Moriscos u l-gwerra Anglo-Spanjola.

Kien perjodu wkoll ta' ferment kulturali kbir, minħabba l-ftuħ ta' rotot ġodda, l-esplorazzjoni tad-dinja u l-iskambji kummerċjali. Spanja gawdiet dak li jgħidulu is-Seklu tad-Deheb. L-attività kulturali kellha l-epiċentru tagħha fl-Università ta' Salamanca.

Fit-tieni nofs tas-seklu 17, Spanja bilmod bdiet nieżla. Minkejja xi telfiet żgħar ta' territorji fi Franza, żammet l-imperu vast li kellha fin-naħa l-oħra tal-oċean sal-bidu tas-seklu 19.

It-tnaqqis ta' poter sar l-agħar fil-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola li spiċċat f'konflitt kbir internazzjonali u f'gwerra ċivili, li 'l Spanja qamilha l-pożizzjoni li kellha bħala waħda mill-ikbar potenzi fid-dinja.

Matul din il-gwerra, ħadet il-poter dinastija ġdida ġejja minn Franza, il-Bourbons li abolixxiet ħafna privileġġi antiki u l-liġijiet reġjonali.

Fis-seklu 18, Spanja bilmod bdiet terġa' tqum fuq saqajha u tikber fil-prosperità f'parti kbira tal-imperu. Il-monarkija Borbonika għamlet ħafna xogħol ta' modernizzazzjoni, fuq l-istil tas-sistema Franċiża, rigward it-tmexxija amministrattiva u ekonomika. L-ideat tal-Illuminiżmu bdew deħlin fost xi membri tal-élite tar-renju u tal-monarkija.

Fl-1793, Spanja daħlet fi gwerra kontra ir-Repubblika ġdida Franċiża, li kienet neħħiet mill-poter u ġġustizzjat ir-re tagħha Lwiġi XVI li kien Bourbon. Spanja tilfet il-gwerra u ffirmat trattat ta' paċi fl-1795. B'dan it-trattat Spanja saret stat klijent ta' Franza. It-trattat sigriet ta' Fontainebleau bejn Napuljun u Manuel Godoy tal-1807, li kien popolari xejn, inkluda dikjarazzjoni ta' gwerra kontra l-Gran Brittanja u l-Portugall. It-truppi Franċiżi daħlu fir-renju bla reżistenza, bl-iskuża li ħa jinvadu l-Portugall, okkupaw il-fortizzi Spanjoli u r-re Spanjol ġegħluh jabdika favur ħu Napuljun, Ġużeppi Bonaparte.

Din il-monarkija pupa barranija, l-Ispanjoli qisuha bħala disprezz. Ir-ribelljoni tat-tieni ta' Mejju, waħda minn ħafna ribelljonijiet nazzjonalisti kontra r-regime Bonapartista fil-pajjiż kollu, kienet il-bidu tal-gwerra tal-indipendenza Spanjola. Napuljun kellu jindaħal personalment u kisser bosta armati Spanjoli li ma kellhom organizzazzjoni xejn u ġiegħel Armata Ingliża tirtira. Madankollu minħabba l-qawwa tal-Ingliżi u l-kampanja diżastruża fir-Russja li kellhom il-Franċiżi, fl-1814 l-armata Franċiża tkeċċiet minn Spanja u r-Ferdinandu VII reġa' ħa t-tron.

L-invażjonijiet Franċiżi qerdu l-ekonomija u ħallew lil Spanja b'instabbiltà politika qawwija. Il-ġlied għall-poter tas-seklu 19, wasslu għat-telf tal-kolonji Amerikani kollha, ħlief Kuba u Puerto Rico.

Minħabba l-instabbiltà politika u l-kriżi ekonomika li laqtet Spanja fis-seklu 19, qamu movimenti nazzjonalisti fil-Filippini u Kuba, dak iż-żmien taħt il-ħakma Spanjola. Dawn il-movimenti wasslu għall-gwerer għall-indipendenza li daħħlu wkoll l-Istati Uniti. Minkejja d-determinazzjoni ta' bosta fergħat militari, l-armata Spanjola kienet immexxija ħażin fl-ogħla livelli u dan wassal għat-telfa tal-gwerra Ispano-Amerikana. din il-gwerra intemmet bit-Trattat ta' Pariġi tal-1898 li bih Kuba kisbet l-indipendenza u Spanja kellha ċċedi l-Filippini, Guam u Puerto Rico lill-Istati Uniti għal 20 miljun dollaru.

It-telfa militari (imsejħa El desastre) ikkontribwiet għall-ispinta li ħa l-grupp ta' intellettwali Spanjol, La generación del 98, li għamel analisi kritika ħafna tas-sitwazzjoni tal-pajjiż.

Fil-bidu tas-seklu 20 kien hemm żmien qasir ta' paċi fi Spanja, li matulu kellha rwol żgħir fil-kolonjaliżmu fl-Afrika, bil-kolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent, il-Marokk Spanjol u l-Gwinea Ekwatorjali. It-telfiet kbar li ġarbet matul il-gwerra tar-Rif fil-Marokk ikkontribwew biex jimminaw il-monarkija. Kien hemm perjodu ta' regime awtoritarju tal-ġeneral Miguel Primo de Rivera (1923-1931) li ntemm bit-twaqqif tat-Tieni Repubblika Spanjola. Ir-repubblika tat l-awtonomija politika lill-pajjiżi Baski, lil Catalunya, lil Galizja u tat il-vot lin-nisa.

F'Lulju tal-1936 bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola. Kienu l-forzi nazzjonalisti li kienu kontra r-Repubblika, immexxijin mill-ġeneral Francisco Franco li bdew il-gwerra u dawn rebħuha bl-għajnuna tal-Ġermanja Nażista u l-Italja Faxxista.

Il-gwerra ċivili damet tliet snin u kienet il-kawża tal-mewt ta' 500,000 ruħ u l-emigrazzjoni ta' madwar 500,000 ċittadin, li l-parti l-kbira tad-dixxendenti tagħhom illum joqgħodu fil-pajjiżi tal-Amerika Latina u minnhom hemm madwar 300,000 fl-Argentina biss.. Il-gwerra ċivili Spanjola hi meqjusa bħala l-ewwel battalja tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Spanja ta' Franco ddikjarat ruħha newtrali matul it-Tieni Gwerra Dinjija imma dan kien fl-isem biss għax kellha relazzjonijiet ta' ħbiberija mal-Potenzi tal-Assi. L-uniku partit legali taħt ir-regime Frankista kien it-Tradicionalista Falange Española y de las J.O.N.S., li twaqqaf fl-1937. Il-partit iddikjara ruħu antikomunista, Kattoliku u nazzjonalista. Aktar tard il-partit ħa l-isem ta' Movimiento Nacional.

Wara l-gwerra dinjija, Spanja kienet politikament u ekonomikament marġinali u barra l-Ġnus Magħquda. Is-sitwazzjoni inbidlet fl-1955, matul il-perjodu tal-gwerra bierda, meta sar strateġikament importanti għall-Istati Uniti li jistabilixxu preżenza militari fil-peniżola Iberika, għall-konteniment ta' xi mossa mill-URSS fl-inħawi tal-baħar Mediterran. Fl-1960, Spanja kellha qabża kbira fl-ekonomija tagħha. Dan it-tkabbir f'daqqa li ressaq in-nazzjon lejn ekonomija moderna, sar magħruf bħala l-miraklu Spanjol.

Bil-mewt ta' Franco, li ġrat f'Novembru tal-1975, Juan Carlos laħaq Re ta' Spanja u kap tal-Istat, skont il-liġi. Wara l-approvazzjoni tal-Kostituzzjoni Spanjola ġdida fl-1978 u wasla tad-demokrazija, l-istat trasferixxa xi poteri lir-reġjuni u ħalaq organizzazzjoni interna imsejsa fuq il-komunitajiet awtonomi.

Fil-Pajjiżi Baskii, in-nazzjonaliżmu moderat Bask għex ġenb ma' ġenb ma' moviment radikali nazzjonalista immexxi mill-organizzazzjoni armata Euskadi Ta Askatasuna (ETA). Il-grupp twaqqaf fl-1959 matul ir-regime ta' Franco, imma baqa' sejjer bil-kampanja vjolenti anki wara li bdiet id-demokrazija u kien hemm grad għoli ta' awtonomija reġjonali.

Fit-23 ta' Frar 1981, xi elementi ribelli fost il-forzi tas-sigurezza għamlu attentat ta' kolp ta' stat biex jimponu gvern militari. Ir-Re Juan Carlos ħa f'idejh personalment il-kmand tal-forzi armati u ġiegħel lir-ribelli jċedu. 

Fit-30 ta' Mejju 1982, wara referendum, Spanja daħlet fin-NATO u l-partit soċjalista (Partido Socialista Obrero Español), PSOE, tela' fil-poter. Fl-1986 Spanja daħlet fil-Komunità Europea.

Fl-1982 it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, intlagħbet  Spanja u għenwt biex il-pajjiż jerġa' jsir magħruf fid-dinja wara s-snin ta' dittatura u ta' tranżizzjoni għad-demokrazija. Anki l-Olimpjadi ta' Barċellona tal-1992 kienu ta' ġid għat-turiżmu u biex isiru magħrufin il-mod ta' ħajja u d-drawwiet ta' Spanja l-ġdida. 

Is-snin disgħin tas-seklu 20 huma karatterizzati mill-gvernijiet ta' José Maria Aznar tal-Partit Popolari Spanjol (Partido Popular) b'ħafna progress ekonomiku u soċjali.

Fl-1 ta' Jannar 2002, Spanja ma bagħetx tuża l-peseta bħala valuta u bdiet tuża l-ewro, li taqsam mas-16-il pajjiż ieħor taż-Żona Ewro. L-ekonomija ta' Spanja kibret ħafna, iżjed mill-medja Ewropea, imma it-tkabbir spiċċa bil-kriżi ekonomika kbira li bdiet fl-2008.

Fil-11 ta' Marzu 2004, kien hemm attakki terroristiċi fuq xi treni f'Madrid. Wara proċess li dam ħames xhur, ġie konkluż li l-attakki kienu saru minn grupp militanti lokali mnebbaħ minn al-Qagħeda. L-attakki qatlu 191 ruħ u ferew iżjed minn 1800. Jaħsbu li forsi l-attakki saru biex jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li kellha ssir tlett ijiem wara, li rebaħ il-PSOE, immexxi minn José Luis Rodríguez Zapatero.

Spanja hi nazzjon fl-Ewropa t'Isfel tal-Punent li tokkupa 85% mill-Peniżola Iberika. L-erja totali hi ta' 504,782 km², li minnhom 499,542 km² huma art u 5,340 km² huma ilma.

Il-konfini ta' Spanja huma maqsuma f'88% (4.964 km) baħar u 12% (1.917 km) art. Fit-tramuntana hemm il-Baħar ta' Cantabria (Golf ta' Biskaja) u fin-nofsinar u x-xlokk hemm il-Baħar Mediterran u l-Baħar tal-Baleares, fil-punent il-Portugall u l-Oċean Atlantiku u fil-grigal Franza u Andorra matul il-Pirenej. Il-kosta mediterranea għandha tul ta' 1.660 km, waqt tal-Atlantika twila 710 km. Il-Pirenej jestendu għal 435 km mill-Baħar Mediterran sal-Golf ta' Biskaja. Fit-tarf t'isfel ta' Spanja hemm l-Istrett ta' Gibiltà, li jissepara lil Spanja u l-bqija tal-Ewropa mill-Marokk, fl-Afrika ta' Fuq. Il-muntanja Teide li hi għolja 3718 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar hi l-ogħla waħda fi Spanja u l-ogħla quċċata tal-Atlantiku kollu. Hi  t-tielet l-ikbar vulkan tad-dinja mill-bażi tagħha.

Barra l-peniżola Iberika hemm numru ta' żoni Spanjoli oħra: il-Gżejjer Baleares fil-Baħar Mediterran, il-Gżejjer Canarias fil-grigal, madwar 108 km fix-xlokk tal-Afrika; hemm ħames artijiet oħra ta' sovranità Spanjola (plazas de soberanía) fuq il-kosta tal-Marokk: Ceuta, Melilla, Islas Chafarinas, Peñón de Alhucemas u Peñón de Vélez de la Gomera.

It-territorju Spanjol hu muntanjuż, iddominat minn altopjani u ktajjen ta' muntanji. Nistgħu niddistingwu tliet reġjuni ġgeografiċi:

Hemm ħafna xmajjar imma fihom ħafna kurrenti qawwijin u allura l-użu tagħhom bħala toroq għall-komunikazzjoni hu limitat. Dawn huma x-xmajjar ewlenin:
Ebro, Turia, Jucar, Segura, Duero, Tago, Guadiana, Guadalquivir.

Fi Spanja m'hemmx lagi naturali kbar, però hemm ħafna għadajjar artifiċjali bl-iskop li jiżguraw il-bżonn tal-enerġija u ilma. Bl-Ispanjol jissejħu pantanos jew embalses (partikolarment importanti humm l-embalses ta' Alcantara, ta' Torrejón u ta' Valdecañas fuq it-Tago, u dak ta' Mequinenza fuq l-Ebro.

Barra mill-fruntiera ma' Franza, Andorra, Ġibiltà u l-Portugall, Spanja hi mdawra għal kollox bil-baħar, l-Oċean Atlantiku fit-tramuntana, il-majjistral u parti żgħira mil-lbiċ, kif ukoll il-Baħar Mediterran fil-lvant, il-grigal u n-nofsinhar sa' Ġibiltà. Mal-peniżola Iberika irridu nżidu wkoll il-Kanarji, kollha kemm huma fl-Atlantiku u l-Baleariċi, li jinstabu kompletament fil-Mediterran.

Minħabba t-tul enormi tax-xtut tagħha u d-diversità tal-pożizzjonijiet tagħhom, Spanja għandha tulijiet ta' kosta li huma differenti ħafna minn xulxin. Il-kosta Atlantika, li l-parti l-iżjed lejn il-lvant tissejjaħ il-Baħar ta' Cantabria (li hi stess hi parti mill-Golf ta' Biskaja), hi karatterizzata b'bajjiet impressjonanti li jalternaw ma' sikek impressjonanti magħmulin mir-riħ oċeaniku qawwi u mix-xita spissa. Fuq kollox fil-parti l-iżjed lejn il-lvant, il-kosta hi mħarbta u għandha ħafna fliegi u qaliet twal, imsejħin rias, tipiċi tal-Galizja, li jidħlu fi xtut mimlijin sikek li diffiċli li tidħol fihom, fosthom il-famuża Costa de la Muerte.

Il-kosta Mediterranja hi differenti għal kollox, ħafna iżjed ħelwa u inqas imħarbta (ħlief il-golf ta' Valenzja u tal-erja tad-delta tal-Ebro u xi promontorji, għalkemm fiha wkoll xi tulijiet imsikkin). Fuq kollox il-klima hi ħafna iżjed moderata u adattata għat-turiżmu tal-għawm. Fuq il-kosta Mediterranja insibu bosta bliet famużi bħal Barċellona, Valenzja u Malaga, barra l-lokalitajiet turistiċi bħal Lloret de Mar u Tarifa. Il-kosta Mediterranja tinqasam ġeografikament f'ħames partijiet: l-iżjed 'l fuq hemm il-Costa Brava, li testendi mill-fruntiera Franċiża sa Barċellona; il-Costa Daurada li testendi mill-belt kapitali Katalana sa ħalq l-Ebro; il-Costa del Azahar sa Dénia (eskluża) li tinkludi l-Golf ta' Valenċja kollu; il-Costa Blanca sa Cabo de Gata; u fl-aħħar il-Costa del Sol madwar in-naħa t'isfel kollha ta' Spanja sal-Fliegu ta' Ġibiltà. Il-kosta Mediterranja, minħabba t-turiżmu kbir li fiha hi inqas preżervata mill-kosta Atlantika u hi magħrufa għal xi abbużi kbar fil-bini.

Il-gżejjer ewlenin huma maġburin f'żewġ arċipelagi: Il-Gżejjer Baleares u l-Gżejjer Canarias. Il-Baleares qegħdin fil-Mediterran, mhux 'il bogħod mill-komunità Valenċjana u huma magħmulin minn erba' gżejjer prinċipali, Mallorca, Menorca, Ibiża u Formentera. Il-Canarias min-naħa l-oħra qegħdin fl-Atlantiku, ma ġenb in-naħa t'isfel tal-Marokk u 1000 km 'l hemm mil-lbiċ tal-peniżola Iberika. Ġeografikament jagħmlu parti mill-kontinent Afrikan. Dawn huma Kanarja l-Kbira, Lanżarote, Fuerteventura, Tenerife, La Palma, La Gomera u El Hierro. Imbagħad hemm gżejjer żgħar oħra, ħafna iċken, bħall-Gżejjer Cies.

Nistgħu naqsmu Spanja fi tliet żoni klimatiċi prinċipali, skont il-pożizzjoni ġeografika u l-kondizzjonijiet orografiċi:

Barra dawn it-tipi prinċipali, nistgħu insibu wkoll sotto-tipi oħra, bħall-klima Alpina tal-Pirenej u fis-Sierra Nevada, u klima subtropikali tipika fil-Gżejjer Canarias.

Il-popolazzjoni hi magħmula fil-part l-kbira minn Spanjoli li jappartienu għal diversi gruppi etniko-lingwistiċi (Kastiljani, Katalani-Valenċjani, Galizjani, Baski, eċċ) u minn minoranza ta' barranin, li fil-bidu tal-2008, kienet tirrappreżenta ftit iżjed minn 11% tal-popolazzjoni globali: 5.2 miljuni minn 46 miljun bejn wieħed u ieħor. Il-komunitajiet fejn hemm l-iżjed barranin huma tal-Katalonja, bi 'l fuq minn miljun ruħ, ta' Madrid, b'kważi miljun u ta' Valenċja, b'madwar 800,000 ruħ. Hemm għadd kbir ta' immigranti mill-Ewropa tal-Lvant, (l-iżjed Rumeni, li bħalissa jirrappreżentaw il-komunità alloġena l-iżjed numeruża fil-pajjiż), Afrikani ta' Fuq, li ħafna minnhom huma klandestini (impjegati l-iżjed fl-agrikultura ta' Spanja t'Isfel), u Latinoamerikani.

Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni mhijiex uniformi għax hi kondizjonata mill-forma tat-territorju: fuq il-kosti, matul il-widien tax-xmajjar u fiż-żoni li huma ekonomikament iżjed avvanzati u li fihom żviluppaw l-agrikoltura u l-industrija, id-densità taqbeż it-300 abitant kull km². Min-naħa l-oħra f'ħafna erji tal-meseta, id-densità hi taħt id-29 abitant kull km². Il-popolazzjoni urbana (77%) dejjem tikber.

Il-popolazzjoni totali ta' Spanja kienet, skont l-istima tas-sena 2010, ta' 45,054,694 abitant, b'densità medja ta' 81 abitant kull km², maqsuma mal-komunitajiet awtonomi li jagħmlu parti mir-renju.

Il-fenomenu tal-urbanizzazzjoni hu reċenti ħafna, u llum 70% tal-Ispanjoli jgħixu fil-bliet li ħafna minnhom żvillupaw b'mod mhux ippjanata u bi problemi, kultant gravi, ta' tniġġiż. 

Il-territorju tal-pajjiż hu maqsum f' komunitajiet awtonomi li jgawdu ċerta awtonomija skont l-istorja tagħhom. 

Skont studju reċenti magħmul minn Arda:
Insara: 90,14%. 
Anjostiċi: 6,94%. 
Misilmin: 1,57%. 
Atej: 1,10%. 
Lhud: 0,13%. 
Oħrajn: 0,12%.

L-ilsien uffiċjali hu l-Kastiljan jew l-Ispanjol. F'xi komunitajiet awtonomi xi lingwi huma ko-uffiċjali mal-Kastiljan: il-Katalan/Valenċjan f'Katalonja, il-Gżejjer Baleares u fil-Komunità Valenċjana: il-Galizjan f'Galizja u l-Bask fil-Pajjiżi Baski u Navarra. L-istat Spanjol u l-amministrazzjonijiet tal-periferija jipproteġu u jinkoraġġixxu l-użu, fil-kuntest lokali, ta' xi lingwi mitkellma li però ma jgawdux l-istatus ta' ko-uffiċjalità bħall-Asturjan, il-Leoniż, id-djalett ta' Estremadura, l-Aragoniż. Fil-wied tal-Aran mal-Kastiljan u l-Katalan, hu rikonoxxut ukoll l-Araniż, tip ta' Gaskon tal-grupp lingwistiku Oċċitan. F'Concepción ħdejn Ġibiltà in n-ies jitkellmu il-Llanito u l-Ingliż bħala t-tielet ilsien.
Fil-bliet awtonomi Afrikani ta' Ceuta u Melilla jitkellmu wkoll l-Għarbi u l-Berberu u parti mill-popolazzjoni titkellem il-Franċiż bħala t-tielet jew ir-raba' lingwa.

Spanja hi maqsuma f'17-il komunità awtonoma (comunidades autónomas, al singolare: comunidad autónoma) li jerġgħu jinqasmu f'50 provinċja. Hemm ukoll żewġt ibliet awtonomi: Ceuta u Melilla (iddesinjati uffiċjalmente bħala Plazas de Soberanía en el Norte de África). 

Ceuta, Melilla u xi gżejjer ċkejknin huma li baqa' mill-imperu kolonjali vast li kellu l-pajjiż. Il-gżejjer fihom xi 0.65 km² u għandhom 312 abitant. B'kollox Spanja għandha territorji ta' 31.65 km² fl-Afrika ta' Fuq, b'popolazzjoni ta' 138,228 abitanti

Meta daħlet is-sistema tal-komunitajiet awtonomi, il-poter tal-provinċji naqas. Għadhom jintużaw bħala distretti elettorali, għall-kodifika postali u bħala riferimenti ġeografiċi.

Hemm sitt komunitajiet awtonomi li huma magħmulin minn provinċja waħda biss: Asturias, il-Gżejjer Baleares, Cantabria, La Rioja, Madrid, Murcia, u Navarra.

Il-provinċji jerġgħu jinqasmu f'muniċipji (bl-Ispanjol municipio). Bħala r-ras tal-muniċipju hemm l-alcalde jew is-sindku.

Skont il-Kostituzzjoni tal-1978, Spanja hi monarkija ereditarja parlamentari, fejn ir-re għandu r-rwol li jirrappreżenta l-pajjiż, imma wkoll li jiggarantixxi l-unità u d-demokrazija.

Il-poter eżekuttiv hu f'idejn il-Kunsill tal-Ministri (Consejo de Ministros), immexxi minn Prim Ministru, bil-fiduċja tal-parlament.

Il-poter legislattiv hu fi ħdan parlament bikamerali, il-(Cortes Generales) b'mandat ta' erba' snin, magħmul minn:

Il-poter ġudizjarju hu indipendenti.

L-ewwel elezjoni demokratika wara l-mewt ta' Franco saret fil-15 ta' Ġunju 1977, u ntrebħet mill-lega tan-nofs lemini, Unión de Centro Democrático (UCD), immexxija minn Adolfo Suàrez.
Is-sistema politika hi msejsa fuq il-multipartitiżmu, imma minn xi żmien 'l hawn kien hemm żewġ partiti dominanti: il-Partido Socialista Obrero Español (PSOE) (tan-nofs xellugi) u l-Partido Popular (PP) (taċ-ċentru lemini). Iż-żewġ partiti dominanti alternaw fil-poter, imma kważi dejjem, minħabba s-sistema elettorali, kellhom jidħlu f'koalizzjoni ma' partiti żgħar. Il-partit soċjalista mexxa l-gvern mill-1982 sal-1996 (immexxi minn Felipe González) u mill-2004 sal-2011 (immexxi minn José Luis Rodríguez Zapatero); il-partit popolari mill-1996 sal-2004 (immexxi minn José Maria Aznar) u mill-2011 sal-lum 2013 (immexxi minn Mariano Rajoy).

Bl-arkitettura Spsnjola, infissru l-eżempji kollha tal-arkitettura li nbnew maż-żmienijiet fi Spanja u x-xogħliet tal-arkitetti moderni Spanjoli li nsibu mad-dinja kollha.

Minħabba d-diversità storika u ġeografika, l-arkitettura Spanjola gawdiet minn ħafna influwenzi. Perezempju, belt importanti bħal Cordoba, li twaqqfet mir-Rumani u allura għandha infrastruttura vasta ta' dik l-epoka, saret il-kapitali kulturali tad-dinastija Iżlamika al-Għumawijjun li bnew fuqha binjiet ta' arkitettura fina fl-istil Għarbi. Id-dinastiji Għarab li ġew wara fi Spanja, żviluppaw arkitettura tal-għaġeb, dejjem iżjed komplessa u karatteristika bħall-famuż kompless tal-Palazz ta' Granada.

Fl-stess żmien, feġġew ir-renji Nsara li, ftit ftit żviluppaw l-istil tagħhom li fih integraw il-flussi romaniċi u gotiċi. L-istil gotiku iffjorixxa b'mod straordinarju. Hemm eżempji ta' dan l-istil mat-territorju nazzjonali kollu. L-istil mudéjar, li żviluppa mis-seklu 12 sas-seklu 17 mill-għaqda ta' mottivi bi stil Għarbi ma' mudelli tal-arkitettura Ewropea.

Il-parti l-kbira tal-arkitettura tas-seklu 20 hi fl-istil tal-Moderniżmu, stil li kellu l-epiċentru tiegħu Barċellona u f'Gaudí is-simbolu tiegħu. Mill-bidu tas-seklu 21 Spanja kellha rivoluzzjoni fl-arkitettura kontemporanea u arkitetti Spanjoli bħal Rafael Moneo, Santiago Calatrava, Ricardo Bofill u ħafna oħrajn kisbu fama mondjali.

 ta' Miguel de Cervantes.

Bit-terminu letteratura Spanjola infissru x-xogħol letterarju kollu miktub bl-Ispanjol, li jinkludi il-letteratura bl-Ispanjol mhux bilfors miktuba minn Spanjoli. Minħabba d-diversità ġeografika u generazzjonali, il-letteratura Spanjola kellha ħafna influwenzi u hi diżomoġenea ħafna. Fiha nsibu wħud mill-movimenti letterarji l-iżjed importanti.

Miguel de Cervantes x'aktarx hu l-kittieb l-iżjed famuż ta' Spanja u l-ktieb tiegħu Don Quixote hu meqjus bħala x-xogħol l-iżjed emblematiku fil-kanoni tal-letteratura Spanjola  u wieħed mix-xogħlijiet klassiċi fundaturi tal-letteratura tal-punent.

Iċ-ċinema Spanjola kellha suċċessi importanti internazzjonali, fosthom l-Oscar għall-films El laberinto del fauno (Il-labirint tal-fawnu) u Volver. Fl-istorja twila taċ-ċinema Spanjola, ir-reġista kbir Luis Buñuel kien l-ewwel li kiseb fama internazzjonali. Warajh kien hemm Pedro Almodóvar tard fis-snin 1980. Fost ir-reġisti ta' fama Spanjoli l-oħra insibu 'l Segundo de Chomón, Florian Rey, Luis García Berlanga, Carlos Saura, Julio Medem u Alejandro Amenábar.

L-ekonomija Spanjola reġgħet daħlet fost l-ekomonomiji avvanzati tal-Europa tal-punent. B'mod partikolari, fl-għaxar snin bejn l-1998 u l-2008, l-ekonomija Iberika kienet fost l-iżjed dinamiċi fl-Ewrożona.
Is-soċjetà u l-ekonomija Spanjola għaddew minn perjodu qawwi ta' bidla u tikbir matul l-aħħar għoxrin sena tas-seklu 20. Wara li ħareġ mill-iżolament politiku u ekonomiku impost mid-dittatura faxxista, il-pajjiż infetaħ għal kummerċ internazzjonali u ssieħeb fl-UEfl-1986. L-ekonomija gawdiet ukoll mit-twelid ta' kumpanniji industrijali ġodda u mid-dħul ta' kapital barrani li sfrutta il-pagi baxxi biex jibdew inizjattivi industrijali u kummerċjali. Żdiedu wkoll il-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni li għenu biex jiżdied il-qligħ tas-sistema produttiva. Is-settur terzjarju hu l-ikbar wieħed: it-turiżmu u l-agrikoltura (l-għeneb u ċ-ċitru) huma żviluppati ħafna. Madankollu, mill-bidu tal-kriżi finanzjarja kbira  li bdiet fl-2008 u l-kriżi tas-sistema bankarja li ġiegħlet il-gvern Spanjol li jitlob l-għajnuna mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Ġunju ta' 2012 minħabba li sfaxxa d-dħul mill-bejgħ tal-bini, l-ekonomija Spanjola daħlet fi kriżi profonda. Il-livell tal-qagħad qabeż il-25% u l-klassifikazzjoni tad-dejn sovran li kienet tripla A tniżżlet (mill-aġenzija Moody’s) għal BAA3 b'prospett negattiv fl-14 ta' Ġunju 2012. Ir-rata tal-imgħax tas-self tal-gvern għal għaxar snin telgħet għal 7% fis-sena.

Matul l-aħħar erbgħin sena l-industrija tat-turiżmu Spanjola kibret ħafna tant li saret it-tieni l-ikbar waħda fid-dinja, b'valur smat ta' 40 biljun ewro fl-2006, u tagħmel madwar 5% tal-PGD. Il-klima ta' Spanja, il-monumenti storiċi u kulturali, il-pożizzjoni ġeografika tagħha, flimkien ma' infrastruttura moderna, jikkontribwixxu biex jagħmluha waħda mid-destinazzjonijiet l-iżjed imfittxa.

Spanja hi wieħed mill-pajjiżi ta' quddiem fil-livell mondjali fl-iżvilupp tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Fl-2010 Spanja saret l-aqwa fid-dinja fil-produzzjoni tal-enerġija solari, aqwa mill-Istati Uniti b'impjant enormi, ħdejn Alvarado, Badajoz. Spanja hi wkoll il-produttur Ewropej ewlieni tal-enerġija mir-riħ. Fl-2010 it-turbini tagħha ipproduċew 42,976 GWh, 16.4% tal-enerġija totali prodotta f'Spagna. Fid-9 ta' Novembru 2010, l-enerġija mir-riħ kellha waqt storiku meta laħqet 53% tad-domanda tal-enerġija elettrika tat-terraferma u ġġenerat kwantità ta' enerġija ekwivalenti għal 14-il reattur nukleari. L-enerġiji rinnovabbli l-oħra użati fi Spanaj huma l-idroelettriku, il-bijomases u l-enerġija tal-baħar (qed jinbnew 2 impjanti).

Is-sorsi mhux rinnovabbli ta' enerġija użati fi Spanja huma in-nukleari (8 reatturi operattivi), il-gass, il-faħam u ż-żejt.

Is-sistema tat-toroq ewlenin hi ta' tip ċentralizzat, b'6 awtostradi li jgħaqqdu Madrid mal-Pajjiżi Baski, ma' Katalonja, ma' Valenċja, ma' Andalusija tal-punent, ma' Estremadura u ma' Galizja. Barra minn dawn, hemm toroq ewlenin oħra mal-kosta tal-Atlantiku (minn Ferrol sa Vigo), f'Cantabria (minn Oviedo sa San Sebastián) u mal-kosta tal-Mediterran (minn Girona sa Cadiz).

Ix-xibka tal-ferrovija ta' veloċità għolja li għandha Spanja hi l-iżjed  mifruxa fl-Ewropa u t-tieni l-iżjed mifruxa fid-dinja wara ċ-Ċina.F'Ottobru tal-2010 Spanja kellha total ta' 3,500 km ta' linji ta' veloċità għolja li jgħaqqdu Malaga, Sivilja, Madrid, Barċellona, ​​Valenċja u Valladolid, b'treni li jilħqu veloċità ta' 300 km/h. F'dak li rigward il-puntwalità, hi t-tieni fid-dinja (98.54% jaslu fil-ħin) wara Shinkansen tal-Ġappun (99%). Jekk l-objettivi tal-programm ambizzjuż ta' Alta Velocidad Española jintlaħqu, sal-2020 Spanja jkollha 7000 km ta' linji ferrovjarji b'veloċità għolja li jgħaqqdu kwazi il-bliet kollha ma' Madrid f'inqas minn 3 sigħat u ma' Barċellona f'inqas minn 4 sigħat.

Fi Spanja hemm 47 ajruport pubbliku. L-iżjed traffikuż minnhom hu l-ajruport ta' Madrid-Barajas, b'50.8 miljun passiġġier fl-2008. L-ajruport ta' Barċellona (El Prat) b'30 miljun passiġġier fl-2008 hu importanti wkoll. Hemm ajruporti kbar oħra f'Gran Canaria, Malaga, Valenċja, Sivilja, Mallorca, Alicante u Bilbao.

L-interess sportiv fi Spanja hu ddominat mill-futbol. Real Madrid CF u FC Barcelona huma tnejn mit-timijiet tal-futbol li kellhom l-iżjed suċċess. It-Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja, rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-1964, fl-2008 u fl-2012 u t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol fl- 2010.

Il-basketball, it-tennis, iċ-ċikliżmu, il-handball, il-motoċikliżmu u l-Formula 1 kollha żdiedu fil-popolarità u s-suċċess li kellhom bis-saħħa ta' ċampjins Spanjoli f'dawn l-oqsma. Il-Logħob Olimpiku tas-Sajf 1992 saru Barċellona. L-industrija tat-turiżmu ġabet titjib fl-infrastruttura sportiva, b'mod partikolari fl-oqsma tal-isport akwatiku, tal-golf u l-iskiing.

Rafael Nadal li bħalissa hu l-aqwa plejer tat-tennis Spanjol rebaħ diversi titli tal-Grand Slam. Anki t-tim Spanjol tat-Tazza Davis kiseb riżultati tajbin ħafna b'5 titli mirbuħa bejn l-2000 u l-2011. Fin-naħa ta' fuq ta' Spanja il-logħba tal-pelota hi popolari ħafna. Alberto Contador hu l-aqwa ċiklista Spanjol u rebaħ diversi titli tal-Grand Tour fosthom tliet titli tat-Tour de France, imma wara ġie skwalifikat minħabba d-drogi.




#Article 65: Toni Sant (459 words)


Twieled f'Malta fl-1968. Għal bosta snin, leħnu kien sinonimu max-xandir f'Malta fejn ħejja diversi programmi kemm għar-radju u għat-televixin. Għal xi snin, kien involut ukoll fix-xena mużikali lokali permezz tal-grupp Artwork, fost l-oħrajn, kif ukoll mużika għat-teatru.

Sa minn Settembru ta' l-2004, huwa jokkupa l-kariga ta' lecturer fl-iScarborough School of Arts  New Media ta' l-Università ta' Hull ġewwa r-Renju Unit, fejn jikkordina u jgħallem fil-programm imsejjaħ Media Performance.

Fl-1986 beda karriera fil-qasam tax-xandir. Għall-ewwel ħadem fl-iskema student-ħaddiem mal-Media Education Centre, u aktar tard daħal għal xogħol fiss ma' Xandir Malta f'Gwardamangia. Wara perjodu fl-uffiċju tal-liċenzji tat-televixin u l-ħlasijiet għall-Cable Radio, ingħata l-kariga ta' koordinatur editorjali għar-rivista Il-Ġimgha, li qabel u wara ż-żmien li ħadem fuqha hu, kienet magħrufa bħala Il-Gwida. Fis-snin li ħadem f'Xandir Malta huwa serva wkoll bħala producer ta' diversi programmi għar-radju u t-televixin. Fost il-programmi tiegħu minn dak iż-żmien jistgħu jissemmew: Kważi Kull Filgħaxija (1988/89), Mill-Garaxx (TVM - 1989/90), Il-Fil tat-Tiġdid (1989), Mal-20 bid-Daqq (1989/90), Immaġina: John Lennon (Radju Malta - 1990), Blast (TVM - 1990), Tutti Frutti (TVM - 1991), u Il-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa (1991).

F'Diċembru tal-1991, huwa rriżenja minn Xandir Malta u ftit tal-ġimgħat wara aċċetta l-kariga ta' Programme Manager ma' Radio One Live, stazzjon tar-radju b'liċenzja biex ixandar programmi mitkellma aktar milli mużika. Flimkien ma' l-aħwa Joe u Godfrey Grima, il-propjetarji ta' l-istazzjon, huwa organizza dak li effettivament kien l-ewwel talk radio kummerċjali f'Malta. 

Aktar tard, huwa pproduċa wkoll diversi programmi għar-radju u t-televixin f'Malta, fosthom Skoss (TV - 1995/96), Bil-Maws f'Idejk (1996),  Bricolage (1998) u X'Inhu Għaddej (TV - 2002).

Għalkemm irtira mix-xandir tradizzjonali, riċentament (Awissu 2005) Toni Sant xandar sensiela ta'  dwar l-avvenimenti tal-11 ta' Settembru. Aktar tard, f'Novembru ta' l-istess sena, beda sensiela ta' poddati dwar ix-xena mużikali Maltija.

Toni Sant attenda l-iskola primarja tas-sorijiet Franġiskani St Elizabeth School f'Tas-Sliema u l-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl fir-Rabat, kif ukoll il-Liċeo l-Ġdid fl-Imsida fejn studja l-Malti, l-Ingliż u l-Filosofija fil-livell avvanzat tal-GCE/Matrikola.

Wara li abbanduna l-karriera tiegħu bħala xandar professjonali f'Malta, Toni Sant beda jsegwi kors universitarju. Huwa ggradwa fl-1996 B.A. (Hons.) fl-istudji teatrali mill-Università ta' Malta u wara kompla l-istudji tiegħu f'New York fejn ħa M.A. fil-Performance Studies fl-1998, kif ukoll Ph.D. fl-istess materja fl-2003. Ir-riċerka għad-dottorat tiegħu kienet dwar l-użu kreattiv ta' l-internet bħala mezz tax-xandir u l-implikazzjonijiet ekono-politiċi kontemporanji. Parti mir-riċerka tiegħu hija ppubblikata fTDR: The Journal of Performance Studies.

Matul l-istudji tiegħu f'New York, huwa għażel li jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq l-internet u l-aspetti ta' identità kulturali u forom ta' spettaklu marbuta miegħu. 

Fl-1998 huwa waqqaf il-, kumpanija rreġistrata f'Malta biex tħaddem numru ta' siti b'tagħrif dwar u/jew minn Malta. Matul is-snin, il-MaltaMedia Online Network offra , kif ukoll , kif ukoll siti oħra dwar , , u  u .

 — Is-sit personali ta' Toni Sant




#Article 66: Astronomija (392 words)


Astronomija (Grieg: αστρονομία = άστρον + νόμος, astronomia = astron + nomos, letteralment, (liġi tal-istilel) hija x-xjenza ta' l-osservazzjoni u l-ispjegazzjoni ta' x'jiġri lil hinn mill-Art (Dinja) u barra l-atmosfera. Din ix-xjenza tistudja l-oriġini, l-evoluzzjoni, fiżika u kimika ta' l-oġġetti li jistgħu jiġu osservati fis-sema (u li huma barra mill-atmosfera). Fi ftit kliem, l-Astronomija hija l-investigazzjoni ta' dak kollu li jiġri 'l barra mid-Dinja. Hija waħda mill-eqdem xjenzi għax nibtet malli n-nies bdew jiktbu dwar dak li jaraw fis-sema u wkoll hija waħda mill-ftit xjenzi fejn id-dilettanti għadhom jistgħu jieħdu sehem, speċjalment fl-iskoperti u l-monitoraġġ ta’ fenomeni transitorji. L-Astronomija m’għandhiex tiġi mħallta ma' l-Astroloġija, li tassumi li d-destin tal-bnedmin huwa marbut mal-pożizzjoni apparenti ta' l-oġġetti fis-sema. Għalkemm iż-żewġ oqsma jgawdu oriġini komuni, huma totalment differenti għax waqt li f'l-astronomija jintuża metodi xjentifiċi, l-astroloġija m'għandhiex bażi xjentifika. 

Fil-bidu ta' l-istorja tagħha, l-astronomija ħadet biss ħsieb l-osservazzjoni u l-previżjoni tal-mixi tal-oġġetti ċelesti (tas-sema) li setgħu jiġu osservati mingħajr l-użu ta' apparat partikolari ħlief l-għajn għera. L-ewwel astronomi kienu qassisin ta' ċertu kult reliġjuż, li kienu kapaċi jaqdu lis-socjetà bil-ħolqien ta' l-ewwel kalendarji, indispensabbli għall-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali u agrikola.

Il-Griegi kienu l-iktar nies li taw kontribut lill-astronomija, speċjalment Ipparku u Ewdossju; li laħqu l-milja tagħhom bix-xogħol ta' Klawdju Tolemew (Klaudios Ptolemaios ċa. 85-ċa. 165). Fiż-Żminijiet tan-Nofs, id-dinja tal-Punent rat staġnar fl-iżvilupp ta' dix-xjenza, imma li xi astronomi Għarab komplew bl-istudju tal-korpi ċelesti.

Matul ir-Rinaxximent, Nikola Koperniku ħadem ħafna biex jippromwovi l-idea tiegħu ta' sistema eljoċentrika (għalkemm ta' min jgħid li ma kienx l-ewwel wieħed li ħareġ bl-ipoteżi ta' sistema bix-Xemx fin-nofs, imma żgur l-ewwel wieħed li argumenta b'mod xjentifiku it-teorija tiegħu). Ħidmietu serviet ta' bażi soda għax-xogħol ta' Galileo Galilei u Kepler. Dan ta' l-aħħar kien l-ewwel astronomu li kiteb liġijiet li jispjegaw korretament id-dettalji kollha taċ-ċaqliq tal-pjaneti madwar ix-Xemx. Iżda hu ma tax raġunijiet fiżiċi għas-sejbiet tieghu; dan kellu jkun ix-xogħol ta' Isaac Newton li elabora l-prinċipji tal-mekkaniżmu ċelesti u l-liġi tal-gravità universali.

L-astronomija hija maqsuma f'ħafna sezzjonijiet, dan minħabba l-għadd kbir ta' kategoriji li jaqgħu taħtha. 

Fl-astronomija, il metodu ewlieni biex tinkiseb informazjoni tirrikjedi ir-rilevazjoni u l-analiżi ta' Radjazzjoni elettromanjetika. Tradizzjonalment l-astronomija tinqasam f'd-diviżjonijiet li jikkorrespondu mar-reġjuni differenti ta' l- ispettru elettromanjetiku osservati:

L-astronomi jistudjaw oġġetti bħal pjaneti, kwiekeb, novi, galassji, nebulosi, eċċ. imma l-ebda astronomu ma josserva kull tip ta' oġġett. Suddivisione differenti tista' tkun magħmula għal regjuni tal-ispazju u tematiċi relatati:




#Article 67: Baħar Mediterran (249 words)


Il-Baħar Mediterran huwa baħar li jifred l-Ewropa mill-Afrika ta' Fuq, bl-Asja fil-Lvant; it-tul tiegħu hu ta' madwar 3.800 km (2.400 mil), filwaqt li għandu erja ta' 2.5 miljun kmsup2;. Dan il-baħar hu magħqud mal-Oċean Atlantiku (permezz tal-Istrett ta' Ġibiltà), mal-Baħar l-Aħmar (permezz tal-Kanal tas-Swejs) u mal-Baħar l-Iswed (permezz tad-Dardanelli). Il-Mediterran ġeneralment jinqasam f'diversi ibħra li huma l-Baħar Adrijatiku, l-Baħar Eġew, l-Baħar Jonju, u l-Baħar Tirren. Għandu xatt ta' madwar 46.000 km, li jgħaddi minn tnejn u għoxrin nazzjon.

Magħruf bħala l-benniena taċ-ċiviltà, il-Mediterran infetaħ għal kummerċ għan-negozju għall-kummerċF. Matul l-era klassika, Kartaġni, il-Greċja, l-Etruski, u Ruma lkoll pruvaw jieħdu l-kontroll ta' dan il-baħar sakemm r-Rumani rnexxielhom ibiddluh fil-Mare Nostrum. Iktar tard kien iddominat mil-Biżantini u mill-Għarab, u matul is-sekli tal-Medjuevu, hafna bliet-repubbliki u kummerċjanti Taljani minn bliet bħal Venezja u Ġenova, kellhom il-kontroll tal-passaġġi kummerċjali tal-Mediterran. 

Wara l-Medjuevu il-Mediterran donnu raqad, peress li l-baħħara kellhom ħarsthom lejn l-ibħra u l-oċeani l-ġodda; din ir-raqda damet sal-Gwerer Rivoluzzjonarji u Gwerer Napoleoniċi, meta l-Ingilterra ntebħet li l-Mediterran kien importanti ħafna għar-rotta lejn l-Indja. Il-Mediterran  żviluppa iktar mal-ftuħ tal-Kanal tas-Swejs fl-1869, meta ħafna mil-kummerċ mondjali lejn is-swieq Ewropej, kif ukoll il-qmuħ mir-Russja, kienu jgħaddu minn ġo fih.

Kontroll tal-gżejjer, xtut, u rotot kummerċjali kien vitali matul il-Gwerer Dinjija, u għalhekk kienu ħafna l-ideat u pjanijiet ta' attakk u difiża f'dawn l-inħawi, forsi l-iktar prominenti fosthom huma il-Gwerra tal-Krimea, l-attakk fuq id-Dardanelli, it-tieni assedju ta' Malta u l-Battalji tal-Afrika ta' Fuq.

Il-gżejjer prinċipali huma:

Il-pajjiżi huma:

Il-Baħar Mediterran huwa magħmul minn dawn l-ibħra interni:




#Article 68: Mikiel Anton Vassalli (1755 words)


Mikiel Anton Vassalli (Ħaż-Żebbuġ, 5 ta' Marzu 1764 ndash; 12 ta' Jannar, 1829), magħruf bħala Missier l-Ilsien Malti, minħabba l-kontribut kbir li ta biex il-Malti jkun lingwa nazzjonali. 

Semmewh Mikiel għal missier missieru u Anton għal missier ommu. Fuq tfulitu nafu li meta kien għad kellu sentejn, missieru miet fl-għomor ta' 32 sena, u li erba' snin wara, ommu reġgħat iżżewġet lil Gejtan Mifsud, bin Ġużeppi, gabillott minn Ħaż-Żebbuġ ukoll. Nhar it-8 ta' Mejju 1774 Mikiel Anton għamel il-Griżma tal-Isqof waqt żjara pastorali tal-Isqof Pellerano. Il-parrinu tiegħu kien il-Markiż Mikiel Apap. Fl-1785 huwa ngħata premju mill-iskola tal-Għarbi ġewwa l-Belt. 

Billi l-familja tiegħu riditu jsir qassis bagħtuh is-Seminarju. Huwa malajr wera l-ħiliet tiegħu u għalhekk issokta l-istudji  tiegħu  f'Ruma  fejn tħarreġ tajjeb fil-Latin u t-Taljan iżda l-iktar fl-ilsna semitiċi li ma damx ma sar  professur tagħhom. Vassalli kien jemmen li l-akbar ħtieġa li kellu l-poplu Malti kienet li jgħolli lilu nnifsu billi jintebah min hu, jitgħallem sew ilsienu għax fih jinsab il-qofol ta' ħajtu u permezz ta' lsienu jsir midħla tal-ideat progressivi li bihom il-ġnus Ewropej kienu qed jagħmlu passi ta' ġgant 'il quddiem. Vassalli, fil-kitbiet tiegħu, ħajjar lill-Maltin 

 

Għaldaqstant ħa sehem fit-tkeċċija tal-Kavallieri minn Malta favur il-ħakma Franċiza, u għalhekk intefa' l-ħabs mill-Kavallieri fil-forti Rikażli fejn dam sentejn sakemm inħeles minn Napuljun li laħħqu Ajjutant biex isoddlu ħalqu. Għall-għerf li bih kien imżejjen u għall-ħidma li ħadem favur il-Franċiżi kien ħaqqu jiġi mħallas b'xi ħaġa aħjar. Meta l-Ingliżi waslu Malta tefgħu lil Vassalli mill-ġdid fil-ħabs fuq suspett li hu miftiehem mal-għedewwa. Huwa qatta' sena fil-qorti Kapitanali tal-Imdina sakemm marad u ħaduh fl-isptar tad-Dumnikani tar-Rabat. Jingħad li lanqas fl-isptar ma fdawh għax rabtulu siequ b'katina tal-ħadid mas-sodda. Xahar wara, eżiljawh fi Franza għal dejjem bħala Ġakbin. 

Iżda għoxrin sena wara, fl-1820, Vassalli wasal lura Malta, għajjien u nieqes minn mezzi ta' għixien għalih u għal uliedu. B'xorti tajba, Vassalli għamel ħbieb ma' John Hookham Frere, il-President tal-Kunsill tal-Università li bis-saħħa tiegħu sar l-ewwel professur tal-Malti fl-Università.
B'riħet Frere, Vassalli sab għajnuna mingħand iċ-Church Missionary Society li kienet knisja Protestanta u li kienet waqqfet ċentru f'Malta mnejn tqassam il-Bibbja f'ilsien il-poplu. Vassalli ġie fdat bit-traduzzjoni tal-Vanġeli, bil-wegħda li jistampawlu wkoll il-grammatika riveduta tiegħu tal-Malti. L-għan tat-traduzzjoni tal-Vangeli ma kienx reliġjuz iżda biex il-Maltin isiru midħla tal-Malti. Iżda meta miet fit-12 ta' Jannar 1829, il-Kappillan ma riedx jagħtih difna Kattolika minħabba l-kolloborazzjoni tiegħu mal-Protestanti għalkemm Vassalli qatt ma sar membru tagħhom, kif kitbet l-istess knisja Protestanta: 

Billi ħbiebu l-Protestanti ma xtaqux li l-katavru tiegħu jindifen f'post imwarrab, li ma kienx jixraqlu, ħadu ħsieb huma u difnuh f'wieħed miċ-ċimiterji tal-Ingliżi li qegħdin taħt it-trunċieri tal-Furjana li jħarsu faċċata ta' Lazzarett.

Vassalli emmen b'qawwa kbira fil-lingwa Maltija, fejn f'waħda mill-kitbiet tiegħu hu jistqarr,

Ir-Romantiċiżmu, li nistgħu ngħidu li sar moviment għalih minn madwar nofs is-seklu tmintax, beda jikxef l-identita` tal-wirt mhux stmat tal-poplu. Introduċa viżjoni radikali tal-ħajja li permezz tagħha neħħa kemm seta’ l-qasma bejn iż-żewġ espressjonijiet ta’ poplu wieħed maqsum fi klassi kolta u klassi baxxa. Ir-Romantiċiżmu adotta l-prinċipju illuministiku tad-“demokratizazzjoni tal-kultura”. Vassalli, kellu propju dan l-ispirtu illuministiku (jew preromantiku) iżda kiseb għarfien ukoll mir-Romantiċi tar-Risorġiment Taljan bħala “eroj tagħhom”. Filwaqt li Oliver Friggieri qiegħed lil Vassalli fil-kwadru Romantiku, Frans Sammut jipproponi l-kwadru iżgħar ta’ l-Illuminiżmu, għad li fl-istess ċirku Romantiku.

Fi kliem Kant, l-ispirtu tal-Illuminiżmu jinġabar fil-motto, “Sapere aude! Kun qlubi biżżejjed biex tuża dehnek!” L-għan aħħari kellu jkun l-“hena tal-bniedem”. Fil-“Lexicon”, Vassalli jidher ispirat minn din il-filosofija meta jikteb li “t-trawwim tal-ilsien li jittieħed mill-omm huwa mmela meħtieġ l-ewwelnett għat-tagħlim. Dan hu l-għan ewlieni li għandu jkollha nazzjon, għaliex fuqu jistrieħ l-hena ta’ kulħadd”. Il-konvinzjoni ta’ Locke li l-bniedem jitwieled tabula rasa, lest biex jitgħallem kollox, u li huwa tort tal-ambjent li jitwieled fih li wieħed ma jsirx tajjeb, kompla għaddab lil Vassalli għall-ħakkiema li ma ridux jgħallmu lin-“nazzjon” għax kien jaqblilhom iħalluh fil-għama. Fuq kollox, ra li t-tagħlim seta` jseħħ biss f’ilsien il-poplu, jiġifieri bil-Malti. Il-Maltin ma setgħux jagħmlu parti mis-“seklu li fih l-oqsma ta l-arti u x-xjenzi mxew tant ’il quddiem” jekk ma jitgħallmux ilsienhom, għax minħabba f’hekk la setgħu jitgħallmu ilsna oħra u lanqas it-tagħlim li setgħu jiksbu bihom.

Sehem l-intelletwali fil-moviment illuninistiku kien fenomenu ġdid għax għall-ewwel darba l-intelletwali taw sehem ċivili fil-ġlieda kontra l-ordni soċjali. L-intelletwali tal-imgħoddi kienu jbaxxu rashom għas-slaten u jaħarbu f’dinja ta’ ħolm, filwaqt li l-intelletwali illuminista huwa fittiex tal-veritàu tal-ħelsien, riformatur konxju li qed jagħmel sehem minn “klassi” li dmirha kien li tmexxi lis-soċjeta`. “Vassalli ddakkar mill-ispirtu ta’ żminijietu”, jgħid Cremona. Meta Napuljun niżel Malta, lil Vassalli  sejjaħlu “Ġakobin” għax kien ħabib tar-Rivoluzzjoni Franċiża li riedet tbiddel lis-soċjetà mill-qiegħ. Vassalli, bħal kull riformatur ewlieni tas-soċjeta`f’kull żmien, ħadha kontra l-ħakkiema ta’ żmienu, li kienu l-Ordni tal-Kavallieri, għamel ħafna ħbieb u ħafna għedewwa u ovvjament pattieha qares. Ta’ min jinnota li l-Ordni tal-Kavallieri, li oriġinarjament kien ordni religjuż-ospitalier, meta ntebaħ x’setgħa u xi privieġġi għandu fuq il-gżira u l-abitanti tagħha, inbidel f’reġim despotiku, ħabib tal-ancien regime u tas-Slaten tal-Ewropa.

Frans Sammut jistħarreġ u jgħarbel it-termini li Vassalli juża fil-kitbiet tiegħu, l-aktar id-“Discorso Preliminare” u “Stedina”. Fid-“Discorso”, isejjaħ għall-ewwel darba “nazione” lill-Maltin bħala poplu, u wkoll “concittadini”, terminu Repubblikan. Ir-“raġuni” hija dik li tmexxieh f’xogħlu u jistenna li min se jikkritikah jagħmel dan b’mod raġunat, u mhux biss sempliċiment jopponi iżda biex “ipoġġi l-verita` f’dawl aktar ċar”. Vassalli jinqeda bit-termini in voga li jieħdu saħħithom mill-miti tas-seklu biex iċanfar bil-qawwa kollha lil min qed iħalli lin-nazzjon fl-injuranza. Bħala Illuminista u neo-klassiċista, kif isejjaħlu Sammut, Vassalli ried iħaffer, bħalma għamlu l-arkeoloġi fl-Eġittu, biex isib nisel il-Malti fl-ilsna orjentali qodma. 

F’argumentazzjoni illuministika interessanti, Vassalli jistaqsi: Jekk id-djaletti tal-Italja, fosthom dak ta’ Ragusa, jingħataw importanza mil-letterati, għaliex il-Malti le? Iżda Sammut, li jqis lil Vassalli iktar bħala Illuminista milli bħala Romantiku, jaċċenna għall-qasma bejn Vassalli u  dawk ta’ żmienu b’għeruqhom fil-bidu tas-seklu dsatax, għall-fatt li Vassalli jħalli barra għal kollox x’kien se jfisser djalett wieħed, it-Toskan, iżjed tard it-Taljan, għall-unifikazzjoni tal-Italja li ġiet iżjed tard. Skond Sammut, aktarx li r-Romantiċi Maltin ma wirtux l-ideat mingħand Vassalli iżda mxew “fuq l-eżempju tar-Romantiċi Taljani”. Sammut jagħlaq il-kontribuzzjoni tiegħu fil-“Journal of Maltese Studies” billi jsostni li, “permezz ta’ Vassalli Malta ssieħbet, għall-inqas moralment, fl-Illuminiżmu li ħakem lill-Ewropa u ħariġha mid-dlam tal-Fewdaliżmu. Biż-zmien tagħlim Vassalli qabad l-art u minn għeruqu xxittlet siġra li kibret fil-ġnien intelletwali tal-Punent”.

Friġġieri jara f’Vassalli “It-Tnissil ta’ Kuxjenza Nazzjonali” li fuq kollox hija l-qofol tar-Romantiċiżmu li minnu twieled in-nazzjonaliżmu. Vassalli li studja fl-Ewropa ta’ żmienu, kien konxju li Malta ma tistax tibqa’ iżjed iżolata għax hija parti mill-Ewropa. Il-preżenza kulturali Taljana f’Malta ġabet magħha l-mewġa tal-Illuminiżmu u tar-Romantiċiżmu. Għall-kuntrarju tal-Illuminiżmu, ir-Romantiċiżmu beda jħares lejn l-individwu-ċittadin bħala l-qofol ta’kollox u dan “it-twemmin fil-poplu sar reliġjon u l-idejal ġdid tal-ħelsien tbiddel fi pjan ta’ fidwa għan-nazzjonijiet mhux ħielsa”. B’hekk twieled in-nazzjonaliżmu.

Vassalli huwa l-prekursur jew il-ħabbar ta’ din il-kuxjenza radikali li iktar tard saret moviment politiku u letterarju. In-nazzjonaliżmu romantiku ta importanza kbira lill-lingwa nazzjonali bħala mezz siewi ta’ għaqda popolari, u għalhekk ma setax jonqos li Vassalli jisħaq fuq il-bżonn tal-ilsien Malti u ma jarax fih il-valur lingwistiku li nqisu llum, iżda valuri politiċi u soċjali. Għal ħafna kittieba u filosofi Romantiċi, lingwa kienet tfisser nazzjon, u għalhekk l-għarfien tagħha ma setax jibqa' oġġett privat ta’ l-istudju, iżda kellu “jinfetaħ u jieħu wkoll xejriet politiċi diretti”. Iżda Vassalli, bħal kull riformatur ieħor tas-soċjeta` Maltija, “għal żmien twil kellu jibqa’ leħen solitarju, moħħ akbar minn żmienu”. 

U tabilħaqq Vassalli immudella r-riforma tiegħu fuq esperjenzi ta’ artijiet oħra. Bena kollox fuq il-kultura li mingħajra m’hemmx riforma politika. U b’kultura kien qiegħed jifhem l-aktar l-għarfien lingwistiku u letterarju. Kif jgħid Friggieri, “dan ukoll hu wirt illuministiku u romantiku, żewġ kulturi li integraw b’saħħa kbira lill-kelma u l-arti tagħha fil-kumpless tal-ħajja ċivili u politika”. Qabel ma Vassalli seta’ jibdel l-ilsien Malti, monument ta’ qedem, “f’emblema ta’ għaqda fil-preżent u fi standard ta’ kburija storika”, ried jagħti fiduċja u jispira lill-Maltin biex iħossuhom nazzjon. Dan għamlu bid-diversi kitbiet tiegħu bit-Taljan (l-ilsien tal-kultura) dwar il-Malti (l-ilsien poplari), u b’hekk beda mixja twila li tkompliet mill-kitbiet bennejja tal-letteratura Maltija li ġew warajh bħal Ġan Anton Vassallo, Ġużè Muscat Azzopardi, Dun Karm u Ninu Cremona li wasslet biex il-Malti jingħata għarfien uffiċjali, isir l-ilsien kulturali tal-poplu kollu u għodda tajba għal-letteratura.

Għall-ewwel, Vassalli beda jiġbor il-proverbji (qwiel) tal-Maltin biex minnhom joħroġ il-bixra storika tal-gżejjer Maltin. Fl-1828, ippubblika “Motti, aforismi e proverbii maltesi”, li bihom fittex “li jinterpreta l-identità popolari skond kif il-kotra taħseb u mbagħad tirrifletti bil-għaqal f’sentenzi li jintirtu minn nisel għal ieħor u li jiġbru fihom l-għerf  tal-poplu li ma jinqediex bil-kelma miktuba”. Permezz ta’ din it-tradizzjoni orali ried jasal għal tradizzjoni miktuba. Bħar-Romantiċi, Vassalli ried dinjità u attenzjoni lill-wirt qadim iżda mwarrab bħalma kienet l-għana, il-qwiel u l-idjomi. Din il-kuxjenza ta’ għarfien tal-kultura popolari fid-dawl tal-kultura ġdida kienet il-kuxjenza li dejjem mexxiet lil Vassalli.

Fost il-kitbiet tiegħu nsibu l-Alfabett Malti Mfisser bil-Malti u bit-Taljan, Alfabeto Maltese spiegato in lingua maltese e italiana, fuq ktejjeb ta' 24 faċċata li kien mibjugħ fl-istamperija ta' Antonio Fulgoni.

Vassalli kiteb ukoll l-ewwel dizzjunarju Malti, dan kien magħruf bħala Lexicon (lessiku), li kien ippublikat fl-1796. Dan id-dizzjunarju kien fih madwar tmintax-il elf kelma; kull kelma kienet spjegata bil-Latin imbagħad bit-Taljan. Riċentament, il-Lexicon reġa' ġie ippublikat minn Frans Sammut u mitbugħ fil-Marsa Press.

Illum il-ġurnata, Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħassieb u riformatur, kif ukoll bħala ribell u studjuż li lemaħ fil-bogħod u sa minn kmieni l-qawmien għaqli tan-nazzjonalità Maltija. 

Fl-1994, l-awtur Frans Sammut ħareġ ir-rumanz Il-Ħolma Maltija, dwar il-ħajja ta' Vassalli, rumanz li ħafna kritiċi jqisuh li huwa fost l-aqwa jekk mhux l-aqwa rumanz bil-Malti li nkiteb s'issa. 

Dawl ġdid fuq Vassalli huwa ktieb ieħor li jitratta dwar kitbiet li saru fiż-żminijiet li fihom għex Mikiel Anton Vassalli u li setgħu kienu xogħolijiet tiegħu.

Il-figura ta' Vassalli saret l-oġġett ta' attenzjoni mhux biss akkademika iżda wkoll letterarja u politika. Numru ta' storiċi fittxew tagħrif dwaru bħala bniedem, oħrajn l-aspetti ta' ħidmitu fil-politika u l-kultura u oħrajn xeħtu dawl fuq il-qofol ta' ħsibijietu fejn tixref il-viżjoni ta' nazzjon modern u ħieles.

Fid-daħla għal raħal twelidu llum jinsab monument tiegħu, quddiem Bieb de Rohan.

Il-Poeta Nazzjonali kiteb sunett mill-isbaħ għal Vassalli, Żebbuġ bħalu.

Vassalli, meta ngħarrex ġewwa ħsiebek,

il-ħsieb li kiber ma' żgħożitek f'Ruma,

u kif fissirtu fit-taħdit ma' ħbiebek,

meta lil artek rajt bil-ħan maħkuma;

u n-nafra tas-sultan li xejn ma ġiebek

wara t-twissja b'għaqal kbir maħduma,

u l-għawġ u l-għar li ngabar wara biebek

u l-ħabs u l-ħarba f'nofs ta' lejl mitmuma,

mhux għax għallimtna l-ġmiel, is-saħħa, il-għana

tal-lsien li tkellmu bih ommok u ommi,

iżd'għax ħabbejtha lil din l-art ħanina,

u kont ewlieni fost in-nisel tagħna

li ħsibt il-jedd li nkunu ġens għalina.




#Article 69: Pawlu Boffa (1150 words)


Pawlu Boffa (30 ta' Ġunju 1890 - 6 ta' Lulju 1962), kien is-sitt Prim Ministru ta' Malta, l-ewwel Priministru ta' wara l-Gwerra, u l-ewwel Priministru Laburista. 

Imwieled il-Birgu, bin Carmelo u Carmela nee' Serracino. Studja fl-iskola Primarja tal-Birgu, fil-Liċeo u fl-Universita' Rjali ta' Malta fejn iggradwa bħala tabib fl-eta' ta' 23 sena. Fis-16 ta' Jannar, 1921, iżżewweġ lil Genoveffa Ceci u kellhom erbat itfal- Hilda, Melina, Joseph u Vivi. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, Boffa serva fir-Royal Army Medical Corps, fejn wettaq servizz mediku fuq vapuri li kienu jiġu Malta bil-feruti tal-gwerra.

Il-karriera politka ta' Sir Paul Boffa bdiet fl-1923 meta ngħaqad mal-Partit Laburista u fl-1924 ġie elett għall-ewwel darba bħala Membru fl-Assemblea Leġislattiva għall-Ħames Distrett. 

Is-sena 1926 rat żvilupp importanti fl-istorja tal-Partit Laburista. Fis-snin ta’ qabel, il-Partit Laburista kien ipprova jtejjeb il-qagħda soċjali tal-ħaddiema Maltin billi ta l-appoġġ tiegħu lill-Unione Politica Maltese, partit lemini. Saħansitra kien daħal f’koalizzjoni miegħu iżda kien mgħoddi biż-żmien u, għalhekk, ittieħdet deċiżjoni li jsir ftehim ma’ Gerald Strickland u sħabu. Permezz tal-“Compact” mal-Partit Kostituzzjonali, il-Partit Laburista ftiehem li jagħti l-appoġġ tiegħu lill-partit politiku mmexxi minn Gerald Strickland bil-patt li meta dan tal-aħħar ikun fil-gvern jgħaddi leġiżlazzjoni li ttejjeb il-qagħda soċjali tal-ħaddiema Maltin. 

Fl-1928, it-Tabib Boffa nħatar Mexxej tal-Malta Labour Party. Bejn l-1927 u l-1932 il-partit Laburista u l-Partit Kostituzzjonali ingħaqdu u kien iffurmat il-Gvern tal-Compact. Kien bis-saħħa tal-“Compact” li l-element progressiv fi ħdan il-Partit Laburista seta’ jaħdem biex isiru liġijiet ta’ fejda kbira fil-pajjiż. Biżżejjed li wieħed isemmi l-Workmen’s Compensation Act li saret mill-Gvern tal-“Compact” fl-1929. 

Boffa kien elett fil-Parlament ukoll fl-1927 u fl-1932. Is-snin tletin kienu iebsin ħafna għall-Partit Laburista. Imdaħħal bla bżonn fil-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża tal-1928-32 minħabba l-appoġġ tiegħu lil Gerald Strickland u l-Partit Kostituzzjonali, permezz tal-“Compact”, il-Partit Laburista ħallas prezz għoli għax tilef ħafna voti riżultat tal-kwistjoni mal-Knisja. 

Kien grazzi għat-tmexxija tat-Tabib Pawlu Boffa u li meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija l-Partit Laburista kien għadu ħaj. Is-snin tletin kienu snin tassew iebsa għal kull min kien Laburist. Kienet waslet it-telfa kbira elettorali ta' Ġunju, 1932 li kienet riżultat tal-kwistjoni politiko-reliġjuża. Boffa kien wieħed minn dawk fi ħdan il-Partit Laburista li kien jemmen li l-Partit ma kellux għalfejn jitlob maħfra lill-Isqfijiet Maltin. Iżda mhux l-istess għamel il-Mexxej tal-Partit Kostituzzjonali, Gerald Strickland, li għamel apoloġija lill-Isqof u hemm min jaħseb li aktar swietlu ta' deni milli ta' ġid fl-elezzjoni ġenerali tal-1932 għax b'hekk ammetta pubblikament li kellu tort fil-kwistjoni kollha.
 
Wara, kien hemm il-każ tas-Sedizzjoni tal-1933 meta ttellgħu Laburisti l-Qorti u tawhom anke l-kundanna għaliex qalu li sabulhom materjal hekk imsejjaħ “sedizzjuż” fil-pussess tagħhom, u t-telfa tal-Kostituzzjoni tal-1921 fl-istess sena (1933). 

Fl-1936 Boffa nħatar Membru tal-Kunsill Eżekuttiv u fl-1939 ġie elett bħala Membru tal-Kunsill tal-Gvern. Ġie elett ukoll għat-Tieni Sessjoni tal-Kunsill tal-Gvern, li saret f'Novembru, 1945. Boffa kellu sehem importanti ħafna fil-laqgħat tal-Assemblea Nazzjonali, li x-xogħol tagħha kellu jkun it-tfassil ta' kostituzzjoni ġdida. Boffa kien wieħed mill-kelliema prinċipali tal-Labour Front, jiġifieri l-General Workers' Union u l-Partit Laburista. Il-kelliema prinċipali l-oħra kienu Ġużè Ellul Mercer, Reggie Miller, Mosè Gatt, Indri Cilia, Leli Tabone, Nestu Laiviera u Turu Colombo. Bis-saħħa ta' nies bħal Boffa u sħabu saru kisbiet kbar għall-poplu Malti. Biżżejjed wieħed isemmi li Malta ngħatat lura s-Self-Government fil-5 ta' Settembru, 1947; issa sew l-irġiel kif ukoll in-nisa li jgħalqu 21 sena setgħu jivvutaw u kull elettur seta' jkollu vot wieħed biss għall-elezzjoni tal-Assemblea Leġislattiva.

It-Tieni Gwerra Dinjija kien se jkollha effett kbir fuq il-politika Maltija. Dan għax il-Partit Laburista kien mess il-qiegħ meta bdiet iżda kien f'pożizzjoni li jaħseb serjament biex jibda jmexxi l-pajjiż meta ntemmet. Għalhekk, nistgħu ngħidu li t-Tieni Gwerra Dinjija għamlitha possibbli li f'Malta jkun hawn l-ewwel Gvern Laburista fl-1947.

Meta waslet l-elezzjoni ġenerali ta' Ottubru, 1947, il-Partit Laburista kien f'pożizzjoni ferm aħjar mill-partiti politiċi l-oħra biex jirbaħ il-poter. In-Nazzjonalisti kienu għadhom ma ħadux ruħ wara l-mewt ta' Sir Ugo P. Mifsud u d-deportazzjoni ta' Nerik Mizzi matul it-Tieni Gwerra Dinjija. 

Il-Partit Kostituzzjonali ħa daqqa ta' ħarta kbira bil-mewt ta' Gerald Strickland fl-1940 u spiċċa fix-xejn. Il-partiti politiċi l-oħra li kkontestaw l-elezzjoni ġenerali tal-1947 kienu dgħajfa meta mqabbla mal-Partit Laburista li kien bena reputazzjoni tajba ta' xogħol siewi u kisbiet għall-poplu Malti. 

Il-Mexxej Laburista Pawlu Boffa kien rispettat ħafna minn kulħadd. Fl-1947 il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u t-Tabib Boffa sar l-ewwel Prim Ministru Laburista u baqa' f'din il-kariga sa Settembru 1950. Fl-1998, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk:

 

Fost il-merti ta' Boffa hemm il-ġlieda tiegħu favur l-Ilsien Malti. Fl-1998, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk:

 

Minħabba f'inkwiet fil-Partit Laburista, Pawlu Boffa tneħħa minn mexxej tal-Partit fl-1949, mill-Konferenza Ġenerali, iżda huwa għażel li xorta waħda jibqa' Prim Ministru. Iż-żmien bejn Ġunju, 1950, meta waqa' l-Gvern immexxi mit-Tabib Boffa, u Frar, 1955, meta l-Partit Laburista kien elett fil-Gvern, kien żmien ta' instabilita' politika kbira f'Malta. 

Wara l-“iSplit” tal-1949, Boffa fforma l-Malta Workers' Party biex b'hekk ħoloq firda fi ħdan ix-Xellug f'Malta. Dan kien ta' vantaġġ kbir għall-Partit Nazzjonalista li, mkisser kif kien wara t-telfa kbira tal-1947, b'din il-mossa ta' Boffa ngħata ċ-ċans li jerġa' jirkupra l-pożizzjoni politika li kien tilef għal bosta snin. Fil-fatt, fl-elezzjoni ġenerali tal-1950, minkejja l-fatt li bejniethom il-Partit Laburista u l-Malta Workers Party ġabu aktar voti u aktar siġġijiet mill-Partit Nazzjonalista, kien dan tal-aħħar li eventwalment ifforma Gvern ta' minoranza għaliex baqa' ma ntlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ partiti politiċi tal-ħaddiema.

Il-Gvern Nazzjonalista ħa daqqa ta' ħarta bil-mewt ta' Nerik Mizzi fl-20 ta' Diċembru, 1950 u floku laħaq Prim Ministru, Ġorġ Borg Olivier. Dan, però, kien imexxi Gvern dgħajjef ta' minoranza li kellu ħajja qasira tant li f'Mejju, 1951 saret elezzjoni ġenerali oħra. 

Hawn il-Partit Laburista ġab siġġu anqas min-Nazzjonalisti iżda kieku ngħata l-appoġġ mill-Malta Workers' Party ta' Boffa, seta' jiggverna. B'sorpriża ta' kulħadd, però, it-Tabib Boffa u l-Partit immexxi minnu ddeċidew li jidħlu fi Gvern ta' Koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Borg Olivier. Boffa ngħata l-kariga ta' Ministru tas-Saħħa u Servizzi Soċjali. Il-Malta Workers' Party kien diġa' beda jmajna sewwa fl-appoġġ tiegħu mill-elettorat u din il-mossa, li ħafna ħaddiema rawha bħala tradiment tal-interessi tagħhom, kienet il-bidu tat-tmiem tal-karriera politika ta' Boffa u tal-Malta Workers' Party.

Il-Gvern ta' Koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers' Party ma damx wisq u f'Diċembru, 1953 kellha ssir elezzjoni ġenerali oħra. Din id-darba l-Partit Laburista ġab siġġu aktar mill-Partit Nazzjonalista, dsatax għal tmintax, iżda l-Malta Workers' Party, bit-tliet siġġijiet biss li kien kiseb fl-Assemblea Leġiżlattiva, qaleb il-bilanċ favur in-Nazzjonalisti billi reġa' fforma Gvern ta' Koalizzjoni magħhom.

Kellu jkun il-Ministru John J. Cole li jwaqqa' l-Gvern ta' Koalizzjoni u, għalhekk, saret elezzjoni ġenerali oħra fi Frar, 1955 li ntrebħet mill-Partit Laburista mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff. Il-Malta Workers' Party tat-Tabib Pawlu Boffa kien spiċċa fix-xejn qabel din l-Elezzjoni ġenerali.

Fl-1998, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk:
 
 

Sir Paul Boffa rtira mill-ħajja politika fit-13 ta' Jannar, 1955. F'Ġunju 1941 għall-kontribut qalbieni b'risq ħutu l-Maltin ir-Re Ġorg IV ħatar lit-Tabib Boffa bħala Uffiċjal tal-Imperu Brittaniku (O.B.E.) u f'Jannar 1956 kien onorat mir-Reġina Eliżabetta II bit-titlu ta' Knight Bachelor, bit-titolu Sir.

Huwa miet fid-dar tiegħu f'Ħal-Tarxien, fis-6 ta' Lulju, 1962, fl-eta' ta' 72 sena.




#Article 70: Storja ta' Malta (2928 words)


Malta ilha abitata minn madwar 5200 QK u din iċ-ċiviltà preistorika baqgħet teżisti fil-gżejjer. Fiż-żminijiet bikrin, f'Malta kienu jgħixu diversi komunitajiet. Dan iż-żmien hu msejjaħ preistoriku minħabba li ma kien nkiteb xejn fih u għalhekk m'għandna l-ebda prova miktuba ta' dan il-perjodu. Hawnhekk naraw kif fl-iżvilupp tal-lingwa, it-taħdit jiġi qabel il-kitba, kif jiġi fil-ħajja ta' kull bniedem.

Meta ġew il-Feniċi semmew lill-gżira prinċipali Malat, li jfisser irmiġġ sikur. L-alfabett tal-Feniċi xtered malajr u n-nies bdew jitkellmu bil-Feniċju u iktar tard bil-Puniku.
Il-Gżejjer Maltin wara waqgħu taħt il-kontroll tal-Kartaġiniżi fl-400 QK u wara l-Gżejjer saru parti mill-Imperu Ruman, 218 QK.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Ir-Rumani kienu jużaw il-Latin u l-Grieg biex jikkomunikaw filwaqt li n-nies Maltin kienu jużaw il-Puniku u għalhekk il-Maltin kienu msejħa 'barbari', jigifieri nies li ma jitkellmux bil-Grieg. 

Dawn tal-aħħar ġew megħluba minn forza ta' Għarab fis-sena 870. L-Għarab influwenżaw il-lingwa tal-pajjiż, il-Malti, u dan l-element semitiku għadu ħaj sal-ġurnata tal-lum fl-ilsien tal-poplu. L-Għarab xerrdu it-twemmin Islamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura. L-Għarab għexu u tħalltu mal-Maltin għal mitejn sena, mill-1049 sal-1249. F'dan iż-żmien kien hawn Maltin li żżewġu lill-Għarab u anke qelbu r-reliġjon.

Fl-1091, in-Normanni ħadu l-Gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom, u anki jekk l-influwenza Għarbija baqgħet f'Malta sa ma dawn tkeċċew għal kollox, nistgħu ngħidu li Malta bdiet issir iktar u iktar Ewropea u reġgħet twaqqfet mill-ġdid ir-reliġjon Kattolika fil-Gżejjer. Dawn kienu jitkellmu bil-Latin jew bl-Isqalli. Kien f'dan iż-żmien li l-Malti beda jinqata' mill-Għarbi Klassiku u jitħallat mal-Isqalli. F'dawn iż-żminijiet, nistgħu ngħidu li hawnhekk twieled l-ilsien Malti, jew il-Malti Bikri. Wara xi żminijiet il-Maltin saru parti mill-Imperu Spanjol. 

Fl-1530, il-Gżejjer ingħataw lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann. L-Ordni kien jitkellmu bit-Taljan. Dawn in-nies tħalltu mal-Maltin fil-postijiet tax-xogħol u anke biż-żwiġijiet. B'hekk l-ilsien Malti għadda minn fażi oħra għax beda jitħallat mat-Taljan. Mela l-element Rumanz wassal għall-formazzjoni tal-Malti Nofsani.

Qabel mal-Kavallieri aċċettaw, dawn waqqfu kummissjoni biex jaraw l-istat tal-pajjiż. Sabu art niexfa, b'poplu mferrex madwar il-gżejjer kollha u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: l-Imdina, bis-swar tagħha, u l-Birgu bil-Castrum Maris illum il-Fortizza ta' Sant'Anġlu. Il-Kavallieri għażlu jaċċettaw il-proposta tal-Imperatur Karlu V, u ddeċidew li joqogħdu fil-Birgu, peress li din il-lokalità kienet mal-baħar u kellha wkoll port eċċezzjonali; żewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijin għal ħajja ta' kursara Kattoliċi. Wara dan, l-Ordni beda jsaħħaħ il-Birgu bi swar, u ġie deċiz li jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-Fortizza ta' San Mikiel, kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-Fortizza ta' Sant'Iermu.

Tkun illużjoni, imma, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-Ordni Malta tbiddlet f'fortizza felħana: l-attakki tal-furbani misilmin żdiedu, u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal Għawdex u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għad li falla minħabba s-saħħa li bdiet tiżdiet tal-Ordni.

Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ L-Assedju L-Kbir, li beda fit-18 ta' Mejju tal-1565, fejn Malta spiċċat tiġġieled mal-forza kbira tal-Imperu Ottoman. Fit-8 ta' Settembru 1565, ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-Ottomani, wara iktar minn tliet xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, l-hekk imsejjaħ Gran Soccorso, li waslithom għat-telfa tagħhom, fil-jum li baqa' mfakkar mal-Maltin bħala Jum il-Vitorja

Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta, u dawn baqgħu sal-lum jissejħu Kavallieri ta' Malta. Wara din ir-rebħa bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew kapitali ġdida, il-Belt Valletta u għollew l-istandard tal-għajxien tal-poplu inġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta Napuljun rebaħ il-Gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew l-Imblokk, grazzi għal għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-Gżejjer bħala protettorat fl-1800 u ħatru lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerer Napoleoniċi. 

Dan it-tir ma tantx dam: fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta uffiċjalment saret parti mill-Imperu Britanniku u kienet tintuża bħala stazzjon, bażi navali u s-sede uffiċjali tal-Flotta Navali Mediterranja Ingliża, sakemm din ittieħdet f'Lixandra fl-Eġittu minħabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti. 

Malta żvolġiet rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet qrib ħafna r-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-Tieni Assedju tagħha meta din saret wiehed mill-iktar postijiet bumbardati tad-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani. 

Wara din il-Gwerra, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'Commonwealth' bil-Kap tal-Istat tibqa' r-Reġina Eliżabetta II bħala Reġina ta' Malta, u wara saret repubblika fl-1974 bi President. F'referendum li sar f'April 2003, il-votanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 Mejju, 2004.

Malta tinsab fuq altipjan sommers li jestendi mill-Afrika ta' Fuq sa Sqallija. Miljuni ta' snin ilu, il-gżira sħiħa kienet sommersa, kif inhu indikat fil-fossili marini li jinsabu fil-ġebla Maltija fl-ogħla nħawi tal-Gżejjer. Hekk kif dan l-altipjan ogħla, u l-istrett ta' Ġibiltà ngħalaq minħabba attività tettonika, il-livell tal-ilma tbaxxa, u Malta dehret fuq speċi ta' 'pont' ta' art niexfa li kien jgħaqqad iż-żewġ kontinenti, imdawra b'għadajjar kbar. Xi għerien f'Malta wrew fdalijiet t'iljunfanti, ippopotami u annimali oħra kbar mill-kontinent Afrikan, waqt li oħrajn jixhdu annimali Ewropej.

Il-bniedem wasal f'Malta madwar l-5200 QK. L-ewwel komunitajiet ta' nies Neolitiċi probabbilment waslu minn Sqallija (madwar 60 mil fit-Tramuntana), u kienu fil-maġġoranza tagħhom komunitajiet ta' bdiewa u sajjieda, bi provi ta' attivitajiet ta' kaċċa. Milli jidher, dawn kienu jgħixu f'għerien u 'djar miftuħa'. Matul is-sekli li segwew, hemm evidenza ta' iktar kuntatti ma' ċiviltajiet oħra, li ħalliet effett kbir fuq dawn l-ewwel Maltin, hekk kif jixhdu id-disinji fil-fuħħar u l-kuluri li kienu jintużaw.

Wieħed mill-iktar żminijiet li jispikkaw fl-istorja ta' Malta hu ż-żmien tal-bini tat-tempji li jibda madwar l-3600 QK. Dan ifisser li f'Malta hawn l-eqdem binjiet fid-dinja. Ħafna mit-tempji għandhom forma ta' ħames kmamar semiċirkolari (f'nofs tond) magħqudin fiċ-ċentru. Ġie maħsub li dawn jistgħu jirrappreżentaw ir-ras, idejn u s-saqajn ta' alla falz, minħabba li waħda mill-iktar statwi komuni li jinstabu f'dawn it-tempji huma statwi ta' mara ħoxna; simbolu ta' fertilità. Il-Perjodu tat-Tempji baqa' għaddej sa, madwar, 2500 QK, meta iċ-ċiviltà li ħolqot dawn it-tempji għebet. Teżisti ħafna spekulazzjoni dwar x'seta' ġara, u jekk dawn kinux maqtula kollha jew jekk in-numri tagħhom ma waqgħux tant li ma fadal l-ebda traċċa tagħhom.

Wara dawn il-perjodi tat-tempji wasal Żmien il-Bronzi jimxu f'linja dritta. L-użu preċiż tagħhom mhuwiex magħruf. Skont ċerti studjużi dawn setgħu jintużaw meta xi annimali tal-irmonk kienu jiġbdu ċerti piżijiet, u b'hekk dawn il-kanali kienu jiggwidaw lill-annimali f'ċerti rotot mingħajr ma jitilfu t-triq.

Malta waqgħet taħt l-influwenza tal-Feniċi probabbilment madwar it-8 seklu QK, meta l-Feniċi kienu jiddominaw ir-rotot kummerċjali fil-Mediterran. Numru ta' tempji ta' dawn iż-żminijiet juru li huma ddedikati lill-alla femminili Astarte. Il-Feniċi kienu jsejħu lil gżira Malat, li tfisser irmiġġ sikur. Żewġ kandelabri tal-ġebel li nstabu f'Malta kellhom imnaqqax fuqhom dedikazzjoni kemm bil-Feniċju oriġinali kif ukoll bil-Grieg, dawn il-kandelabri fetħu l-bibien biex isseħħ id-deċifrazzjoni tal-lingwa Feniċja.

Malta kienet ċentru tal-kulti importanti ħafna għall-kult tal-alla mara tal-fertilità; il-qima lejn din id-divinità kienet ilha hawn sa mir-4 millenju QK. Stħarriġ arkeoloġiku wera li f'Malta kien hemm ċentru reliġjuż ħafna qabel dawk f'Sumer u fl-Eġittu. L-istorja miktuba ta' Malta bdiet ħafna qabel il-wasla tal-Kristjaneżmu. Oriġinarjament il-Feniċi, u iktar tard il-Kartaġiniżi, waqqfu portijiet u żoni kummerċjali fil-Gżejjer. Matul it-Tieni Gwerra Punika, Malta waqgħet f'idejn ir-Rumani, u ġiet inkorporata fir-Repubblika Rumana fl-218 QK. Ir-Rumani kienu jirreferu għall-gżira prinċipali bħala 'Melita', probabbilment korruzzjoni tat-terminu Feniċju 'Malat'. Jeżistu diversi fdalijiet Rumani f'Malta bħal mużajċi ta' domus fil-belt ta' Melita (illum l-Imdina u parti mir-Rabat), kif ukoll banjijiet u vilel kbar.

Kien matul dan iż-żmien li San Pawl, wieħed mill-figuri prominenti tal-Kristjaneżmu, wasal fuq il-Gżira meta l-ġifen li kien fuqu inkalja f'Malta meta kien fi triqtu lejn Ruma biex jiġi pproċessat. Dan l-avveniment hu deskritt fil-Bibbja, fl-Atti 28:1-11. It-tradizzjoni tgħid li San Pawl ikkonverta il-Gżejjer għall-Kristjaneżmu, u li Publiju, li kien il-gvenatur, sar l-ewwel isqof, imma m'hemm l-ebda fatti li jikkonfermaw din il-konverżjoni tal-massa. 

L-ewwel prova ta' Kristjaneżmu fuq il-Gżira hu fir-4 seklu WK. Inħawi li huma marbuta maż-żmien li San Pawl qatta' Malta baqgħu frekwentati mill-pellegrini sal-lum.

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, Malta waqgħet għal ftit żmien f'idejn il-Vandali u f'idejn il-Biżantini, sakemm wara waqgħet f'idejn Għarab Sqallin fl-870 WK. Dan il-perjodu ħalla effett qawwi fuq iċ-ċiviltà tal-inħawi. L-Għarab daħħlu diversi tekniki ta' irrigazzjoni, xi wħud minnhom għadhom jintużaw sal-lum. Ħafna nħawi ta' Malta huma wkoll marbuta ma' dan il-perjodu. L-Imdina, li ġiet modifikata estensivament f'dan iż-żmien, tixbah ħafna lil diversi bliet fl-Afrika ta' Fuq.

Għerq l-ilsien Malti hu miġbud minn dan iż-żmien: il-Malti, lingwa semitika u wara ġie influwenzat b'mod estensiv mit-Taljan u l-lingwi Rumanzi. Reċentement, beda jinħass ukoll l-influss tal-Ingliż. Anki jekk issa l-Malti jinkiteb fl-alfabett Latin, fil-fatt huwa l-unika lingwa Semitika li tinkiteb b'dan l-alfabett, din hi biss żieda reċenti għax matul l-istorja kien jinkiteb fl-alfabett tal-pajjiż ħakkiem.

Fl-1091 il-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, pprova jwaqqaf il-ħakma Normanna f'Malta, u fl-1127 ibnu Ruġġieru II ta' Sqallija irnexxielu. Minn hawn beda t-tmiem tal-influwenza Għarbija u l-Gżejjer baqgħu fl-isfera Ewropea.

Sas-seklu 13, f'Malta xorta baqa' element mdaqqas ta' Misilmin. Malta kienet appendaġġ ta' Sqallija għal 440 sena. Matul dan il-perjodu, Malta kienet mibjugħa lil diversi sidien fewdali u baruni, u kienet dominata suċċessivament mill-ħakkiema ta' bosta territorji Ewropej: Svevja, Akwitanja, Aragona, Kastilja u Spanja. Fl-aħħar Aragona - li kienet qed taħkem il-Gżejjer- ingħaqdet ma' Kastilja fl-1479, u Malta saret parti mill-Imperu Spanjol.

L-amministrazzjoni tal-Gżejjer b'hekk waqgħet f'idejn in-nobiltà Maltija, ħafna minna b'oriġini Sqallija jew Spanjola, li kienu jiffurmaw l-Università.

Fil-bidu tas-seklu 16, l-Imperu Ottoman beda jixtered fir-reġjun tal-Mediterran, sakemm wasal fix-Xlokk tal-Ewropa. Ir-re ta' Spanja, u Imperatur tal-Imperu Ruman Qaddis, Karlu V, beda jibża' li jekk Ruma taqa' f'idejn it-Torok, l-Ewropa Kristjana kienet tispiċċa. Fl-1522, l-Imperatur Ottoman Sulejman II keċċa lill-Kavallieri Ospitallieri ta' San Ġwann il-Battista minn Rodi. Dawn tferrxu fil-kommanderiji tagħhom fl-Ewropa. Biex jipproteġi lil Ruma minn invażjoni min-Nofsinhar, fl-1530 Karlu V ta l-Gżejjer lil dawn il-Kavallieri.

Għall-275 sena li jmiss, dawn il-famużi Kavallieri ta' Malta għamlu lill-Gżejjer id-dar tagħhom. Bnew bliet u rħula, palazzi, knejjes, ġonna, u fortifikazzjonijiet; huma sebbħu lill-Gżejjer b'diversi opri tal-arti, arkitettura, u żiedu l-wirt storiku ta' Malta.

Wara ħafna rtirati u bosta telfiet, inkluża Rodi li kienet fuq l-għatba tat-Turkija, l-Ordni ngħata l-Gżejjer Maltin. Minn hawnhekk komplew jattakkaw ir-rotot kummerċjali tat-Torok, u wara ftit, l-Imperatur Ottoman Sulejman II ordna li jsir l-aħħar attakk fuq l-Ordni. S'issa il-Kavallieri kienu okkupaw il-Birgu, fejn kien hemm portijiet perfetti biex jiġu bbażati l-flotot tal-Ordni. Ukoll il-Birgu, kien wieħed miż-żewġ inħawi urbani ffortifikati fil-gżira ta' Malta, l-post l-ieħor hu l-Imdina fejn kienet toqgħod in-nobiltà Maltija. 

Id-difiżi tal-Birgu żdiedu, u nbnew fortifikazzjonijiet fuq l-ilsien ieħor ta' art fil-qrib, l-Isla jew Senglea. Inbena forti żgħir fuq l-Għolja Xebb ir-Ras, fejn illum hemm il-Belt Valletta, li ssemma Forti Sant'Iermu.

Fit-18 ta' Mejju, 1565 il-logutenenti ta' Sulejman II, bdew l-Assedju ta' Malta. Sakemm waslet il-flotta tal-Ottomani, il-Kavallieri kienu diġà lestew dak kollu li seta' jitlesta. L-ewwel l-Ottomani attakkaw il-forti l-ġdid ta' Sant'Iermu, u wara xahar sħiħ ta' attakki il-forti kien imfarrak, imma s-suldati baqgħu jitqabdu sal-aħħar. Wara dan bdew jattakkaw il-Birgu u l-fortifikazzjonijiet fl-Isla, imma kien kollu għal xejn.

Wara assedju twil, fit-8 ta' Settembru tal-istess sena waslet l-għajnuna mistennija minn Sqallija; l-Ottomani ntebħu bit-telfa, u telqu minn Malta qabel mat-tempesti tax-Xitwa ma jħalluhomx jaħarbu. L-Ottomani kienu qed jistennew li ħa jirbħu fi ftit ġimgħat. Kellhom madwar 30,000 suldat kontra l-Kavallieri u l-Maltin, li kienu jammontaw għal 9,000. L-Ottomani ftit li xejn avvanzaw iktar fin-Nofsinhar tal-Ewropa u Sulejman miet ftit snin wara.

Sena wara, l-Ordni beda l-bini ta' fortifikazzjonijiet u belt ġdida: semmewha Valletta, għal Gran Mastru li kien rebbaħ l-Assedju - Jean Parisot de Valette. Minħabba l-fatt li l-Ottomani qatt ma ppruvaw jerġgħu jattakkaw, il-fortifikazzjonijiet tista' tgħid baqgħu sħaħ, u għadhom f'kundizzjoni tajba s'issa.

Però, għax ir-raġuni tal-eżistenza tagħhom għebet, is-snin glorjużi tal-Ordni bdew jgħaddu u jintesew, sakemm il-Kavallieri waqgħu f'deklin, kemm militari kif ukoll ekonomiku.

Fil-fatt, tant kien deklin qawwi li meta Napuljun wasal f'Malta fl-1798, ħa l-Ordni ta l-Gżejjer mingħajr l-ebda oppożizzjoni. Minħabba l-fatt li l-Ordni ma tantx kien qed jinħabb mal-Maltin, dawn bdew iħarsu lejn il-Franċiżi bħala liberaturi. Din l-illużjoni ma tantx damet. Fi ftit żmien il-Franċiżi bdew jagħlqu l-kunventi u jisirqu teżori tal-knisja. Il-Maltin irvellaw u l-Franċiżi taħt il-kmand tal-Ġeneral Claude-Henri Belgrand de Vaubois rtiraw fil-Belt Valletta. Wara ħafna fallimenti, il-Maltin iddeċiedew li jitolbu għal assistenza barranija, dik Sqallija (Borbonika) u Ingliża; l-Ammirall Horatio Nelson iddeċieda li kien hemm bżonn imblokk totali, navali u fuq l-art ukoll.

Fl-1814, Malta saret parti mill-Imperu Ingliż. Fil-bidu Malta ma tantx ingħatat importanza, iżda l-portijiet eċċellenti tagħha saru assi vitali għall-Ingliżi, speċjalment wara l-ftuħ tal-Kanal ta' Suez. Malta saret fortizza navali u militari, il-kwartieri navali prinċipali tal-Flotta Ingliża tal-Mediterran. Il-Maltin, però ma tantx kellhom kostituzzjoni liberali u ħafna kienu jbatu l-faqar. Fl-1919 saru rvellijiet minħabba din is-sitwazzjoni prekarja. Dan wasal għall-amministrazzjoni awtonoma tal-Gżejjer. Malta ngħatat sistema b'parlament bikameral, b'Senat (li tneħħa fl-1949), u b'Assemblea Leġiżlattiva eletta, anki jekk il-kostituzzjoni kienet frekwentement tiġi sospiża.

Qabel il-wasla tal-Ingliżi, il-lingwa tal-Maltin ta' livell għoli kienet il-Lingwa Taljana, imma din bdiet tiġi maqbuża mil-Lingwa Ingliża. Fl-1934 l-Ingliż u l-Lingwa Maltija ġew dikjarati l-uniċi żewġ lingwi uffiċjali f'Malta billi l-Ingliżi kienu jassoċjaw it-Taljan ma' Mussolini, u r-reġim Faxxista tiegħu fl-Italja, li kien jirreklama t-territorjalità ta' dawn il-Gżejjer.

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Belt Valletta kienet il-kwartieri navali tal-Flotta Ingliża tal-Mediterran. Però dan ittieħed f'Lixandra, fl-Eġittu, fis-snin tletin. Meta l-Italja ddikjarat gwerra fl-(10 ta' Ġunju, 1940), Malta kienet difiża minn 4,000 suldat, b'ħames ġimgħat ikel għal popolazzjoni ta' 300,000 ruħ. Terġa' Malta kienet difiża mill-ajru permezz ta' 42 'anti-aircraft gun', 34 kanun tqil u 8 ħfief, u 4 ajruplani 'Gloster Gladiator', bi 3 piloti. 

Peress li Malta kienet kolonja Ingliża viċin Sqallija u r-rotot tal-għadu, Malta kienet bumbardata mill-forzi tal-ajru Ġermaniżi u Taljani. Malta kienet tintuża bħala bażi għal attakki kontra l-flotta Taljana u kellha bażi tas-sottomarini. Kienet tintuża wkoll bħala stazzjon biex jiġu interċettati messaġġi tal-għadu.

Wara rifornimenti ta' ajruplani, Malta kienet tista' tiddefendi ruħha. Fil-15 ta' April 1942, ir-Re Ġorġ VI offra lill-'George Cross' lil Malta, bil-kliem: Lill-gżira fortizza ta' Malta -- niesha u min jiddefendiha. Il-President Amerikan Franklin Roosevelt, sejjaħ lil Malta fjamma żgħira tixgħel fid-dlam.

Fil-21 ta' Settembru 1964, Malta saret stat indipendenti. Din hi ċċelebrata kull sena bħala Jum l-Indipendenza. Malta, minkejja li kienet issa indipendenti, baqgħet parti mill-Commonwealth u kienet tagħraf lir-Reġina tal-Ingilterra bħala l-mexxeja tal-istat - ir-Reġina ta' Malta. L-Ingliżi żammew taħt il-kontroll tagħhom ċerti setturi u partijiet ta' Malta. Il-lira Maltija (Lm) temmet l-irbit li kellha mal-lira sterlina fis-snin sebgħin. 

Dom Mintoff reġa' ġie elett bħala Prim Ministru fl-1971, u beda jħoll l-irbit li kien hemm mal-Ingilterra u jmexxi politika ta' non-alinjament, billi ġie stabbilit kuntatt mal-Libja. Malta saret Repubblika fit-13 ta' Diċembru 1974, bl-aħħar Gvernatur-Ġeneral, Sir Anthony Mamo, jinħatar bħala l-ewwel President. Fl-1979 l-aħħar suldati Ingliżi telqu l-Gżejjer, f'dak li jissejjaħ Jum il-Ħelsien.

Fis-snin sebgħin, il-Gvernijiet immexxija minn Dom Mintoff taw id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ li jagħlqu t-18 il-sena, bdew iċ-ċentri tal-Kindergarten, skejjel tas-snajja’ u l-Junior Lyceums, daħħlu l-Paga Minima Nazzjonali, id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, it-tneħħija tal-Piena tal-Mewt, iċ-Children’s Allowance, Leave bi ħlas ta’ 13 il-ġimgħa, bonus darbtejn fis-sena, għajnuna finanzjarja lir-romol, morda u persuni b’diżabilità, ħafna mpjiegi minn investiment kbir mill-Ġermanja, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, mitjar ġdid, baċir ġdid, diversi Housing Estates, is-Sea Malta, l-Enemalta, it-Telemalta, l-Air Malta, il-Mid-Med Bank, u l-Bank of Valletta.

L-elezzjoni ġenerali kontroversjali tal-1981 rat lill-PN jġib maġġoranza assoluta ta' voti, anke jekk il-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Parlament. Mintoff baqa' Prim Ministru, u l-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Eddie Fenech Adami, nieda kampanja għat-tibdil fil-kostituzzjoni biex tirrifletti l-maġġoranza demokratika. Mintoff irriżenja minn Prim Ministru fl-1984, meta Karmenu Mifsud Bonnici ħa postu. 

Għal darb'oħra, il-PN kiseb il-maġġoranza fl-elezzjoni tal-1987, u minħabba t-tibdil li kien sar fil-kostituzzjoni biex is-sitwazzjoni tal-1981 ma terġax tiġri, il-Partit Nazzjonalista ħa postu fil-gvern. Il-gvern il-ġdid kellu fil-mira li jtejjeb ir-relazzjonijiet ta' Malta mal-Ewropa tal-Punent u l-Istati Uniti.

Il-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Eddie Fenech Adami, flimkien mal-Viċi Prim Ministru Guido de Marco, ħadmu għal sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Din saret kwistjoni taħraq fil-pajjiż, bil-Partit Laburista jopponi din l-għażla. L-MLP rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-1996, u Alfred Sant, li kien qed iservi għall-ewwel darba bħala Prim Ministru ta' Malta, iffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE. Madankollu, fl-1998 il-gvern Laburista sejjaħ elezzjoni bikrija, wara kontroversja interna li qamet mal-PM preċedenti u Mexxej tal-Partit Laburista, Dom Mintoff. Il-PN rebaħ din l-elezzjoni u reġa' attiva l-applikazzjoni għall-isħubija tal-UE. 

Fl-2003 sar referendum biex il-poplu Malti jivvota jekk Malta għandhiex issir membru tal-Komunità Ewropea. B'maġġoranza ta' aktar minn 19,000 vot favur is-sħubija mill-91% ta' dawk li kellhom id-dritt li jivvutaw, Malta kienet fi triqitha lejn l-UE. Il-Partit Laburista stqarr li huma mhux se jkun fidili lejn ir-riżultat ladarba jerġgħu jitilgħu fil-poter fl-elezzjoni ġenerali ta' dik is-sena. Madankollu, il-PN rebaħ b'maġġoranza assoluta, u Malta ngħaqdet mal-UE f'Mejju 2004 bit-Trattat ta' Ateni. Il-progress ta' Malta qalb il-Komunità Ewropea deher mal-ewwel hekk kif f'erba' snin mis-sħubija rnexxielu jilħaq il-kriterji biex ikun jista' jadotta l-ewro. Dan seħħ f'Jannar tal-2008. Sussegwentement, il-PN rebaħ għat-tielet darba konsekuttiva l-elezzjoni tal-2008 b'distakk minimu storiku ta' madwar 1,500 vot.

Fl-2013 u fl-2017, il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat għamel żewġ rebħiet elettorali storiċi b'differenza ta' 35,000 vot mill-Partit Nazzjonalista kull darba. Fiż-żewġ każijiet, il-kapijiet tal-PN, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil irriżenjaw mill-kariga.

Bl-insistenza tal-Oppożizzjoni Laburista u ta' żewġ deputati dissidenti tal-Gvern Nazzjonalista, il-poplu vvota għad-dħul tad-divorzju f'Malta. Wara l-elezzjoni tal-2013, Gvern Laburista daħħal l-Unjoni Ċivili bejn persuni tal-istess sess u l-possibbiltà li dawn jaddottaw it-tfal. Għamilha iktar faċli li jsir l-IVF b'xejn fl-isptar pubbliku.

Fost l-oħrajn, il-Gvern Laburista ta' Muscat daħħal il-Liġi tal-Whistleblower, il-Liġi dwar il-finanzjament ta’ partiti politiċi u l-liġi li neħħiet il-preskrizzjoni tal-politiċi f’każijiet ta’ abbuż u korruzzjoni.




#Article 71: Ġeografija ta' Malta (242 words)


Il-Ġeografija ta' Malta, bħal kull gżira oħra, hija ddominata mill-ilma. Malta hija arċipelagu ta' gżejjer ta' ġebel sedimentarju (korallin), fil-Baħar Mediterran, Malta tinsab madwar 93 kilometru lejn in-nofsinhar ta' Sqallija, fl-Italja; u madwar 300 kilometru 'il fuq mit-tramuntana tal-Afrika. It-tliet gżejjer maġġuri huma: Malta, Għawdex, u Kemmuna huma l-uniċi gżejjer abitati mill-poplu Malti. Il-pajjiż għandu qies żgħir ħafna, madwar 316 km2 biss. Ħafna bajjiet li jinsabu madwar il-kosta tal-gżejjer jipprovdu ħafna portijiet għall-ankraġġ. Il-Gżejjer huma kkaratterizzati b'għoljiet żgħar, b'għelieqi mtarrġin. L-ogħla punt, ta' 253 m, hu Ta' Dmejrek f'Malta. Il-Belt kapitali tal-gżejjer Maltin hija il-Belt Valletta. 

Referenza tal-Mappa:

Dimensjoni - komparata:
Ftit inqas mid-doppju ta' Washington DC.

Fruntieri fuq l-Art:

Reklamazzjoni tal-Baħar:
żona Maltija:

xkaffa kontinentali:

żona esklussiva għas-sajd:

ibħra territorjali:

Mediterranju b'xitwiet moderati u bix-xita, u sjuf sħan u nexfin.

Ħafna mill-art hi baxxa, ġeblija, ċatta bi pjanuri maqsumin b'widien; ħafna rdumijiet kostali.

Elevazzjoni - Estremi:
Punt l-Iktar Baxx:
Baħar Mediterran 0 m
Punt l-Iktar Għoli:
Ta'Dmejrek 253 m (fejn Ħad-Dingli)

Riżorsi Naturali:
ġebla, melħ, art agrikola

Użu tal-Art:
art arabbli:

uċuh tar-raba permanenti:

pasturi permanenti:

foresti u boskalji:

oħrajn:

Art irrigata:

Perikli Naturali:
Mhux Pervenuti

L-Ambjent: Problemi Kurrenti
riżorsi naturali ta' ilma limitati; użu jiżdied ta' desaliniżazzjoni.

Ambjent: Trattati Internazzjonali
taderixxi ma trattati fuq:
Tniġġiż tal-Arja, Kambju tal-Klima, Deżertifikazzjoni, Speċji li qed jinqerdu, Liġi tal-Ibħra, Rimi Marin, Waqfien ta' Testijiet Nukleari, Protezzjoni tas-Saff tal-Ozon, Tniġġiż tal-Ibħra, Protezzjoni ta' Paludi.
iffirmati imma mhux irratifikati:
Bijodiversità, Kambju tal-Klima - Protokoll ta' Kyoto.




#Article 72: Politika ta' Malta (1184 words)


Fil-Kostituzzjoni tal-1964, Malta saret demokrazija parlamentari fil-'Commonwealth'. Ir-Reġina Eliżabetta II tar-Renju Unit kienet ukoll ir-Reġina ta' Malta, u Gvernatur-Ġeneral kien jeżerċita awtorità eżekuttiva f'isimha, filwaqt li d-direzzjoni totali tal-pajjiż u l-kontroll tal-Gvern u l-affarijiet tan-Nazzjon kienu f'idejn il-kabinett, taħt tit-tmexxija ta' Prim Ministru Malti.

Fit-13 ta' Diċembru, 1974, il-kostituzzjoni inbiddlet, u Malta saret repubblika fil-'Commonwealth', bl-awtorità eżekuttiva mqiegħda fil-President ta' Malta. Il-President jagħżel bħala Prim Ministru lill-mexxej tal-Partit Politiku bil-maġġoranza ta' siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti; Din hi sistema unikamerali, allura mingħajr senat.

Il-President jagħżel ukoll, wara r-rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, il-Ministri individwali li jmexxu d-dipartimenti tal-Gvern. Il-kabinett jintgħażel minn fost il-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti, li hi magħmula minn 65 sa 69 membru, eletti skond il-prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali. L-elezzjonijiet iridu jsiru kull 5 snin. Kandidati għal siġġijiet li jitbattlu huma determinati skond il-voti ottenuti mil-kandidat fl-elezzjoni ta' qabel.

Il-Ġudikatura ta' Malta hi indipendenti. Il-President, wara l-parir tal-Prim Ministru, jagħżel il-Prim Imħallef flimkien ma' 16-il imħallef ieħor . Dawn iridu jirtiraw bilfors meta jkollhom 65 sena. Teżisti qorti ċivili, qorti kummerċjali, u qorti kriminali. Fil-qorti kriminali, l-Imħallef ipoġġi flimkien ma' ġurija ta' disgħa. Il-Qorti tal-Appel tisma' appelli mill-qrati ċivili  u mill-qorti kummerċjali. Il-Qorti tal-Appell Kriminali tappella għal ġudizzju lill-qorti kriminali. L-ogħla qorti, il-Qorti Kostituzzjonali, tisma' appelli fejn ikun hemm vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani, interpretazzjoniji tal-Kostituzzjoni, u l-invalidità ta' xi liġijiet. Għandha wkoll ġuriżdizzjoni fuq każijiet ta' disputi f'elezzjonijiet parlamentari u prattiċċi elettorali korrotti. Jeżistu wkoll xi qrati inferjuri preseduti minn maġistrati.

L-Att tal-Kunsilli Lokali tal-1993, (Att XV tal-1993) kien ippublikat fit-30 ta' Ġunju, 1993, u dan l-Att jaqsam lil Malta f' 54 kunsilli lokali u lil Għawdex f' 14. l-abitanti jeleġġu Kunsill Lokali kull 5 snin, bħala votanti fir-Reġistru Elettorali tal-Kunsill Lokali. L-elezzjonijiet isiru skond ir-prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali, u jintuża l-vot uniku trasferibbli. 

Is-Sindku hu il-mexxej tal-Kunsill Lokali, u r-rappreżentant tal-Kunsill għal kull effett taħt dan l-Att. Is-Segretarju tal-Eżekuttiv, hekk kif ikun appuntat mill-Kunsill, ikun il- mexxej eżekuttiv, amministrattiv, u finanzjarju tal-Kunsill. Kull deċiżjoni sseħħ kollettivament, flimkien ma' membri oħra tal-Kunsill. il-Kunsilli Lokali huma responsabbli għal manteniment u s-sbuħija tal-lokal, għal gwardjani lokali, ġbir ta' skart, u jmexxu l-amministrazzjoni ġenerali għall-Gvern Ċentrali, bħal ġbir ta' kiri u flus tal-Gvern, u tweġib ta' mistoqsijiet relatati mal-operat tal-Gvern. 

Żewġ Partiti jiddominaw il-politika polarizzata u bbilanċjata f'Malta: il-Partit Laburista (PL); Partit Laburista mmexxi mill-Priministru Robert Abela u l-Partit Nazzjonalista (PN); immexxi minn Adrian Delia. 

L-Elezzjonijiet jattiraw dejjem iktar minn 90% tal-elettorat. Id-differenza bejn iż-żewġ partiti hija tant żgħira li persentaġġ ta' 52% hu meqjus bħala rebħa qawwija, tant li r-rebħa tal-Partit Laburista fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 tqieset bħala waħda kolossali għax ġab 55%, 36,000 vot iktar mill-PN. Qabel l-elezzjoni ta' Mejju tal-1987, il-kostituzzjoni Maltija ġiet emendata biex il-Partit li jkollu 50% tal-vot popolari ikollu l-maġġoranza ta' siġġijiet fil-parlament, u jkun jista' jifforma gvern. Il-Partit Laburista, li dakinhar kien fil-gvern, għamel din il-proposta tal-emenda basta li l-Partit Nazzjonalista (dak iż-żmien fl-oppożizzjoni) jaqbel ma żewġ emendi oħra fil-kostituzzjoni: L-ewwel waħda tgħid li Malta hi stat newtrali u mhux alineat, u l-oħra tipprojbixxi interferenza barranija fl-elezzjonijiet.

L-Elezzjoni tal-1996 ntrebħet mill-PL b'maġġoranza ta' 8,000 vot, u dawn ħadu post in-Nazzjonalisti li kienu rebħu fl-1987 u fl-1992. Il-votanti kienu 96% tal-elettorat, bl-PL jieħu 50.72% tal-votanti, il-PN 47.8%, u l-Alternattiva Demokratika (assoċjata mal-Ħodor) 1.46%. 

Fl-1998 l-MLP tilef vot fil-Parlament, u l-Prim Ministru sejjaħ elezzjonijiet bikrija. Il-PN rebaħ din l-elezzjoni f'Settembru 1998, b'maġġoranza ta'13,000 vot u kellu maġġoranza ta' ħames siġġijiet fil-Gvern. Ivvotaw 95% tal-Elettorat. Il-PN rebaħ 51.81%, l-MLP 46.97%, Alternattiva Demokratika 1.21%.

Il-PN fil-Gvern għaġġel l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, u din kienet lesta sal-2002. Referendum fuq il-kwistjoni issejjaħ f' Marzu 2003, fejn in-Nazzjonalisti u l-Alternattiva Demokratika sejħu għal iva filwaqt li l-Laburisti sejħu lill-partitarji biex jivvutaw le, jinvalidaw il-vot jew ma jivvutawx. Ivvutaw 91% b' 53% jivvutaw iva.

IL-PL ma aċċettax dan ir-riżultat bl-argument li inqas minn 50% tal-votanti reġistrati qalu iva. Il-Parlament ġie xolt, u ġew imsejħa elezzjonijiet biex tiġi risolta l-kwistjoni. In-Nazzjonalisti ħadu 51.79% tal-vot, u l-Laburisti 47.51%. Alternattiva Demokratika ħadu 0.68%, mingħajr ebda siġġu. In-Nazzjonalisti b'hekk iffurmaw il-Gvern u setgħu jiffirmaw it-Trattat biex Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.

Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, l-Partit Laburista kiseb 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 132,426 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza għal diversi snin tant li bħala persentaġġi l-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%.
 
B’dawn il-persentaġġi kien ifisser li l-Partit Laburista kien se jkollu 37 siġġu filwaqt li l-Partit Nazzjonalista se jkollu 28 siġġu. Madankollu, meta l-voti bdew jiġu trasferiti, irriżulta li bħala siġġijiet il-Partit Laburista kiseb 39 siġġu u l-Partit Nazzjonalista 26 siġġu u għaldaqstant id-differenza telgħet għal 13-il siġġu. Madankollu bl-emenda kostituzzjonali li saret fl-2007, ebda partit ma jista jkollu aktar minn disa’ siġġijiet fuq l-ieħor, u għalhekk il-Partit Nazzjonalista se jingħata erba’ siġġijiet aktar. Hekk il-Partit Laburista fil-Gvern se jkollu 39 deputat filwaqt li l-Partit Nazzjonalista se jkollu 30 deputat għax jiżdidulu erba’ siġġijiet. Għaldaqstant, f’din l-elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista rebaħ disa’ distretti – mill-Ewwel Distrett sat-Tmien Distrett u t-Tlettax-il Distrett – waqt li l-Partit Nazzjonalista rebaħ erba’ distretti, mid-Disa’ Distrett sat-Tnax-il Distrett.

Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2017, l-Partit Laburista reġa' ġab kważi 55% u l-PN 43%.

Isem tan-nazzjon :
Isem twil konvenzjonali:
Repubblika ta' Malta
Isem qasir konvenzjonali:

Kodiċi informatiku:

Tip ta' gvern:
Demokrazija Parlamentari

Diviżjonijiet amministrattivi:
Malta hi maqsuma fi 68 kunsill lokal elett, b'kull kunsill responsabbli għal amministrazzjoni ta' bliet u reġuni b'qisien differenti. Ir-responsabbiltà amministrattiva hi maqsuma bejn il-Kunsilli Lokali u l-Gvern ċentrali, fil-Belt Valletta.

Festi nazzjonali:
Jum il-Ħelsien, 31 ta' Marzu (1979); Sette Giugno, 7 ta' Ġunju; Jum il-Vitorja, 8 ta' Settembru; Jum l-Indipendenza, 21 ta' Settembru (1964); Jum ir-Repubblika, 13 ta' Diċembru (1974)

Kostituzzjoni tal-1964 amendata fl-13 ta' Diċembru 1974

Sistema ġuridika:
Il-Liġijiet ta' Malta huma bbażati fuq il-Liġijiet Komuni Ingliżi, u fuq il-Liġijiet Ċivili Rumani; Malta aċċettat il-ġuriżdizzjoni tal-Qrati Internazzjonali tal-Ġustizzja, b'xi riservi.

Suffraġġ:

Eżekuttiv:
Kap tal-Istat:
George Vella (mill-4 t' April 2019)
Kap tal-Gvern:
Prim Ministru Robert Abela (mit-13 ta' Jannar  2020)

Kabinett magħżul mill-President, fuq parir mill-Prim Ministru.
Elezzjoni tal-President:
President elett mill-Kamra tad-Deputati għal 5 snin; wara l-elezzjoni, il-mexxej tal-Partit fil-maġġoranza (fl-aħħar elezzjoni, maġġoranza relattiva) jew tal-Koalizzjoni tal-maġġoranza jittella' bħala Prim Ministru mill-President għal ħames snin; il-Prim Ministru jagħti parir lill-President fuq l-għażla tal-viċi Prim Ministru.

Leġiżlattiv:
Kamra tad-Deputati unikamerali (is-soltu 65 siġġu; nota - jingħataw siġġijiet lil min għandu l-maġġoranza ta' voti imma mhux ta' siġġijiet; total t'issa: 69 siġġu; il-membri jittellgħu f'elezzjonijiet, fuq il-prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali u jservu 5 snin)
Elezzjonijiet ġenerali:
L-aħħar li seħħu 3 ta' Ġunju 2017 (li jmiss - 2022)
Riżultati tal-aħħar elezzjoni:
Perċentwali - PN 43%, MLP 55%, AD 1.8%. Siġġijiet - PN 26( +4 = 30), PL 39, AD - 0

Ġudikatura:
Qorti Kostituzzjonali, imħallfin jintgħażlu mill-President fuq parir mill-Prim Ministru; Qrati tal-Appell, imħallfin jintgħażlu mill-President fuq parir mill-Prim Ministru;

Partiti politiċi u mexxejja:

Parteċipazzjoni f'organizzazjonijiet internazzjonali:
C, CCC, CE, EBRD, ECE, EU (member from 1 May 2004), FAO, G-77, IAEA, IBRD, ICAO, ICC, ICFTU, ICRM, IFAD, IFRCS, ILO, IMF, IMO, Inmarsat, Intelsat, Interpol, IOC, IOM (osservatur), ISO (korrispondent), ITU, NAM, OPCW, OSCE, PCA, UN, UNCTAD, UNESCO, UNIDO, UPU, WCL, WHO, WIPO, WMO, WToO, WTrO

Deskrizzjoni tal-bandiera:
Żewġ faxex indaqs ta' abjad (naħa tal-lasta) u aħmar; fir-rokna ta' fuq tan-naħa tal-lasta hemm rappreżentazzjoni tal-George Cross, b'burdura ħamra.




#Article 73: Ekonomija ta' Malta (728 words)


Ir-riżorsi prinċipali ta' Malta huma l-ġebla, il-pożizzjoni ġeografika u l-prodott tal-ħaddiem Malti. Malta tipproduċi madwar 20% ta' l-ikel li teħtieġ, għandha sorsi limitati ta' ilma ħelu u m'għandha l-ebda sors domestiku ta' enerġija. L-ekonomija tiddependi fuq is-Suq Internazzjonali, manifatturat (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox, it-turiżmu; It-Tarzna ta' Malta, li hi kumpanija tal-Gvern, timpjega madwar 3,800 ruħ. Fis-sena 2000, 'l fuq minn 1.2 miljun turist żaru l-gżejjer.

Il-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita hu ta' $13,800, li jpoġġi lil Malta fin-nofs tal-iskala ekonomika tal-Unjoni Ewropea, bejn l-istati sinjuri li oriġinarjament iffurmaw l-UE u l-istati li kienu komunisti tal-Lvant tal-Ewropa. Malta ingħaqdet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, anki jekk kien hemm kwistjoni kbira fuq jekk dan kellux iseħħ. Id-defiċit finanzjarju fil-baġit hu problema fl-ekonomija tal-pajjiż.

Peress li Malta għandha ftit riżorsi naturali u suq żgħir, l-iżvilupp ekonomiku Malti kien ibbażat fuq il-promozzjoni tat-turiżmu u fuq l-esportazzjoni tal-manifattura li titlob xogħol intensiv. Sa min nofs is-snin 80, l-espansjoni f'dawn l-oqsma kienu il-mutur għat-tkabbir ekonomiku kbir ta' Malta. Investiment fl-infrastruttura sa mill-1987 stimula żieda fil-fortuni turistiċi tal-pajjiż.

Iż-żieda fit-turiżmu u l-qliegħ fil-kambju tal-munita dderivat mit-turiżmu sa mid-dawra fl-1987 kien essenzjali biex tikber l-ekonomija Maltija, u jekk wieħed iqabbel iż-żieda minn dik is-sena għal dik ta' qabilha, ta' rispettivament, 30% u 63% (żieda f'termini ta' dollari Amerikani). Wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-industrija tat-turiżmu marret naqra lura.

Bl-għajnuna tas-settur ekonomiku internazzjonali, bil-preżenza ta' xi riżorsi domestiċi, u b'politika li tgħin lil investiment orjentat lejn l-esportazzjoni barranija, l-ekonomija setgħet tmantni żmien ta' żieda fl-attività ekonomika. Matul is-snin 90, iż-żieda ekonomika Maltija baqgħet għaddejja, bejn wieħed u ieħor, b'dan l-istess pass . Kemm id-domanda domestika (fil-parti l-kbira konsum) u b'żieda mill-infiq tal-Gvern u l-esportazzjoni ta' servizzi u oġġetti, ikkontribwixxew għal dawn ir-riżultati tajbin.

Grazzi għal dan it-tkabbir fl-ekonomija, il-pajjiż żamm livell baxx ta' nuqqas ta' xogħol. Il-pressjoni fuq is-Suq tax-Xogħol żdiedet, u nuqqas ta' ħaddima abbli biżżejjed saret xi ħaġa komuni, anki jekk l-immigrazzjoni illegali qed tiżdied, u ż-żieda fil-Qligħ Reali qed dejjem togħla.

Żieda fid-domanda kemm fis-settur pubbliku u kemm fil-privat għal kreditu wassal biex -- fl-ambitu tar-rati tal-interess - iseħħ kreditu fuq ir-razzjonament lis-settur privat u l-introduzzjoni ta' ħlas mingħajr interess lill-banek. Anki b'din il-pressjoni, l-inflazzjoni tal-prezz tal-konsumatur baqgħet baxxa, li jirreffletti il-politika tar-rata tal-kambju barranija u l-fdal ta' kontroll tal-prezzijiet.

Il-Gvern Malti qed jipprova jmexxi politka ta' privatizazzjoni gradwali, jieħu xi passi biex ineħħi d-dipendenza tas-swieq fuq interventi diretti mill-gvern, u żieda f'aġenziji li jikkontrollaw lis-suq imma li jħalluh liberu. Però, meta komparata ma' standards internazzjonali, l-ekonomija għada regularizzata ħafna, u tidher li għandha xi xkiel ħabba problemi strutturali antiki.

Hawn bażi soda fis-settur tal-manifattura fejn jidħlu prodotti li jiġu impurtati hawn Malta hu jiġu ri-esportati wara li jkun seħħ xi tibdil jew żieda, bħal elettronika, farmaċewtiċi u tessuti; is-settur tal-manifattura għandu 'l fuq minn 250 enterpriżi barranin li jesportaw ix-xogħol tagħhom. It-Turiżmu jiġġenera 35% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), fejn Malta irnexxiela tattira 1.2 miljun visitur fis-sena 2000.

Fis-sena 2000, l-ekonomija kibret b'7% f'termini nominali u 4.3% f' termini reali. In-nuqqas ta' xogħol kien tbaxxa għal 4.4%, l-iktar livell baxx fi 3 snin. Ħafna kumpaniji li qabel kienu tal-Gvern qed jiġu pprivatiżżati - u suq qed jinħeles.

Minħabba d-daħla ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kellhom jinħelsu s-swieq ta' esportazzjoni u importazzjoni lejn l-istati li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, bit-tneħħija ta' kwoti u tariffi ta' importazzjoni Malta saret parti ħajja mis-suq komun tal-Unjoni Ewropea.

Il-Politka fiskali bħalissa hi diretta biex jonqos id-defiġit fil-baġitt, probabilment ħalli Malta tkun tista tidħol fl-Euro mill-iktar fis possibli. Id-dejn pubbliku żdied minn 24% tal-PGD fl-1990 għall-56% fl-1999. L-Għan hu ta' ratio tad-defiċit mal-PGD ta' madwar 3% fi 3 snin. Fis-sena 2000 dan ir-ratio kien ta' 6.6% tal-PGD, nuqqas minn 11% mis-sena ta' qabel.

oħrajn:

Elettriku - konsum:

Elettriku - esportazzjoni:

Elettriku - importazzjoni:

Agrikoltura - prodotti:
patata, pastard, għeneb, qamħ, xgħir, tadam, ċitru, fjuri, bżar aħdar; majjal, ħalib, tiġieġ, bajd

$1.8 biljun (1998)

Esportazzjoni - Affarijiet:
makkinarju u għodda tat-trasport, manufatturat;

Esportazzjoni - sħab:
Franza 20.7%, Stati Uniti 18.1%, Ġermanja 12.6%, Renju Unit 7.7%, Italja 4.8% (1998)

$2.7 biljun (1998)

Importazzjoni - Affarijiet:
makkinarju u għodda tat-trasport, manufatturat; ikel, xorb, u tabakk

Importazzjoni - sħab:

Dejn Barrani:
$130 miljun (1997)

Għajnuna Finanzjarja Rċevuta:
Mhux Pervenut

Rati tal-Kambju:
Lira Maltija (LM) per $ Amerikan 1 - 0.4086 (Jannar 2000), 0.3994 (1999), 0.3885 (1998), 0.3857 (1997), 0.3604 (1996), 0.3529 (1995)

Sena fiskali:

Ara Wkoll - Malta




#Article 74: Demografija ta' Malta (186 words)


Malta hija waħda mill-artijiet li għandhom l-ogħla densità ta' popolazzjoni, b'madwar 1,250 ruħ għal kull kilometru kwadru (3,000 għal mil kwadru). Abitata sa minn żminijiet preistoriċi, Malta kienet l-ewwel kolonizzata mill-Feniċi, mill-Kartaġiniżi, ir-Rumani, il-Biżantini u l-Għarab. Iktar tard, l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, it-Taljani, u l-Ingliżi influwenzaw il-ħajja u l-kultura Maltija. 

Il-maġġoranza tal-barranin f'Malta, is-soltu Ingliżi rtirati jew min jiddependi fuqhom, jgħix madwar in-naħa ta' Tas-Sliema. Il-Kattoliċiżmu Ruman hu r-reliġjon uffiċjali tal-pajjiż, hekk kif stabbilit fil-Kostituzzjoni Maltija; iżda, il-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon huma protetti. Malta għandha żewġ lingwi uffiċjali: Il-Malti, l-ilsien nazzjonali, u l-Ingliż, filwaqt li t-Taljan jinftiehem ħafna wkoll billi kien ukoll lingwa uffiċjali sal-1934. Ir-rata tal-litteriżmu hi ta' 90%, waqt li fl-1946 kienet 63%. L-iskola hi obbligatorja sal-età ta' 16-il sena. 

Dawn l-istatistiki demografiċi huma meħuda minn Index Mundi 2012 jekk mhux indikat il-kontra.

Struttura tal-età:

Rata tat-tkabbir tal-popolazzjoni:

Rata ta' twelid:

Rata tal-mortalità:

Rata netta ta' migrazjoni:

Proporzjon tas-sessi:
mat-twelid:

taħt il-15:

popolazzjoni totali:

Rata tal-mortalità infantili:

Għomor mistenni:
popolazzjoni totali:

rġiel:

Rata totali tal-fertilità:

Reliġjon:
Kattoliċiżmu Ruman - 91%

Litteriżmu:

popolazzjoni totali

rġiel:

L-ikbar Bliet fl-1 ta' Jannar 2017 skont stimi ufiċċjali:




#Article 75: WK (141 words)


Fl-iskala tas-snin fil-lingwa Maltija, it-terminu WK jalludi għall-frazi Wara Kristu u joqrob l-iktar lejn it-terminu bil-Latin Anno Domini li tfisser Fis-Sena ta' Sidna, jew b'mod komplet Anno Domini Nostri Iesu Christi, is-Sena ta' Sidna Ġesù Kristu. Din titqassar għal AD jew A.D., fil-Malti, WK jew W.K.. Din hija d-deżinjazzjoni użata biex jiġu numerati s-snin skond l-Era Kristjana. 

Din id-deżinjazzjoni llum tintuża kemm fil-kalendarju Ġuljan u kemm f'dak Gregorjan. Din tiddefinixxi epoka skond is-sena li hi tradizzjonalment konnessa mat-twelid ta' Ġesù Kristu.

Snin ilu t-terminu a.C.n. (Ante Christum Natum, Latin għal Qabel it-twelid ta' Kristu) kien jintuża minflok QK, anki jekk issa qed jintużaw l-iktar it-termini 'QK' u 'WK'. Din is-sistema, imsejħa L-Era Kristjana, hi l-unika sistema f'użu komuni fil-Pajjiżi tal-Punent, u s-sistema prinċipali għall-kummerċ u għax-xjenza fil-bqija tad-dinja. 

Fil-Malti dawn it-termini jitqiegħdu wara n-numru tas-sena, pereżempju: 30 WK mhux WK 30.




#Article 76: Ewropa Ċentrali (206 words)


L-Ewropa Ċentrali hija r-reġjun bejn iż-żewġ blokok li jiffurmaw l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant. Dan it-terminu beda jintuża' iktar wara l-waqgħa tal-Komuniżmu, meta spiċċaw ħafna delineazzjonijiet. Ir-reġjun jikkomprendi (minn fuq għal isfel) mill-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija, it-Transilvanja, is-Slovenja, u partijiet mill-Balkani. Xi drabi, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera huma wkoll inklużi f'dan ir-reġun Ewropew.

Storikament, m'hemmx fruntieri fiżiċi li juru lil dan ir-reġun. Hu iktar kunċett ta' storja komuni, f'għaqda kontra l-Lvant ikkaratterizzat mill-Imperu Ottoman u mir-Russja. Sal-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-Punent kien hemm preponderanza ta' konservattiżmu kontra l-ideat liberali moderni meħudin mill-kummerċ internazzjonali; u, fl-aħħar mill-aħħar, mir-Rivoluzzjoni Franċiża. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, u iktar u iktar, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, dawn l-ideat inġenerali, u d-demokrazija liberali iktar fil-partikulari, espandew il-fruntieri tagħhom mal-Ewropa ħielsa kollha.

Il-kunċett ta' Ewropa Ċentrali qiegħed jiġi użat ħafna riċentement, anki jekk fadal biex jilħaq il-kunċetti ta' Ewropa tal-Punent u tal-Lvant. F'kuntesti storiċi u kulturali, l-Ewropa tal-Lvant tidher l-iktar fejn hemm inħawi li fihom il-Ġermaniżi għexu u tħawwdu mal-Islavi u l-Magjari, u fejn il-minoranzi tar-Rom u l-Lhud għamlu kontribut kulturali qawwi. Din in-nozzjoni tilfet ħafna mill-valur tagħha ħabba l-gwerer u d-diviżjoni fiżika u ideoloġika bil-Ġermaniżi imqegħdin fil-Punent, kemm politikament u kemm fiżikament. 

Dan it-terminu qed jerġa' jintuża ħafna wkoll minħabba t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.




#Article 77: Għawdex (313 words)


Għawdex hi gżira li tifforma parti mill-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran, u t-tieni fid-daqs wara Malta. Għawdex hu differenti minn Malta peress li fuq din il-gżira, wieħed isib aktar abbundanza naturali u ekoloġika.

Għawdex hu magħruf ukoll bħala il-Gżira ta' Kalipso, isem meħud mill-leġġenda ta' Omeru fl-Odissea, li tirrakkonta kif Ulisse sbarka fuq il-gżira ta' Ogigia, (maħsuba li hi Għawdex) fejn ħadet ħsiebu n-ninfa Kalipso.

Il-Popolazzjoni ta' Għawdex hi ta' bejn wieħed u ieħor 31,000 Għawdxi u Għawdxija. Għawdex hu rikk mhux biss bin-natura, iżda wkoll bl-istorja tiegħu.

Għawdex ilu abitat mill-5 millenju qabel Kristu, kif inhu pruvat fit-tempji megalitiċi tal-Ġgantija. L-ewwel nies probabilment ġew minn Sqallija. L-istudjużi jaħsbu li l-ewwel abitanti tal-gżira kienu joqogħdu f'għerien, fil-post fejn illum hemm ir-raħal ta' San Lawrenz.

Għawdex kien ta' importanza kbira anke fiż-Żmien Neolitiku, u dan narawh bl-eqdem struttura reliġjuża fid-Dinja- it-tempju tal-Ġgantija. 

Fil-Perjodu Ruman, Għawdex kien Muniċipju għalih, bi flus u tmexxija differenti minn dik ta' Melita. 

Fl-1551, il-popolazzjoni Għawdxija ġiet imkaxkra għalkollox fil-jasar minn Dragut Reis u Sinan Pasha. Wara dan l-avveniment iswed fl-istorja Għawdxija, Għawdex dam ħafna ma żviluppa u reġa' beda jiġi abitat. 

F'Lulju tal-1551 l-Ottomani u s-sibbien tal-Barbarija ħabtu għall-gżira, għamlu skjavi lill-5,000 jew 6,000 abitant, u ħaduhom Tarħuna fil-Libja. Huma ħarbu minn Imġarr ix-Xini. 

L-istorja t'Għawdex tmur id f'id ma' dik ta' Malta, minħabba li Għawdex kien dejjem kmandat minn Malta, ħlief għall-perjodu qasir ta' awtonomija bejn l-1798 u l-1801, waqt l-Imblokk tal-Franċiżi.

Avolja gżira żgħira, ftit 'il fuq minn dik ta' Malta, hija mimlija siġar, frott u fjuri u aktar għammiela. Ma hijiex mill-bini bħal Malta, għalkemm l-iżvilupp ta' kafkaf qiegħed jilħaq lil din il-gżira wkoll u biż-żmien tirangga wkoll

Għawdex hu 67 km². Il-gżira għandha popolazzjoni ta' 30 elf, madwar 6 elef minnhom jgħixu fil-kapitali, ir-Rabat, magħrufa wkoll bħala Victoria.

Hu 'l bogħod madwar 6 km fil-majjistral mill-eqreb art ta' Malta, b'14 km tul u 7.25 km wisgħa.




#Article 78: Feniċi (114 words)


Il-Feniċi kienu poplu mill-Lvant Nofsani, min-naħat ta' fuq ta' fejn illum hemm l-Art Imqaddsa, qalb il-pjanuri tax-xatt tal-Libanu u s-Sirja tal-lum il-ġurnata. 

Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li tferrxet tul il-Baħar Mediterran fl-ewwel millenju QK. Anki jekk in-nies ta' dak ir-reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti, l-isem Feniċi ntiret mill-Griegi, li kienu jsejħulhom Phoiniki - Φοινίκη (Phoiníkē); il-kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta' kulur vjola fl-aħmar, bil-Grieg φοινίξ (phoinix), minħabba l-fatt li l-Feniċi kienu jikkummerċjaw żebgħa ta' dan il-kulur. Din iż-żebgħa kienet tintuża fil-kummerċ tat-tessuti, u kienet mfittxija ħafna. 

Il-Feniċi baqgħu jkattru r-rotot kummerċjali tagħhom u kienu jwaqqfu kolonji bħala portijiet matul il-vjaġġi tagħhom, bħal Kartaġni, Lilybaeum, Spanja, u Malta.




#Article 79: Kartaġni (240 words)


Kartaġni (bil-Latin: Carthago jew Karthago, bil-Grieg: Καρχηδών Karkhēdōn, bl-Għarbi: قرطاج Qarṭāj‎, li tfisser Belt Ġdida) huwa l-isem ta' belt antika fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-lag ta' Tuneż li ilha teżisti għal madwar 3,000 sena u li illum il-ġurnata hija subborg ta' Tuneż, fit-Tuneżija.

Madwar is-sena 814 QK, Kartaġni nbniet minn kolonji feniċi mill-belt ta' Tiru, u ġiet dedikata lil alla Melkart. Fil-leġġendi naraw li din il-belt twaqqfet minn Dido, u numru ta' stejjer differenti għadhom ħajjin fil-letteratura griega u Rumana. 

L-ewwel snin ta' Kartaġni kienu kkaratterizzati bi problemi bejn is-sidien ta' l-art u s-sidien tal-iġfna. Is-soltu, minħabba d-dipendenza tal-belt fuq il-kummerċ marittimu, is-sidien tal-iġfna kienu jikkontrollaw il-gvern, u matul is-sitt seklu QK, Kartaġni bdiet tiddomnina l-Mediterran tal-Punent. Merkanti u esploraturi waqqfu għaqda kbira ta' rotot kummerċjali, u Kartaġni bdiet issir sinjura u b'saħħita. Fil-bidu tas-6 seklu QK, Hanno in-Navigatur hu maħsub li vjaġġa mad-dawra tal-Afrika, jista' jkun li wasal sa s-Sierra Leone. Sadanittant, taħt mexxej jismu Malchus, il-belt bdiet tiddomina ix-xtut ta' fuq tal-Afrika u l-intern tat-Tuniżija.

Fil-bidu tal-5 seklu QK, Kartaġni kienet iċ-ċentru tal-kummerċ tar-reġjun, pożizzjoni li żammet sakemm il-belt ġiet attakkata u inkorporata fir-Repubblika Rumana, fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika. Kartaġni kienet ħadet il-kolonji l-qodma tal-Feniċi, kolonji bħal Hadrumetum, Utica u Kerkouane, flimkien mat-tribujiet Libjani, b'firxa minn partijiet tal-Marokk sal-fruntiera mal-Eġittu. L-influwenza tagħha kienet xterdet mal-Mediterran kollu, bil-kontroll ta' Sardinja, Malta, il-gżejjer Baleariċi u x-xaqliba tal-punent ta' Sqallija. Wara l-Ewwel Gwerra Punika twaqqfu kolonji f'Iberia (Spanja), l-iktar famuża fostom Kartaġena.




#Article 80: Imperu Ruman (267 words)


L-Imperu Ruman hu t-terminu li jintuża għal għaqda ta' artijiet li kienu parti mir-Repubblika Rumana, wara li dan ġie riorganizzat taħt it-tmexxija ta' Ottavjanu, magħruf aħjar bħala Ċesri Awgustu. Anki jekk Ruma bħala repubblika rnexxiela tkabbar ammont ta' stati-tributarji, ikun żball jekk wieħed iħawwad dawn iż-żewġ entitajiet differenti.

Ir-riorganiżazzjoni ta' l-artijiet Rumani minn Awgustu, baqgħet għaddejja sħiħa mingħajr ħafna tibdil sal-wasla ta' l-Imperatur Dijoklezjanu. Dawn ir-riformi li saru fl-aħħar tat-tieni seklu WK, dawru l-Imperu f'tetrarkija. Anki jekk is-sistema ta' Dijoklezjanu ma tantx damet f'postha, din xorta qasmet l-Imperu fi tnejn. Dan il-fatt irnexxielu jsalva l-Imperu Ruman għal mitejn sena oħra, anki jekk maqsum fl-Imperu tal-Lvant u dak tal-Punent. It-tmiem ta' l-Imperu Ruman tal-Punent jinżamm tradizzjonalment fis-sena 476 WK, meta l-barbaru Odovakru neħħa l-aħħar imperatur, u bagħat l-insinja tal-Imperatur tal-Punent lil dak tal-Lvant. Wara elf sena oħra, fl-1453, waqgħet Kostantinopli, u magħha l-aħħar fdalijiet ta' l-Imperu Ruman.

Minħabba l-fatt li l-Imperu Ruman dam għal daqstant żmien, mill-31 QK sa l-1453, kien hemm ammont ta' ismijiet li ntużaw mill-istorjografi biex jiddistingwu bejniet iż-żminijiet; hemm l-Imperu Biżantin, hemm l-Imperu Ruman tal-Punent, u dak tal-Lvant;

L-influwenza ta' l-Imperu Ruman fuq il-gvern, il-liġi, il-militar, u l-arkitettura monumentali, kif ukoll influwenza fuq il-mod ta' għajxien ta' l-Ewropej ta' llum, hi kbira ħafna. Il-Griegi (Biżantini) bdew isejħu lilhom infusom bħala Rumani, ħaġa li għadek issibha f'ċerti nħawi tal-Greċja, probabbilment bħala riżultat ta' l-istatus elevat tagħhom stess fl-Imperu Ruman. 

Titli Rumani bdew jittieħdu minn ħafna renjanti Ewropej, bħar-rejiet tar-renju tal-Franki, l-Imperu Ruman Qaddis, l-ewwel u t-tieni Imperi Bulgari, id-dinastiji Russi/ta' Kiev (czar hi korruzzjoni ta' Ċesri), u l-Imperu Ġermaniż (kaiser hi korruzzjoni ta' Ċesri wkoll).




#Article 81: Ġużeppi De Piro (3911 words)


Ġużeppi De Piro twieled fit-2 ta' Novembru 1877, fl-Imdina. Kien is-seba' wieħed fost id-disat aħwa. Jekk f'dak iż-żmien in-nobbli kienu jqisuha ħaġa dispreġjattiva li jmorru jaħdmu, għalihom jidher li kien aktarx daqshekk ieħor diżonorevoli li jibagħtu lil uliedhom f'xi skola.  Għall-familja De Piro, għalkemm waħda ta' barunijiet, il-każ jidher li kien differenti.  Wara li ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fid-dar tal-familja, Ġużeppi għadda għal-Liċeo. 

Hemmhekk baqa' sakemm qagħad għall-Matrikola li permezz tagħha daħal l-Universita` Rjali ta' Malta. Wara kors ta' tliet snin fl-Arti u x-Xjenza, hu beda l-istudju għal avukat. Sa minn tfulitu, De Piro kellu namra lejn l-Arti.  Ġużeppi, iż-żagħżugħ pittur, kadett u student, kien qiegħed jagħmel l-ewwel sena ta' studju tal-Liġi.  Iżda De Piro  kien fuq kollox żagħżugħ li kellu l-għeruq tiegħu f'familja fejn kif stqarr l-Arċisqof Pietru Pace, ...ma kienx jara fiha ħlief eżempji ta' ħajja virtuża.

De Piro kien imtella' fit-talb u fid-direzzjoni spiritwali. Huwa kien ilu lest għas-sejħa minn meta kien għadu tifel żgħir. Hu nnifsu jesprimi bil-kitba tiegħu: Fit-8 ta' Mejju 1898 wara novena lill-Verġni ta' Pompei, li fiha jiena tlabtha biex tgħinni nagħraf verament ir-rieda t'Alla għalija, jien ħassejt il-qawwa li niddeċiedi fis-sewwa, ċioè favur is-saċerdozju.

Xejn ma waqqfu milli jsegwi din id-deċiżjoni. De Piro kellu n-nobbiltà xi jħalli. Din kienet tfisser fost l-oħrajn it-titlu nobiljari, ħafna proprjetà mobbli u mmobbli, stil ta' ħajja lussuża u komdu, popolarità fis-soċjetà, stima, awtorità, ħafna faċilitajiet,eċċ. De Piro  jgħid ukoll x'għenu biex waslu biex isir saċerdot. Fost il-ħdax ir-raġuni favur is-saċerdozju hu jippreżenta waħda li tispjega kollox ; ix-xewqa li ningħata kollni kemm jien lil Alla wara li Hu bata tant għad-dnubiet tiegħi.  Wara li tkellem ma' ommu dwar id-deċiżjoni tiegħu u ġie mgħarraf l-Arċisqof Pace, saru l-arranġamenti meħtieġa u Ġużeppi mar Ruma biex joqgħod fil-Kulleġġ Capranica u jibda l-Filosofija fl-Università Gregoriana. Ċertament meta ċaħad għal ġid materjali, De Piro ma neħħiex minnu l-krejattività, il-kuraġġ, l-enerġija u d-dedikazzjoni li bihom hu kien diġà qed jidħol għal kull biċċa xogħol. Fil-fatt minn ittra li kiteb lil ommu fil-bidu ta' l-istudju tiegħu, jidher li hu kien ippjana li jagħmel għaxar snin Ruma : wara li jlesti l-kors istituzzjonali kellu l-ħsieb li jkompli l-ispeċjalizzazjoni fil-Liġi Kanonika. Hawnhekk, iżda, hu mportanti li wieħed jirreferi għal korrispondenza oħra li nkitbet bejn Ġużeppi u l-familjari tiegħu. Ħames xhur wara li hu kien beda l-Filosofija, u allura sitt xhur wara li kien kiteb lil ommu dwar il-pjan ta' studju, oħtu Tereżina kitbitlu biex tawguralu s-suċċess fl-istudji li kien qed jagħmel. Ġużeppi kiteb lil ommu u bla tlaqliq qalilha: Nosserva 'l Teresina biex ma toqgħodx tagħmilli ċerti awguri b'tant serjetà. Hemm awgurju wieħed li naċċetta bil-qalb. Dan hu li jien nagħraf tajjeb ir-rieda ta' Alla, u nagħmilha b'mod perfett. Dan għalija jkun biżżejjed. Wara li ġie ordnat saċerdot f'San Ġwann Latern, fil-15 ta' Marzu 1902, u ġie jagħmel l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina, Ġużeppi De Piro mar lura Ruma biex jispiċċa t-tielet sena Teoloġija.  Fi tmiem din is-sena akkademika hu ġie Malta għal żmien qasir ħafna qabel telaq lejn l-Isvizzera għall-kura. It-talb, l-għajn ta' faraġ u l-aqwa akkumpanjament, kif stqarr l-istess De Piro, għenuh biex jegħleb il-mumenti iebsa fejn kien imċaħħad li jmur San Ġużepp u jwettaq il-ħidma ta' missjunarju : ...qalb is-silġ tal-Alpi, u daqshekk 'il bogħod mill-pajjiż fejn ħsibt li npoġġi l-proġetti tiegħi fil-konkret ma kien baqagħli xejn għajr it-talb - l-aqwa kumpanija għalija - u tlabt, tlabt, tlabt.  Dam hemm sena u nofs.  Fit-2 ta' Marzu 1904 Dun Ġużepp ġie lura Malta.

Il-Qaddej t'Alla żamm kuntatt kontinwu m'ommu permezz tal-ittri.  Din tal-aħħar, għalkemm kellha wlied oħra, kellha fiduċja kbira f'binha Ġużeppi u spiss kienet tħoss in-nuqqas tiegħu meta kien barra minn xtutna, okkażjonalment f'Ruma minħabba raġunijiet akkademiċi u fl-iSvizzera għall-kura.  Minħabba f'hekk, hu ħa ħsieb li jtaffilha dan id-dispjaċir tagħha b'korrispondenza regolari.  Din l-affettività ma setax jgħixha bl-istess mod ma' missieru, li miet fil-bidu tal-1898.

Meta De Piro ġie lura Malta mill-iSvizzera, fejn kien ingħata kura, huwa kien saċerdot żagħżugħ ta' 27 sena. Kien mimli proġetti għall-futur. Fl-istess ħin xejn ma eżita li jistenna ftit aktar biex jista' jpoġġihom fil-prattika. Fil-fatt, meta wasal Malta, flok intefa' għax-xogħol hu għażel li jmur joqgħod għal xi żmien fid-dar li l-familja tiegħu kellha fil-Qrendi. Hu hemmhekk mar biex ikompli jieħu saħħtu imma fl-istess ħin ma qagħadx fil-għażż. Ir-reġistri tiegħu tal-quddies juru li kien iqaddes ta' kuljum fil-knisja parrokkjali. Iżda kien kontribut li De Piro almenu kellu l-ħsieb li jagħti hawnhekk kien marbut mal-formazzjoni kontinwata tal-kleru. Huwa kien ġa ra kif għamel biex ikkuntattja s-saċerdoti tal-parroċċi qrib il-Qrendi u ħejja għalihom programm ta' laqgħat li kellhom jitmexxew minn saċerdoti oħrajn speċjalizzati fil-materji magħżula. Kienet biss ħidma ġdida li ngħatatlu li waqqfitu milli jpoġġi dan il-proġett fil-prattika.

De Piro kien ipprefera ħidma sempliċi u fqira fl-Istitut ta' San Ġużepp milli jagħmel parti mill-korp diplomatiku tal-Knisja. Biex wasal għal din l-għażla hu niżżel bil-miktub ir-raġunijiet tiegħu. Fl-istqarrijiet ta' De Piro toħroġ l-umilità safja tiegħu : Fl-Akkademia donni nkun qiegħedt ruħi fil-għoli biex ħaddieħor jarani ħalli lili jerfagħni għal xi pożizzjoni tajba; imma hu tagħlim ċert li Ġesù għandu preferenza għal dawk li jixtiequ jinħbew...diġa' jkun infinitament iżjed milli jistħoqqli jekk nasal biex insir saċerdot. 

Din l-istess attitudni baqgħet fih kontinwament.  Fil-fatt daqs għaxar snin wara li għamel l-għażla favur San Ġużepp, De Piro kellu quddiemu sfida oħra simili.  Mons. Vinċenz Vassallo, li kien id-Dekan tal-Kapitlu Metropolitan, kien qed jikber fl-età u allura beda' jfittex koadjatur għalih innifsu.  Skont ittra miktuba lil De Piro minn Dun Mikiel Anġ Pace, kappillan tal-Arċisqof Pace, kien jidher li l-Eċċellenza tiegħu kien ħaseb fih.  F'risposta li kiteb lill-istess Dun Mikiel Anġ, De Piro kien ċar ħafna : Nitolbok twassal lill-Arċisqof ir-radd ta' ħajr tiegħi talli ħa ħsiebi u ried jgħollini fil-ġieħ.  Agħmilli wkoll pjaċir li twassal lill-Arċisqof li l-ġieħ li ser jiġi offert lili ma jgħoddx għalija minħabba x-xogħol li għandi.  Ngħid dan biss mingħajr ma noqgħod insemmi raġunijiet oħrajn.  Għalhekk, hu impossibli li naċċetta.  Lill-Arċisqof hu kitiblu kliem simili.  Imma fir-risposta li bagħatlu bil-miktub l-Arċisqof innifsu, jidher aktar u aktar x'kienet l-attitudni ta' De Piro quddiem l-unuri : Inti qatt ma fittixt la postijiet u lanqas dinjitajiet.  Ilqa', għalhekk, minn idejn Alla din il-proposta u aċċettaha bħala att ta' ubbidjenza lejja...

Dun Ġużeppi De Piro spiċċa biex obda u aċċetta li jkun Monsinjur u wara anki Dekan.

Mons. De Piro kien bniedem krejattiv ħafna u enerġetiku biżżejjed biex ipoġġi fil-prattika dak li kien jaħseb fih. Dan kien ġa wrieh fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu. Proprju minħabba f'hekk, wieħed ma tantx seta' jimmaġina li meta l-Arċisqof Mawru Caruana ġie Malta, hu kien sejjer jagħżel wieħed raġel li ħadem u bata fl-istess ħin: Ġużeppi De Piro. Hu kien ħa jagħżlu bħala l-ewwel segretarju tiegħu. Il-ħafna volumi ta' korrispondenza li kien hemm tul it-tliet snin ta' segretarjat ta' De Piro (1915-1918) juru biċ-ċar li hu kien bniedem verament tad-dover. Għalkemm barra din il-ħidma hu kien qed iwettaq diversi xogħlijiet oħra, qatt ma kien iħalli bla risposta lil min jiktiblu. Ir-responsabbiltà tiegħu kienet tidher ukoll fil-fatt li regolarment hu żamm kopji ta' materjal importanti.

Ftit snin wara li De Piro ippjana proġett għall-formazzjoni tas-saċerdoti tal-parroċċi fil-qrib, hu ġie magħżul biex jagħmel parti minn kummissjoni li tieħu ħsieb il-formazzjoni tas-saċerdoti żgħażagħ. Kien żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Arċisqof kien jinnota li meta s-seminaristi kienu jiġu ordnati saċerdoti u joħorġu mis-seminarju biex jibdew il-pastorali tagħhom huma kienu qegħdin isibu ruħhom fi problemi kbar. Mawru Caruana rrealizza li dawn il-qassisin novelli kienu jeħtieġu saċerdoti aktar maturi u ta' eżempju tajjeb li waqt li jakkumpanjawhom f'dik l-esperjenza ġdida għalihom ikunu jistgħu jgħinuhom jgħaddu bil-mod il-mod mill-ħajja tas-seminarju għall-ftuħ ta' l-appostolat. Fid-19 ta' Lulju 1915, l-Arċisqof ħareġ digriet li fih wera x'kellu f'moħħu. Hu kien sejjer ikun dak prinċipalment responsabbli tal-proġett. Imma fost il-membri msemmija Mons. De Piro kien qiegħed fl-ewwel post.

Fit-30 ta' Settembru 1918 l-Arċisqof Caruana għażel u nnomina lil De Piro biex ikun Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina. Il-kliem tan-nomina hu ċar ħafna: Aħna nafu tajjeb kemm int bniedem ta' skola, ta' ħajja tajba, u ta' tant merti fid-Djoċesi, speċjalment fl-uffiċju tiegħek ta' Segretarju Ġenerali tagħna : uffiċju li inti qdejtu billi għoġobt, mhux biss lilna, imma wkoll lil dawk kollha li kellhom bżonn tas-servizz tiegħek. Għalhekk lilek,...Dun Ġużepp...nagħżluk u tas-servizz tiegħek. Għalhekk lilek,...Dun Ġużepp...nagħżluk u ninnominawk Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta' San Pawl fl-Imdina.

Wara li kien ilu sentejn Rettur tas-Seminarju, fis-27 ta' Awissu 1920, hu talab lill-Arċisqof biex jekk dan ma kienx jaħsibha mod ieħor, lilu jserrħu mill-uffiċċju ta' Rettur. Iżda a parti din it-talba, ir-Rettur bagħat lill-Arċisqof relazzjoni ta' ħdax-il paġna. Fiha hu jagħti rapport dwar id-diversi aspetti tal-ħajja tas-Seminarju Maġġuri. Waqt li għamel hekk, lilna kompla jtina ħliel dwar il-persuna tiegħu nnifsu. Kien żmien diffiċli u ta' ħafna taħbit, iżda De Piro wera li jrid jagħmel impenn f'ħajtu u f'xogħlu. Wara il-ħidmiet kbar ta' De Piro, huwa ġie ppreżentat fost l-oħrajn bħala membru ta' l-Assemblea Nazzjonali li fl-1919 bdiet taħdem għat-tifsil ta' Kostituzzjoni adegwata għal Malta. F'din l-istess sena, ta sehmu fil-kisba tal-paċi waqt il-kwistjoni tas-Sette Giugno.  Għalkemm De Piro kien ikun xi drabi fiżikament assenti mis-Seminarju, hu wera li kien b'għajnejh miftuħin għall-ispirtu rivoluzzjonarju mifrux mad-dinja kollha u li daħal xi ftit anke fis-Seminarju.

Minħabba tilwima bejn żewġ fratellanzi dwar statwa, il-Vigarju Kurat Dun Nikol Aquilina kellu jitlaq mill-parroċċa qisu maħrub. Il-Paroċċa sfat magħluqa. Kien hemm saħansitra il-kawża l-Qorti. L-Arċisqof għamel xahar sħiħ jipprova jsib min jista' jieħu r-responsabbiltà tal-Parroċċa. Ċertament f'din is-sitwazzjoni ħadd ma nstab li jista' jmexxi. Proprju minħabba f'hekk, l-Arċisqof ftakar f'Mons. De Piro. Dan is-saċerdot, sentejn qabel, kien talab li jitnaqqaslu x-xogħol fid-Djoċesi speċifikament biex jista' jingħata aktar għas-Soċjetà li kien waqqaf fl-1910. Issa meta l-Arċisqof kien qed jurih xewqtu dwar il-Gudja, għalkemm ir-responsabbiltajiet mhux naqsu kienu iżda żdiedu, hu mhux talli ma rrifjutax imma mar immedjatament u miegħu ħa tnejn mill-ftit membri tas-Soċjetà tiegħu.  De Piro ta kull għajnuna lil Dun Nikol Abdilla, il-kappillan il-ġdid. Malli l-qagħda rranġat xi ftit, De Piro telaq mingħajr ebda pretensjoni. Ħidmietu f'dik il-parroċċa kienet lesta.

B'dak li ġa ingħad u dak li għad irid jissemma wieħed jasal jikkonkludi li Mons. De Piro altru li kien qiegħed jagħti s-sehem mistenni minnu. Fl-istess ħin, il-Qaddej ta' Alla jidher li kien iħoss li ma kienx ikun jgħin biżżejjed il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu jekk ma jħaddimx il-ministeru tal-predikazzjoni. Għad irridu ngħidu li hu pprova jgħix b'mod sħiħ il-mandat ta' Ġesù Kristu :Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba.

Fiż-żmien meta kien għadu seminarista, De Piro ma tantx kien juri li kien sejjer ikun kapaċi jippriedka. Kien ibati minn infjammazzjoni fi griżmejh li barra li kienet qed tikkaġunalu l-uġigħ kienet qed toħloqlu diffikultajiet biex jitkellem. Għalkemm biż-żmien hu ħeles minn din il-marda, meta kien il-Qrendi bħala saċerdot novell hu kien għadu jbati l-konsegwenzi tat-T.B Kien għadu jibża' jaċċetta l-offerta li kien jagħmillu Mons. Debono, id-Direttur ta' l-Opra tal-Missjoni, biex jingħata għall-predikazzjoni fil-parroċċi ta' Malta. Madankollu meta għadda ftit żmien hu rebaħ din il-biża u, għalkemm mhux ma' Mons. Debono, daħal b'dedikazzjoni għal dan l-appostolat. 

F'ħajtu De Piro għamel ħiltu biex xogħlu ikun dejjem eżatt u organizatt. Fil-fatt fl-Arkivji tas-Soċjetà għad hemm merfugħin priedki li hu kien jikteb, diversi drabi mill-bidu sa l-aħħar, qabel jgħaddihom lill-udjenza. Għad hemm sal-lum it-total ta' mitejn u tnax, iżda li wħud mill-kitbiet mhumiex kompluti; juru li magħhom kien hemm aktar materjal. Oħrajn jagħmlu referenza għal xi waħda li tkun ġa saret imma li fil-fatt illum ma tinsabx mal-kollezzjoni. Huwa kien jerfagħhom klassifikati ġo files, priniċipalment skond il-kwalità tagħhom. Fuq quddiem tal-preidka mhux darba u tnejn kiteb lil min kien ser jagħmilha jew anki jiddedika, fejn, meta u lil min. Għalkemm meta jippriedka hu kien juża l-Malti, il-preparazjoni miktuba kienet issir bit-Taljan, il-lingwa l-aktar faċli għal De Piro.  Ġeneralment dawn il-priedki kienu jkunu marbutin sew mal-liturġija tal-Ħadd kif ukoll mal-eżerċizzi tar-Randan. Ġieli kien mitlub li jippriedka f'okkażżjonijiet aktar speċjali u solenni bħalma kienu l-Kungress Ewkaristiku ta' l-1913, iċ-ċentinarju ta' San Franġisk t'Assisi jew Sant' Antnin ta' Padova.  Peress li l-Qaddej t'Alla għex is-saċerdozju tiegħu fiż-żmien meta l-Papiet kienu qed jinbuttaw id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Ġesù, De Piro ħass il-ħtieġa li jippridka din l-istess devozzjoni.  Fil-fatt għandna xejn inqas  minn tlettax-il priedka dwar il-Qalb Imqaddsa.

Għal dik li hi amministrazzjoni ta' sagramenti, wieħed ma tantx jista' jistenna li jsib dokumenti.  Madankollu, xi intervisti li saru fis-snin sittin u sebgħin minn membri tas-Soċjetà lil nies li kienu jafu lil De Piro, jagħtu xi indikazzjonijiet.  Skont kitba minnhom : Għall-qrar hu kien imfittex ħafna, u kien igħaddi s-sigħat fil-konfessjonarju.

Ġa ngħad li wara li Mons. De Piro ġie magħżul Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta' Malta u beda' għaddej iż-żmien, hu beda jħoss li ma kienx possibbli għalih li jwettaq dik ir-responsabbiltà sewwa waqt li jibqa' jmexxi d-diversi ħidmiet li kellu f'dak l-istess żmien. Fit-talba ta' l-eżonerazzjoni, li hu għamel lill-Arċisqof fis-27 ta' Awwissu 1920, hu jsemmi : ...l-Istitut għall-Missjonijiet Barranin. Imma minn barra s-Soċjetà reliġjuża-missjunarja li hu kien waqqaf u li kien qed jidderieġi, kellu ħafna ħidmiet oħrajn. Fost dawn semmejna s-sehem li ta fil-ħajja politika ta' Pajjiżna.

Fit-23 ta' Novembru 1918, it-Tabib Sir Filippo Sceberras ħa f'idejh l-Organizzazzjoni li kellha tieħu ħsieb dak kollu li kien meħtieġ biex Malta tasal ikollha Kostituzzjoni. It-Tabib Sceberras ma riedx li biċċa xogħol bħal din tiġi f'idejn il-politiċi. Allura huwa għamel sejħa lil kull assoċċjazzjoni ta' Malta u Għawdex biex huma jibagħtu r-rappreżentanti tagħhom. Fost l-erba' Monsinjuri li dehru għall-Kapitlu tal-Katidral ta' Malta kien hemm Mons. De Piro.

L-Assemblea Nazzjonali li sejjaħ Sceberras, iltaqgħet ħames darbiet bejn il-25 ta' Frar 1919 u s-27 ta' Marzu, 1921. Imma fis-7 ta' Ġunju 1919, il-membri ta' l-Assemblea li kienu jgħoddu mitejn u sebgħin, iddeċidew li jintgħażel rappreżentant wieħed għal kull sezzjoni mportanti u dawn jiffurmaw Kummissjoni Ċentrali, dejjem għat-tifsil tal-Kostituzzjoni. Il-membri li ntgħażlu kienu ħmistax biss. Fost dawn kien hemm mill-ġdid Mons. De Piro biex jirrappreżenta l-Kapitlu tal-Kattidral ta' Malta, u fl-aħħar mill-aħħar lill-kleru kollu ta' pajjiżna.

Din il-Kummissjoni ltaqgħet erbatax-il darba. Ovvjament bħalma jiġri f'laqgħat bħal dawn, il-ħin ma kien ifisser xejn għax dawn is-seduti kienu jieħdu fit-tul. Iżda l-impenn ta' De Piro ma jitfissirx biss mill fatt li hu kien jattendi regolarment kemm għal-laqgħat ta' l-Assemblea kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ċentrali. La kien qiegħed jirrappreżenta l-Kapitlu tal-Kattidral, allura qabel il-laqgħat imsemmija kien jeħtieġlu li jiltaqa' mal-Monsinjuri ħalli magħhom jara x'kellu jingħad lill-Assemblea jew lill-Kummissjoni. Wara l-laqgħat ta' dawn ta' l-aħħar kien ċertament jerġa jiltaqa' mal-Kapitulari biex jaġġornahom. Ma' dawn ċertament kien irid jagħmel ħafna riċerki waħdu. Meta twaqqfet is-Sotto Kummissjoni biex tistudja speċifikament ir-Reliġjon fil-Kostituzzjoni, għalkemm De Piro ma kienx membru, hu ħa ħsieb li jwassal il-proposti tal-Kapitlu tal-Kattidral u ressaqhom b'dik il-ħeġġa kollha li ma kienitx għajr il-prodott ta' twemmin sħiħ. Mill-ġdid dan kollu kien ifisser ħafna sigħat ta' xogħol fil-moħbi.

Iżda dawn il-laqgħat kollha, bil-preparazzjoni għalihom u kultant b'laqgħat oħra mal-Kapitlu li hu kien jirrappreżenta, ma kinux kollox. Proprju waqt il-laqgħa tas-7 ta' Ġunju, it-tieni waħda ta' l-Assemblea, daħlet bħal feles l-istorja iebsa u delikata tas-Sette Giugno. Xi uħud mill-Maltin, miġbura fil-Belt Valletta, telgħu fis-Sala tal-Giovane Malta u xtaqu li l-mitejn u sebgħin membru ta' l-Assemblea jintervjenu għalihom quddiem il-Gvern Ingliż. Dan, iżda, ma seħħx.Bi ftit ta' diffikultà, jgħid il-Konti Caruana Gatto, ġiet iffurmata delegazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-membri fittxew okkażżjoni biex iwarrbu minn dak ic-Ċirkolu. De Piro ma kienx minn dawn ta' l-aħħar. Flimkien ma' l-Avukat A. Caruana Gatto nnifsu, l-Avukat Serafin Vella, Dun Nerik Dandria, il-Kunsillier G. Vassallo u Salvu Zammit Hammet, De Piro ħabrek bla waqfien u għal tlett ijiem sħaħ biex jinkisbu xi drittijiet li għalihom kienu qed jiġġieldu l-Maltin...u fuq kollox il-paċi. Meta, wara dawn il-ġrajjiet twaqqfet Kummissjoni ta' Nkjesta biex tisma' x-xhieda, De Piro kien wieħed minn dawk li ta l-informazzjoni li kellu. Kien attent li jgħid biss id-dritt u s-sewwa. La ried ixaqleb lejn l-Ingliżi u lanqas lejn il-Maltin. Barra minn hekk meta x-xhieda kienet tinvolvi persuni, hu qagħad attent li ma jgħid l-ebda kelma żejda. Anke meta dan kien jinvolvi xi inġustizzja li saret lilu personalment hu pprefera li jbatiha u jaħbiha ġo fih bla ma jxandarha. Meta, imbagħad, twaqqaf il-Kumitat Pro Maltesi Morti il 7 e 8 giugno biex jgħin lill-familji tal-vittmi, De Piro reġa' ta l-kontribut tiegħu, din id-darba bħala kaxxier.

La l-kisba tal-Kostituzzjoni tal-1921 u lanqas l-ikkalmar tal-kwistjonijiet tas-Sette Giugno ma kienu t-tmiem tas-sehem li De Piro ta fil-ħajja politika ta' Malta. F'inqas minn għaxar snin wara dawn il-ġrajjiet huwa kellu jerġa jidħol f'dik li Mons. Dandria qies il-gwerra bħala l-iżjed ħaġa ħarxa li qatt inqalgħet kontra l-Knisja u l-Kleru. Din waslet ħafna problemi kif ukoll mistoqsijiet, il-kwistjoni bejn Lord Strickland u l-Knisja.

Meta fl-1927 Strickland, il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali, ħa l-gvern f'idejh, huwa beda juri d-disapprovazzjoni tiegħu għall-fatt li fl-Assemblea Leġislattiva ta' Malta kien hemm il-qassisin. Fl-1928 din il-kwistjoni ħraxet aktar għax iż-żewġ saċerdoti li kien hemm fl-Assemblea vvutaw kontra l-budget li ressaq Strickland, u allura ma għaddiex. It-tensjoni bejn iż-żewġ naħat kompliet tibker. Wara ħafna problemi u nkwiet, reġa daħal De Piro. Huwa kien l-bniedem li kiseb il-paċi bejn iż-żewġ naħat.  Għalkemm għadda ż-żmien dan il-kontribut favur il-paċi baqa' mfakkar.  Fil-fatt tliet snin wara l-ġrajjiet infushom u propjru jumejn wara l-mewt tal-Qaddej t'Alla, waħda mill-gazzetti Maltin dehrilha li għandha tfakkru billi tirreferi  għas-sehem f'dawn is-seħħiet.  Iċ-ċertifikat tagħtulu proprju l-gazzetta tal-partit ta' Strickland : Fi żmien li m'ihux wisq li għadda, kien hawn okkażjoni magħrufa li fiha Mons. De Piro kellu sehem sewwa u ta' ġid għal Malta.  Hu ta s-sehem siewi tiegħu fil-qasam politiku, b'ħidma li bilkemm qatt dehret fil-beraħ.  Fil-fatt, kien prinċipalment bil-ħila, ħidma u tattika tiegħu li t-tilwima politika u reliġjuża waslet biex waqfet...bil-ħila tiegħu, ir-relazzjonijiet bejn Knisja u Stat reġgħu ġew għall-istat tradizzjonali tagħhom : jiġifieri għal stat ta' paċi u kollaborazzjoni sinċiera.  Ħadd daqsu ma kien tant adattat għal dik il-biċċa xogħol iebsa.  Ħadd ma kien igawdi iżjed minnu l-fiduċja taż-żewġ naħat.  Ħadd iżjed minnu ma kellu l-kwalitajiet meħtieġa biex jieħu f'idejh missjoni tant delikata.  Żgur li ħadd ma kien hemm kapaċi iżjed minnu biex iwassal dik it-tilwima għal konklużjoni li ferrħitna.

Minkejja l-oppożizzjoni ta' Strickland għall-preżenza tal-kleru fil-parlament, meta fl-1932 reġgħet ingħatat il-kostituzzjoni lil Malta, l-Arċisqof Mawru Caruana xorta nnomina żewġ saċerdoti biex ikunu membri tas-Senat fit-Tielet Parlament.  De Piro kien wieħed minnhom.  Id-Daily Malta Chronicle qalet x'kien li ħajjar lil De Piro biex jaċċetta dan ix-xogħol meta diġa' kellu tant responsabiltajiet : Għal ftit iżjed minn sena, minn mindu nfetaħ il-Parlament preżenti, Mons De Piro tgħabba b'ħidma oħra mal-ħafna li kellu.  Hu ntgħażel bħala wieħed mir-rappreżentanti tal-Arċisqof fis-Senat.  Aħna nħossu li għandna niġġudikaw li hu aċċetta li jidħol għal dik il-ħidma għaliex ra li dak kien dmir tiegħu u għaliex qatt ma fittex dak li jaqbillu.  Is-sens tad-dmir u d-dedikazzjoni għall-oħrajn, fil-karattru tiegħu, dejjem inħassu li kienu qabel kull ħaġa oħra.  Hu tqabad dejjem mingħajr qatt ma daħal fit-tilwim ta' bejn partit u ieħor.

Għalkemm kien regolari fl-attendenza tiegħu, De Piro tkellem darba waħda biss, fil-21 ta' Frar 1933.  Quddiem is-Senat kien hemm każ ta' difiża tal-moralità pubblika.  Sur President, jiddispjaċini ħafna li kwistjoni ta' moralità li kulħadd imissu jorbotha ma' qalbu u li fiha kien imiss li lkoll kemm aħna nimxu id f'id, ġiet imkaxkra fil-kamp tal-politika...dwar dak li jmiss lill-moralità,  inħoss li l-mozzjoni li llum għandna quddiemna tagħtini l-possibiltà, u turini li jien fid-dmir li niftaħ fommi.  Jiddispjaċini li jkolli niftaħ fommi għall-ewwel darba, f'din l-Awla proprju dwar din il-materja.  Irrid infisser lill-Onorevoli Membri ta' dan is-Senat ix-xewqa kbira tiegħi li nara jitbiegħed mill-Gzira tagħna kull tiġrib ta' immoralità.  Imissna naħsbu, mhux biss għall-imsejkna tfajliet tagħna, imma ukoll għall-ġuvintur.  Il-ħsieb tagħna għandu jkun li ntellgħuhom b'saħħithom moralment u fiżikament sabiex, 'il quddiem, ikollhom ħila jitqabdu t-taqbida tal-ħajja li lkoll irridu ngħaddu minnha.

Fra Diegu Bonanno, tal-Franġiskani Minuri, fl-1860, beda jiġbor madwaru dawk it-tfajliet li minħabba diversi raġunijiet kienu jispiċċaw fit-toroq ta' Malta u jitilfu ġieħhom.  Il-bidu ta' din l-inizjattiva kien fqir għall-aħħar imma aktar ma beda jgħaddi ż-żmien l-opra aktar bdiet tikber.  Iżda s-snin wasslu wkoll lil Fra Diegu fit-tmiem ta' ħajtu.  Hu miet fl-4 ta' Mejju 1902.  Sħabu l-Franġiskani għamlu xi żmien jieħdu ħsieb dak l-Istitut imma wara ftit kellhom iħalluh. Fil-fatt huma għaddewh lid-Djoċesi fit-2 ta' Awwissu 1907.  L-Arċisqof Pietru Pace talab il-parir ta' Dun Ġorġ Buġeja, ta' San Ġużepp, dwar min seta' jieħu post Fra Diegu Bonanno fit-tmexxija tal-Istitut.  Buġeja ma setax jissuġġerixxi għajr lil Dun Ġużepp De Piro.  L-Arċisqof ta każ ta' dan il-parir tant li nnomina lill-Qaddej t'Alla bħala d-Direttur ta' Fra Diegu.  Mons. Pace kien intebaħ li Dun Ġużeppi De Piro kien saċerdot ...twajjeb, ħabrieki, għaqli, imħeġġeġ, attiv...

Ingħad li wara li kien ilu sentejn Rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina, De Piro talab biex jieqaf minn din il-ħidma.  Xtaq li jingħata aktar għas-Soċjetà reliġjuża-missjunarja li kien għadu kif waqqaf ftit sin qabel.  Minkejja li l-Arċisqof kien laqa' din it-talba tal-Qaddej t'Alla, sentejn wara, l-Eċċellenza tiegħu ppreżenta lil De Piro Istitut ieħor, dak ta' San Ġużepp, f'Santa Venera.  Riedu jgħaddu ħmistax-il sena sabiex De Piro ġie magħżul għat-tmexxija ta' San Ġużepp.

Fl-istess sena li ngħata San Ġużepp, hu ġie mgħobbi bir-responsabbiltà tal-Istitut Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun.  Il-kuntatti ma' Ġużeppina Curmi, il-Fundatriċi, kienu ilhom li nbdew.  Fl-1922 Madre Curmi xtaqet li De Piro jaċċetta li jkun Direttur tal-Istitut li issa kien qiegħed fid-dar tal-Markiż Testaferrata Bonniċi, dejjem fiż-Żejtun.  Il-Monsinjur jiktiblu hekk lill-Arċisqof Caruana : Dik id-darba, jien ma aċċettajtx ħlief wara li ġejt mitlub mill-Eċċellenza tiegħek.

Billi n-numru tat-tfal kien kulma jmur jikber, Curmi ħasset il-bżonn li tibni Istitut aħjar.  Fil-fatt wara li ssellfet xi flus hi xtrat biċċa art ħdejn San Girgor u fl-1925 bdiet tibni.  Malli tqegħdet l-ewwel ġebla, De Piro, għalkemm mgħobbi b'tant ħidmiet oħra, tgħabba b'ħafna xogħol materjali b'risq dak l-Istitut.  Kien hu responsabbli għall-bini.  Fis-16 ta' Lulju 1930 saret l-inawgurazzjoni tal-ewwel biċċa mill-bini.  Id-diskors li għamel De Piro f'din l-okkażjoni jitkellem waħdu dwar id-Direttur: Minn dik il-ġurnata li l-barka tas-sema niżlet, bil-ministeru tal-Eċċellenza Tiegħek, fuq l-ewwel ġebla, għaddew fuq ħames snin.  Kienu ħames snin miżgħuda bi qtigħ il-qalb u b'faraġ...Inbeda x-xogħol ta' dan il-bini kbir, li għadu ma ntemmx għal kollox.  Dak iż-żmien li bdejna, ir-reġistri kienu juru li ma kellna xejn f'idejna.  Minkejja dan, konna bdejna b'rieda qawwija.  De Piro jżied jgħid li l-ispiża kellha taqbeż l-4000 lira.

Meta Mons. Mikiel Gonzi bħala Isqof t'Għawdex, bl-għajnuna tal-kappillani ta' din id-Djoċesi, għażel lil De Piro biex jibda u jmexxi l-Istitut il-ġdid ta' San Ġużepp f'Għajnsielem, hu ħareġ digriet li barra li kien id-dokument tal-erezzjoni kien ukoll ċertifikat sabiħ għall-Qaddej t'Alla.  Fih hu jippreżentah bħala bniedem dehen ta' tifħir, li għandu idejn imħarrġin bl-esperjenza, u bniedem imfaħħar.  Wara li l-Isqof Gonzi u l-kappillani t'Għawdex kienu iddeċidew li jibdew Istitut għat-tfal subien f'Għawdex, l-Isqof Gonzi ta l-approvazzjoni tiegħu.  Għamel ukoll l-Istatut.  Meta bdew ifittxu lil min ser jipproponu bħala Direttur, u ġie aċċettat De Piro, dan tal-aħħar sab id-diffikultajiet.  Waħda mill-problemi kienet li Mons. De Piro deherlu li jekk kien sejjer jintgħażel bħala Direttur, hu kellu jkollu ċerta awtonomija u libertà fit-tmexxija.  Aktar minn hekk, iżda, hu ma setax jaċċetta li l-Istatuti jillimitaw in-numru ta' tfal fl-Istitut; ried li jkun hemm fiduċja sħiħa fil-Providenza.

Wara il-ħidmiet kollha li De Piro kien għamel fosthom Direttur ta' l-Istitut Fra Diegu (1907-1933), Direttur ta' l-Istitut ta' San Ġużepp f'Santa Venera (1922-1933), Direttur ta' l-Istitut ta' Ġesù Nazzarenu, Żejtun (1922-1933) u Direttur ta' l-Istitut San Ġużepp, Għajnsielem, Għawdex (1925-1933), u sar il-Fundatur tas-Soċjeta' Missjunarju ta' San Pawl, il-Qaddej ta' Alla miet ta' malajr fis-17 ta' Settembru 1933 wara li ħassu ħażin fuq l-artal tal-Knisja ta' San Gejtanu waqt il-Barka Sagramentali.  Dan ġara wara li kien mexxa l-purċissjoni tad-Duluri, fil-Ħamrun.

Iżda De Piro ma mietx.  Dak li ħejja fil-passat huwa l-frott ta' dak li għedt twettaq is-Soċjeta'.  Is-Soċjeta' baqgħat tikber f'artijiet barranin. Wara Malta u l-Etjopja, is-Soċjeta' kompliet tisseddaq fl-Awstralja (1948), fil-Kanada (1959), fil-Perù (1968), fil-Istati Uniti (1973), fil-Pakistan (1981), fl-Italja (1998) u fil-Filippini (1999).




#Article 82: Jum il-Ħelsien (Malta) (1412 words)


Jum il-Ħelsien hija festa nazzjonali ċċelebrata f'Malta li tfakkar il-31 ta' Marzu, 1979, ġurnata li mmarkat il-ħelsien tal-gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Minn dakinhar 'l hawn ma kien hawn ebda bażi militari ta' xi nazzjon ieħor f'Malta, u b'hekk wara eluf ta' snin bħala bażi militari u navali, il-Maltin kellhom fl-aħħar is-sovranità totali ta' arthom. Dan l-avveniment seħħ meta l-bażi militari Ingliża ngħalqet wara li r-Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ-ċens dovut lil Malta fl-1979, u peress li l-kuntratt kien jagħlaq fl-1 ta' April], il-forzi Ingliżi telqu minn Malta ġurnata qabel. Jum il-Ħelsien huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali li għandha Malta, flimkien ma' Jum l-Indipendenza, Is-Sette Giugno, Il-Vitorja u Jum ir-Repubblika. 

Il-Priministru ta' Malta Dom Mintoff, fil-lejl tal-31 ta' Marzu 1979 xegħel it-torċa tal-Ħelsien fuq il-monument tal-Ħelsien, xogħol tal-iskultur Anton Agius, quddiem il-Knisja ta’ San Lawrenz il-Birgu, fost il-ferħ u l-għajat tal-pubbliku preżenti, l-isparar tal-murtali, id-daqq tal-marċi mill-baned u d-daqq ta’ qniepen tal-knejjes kollha ta’ Malta. Flimkien mal-Prim Ministru Mintoff, xegħel id-dawl tal-ħelsien George Agius, Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union.

Ftit qabel, il-bandiera Ingliża tniżżlet bil-mod il-mod u flokha telgħet il-bandiera Maltija għad-daqq tal-Innu Malti u l-għajat ta’ ferħ tal-Maltin miġburin fit-toroq u fuq is-swar tal-Kottonera u, fuq in-naħa l-oħra, tal-Belt Valletta. Il-bandiera Ingliża tniżżlet mill-baħri Ingliż David Gilchrist ta’ 23 sena, signal man fuq l-HMS London wara li l-pulizija Malti Richard Cauchi ta’ 28 sena mill-Ħamrun ta s-salut. Il-baħri Ingliż imbagħad geżwer il-bandiera u ħa b’idejn il-ħaddiem Malti Carmel Boxall ta’ 22 sena mill-Birgu, li kien impjegat mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Imbagħad il-bandiera Maltija ttellgħet minn Alfred Xuereb ta’ 45 sena minn Bormla, li kien welder it-tarzna, fost ċapċip kbir, kaxxi infernali u daqq tal-qniepen tal-knejjes.

Wara sar diskors mill-President tar-Repubblika Anton Buttigieg, diskors li xxandar dirett fuq Xandir Malta, radju u televiżjoni.

Dakinhar Buttigieg tkellem hekk: 

Dan il-monument twaqqaf bħala tifkira tal-ferħ tagħna u tal-ħalfa tagħna lil dawk kollha li jiġu warajna sakemm jibqa’ jeżisti n-nisel Malti. Hija x-xorti kbira tiegħi li nkun President tar-Repubblika llum u li nagħmel dan id-diskors lilkom f’din l-okkażjoni.

F’dan il-mument solenni nħoss id-demm tiegħi Malti jbaqbaq fil-vini tiegħi. Moħħi huwa mixgħul bis-sbuħija tad-dehra li qed nara madwari u qalbi tfur bl-imħabba għal Malta ommi. U nistħajjel. Nistħajjel li bħalissa kif aħna miġburin hawnhekk flimkien qegħdin jingħaqdu magħna, fl-ispirtu, mhux biss dawk li qegħdin jarawna fuq it-televiżjoni u jisimgħuna fuq ir-radju, imma dawk il-Maltin kollha mxerrdin mad-dinja.

Nistħajjel li qegħdin jingħaqdu magħna ukoll, fl-ispirtu, missirijietna f’qabarhom, anke dawk li talbu u offrew sagrifiċċji għal Malta fit-tempji neolitiċi ta’ Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l-Ġgantija. U lil dawn il-Maltin kollha jiena ngħid: ‘Ifirħu magħna, ingħaqdu magħna f’din il-ħalfa tagħna’.

Niftakar b’mod speċjali dawk il-Maltin li nġabru fit-8 ta’ Settembru 1565 f’dan il-post storiku, forsi l-aktar post storiku tal-gżejjer tagħna, fejn għad-daqq tal-istess qniepen tal-knisja ta’ San Lawrenz iżżu ħajr lil Alla għar-rebħa li kisbu fl-Assedju l-Kbir li biha salvaw liċ-ċiviltà Nisranija fl-Ewropa.

Iżda għalkemm missirijietna ġġieldu u xerrdu demmhom fuq is-swar, baqgħu jkunu maħkumin mill-barrani fl-interessi tiegħu, komplew jitgħaffġu minnu, komplew jgħixu fil-miżerja, u fuq kollox pajjiżhom baqa’ fortizza li minnha l-barrani għamel il-gwerra fuq il-ġirien tagħna fil-Mediterran. Min jaf kemm minn¬hom inqatlu jew ittieħdu lsiera fil-battalji fuq il-baħar!

Kemm isbaħ hija Malta tal-lum, xebh ma’ dawk iż-żminijiet. Malta tagħna tal-lum hija Repubblika ħielsa mibnija fuq ix-xogħol u mhux fuq il-privileġġi. Bis-saħħa tad-demokrazija li tħaddan, kull wieħed minn uliedha, anke l-aktar wieħed umli bħali, jista’ jsir Membru tal-Parlament, Ministru, Prim Ministru u anke President. 

Malta hija Repubblika li tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, ewlieni fosthom id-dritt ta’ elezzjonijiet ħielsa, il-libertà tal-kuxjenza, il-libertà tal-kelma u l-libertà tal-assoċjazzjoni. Il-valuri morali u spiritwali tagħna jkattru għax l-imħabba tal-proxxmu ma baqgħetx biss imħabba fil-qalb, imma tbiddlet f’għemil ta’ għajnuna lill-fqar, lil nies qgħeda, lill-morda, lill-inkapaċitati, lix-xjuħ, lir-romol, lill-orfni, fil-fatt lil uliedha kollha.

Fuq kollox Malta llum ħelset lilha nfisha mill-bażi militari barranija, mhux b’mibegħda jew vendetta, iżda permezz ta’ għadd kbir ta’ fidi għax hija trid twettaq missjoni ġdida ta’ sliem fil-Mediterran fl-interess tal-paċi fid-dinja kollha.

Is-sliem fuq kollox ifisser li ma jkunx hemm għelm u gwerra u għalhekk it-tneħħija tal-bażi militari barranija titqies bħala pass kbir ’il quddiem fis-sliem. Madankollu l-kelma sliem tfisser aktar minn hekk. Il-kelma sliem u l-kunċett tagħha, li aħna writna mill-popli semitiċi, ma tfissirx biss in-nuqqas ta’ għelm, iżda aktar tfisser il-ġid, l-hena u r-relazzjoni¬jiet tajbin. Bil-kliem sabiħ ‘sliem għalik’ aħna flimkien mal-ġnus semitiċi nilqgħu b’merħba lil dawk li huma għeżież għalina, insellmulhom, fi kliem ieħor nixtiequlhom il-ġid, l-hena u relazzjonijiet tajbin. Dan il-kunċett ta’ sliem insibuh fil-Kotba Mqaddsa.

Dan hu li tfisser il-missjoni l-ġdida ta’ Malta. Il-ġirien tagħna m’għandhomx għalxiex jibżgħu aktar minn attakk mill-barrani, immexxi minn pajjiżna. Malta issa ħielsa għal kollox u hija għal kollox f’idejna. Mhux biss m’aħniex se naħbtu għalihom, iżda rridu naħdmu flimkien magħhom għall-ġid u l-progress, sabiex il-Mediterran, storikament baħar ta’ gwerra, jinbidel f’għadira ta’ sliem.

Din illum hija Malta tagħna, b’ruħ isbaħ milli qatt kellha qabel. Għal din ir-raġuni għalhekk, illum huwa l-bidu ta’ żmien ġdid fil-ġrajja ta’ Malta. Ejjew nifirħu lkoll. Doqqu l-qniepen, ixgħelu d-dwal, xejru l-bnadar u l-istandardi, itfgħu l-fjuri, doqqu l-banda u għannu innijiet ta’ glorja!

Huwa minnu li fuq spallejna jaqgħu responsabbiltajiet akbar. Imma Alla jgħin lil dawk li jħobbu u li jaħdmu għall-paċi. ‘Imberkin dawk li jaħdmu għall-paċi, qal Kristu, ‘għax huma jissejħu ulied Alla’.

Niżżu ħajr lill-mistednin barranin tagħna talli ngħaqdu magħna llum u ngħidulhom: aqsmu magħna l-ferħ tagħna! Fuq kollox ngħidulhom: kunu xiehda għal din il-ħalfa li għamilna, li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija fuq artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika demokratika ħielsa għal kollox, immexxija mill-Maltin għall-Maltin.

Il-President temm id-diskors imqanqal tiegħu b’qari tal-poeżija tiegħu Il-Kappella tal-Paċi. Wara huwa tela’ fuq il-monument biex iqiegħed bukkett ta’ fjuri ħomor u bojod f’riġlejn il-monument. Kien akkumpanjat minn żewġt itfal Maltin, Odette Buhagiar u Garry Hurst, li ssimbolizzaw il-ġenerazzjoni l-ġdida, li ukoll qiegħdu fjuri f’riġlejn il-monument.

Wara tela’ l-Prim Ministru akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU, li poġġew ukoll il-fjuri f’riġlejn il-monument. Warajhom telgħu jqegħdu l-fjuri l-ministri tal-kabinett Malti.

Imbagħad tela’ l-Kurunell Muammar Gaddafi, Mexxej tal-Ġemeħerija Libjana, li poġġa bukkett fjuri kbir f’riġlejn il-monument, li kien milqugħ b’ċapċip kbir mill-folol preżenti.

Warajh telgħu jqegħdu l-fjuri tagħhom il-membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti tal-Partit Laburista u tal-General Workers Union u rappreżentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il-Monument tal-Ħelsien f’korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia, Bormla. Aktar kmieni, fid-daħla ta’ bejn il-Birgu u l-Isla saret ir-regatta tradizzjonali, tlielaq tal-kenuri, opri tal-baħar u fl-aħħar għadd ta’ skiers daħlu sa quddiem il-monument bit-torċa tixgħel f’idejhom.

Dom Mintoff kien ikkummissjona lill-kompożitur magħruf Mikis Theodorakis biex jikkomponi l-mużika tal-innu Lil Malta f'Jum il-Ħelsien, miktub mill-poeta Malti Karmenu Vassallo. L-Innu ndaqq għall-ewwel darba fil-31 ta' Marzu 1979 mill-Berlin Philharmonic Orchestra taħt it-tmexxija ta' Herbert von Karajan.

Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta!

Ifraħ u thenna, Ġenna ta’ Sliem!

Fuqek qatt aktar barrani ma jaħkem.

Ħares ferħana, Malta, ‘l quddiem.

Tlajt sal-quċċata: minn hemm ħadd ma jniżżlek.

Ġensek iħarsek jibqa’ sat-tmiem.

Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta!

Ommna kont dejjem, omm mill-aħjar!

Bosta fl-imgħoddi rajt għawġ u tbatija.

Bosta doqt f'għomrok niket u mrar.

Ħajtek għaddejtha tistabar b'min ħakmek.

Ħajtek lejl kienet - xitwa mill-agħar

Ifraħ! Jum ġdid, Malta, sebaħ għalik:

F'artek, Sultana, kulħadd jifraħ bik.

Ħielsa tul għomrok kif int ma kont qatt.

Ġieħek ma' ħiltek kif jixraq irbatt.

Wasal sa fl-aħħar għalik il-ħelsien

Beda sa fl-aħħar għalik l-egħżeż żmien.

Mill-1980 'l quddiem il-Partit Laburista dejjem fakkar din il-ġrajja b'kommemorazzjoni fuq l-Għolja tal-Ħelsien. Mill-1989 sal-1995 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern ma baqgħetx issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien il-Birgu wara xi inċidenti li kienu nqalgħu fl-1988. Mill-1996 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern reġgħet bdiet issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien.

Fiċ-ċerimonja kommemorattiva tal-2009 il-Mexxej Laburista Joseph Muscat tkellem dwar kif Malta tista’ jimxi ‘l quddiem jekk il-Maltin iridu li jkun hawn għaqda nazzjonali. Huwa qal li bħala ġens qatt ma stajna naslu sa hawn kieku ma kienx għall-ġrajjiet li sawruna. Qal li wasal iż-żmien li ma nkomplux nitkellmu qisu hemm xi kisbiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet klassi. Huma kollha ġrajjiet li huma katina waħda. Mit-taqbida tas-7 ta’ Ġunju 1919 fejn il-Maltin qamu biex jagħtuna x-xogħol u l-ħidma u r-rebħa u liberazzjoni tal-Ewropa fil-Gwerra fit-8 ta’ Settembru. Għall-kisba importanti tal-21 ta’ Settembru 1964 fejn Ġorġ Borg Olivier kiseb l-Indipendenza u wera li jemmen fil-ħila tal-Maltin. Mill-jum rari fit-13 ta’ Dicembru 1974 fejn il-Parlament qabel kważi unanimament li Malta għandha tkun Repubblika u li l-Kap tal-Istat għandu jkun Anthony Mamo, wild Art Twelidna. Sal-appuntament mad-destin tal-31 Marzu 1979 meta l-poplu Malti mmexxi minn Dom Mintoff wera li kiber u sar Nazzjon.




#Article 83: Jum il-Vitorja (321 words)


Jum il-Vitorja jew Otto Settembre hija festa pubblika ċċelebrata f'Malta nhar it-8 ta' Settembru u li tfakkar il-ġrajja ta' żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin. Din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelid tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li tiġi ċċelebrata fil-belt tal-Isla, u l-irħula tan-Naxxar u l-Mellieħa f'Malta, u x-Xagħra f'Għawdex. 

Fl-1565, wara iktar minn tliet xhur assedju, l-Ottomani li kienu qed jassedjaw lill-Birgu u lill-Isla rtiraw u telqu minn dik ix-xaqliba tal-gżira. Anki jekk il-battalji ma kinux spiċċaw, għax kien għad fadal battalja għan-naħat ta' San Pawl il-Baħar, jista' jingħad li dan kien l-aħħar jum tal-Assedju l-Kbir, deskritt bħala fost l-iktar wieħed imdemmi fl-istorja tad-dinja u l-ikbar assedju fl-istorja ta' Malta. Jum qabel it-8 ta' Settembru, fis-7 ta' Settembru, wasal il-Gran Soccorso, l-għajnuna minn Sqallija għal Malta, dan kien daqqa ta' ħarta għat-Torok.

Fl-1943, l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija, u daret kontra l-Ġermanja, li preċedentement kienet alleata tagħha. Dan wassal għat-twaqqif tal-bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, u t-tmiem tal-gwerra għall-Maltin.

Matul dan il-jum isiru diversi avvenimenti, minbarra l-attivitajiet li jsiru matul il-festi. L-attivitajiet jibdew ġurnata qabel b'attività kulturali li ssir f'Misraħ l-Assedju fil-Belt, li tinkludi qari letterarju, mużika u wirjiet artistiċi.

Fil-Belt Valletta, fi Triq ir-Repubbblika, issir parata min-naħa tal-Forzi Armati ta' Malta li tgħaddi sakemm tasal quddiem il-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Fil-post jingħata salut lill-Prim Ministru ta' Malta filwaqt li jindaqq l-Innu Malti. Aktar tard issir quddiesa pontifikali bil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-Pajjiż. F'din il-ġurnata titqiegħed ukoll kuruna min-naħa tal-President ta' Malta fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

Wara nofsinhar issir ir-Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir li hi organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport. Fiha jieħdu sehem is-soċjetatijiet affiljati ta' Bormla, Birgu, Birżebbuġa, il-Marsa, Marsamxett, il-Kalkara u l-Isla f'numru ta' tiġrijiet bid-dgħajjes imqassim f'żewġ kategoriji, bil-klabb rebbieħ jieħu x-shield.

Fil-gżira ta' Għawdex, iċ-ċelebrazzjonijiet jinkludu serata kommemorattiva li ssir fi Pjazza Indipendenza, fir-Rabat, preseduta mill-Ministru għal Għawdex. Matul din l-istess serata, minbarra servizz mill-banda tal-Forzi Armati, jitqiegħdu kuruni fuq il-Monument tal-gwerra Kristu Re.




#Article 84: Jum l-Indipendenza (Malta) (304 words)


Jum l-Indipendenza hija waħda mill-ħames Festi Nazzjonali li għandha Malta, flimkien ma' Jum il-Ħelsien, Is-Sette Giugno, Il-Vitorja u Jum ir-Repubblika. Jum l-Indipendenza ifakkar il-kisba tal-indipendenza tal-gżejjer Maltin mir-Renju Unit nhar il-21 ta' Settembru 1964.

Skont il-Kostituzzjoni tal-1964, Malta saret demokrazija parlamentari fi ħdan il-Commonwealth, l-għaqda tan-nazzjonijiet li kienu jiffurmaw parti mill-Imperu Britanniku. Wara l-Indipendenza, ir-Reġina Eliżabetta II baqgħat is-sovrana ta' Malta bit-titolu ta' Reġina ta' Malta u bil-gvernatur ġenerali jeżerċita l-awtorità f'isimha, filwaqt li d-direzzjoni u l-kontroll tal-gvern u tal-affarijiet nazzjonali kienu f'idejn il-kabinett fit-tmexxija ta' prim ministru Malti.

Dakinhar, Ġorġ Borġ Olivier sar l-ewwel Prim Ministru ta' Malta indipendenti, u bħala l-mexxej il-ġdid, ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet f'dan il-jum mill-iktar memorabbli fl-istorja ta' Malta.

F'Ġunju tas-sena 1962, Borg Olivier kien għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru 1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-Commonwealth. Fit-13 ta' Lulju, 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti. Kellu diversi taħdidiet mal-Gvern Ingliż. Il-Kostituzzjoni għal Malta Indipendenti għaddiet mill-Parlament, u approvata mill-poplu f'referendum fi Frar tal-1964. 

Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-Prinċep Filippu, Duka ta' Edinburgh:

L-għada it-22 ta' Settembru sar id-Diskors mit-Tron, mill-Prinċep Filippu, id-Duka ta' Edinburgh fl-okkażjoni tal-Ftuħ tal-Parlament:

Eventwalment, taħt gvernijiet Laburisti, Malta saret Repubblika fit-13 ta' Diċembru, 1974, u kisbet l-awtonomija assoluta fit-31 ta' Marzu, 1979, fl-hekk imsejjaħ, Jum il-Ħelsien. Fl-1987, kien ġie deċiż li Malta jkollha ħames festi nazzjonali.

Nhar is-16 ta' Settembru 2009 il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ippropona li Jum l-Indipendenza għandu jkun il-Jum Nazzjonali ta’ Malta minflok ma jkollna ħames festi nazzjonali. Meta intervistat mill-ġurnal Illum, l-istoriku Henry Frendo, fisser kif mir-riċerki tiegħu, jirriżulta li 

 

Mhux tal-istess fehma l-Professur Godfrey Pirotta, li sostna li ma setax jaqbel mal-proposta ta' Gonzi,




#Article 85: Jum ir-Repubblika (Malta) (173 words)


It-13 ta' Diċembru, 1974, imfakkar fil-kalendarju Malti bħala Jum ir-Repubblika, ir-reġina tar-Renju Unit ma baqgħatx kap tal-istat u minflokha nħatar Sir Anthony Mamo, bħala l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta.

F'dan il-jum seħħu, ovvjament, xi tibdiliet fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, li ġew aċċettati miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati filwaqt li Dom Mintoff ġie dikjarat l-ewwel Prim Ministru ta' Malta Repubblika.

Fl-1964 Malta saret stat indipendenti, imma skont il-Kostituzzjoni, ir-Reġina tal-Ingilterra baqgħat il-Kap tal-Istat f'Malta. Ir-rappreżentant tar-Reġina f'Malta baqa' l-Gvernatur Ġenerali.

Fl-1974 sar tibdil fil-Kostituzzjoni. Wara diskussjonijiet bejn iż-żewġ partiti l-kbar, il-Parlament Malti, b'maġġoranza kbira, approva numru ta' tibdiliet fil-Kostituzzjoni. Fost it-tibdiliet kien hemm dik li Malta ssir Repubblika.

Il-Presidenti ta' Malta Repubblika kienu dawn:

Il-President huwa l-Kap tal-Istat. Huwa jiffirma l-liġijiet li jgħaddu mill-Parlament u jamministra wkoll il-Community Chest Fund”.

L-uffiċċju tal-President jinsab fil-Palazz tal-Belt Valletta u bħala residenzi għandu l-Palazzi ta' San Anton u l-Verdala.

Ta' kull sena f'Jum ir-Repubblika, il-President imexxi ċerimonji fil-Palazz, il-Belt Valletta, li fiha jagħti għadd ta' onorefiċenzi lil numru ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li jkunu taw xi servizz lil Malta.




#Article 86: Gwerer Puniċi (108 words)


Il-Gwerer Puniċi kienu sensiela ta' tliet gwerer miġġielda bejn ir-Rumani u l-belt Feniċja ta' Kartaġni. Jissejħu Puniċi għax ir-Rumani baqgħu jirreferu għall-Kartaġiniżi bħala Feniċi, billi l-kelma bil-Latin għall-feniċju għandha l-għerq 'Puniceus'.

Il-kawża prinċipali ta' dawn il-Gwerer Puniċi kien il-kunflitt ta' interess bejn il-Kartaġiniżi u r-Rumani, kawżat minħabba l-espansjoni ta' dawn iż-żewġ superpotenzi tal-Mediterran. Ir-Rumani kienu interessati ħafna fil-portijiet u l-kolonji Kartaġiniżi. Fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Punika, Kartaġni kienet tiddomina l-Mediterran, b'imperu marittimu kbir ħafna, filwaqt li Ruma bdiet issir il-mexxejja tal-popli Latini fl-Italja. Fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika, Ruma kienet rebħet l-imperu sħiħ tal-Kartaġiniżi u ħassret lill-belt ta' Kartaġni minn wiċċ id-dinja, biex b'hekk Ruma saret l-iktar nazzjon potenti fil-Mediterran.




#Article 87: Atti ta' l-Appostli (154 words)


L-Atti tal-Appostli, (Bil-Grieg práxeis ton apostólon) hu ktieb fil-Bibbja u hu l-ħames wieħed fit-Testment il-Ġdid. L-Abbrevjazzjoni fil-kwotazzjonijiet Bibliċi hi: Atti. 

L-Atti huma, b'mod ġeneriku, rakkont storiku ta' x'ġara matul l-ewwel ftit snin tal-Knisja. Dan il-ktieb jiffoka primarjament fuq l-għemil ta' Pietru u ta' Pawlu. Din tirrakkonta kif twaqqfet il-knisja f'Ġerusalemm minn Ġakbu l-Ġust, minn bidu ta' madwar 120 membru (1:15) komposti minn Lhud u Proseliti, għal Pietru jgħammed lil Kornelju (10:44), li hu tradizzjonalment l-ewwel Ġentil mgħammed, għall-Kunċilju ta' Ġerusalemm (15), għal Ġakbu jakkuża lil Pietru li jrid idawwar il-liġi ta' Mosè (21:18), għall-arrest ta' Pawlu u l-vjaġġ tiegħu sa Ruma.

Evidenza interna turi li dan il-Ktieb kien kumpann u tkomplija tal-Ktieb ta' Luqa; is-separazzjoni tiegħu minn dak il-ktieb seħħet qabel kull manuskritt li għadu msemmi. Storikament dan għandu interess qawwi: M'hemm l-ebda ktieb ieħor bħalu fit-Testment il-Ġdid jew barra minnu. Din hi l-istorja tal-Knisja; mingħajra il-kuntest tal-era tal-appostolat universali ikun bla ebda pedament.




#Article 88: Biżantini (127 words)


Il-Biżantini hu t-terminu użat konvenzjonalment lejn il-Griegi tal-Imperu Ruman tal-Lvant li kienu jsejħu lilhom infusom Rumani matul il-Medjuevu, imperu mibni fuq il-belt ta' Kostantinopli, qabel Biżanzju, illum Istanbul. 

M'hemm l-ebda data speċifika li tgħid meta bdiet l-era Biżantina. Xi wħud jibdewha fil-perijodu ta' Dijoklezjanu (284WK - 305WK) minħabba l-fatt li qasam l-Imperu Ruman fi tnejn, il-pars Orientis u l-pars Occidentis. Oħrajn ipoġġu l-bidu fir-renju ta' Teodożju I (379WK - 395WK) u r-rebħa tal-Kristjaneżmu fuq il-pagani, jew, wara mewtu fl-395WK, bil-qasma totali tal-Imperu. Xi oħrajn ipoġġuha iktar 'il bogħod fl-476WK, meta l-aħħar Imperatur Ruman tal-Punent, Romulu Awgustu, kellu jabdika, biex b'hekk iħalli l-mandat ta' imperatur f'idejn l-Imperatur tal-Lvant. F'kull każ, il-proċess ta' ellenizzazzjoni li kien kontinwu u gradwali, sal-330WK, meta Kostantinu I inawgura l-kapitali l-ġdida, kien ġa beda.




#Article 89: Normanni (118 words)


In-Normanni (korruzzjoni ta' l-isem Northmen jew Norsemen, Poplu tan-Nofsinhar) kienu taħlita ta' Galli minn Franza u invażuri Vikingi mmexxijin minn Hrolf Ganger, li adotta l-isem Franċiż Rollo u ħalef li jservi lir-re ta' Franza (Karlu s-Sempliċi). Dawn il-Vikingi Daniżi u Norveġiżi bdew jokkupaw in-naħa ta' fuq ta' Franza, illum magħrufa bħala n-Normandija, fit-tieni nofs tas-Seklu IX.  Fid-911, Karlu s-Sempliċi tagħhom art fil-wied tax-xmara Senna, li maż-żmien kibret sakemm saret id-Dukat tan-Normandija.

In-Normanni addottaw il-Kristjaneżmu, u l-ilsien Gallo-Romantiku u rnexxielhom joħolqu identità kulturali separata minn ta' missirijiethom Skandinavi u minn tal-ġirien Franċiżi. Il-Kultura Normanna, bħall-kultura ta' ħafna komunitajiet immigranti, kienet flessibli u soda. Għal xi żmien irnexxielhom jokkupaw żoni vasti ta' art imferrxin u mhux konnessi ma' l-Ewropa kollha.




#Article 90: Imperu Ottoman (978 words)


L-Imperu Ottoman kien potenza li kienet teżerċita saħħitha max-xtut tal-Baħar Mediterran li beda jeżisti fl-1281 (jew 1299) sal-1923. kien wieħed mill-ikbar Imperi li qatt dehru fuq wiċċ id-dinja, u, meta kien b'saħħtu, kien jinkludi t-Turkija, il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta' Fuq u l-Balkani. Ġie fondat minn tribu ta' Torok Oghuz fil-Punent tat-Turkija, u kien immexxi mid- dinastija Osmanlı, dixxendenti minn dawn it-Torok.

F'ċirkli diplomatiċi, l-Imperu kien jissejjaħ la Sublime Porte jew sempliċement Porte, dderivat mit-traduzzjoni franċiża tat-terminu Bâb-i-âlî, li tfisser il-bieb l-għolja, minħabba ċ-ċerimonji ta' merħba lill-ambaxxaturi barranin mill-bieb tal-Palazz Imperjali Topkapi. Ġieli jiġi interpretat bħala riferenza għal qagħda tan-nazzjon u speċjalment tal-kapitali Istanbul; fil-fatt l-Imperu kien jidher bħala l-bieb bejn l-Ewropa u l-Asja. Fi żmienu, l-Imperu Ottoman kien jissejjaħ ukoll l-Imperu Tork jew it-Turkija minn barranin Ewropej, imma l-isem tal-pajjiż tal-lum m'ghandux jitħawwad ma' dak tal-Imperu Ottoman.

L-Imperu twaqqaf minn Osman I, bl-Għarbi ʿUthmān b'hekk l-isem tal-Imperu. Fis-Seklu XVI u s-Seklu XVII, l-Ottomani kellhom wieħed mill-iktar imperi kbar u b'saħħitom fid-dinja, u xi pajjiżi Ewropej bdew iħossuhom skomdi minħabba l-avvanzi tagħhom fil-Balkani. Madanakollu l-Ottomani twaqqfu fl-Assedju ta' Malta, fil-Battalja ta' Lepanto u f'dik ta' Vjenna.

Fl-1453, l-aħħar fdal tal-Imperu Biżantin sfaxxa meta Kostantinopli saret il-kapitali Ottomana bl-isem ta' Istanbul. Mill-1517 'il quddiem, is-Sultan Ottoman kien ukoll Kaliff tal-Islam, u l-Imperu Ottoman mill-1517 sal-1922 (jew 1924) kien sinonimu mal-Kaliffat, l-Istat Islamiku. 

Wara l-Ewwel gwerra dinjija, fl-istess gwerra li parti kbira tal-Imperu waqa' f'idejn l-Alleati, filwaqt li l-istat Ottoman kien f'taħwid kbir, xi nazzjonalisti Torok, ħafna kienu uffiċjali għolja fil-militar, waqqfu l-istat Tork permezz tal-gwerra tal-Indipendenza Torka, kontinwazzjoni tal-gwerra bejn il-Griegi u t-Torok, il-maġġoranza fuq art li saret Torka fit-Trattat ta' Lausanne.

Il-kelma Ottoman hija anglicisation storika tal-isem ta' Osman I, il-fundatur tal-Imperu u tad-Dar tal-gvern ta' Osman (magħrufa wkoll bħala dinastija tal-Ottomani). L-isem ta’ Osman min-naħa tiegħu kien il-forma Torka tal-isem Għarbi ʿUthmān (عثمان). Fit-Tork Ottoman, l-imperu kien imsejjaħ Devlet-i ʿAlīye-yi ʿOsmānīye (دولت عليه عثمانیه), [34] (litteralment L-Istat Ottoman Suprem) jew alternattivament ʿOsmānlı Devleti (عثمانلى دولت). Fit-Tork Modern, huwa magħruf bħala Osmanlı İmparatorluğu (L-Imperu Ottoman) jew Osmanlı Devleti (L-Istat Ottoman).

Il-kelma Torka għal Ottoman (Osmanlı) oriġinarjament kienet tirreferi għas-segwaċi tat-tribu ta' Osman fis-seklu erbatax, u li wara din bdiet tintuża biex tirreferi għall-elit militari-amministrattiva tal-imperu. B'kuntrast ma' dan, it-terminu Turk (Türk) intuża biex jirreferi għall-popolazzjoni u ghall-popolazzjoni tribali Anatolja u kien meqjus bħala terminu ta' tqaxxir meta applikat għal individwi urbani u edukati. [35] Fil-perjodu modern bikri, kelliem Tork b'edukazzjoni urbana edukata li ma kienx membru tal-klassi amministrattiva militari ħafna drabi ma jirreferix għalih innifsu la bħala Osmanlı u lanqas bħala Türk, imma aktar bħala Rūmī (رومى), jew Rumana, li tfisser abitant tat-territorju tal-ex Imperu Biżantin fil-Balkani u fl-Anatolja.

It-terminu Rūmī intuża wkoll biex jirreferi għal kelliema ta’ Tork mill-popli Musulmani l-oħra tal-imperu u lil hinn minnha. [36] Kif applikat għall-kelliema Torok Ottomani, dan it-terminu beda jintuża mill-użu fl-aħħar tas-seklu sbatax, u minflok il-kelma saret dejjem aktar assoċjata mal-popolazzjoni Griega tal-imperu, fis-sens li għadha ġġorrha fit-Turkija sal-lum. [ 37]

Fl-Ewropa tal-Punent, iż-żewġ ismijiet Imperu Ottoman u Turkija spiss kienu jintużaw b'mod interkambjabbli, bit-Turkija tkun dejjem aktar iffavorita kemm f'sitwazzjonijiet formali kif ukoll informali. Din id-dikotomija ntemmet uffiċjalment fl-1920–23, meta l-gvern Tork, li għadu kif ġie stabbilit f'Ankara, għażel lit-Turkija bħala l-uniku isem uffiċjali. Ħafna storiċi akkademiċi jevitaw it-termini Turkija, Torok, u Torok meta jirreferu għall-Ottomani, minħabba l-karattru multinazzjonali tal-imperu.

Hekk kif is-Seljuk Sultanate ta' Rum naqas fis-seklu 13, l-Anatolja kienet maqsuma f'biċċa ta' prinċipati Torok indipendenti magħrufa bħala l-Anatolji Beyliks. Waħda minn dawn il-beyliks, fir-reġjun ta 'Bitynia fuq il-fruntiera tal-Imperu Biżantin, kienet immexxija mill-mexxej tribali Tork Osman I (d. 1323/4), figura ta' oriġini oskuża minn fejn ġej l-isem Ottoman. [38 ] Is-segwaċi bikrija ta 'Osman kienu jikkonsistu kemm minn gruppi tribali Torok kif ukoll minn rinnegati Biżantini, ħafna iżda mhux kollha konvertiti għall-Iżlam. Osman estenda l-kontroll tal-prinċipat tiegħu billi kkonkerra bliet Biżantini tul ix-xmara Sakarya. Telfa Biżantina fil-battalja ta 'Bapheus fl-1302 ikkontribwixxiet ukoll għall-lok ta' Osman. Mhux mifhum sew kif il-bidu tal-Ottomani ġew biex jiddominaw il-ġirien tagħhom, minħabba n-nuqqas ta’ sorsi li jibqgħu ħajjin minn dan il-perjodu. It-teorija tat-Teżi ta’ Gaża popolari matul is-seklu għoxrin ikkreditat is-suċċess tagħhom għar-rally tagħhom ta’ ġellieda reliġjużi biex jiġġieldu għalihom f’isem l-Islam, iżda issa hija kkritikata ħafna u m’għadhiex ġeneralment aċċettata mill-istoriċi, u m’hemmx kunsens dwar in-natura tal-espansjoni bikrija tal-istat Ottoman issostitwiha. 

Fis-seklu wara l-mewt ta ’Osman I, il-ħakma Ottomana bdiet tiġġedded fuq l-Anatolja u l-Balkani. L-iben ta 'Osman, Orhan, qabad il-belt tal-Anatolja tal-majjistral ta 'Bursa fl-1326, u għamilha l-kapitali l-ġdida tal-istat Ottoman u ħaqqet il-kontroll Biżantin fir-reġjun. Il-belt tal-port importanti ta ’Tessalonika ġiet maqbuda mill-Venezjani fl-1387 u keċċa. Ir-rebħa Ottomana fil-Kosovo fl-1389 effettivament immarkat it-tmiem tal-poter Serb fir-reġjun, li twitti t-triq għall-espansjoni Ottomana fl-Ewropa. [41] Il-Battalja ta ’Nicopolis fl-1396, meqjusa b’mod wiesa’ bħala l-aħħar kruċjata fuq skala kbira tal-Medju Evu, naqset milli twaqqaf l-avvanz tat-Torok Ottomani rebbieħa. 

Hekk kif it-Torok kabbru fil-Balkani, il-konkwista ta 'Kostantinopli saret għan kruċjali. L-Ottomani diġà wrested il-kontroll ta 'kważi l-ex-artijiet Biżantini kollha li jdawru l-belt, iżda d-difiża qawwija tal-pożizzjoni strateġika ta' Kostantinopli fuq id-Dejt tal-Bosforu għamlitha diffiċli biex tiġi konkwista. Fl-1402, il-Biżantini ġew temporanjament meħlusa meta l-mexxej Turco-Mongol Timur, fundatur tal-Imperu Timurid, invada l-Anatolja Ottomana mil-lvant. Fil-Battalja ta 'Ankara fl-1402, Timur għeleb il-forzi Ottomani u ħa lil Sultan Bayezid I bħala priġunier, li jitfa' l-imperu f'diżordni. Il-gwerra ċivili wara, magħrufa wkoll bħala l-Fetret Devri, damet mill-1402 sal-1413 hekk kif ulied Bayezid ġġieldu wara xulxin. Dan intemm meta Mehmed I ħareġ bħala s-sultan u rrestawra l-poter Ottoman. 

It-territorji tal-Balkani mitlufin mill-Ottomani wara l-1402, inklużi Tessalonika, il-Maċedonja u l-Kosovo, aktar tard ġew irkuprati minn Murad II bejn l-1430 u l-1450s. Fl-10 ta ’Novembru 1444, Murad irrepela l-Kruċjata ta’ Varna billi għeleb l-armati Ungeriża, Pollakka u Valaġjana taħt Władysław III tal-Polonja (ukoll Re tal-Ungerija) u John Hunyadi fil-Battalja ta ’Varna, għalkemm l-Albaniżi taħt Skanderbeg baqgħu jirreżistu. Erba 'snin wara, John Hunyadi ħejja armata oħra ta' forzi Ungeriżi u tal-Wallachian biex jattakkaw it-Torok, iżda reġa 'ġie megħlub fit-Tieni Battalja tal-Kosovo fl-1448. 




#Article 91: It-Tieni Gwerra Dinjija (6576 words)


It-Tieni Gwerra Dinjija kien kunflitt mondjali li involva l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, b'mod speċjali l-pajjiżi l-iktar avvanzati maqsumin f'żewġ alleanzi militari opposti: L-Alleati u l-Qawwiet tal-Assi. Din il-gwerra involviet il-mobilitazzjoni ta' 'l fuq minn 100 miljun rekluta militari, b'hekk hi meqjusa bħala l-iktar gwerra mifruxa fl-istorja. Fi stat ta' gwerra totali, il-partiċipanti maġġuri poġġew il-kapaċitajiet ekonomiċi, industrijali, u xjentifiċi għas-servizz ta' isforz belliku, bl-injorar tad-distinzjoni bejn riżorsi militari u dawk ċivili. Iktar minn 70 miljun ruħ, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inqatlu f'dan il-konflitt, li għalhekk jitqies bħala l-iktar imdemmi fl-istorja umana. In-nefqa finanzjarja totali tal-gwerra hi stimata li laħqet triljun dollaru amerikan, b'hekk hi ukoll l-iktar gwerra li swiet flus. 
Il-bidu tal-gwerra hu meqjus li hu Settembru 1939 bl-invażjoni tal-Polonja, u d-dikjarazzjoni ta'gwerra fuq il-Ġermanja mir-Renju Unit, Franza u d-Dominji Britanniċi. L-Allejati kienu rebbieħa, bil-Ġermanja ċċedi fit-8 ta' Mejju 1945, u r-rebħa fuq il-Ġappun fit-2 ta' Settembru.

L-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti ħarġu mill-kunflitt bħala ż-żewġ superpotenzi maġġuri. Din is-sitwazzjoni fetħet il-Gwerra l-Bierda, li damet 45 sena. Il-Ġnus Magħquda ġew iffurmati bit-tama li jiġi evitat kunflitt ieħor bħal dan. L-idea ta' determinazzjoni nazzjonali imbuttata mill-gwerra aċċelerat il-moviment ta' dekolonizazzjoni fl-Asja u l-Afrika, filwaqt li fl-Ewropa tal-Punent stess bdiet miexja lejn l-integrazzjoni.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, it-telfa tal-Ġermanja, ffirmata fit-Trattat ta' Versailles imponiet fuq dan il-pajjiż it-telfien ta' parti mdaqqsa mit-territorju, ċaħdet l-annessjoni ta' stati oħra, llimitat id-daqs tal-forzi armati Ġermanizi, u imponiet reparazzjonijiet finanzjarji kbar ħafna. Ir-Rivoluzzjoni Russa tal- 1917 u l-gwerra ċivili li din ikkawżat, wasslu għall-ħolqien tal-Unjoni Sovjetika li malajr ġiet taħt il-ħakma ta' Joseph Stalin. Fl-Italja, Benito Mussolini ħataf il-poter bħala dittatur faxxist bil-wiegħda li joħloq Imperu Ruman Ġdid. Il-Partit Kuomintang fiċ-Ċina beda Spedizzjoni fit-Tramuntana (1926-1927) bħala programm ta' unifikazzjoni nazzjonali, kontra sinjuri tal-gwerra Ċiniżi tas-snin għoxrin, imma spiċċa mgħarraq fi gwerra ċivili kontra l-ex alleati, il-Partit Komunista Ċiniż. Fl-1931, l-Imperu Ġappuniż, li kien ilu ħafna jipprova jespandi l-influwenza tiegħu fiċ-Ċina, taħt il-kunċett tad-dritt li jaħkem fuq l-Asja, uża l-Inċident ta' Mukden bħala ġustifikazzjoni biex jinvadi l-Manċurja; iż-żewġ nazzjonijiet tqabdu f'bosta kunflitti zgħar sad-Dikjarazzjoni Tanggu li ħabbret il-waqfien tal-gwerra fl-1933.
In-Nazzjonal-Soċjalist Adolf Hitler sar il-mexxej tal-Ġermanja fl- 1933 u fis beda kampanja kbira ta'riarmament. Dan ħasseb lil Franza u r-Renju Unit, li kienu batew ħafna fl-aħħar gwerra, kif ukoll l-Italja, li rat l-ambizzjonijiet territorjali tagħha jiddalmu minħabba dawk tal-Ġermanja. Biex jiżgura l-alleanza, il-Franċiżi ħallew lill-Italja ħielsa fl-operazzjonijiet tagħha fl- Etjopja, li l-Italja xtaqet taħtaf. Din is-sitwazzjoni ġiet aggravata fl-1935 meta s-Saarland ingħaqdet legalment mal-Ġermanja, u Hitler rrinunzja t-Trattat ta' Versailles, għaġġel ir-remilitarizazzjoni u daħħal il-lieva. Bl-isperanza li tinżamm il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza u l-Italja ffurmaw il-Front ta' Stresa. L-Unjoni Sovjetika, mbeżża mill-għanijiet tal-Ġermanja li taħtaf art fil-Lvant tal-Ewropa, kkonkluda trattat ta' assistenza militari ma' Franza.

Qabel jieħu effett, dan il-patt Franco-Sovjetiku kellu jgħaddi mill-burokrazija tal- Lega tan-Nazzjonijiet, li spiċċa jagħmlu bla saħħa. Biex iktar tikkomplika s-sitwazzjoni, f'Ġunju tal-1935, ir-Renju Unit iffirma trattat Navali indipendenti mal-Ġermanja, jħoll ħafna mir-restrizzjonijiet ta' qabel. L-Istati Uniti, minħabba l-ġrajjiet fl-Ewropa u l-Asja, għadda l-Att tan-Newtralità' f'Awissu. F'Ottubru, l-Italja invadiet l-Ewropa, bil-Ġermanja tkun l-uniku pajjiż fl-Ewropa li ma kkundannatx dan l-att. L-Italja allura neħħiet kull objezzjoni tagħha fuq l-għan tal-Ġermanja li tagħmel mill-Awstrija stat-satellita.
Bi vjolazzjoni diretta tat-Trattat ta' Versaille u dak ta' Lokarno, Hitler rremilitarizza r- Rhineland f'Marzu tal- 1936, u hawn bilkem irċieva tweġiba mil-potenzi l-oħra. Meta bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola f'Lulju, Hitler u Mussolini għenu l-fazzjoni faxxista mmexxija minn Ġeneralíssimu Francisco Franco u l-forzi nazzjonalisti tiegħu fil-gwerra ċivili kontra t-Tieni Repubblika Spanjola, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika. Iż-żewġ naħat użaw il-kunflitt biex jisperimentaw armi u metodi ta' gwerra ġodda, bil-forzi nazzjonalisti spanjoli jirbhu fl-1939.

Biż-żieda fit-tensjonijiet, bedw isiru sforzi ta' konsolidazzjoni ta' poter f'bosta pajjiżi. F'Ottubru, l-Ġermanja u l-Italja ffurmaw l-Assi Ruma-Berlin u xahar wara, il-Ġermanja u l-Ġappun, bil-ħsieb li l-Unjoni Sovjetika u l-komuniżmu kien l-ikbar periklu għalihom, iffirmaw il-Patt Anti-Komintern, li l-Italja daħlet fih sena wara. Fiċ-Ċina, il-Kuomintang u l-forzi komunisti, qablu fuq waqfien mil-ġlied biex jippreżentaw front magħqud kontra l-forzi ġappuniżi.

Dati oħra li huma kkunsidrati bħala l-bidu tal-kunflitt jinkludu l-invażjoni ġappuniża tal-Manċurja fl-1931, il-bidu tat-Tieni Gwerra Sino-Ġappuniża, fl-1937, jew bosta dati marbutin ma' avvenimenti oħrajn. Xi sorsi jimxu mal-idea ta' A. J. P. Taylor, li jemmen li kien hemm żewġ gwerer simultanei, il-Gwerra Sino-Ġappuniża fl-Asja tal-Lvant, u t-Tieni Gwerra Ewropea fl-Ewropa u fil-kolonji tagħha, imma dawn ma sarux gwerra dinjija sakemm ma ngħaqdux fl-1941 bid-daħla fil-gwerra tal-Unjoni Sovjetika; b'hekk il-gwerra kompliet sal-1945. 

Għat-tmiem tal-gwerra għandha bosta dati wkoll. Xi sorsi jgħidu li dan seħħ bl-armistizju tal-14 t'Awwissu 1945, minflok fid-data li fiha l-Ġermanja ċediet b'mod uffiċjali; f'diskussjonijiet storiċi Ewropej, il-gwerra ntemmet f'Jum ir-Rebħ fl-Ewropa, il-V-E Day. It-trattat uffiċjali tat-tmiem tal-gwerra mal-Ġappun ġie iffirmat biss fl-1951, fit-Trattat ta' San Francisco.

F'nofs l-1937, wara l-Inċident fuq il-Pont Marku Polo, il-Ġappun beda invażjoni sħiħa taċ-Ċina. Is-Sovjetiċi mill-ewwel għenu liċ-Ċiniżi, fatt li ħassar il-kooperazjoni Ċiniża mal-Ġermanja. Wara assalt fuq Shanghai , il-Ġappuniżi tefgħu lura l-qawwiet Ċiniżi, bil-ħtif tal-kapitali Nanġing f'Diċembru. F'Ġunju tal- 1938, iċ-Ċiniżi żammew l-avvanzata Ġappuniża billi għarrqu x-Xmara s-Safra; anki jekk dan ta' liċ-Ċiniżi biżżejjed ħin biex tiġi ffortifikata l-belt ta'Wuħan, il-belt xorta wagħet f'idejn Ġappuniżi sa Ottubru. F'dan iż-żmien, forzi ġappuniżi u sovetiċi ingaġġaw f'battalja minuri fuq l-Għadira Khasan; f'Mejju tal-1939, dawn ġew involuti f'battalja eħrex f'Khalkhin Gol, li spiċċat bi qbil ta' waqfien mill-ġlied fil- 15 ta' Settembru u r-restawr tal-istat ante bellum.

Fl-Ewropa, il-Ġermanja u l-Italja bdew jippreparaw għat-taqbid. F'Marzu tal-1938, il-Ġermanja permezz tal- Anschluss, għaqqdet lill-Awstrija mat-territorju tagħha, li ma tantx ġabet rekriminazzjonijiet mill-poetnzi Ewropej. Inkuraġġat, Hitler beda jesponi drittijiet ġermaniżi fuq is-Sudetenland; Franza u l-Gran Brittanja ħallewh jannessi dawn l-artijiet fil-Qbil ta' Munich, bil-wiegħda li din kellha tkun l-aħħar domanda territorjali tal-Ġermanja. Hitler malajr ħarab mil-wiegħda tiegħu. F' Marzu tal-1939, il-Ġermanja u l-Ungerija okkupaw iċ-Ċekoslovakkja sħiħa, flimkien.

Allarmat, u b'Hitler jiddikjara li ried jerġa' jagħqqad lil belt ta' Danżing, u allura kellu pretensjonijiet għal art Pollakka, Franza u r-Renju Unit ħarġu garanzija tal-indipendenza tal-Polonja; meta l-Italja invadiet l-Albanija f'April, l-istess garanzija ġiet estiża lir-Rumanija u l-Greċja. L-Unjoni Sovjetika pruvat tallea ruħha ma' Franza u r-Renju Unit, imma ġiet injorata minħabba suspetti fuq il-motivi tagħha u l-kapaċitajiet militari li kellha. Ftit wara l-garanziji Franko-Britanniċi lejn il-Polonja, il-Ġermanja u l-Italja fformalizzaw l-alleanza tagħhom bil-Patt tal-Azzar. Bit-twemmin li Franza u r-Renju Unit ma xtaqux jalleaw rwieħhom mal-Unjoni Sovjetika, minħabba l-biża li din setgħet tiżviluppa fi gwerra bejn Hitler u l-URSS bil-qawwiet tal-Punent jibqgħu newtrali jew jgħinu lil Hitler, l-Unjoni Sovjetika ddeċiedet li tidħol fi qbil li ma tattakkax lil Ġermanja permezz tal –Patt Molotov Ribbentrop. Dan il patt kien jinkludi qbil sigriet biex l-Ewropa tal-Lvant tinqasam bejniethom. 
Fl- 1 ta' Settembru, 1939, Adolf Hitler ħabbar l-invażjoni tal-Polonja u t-Tieni Gwerra Dinjija bdiet. Franza, l-Gran Brittanja, u l-Pajjiżi tal-Commonwealth ddikjaraw gwerra fuq il-Ġermanja, imma ftit li xejn wettqu operazzjonijiet belliċi apparti attakk zgħir Franċiż fis-Saarland. F' nofs Settembru, wara li ġie ffirmat armistizju mal-Ġappun, l-Unjoni Sovjetika bdiet l-invażjoni tagħha tal-Polonja. Sa' l-bidu t' Ottubru, il-Polonja nqasmet bejn il-Ġermanja u l-Unjoni Sovjetika. Matul il-battalji fil-Polonja, il-Ġappun beda l-ewwel attakk fuq il-belt ċiniża strateġikament importanti ta' Changsha; dan l-attakk falla sal-bidu t'Ottubru. 

Wara l-invażjoni tal-Polonja, l-Unjoni Sovjetika bdiet l-okkupazzjoni tal-Pajjiżi Baltiċi. Reżistenza Finlandiża għal pressjonijiet mill-Unjoni Sovjetika f' l-aħħar ta' Novembru wassal għall-Gwerra tax-Xitwa li damet erba' xhur, u ntemmet bit-Trattat ta' Paċi ta' Moska b'konċessjonijiet Finlandiżi. Franza u r-Renju Unit trattaw l-attakk tal-Unjoni Sovjetika fuq il-Finlandja daqslikieku din daħlet fil-gwerra fuq in-naħa tal-Ġermanja, u rrispondew għal din l-invażjoni billi qablu mal-espulsjoni tas-Sovjetiċi mill-Lega tan-Nazzjonijiet. Anki jekk iċ-Ċina kellha l-saħħa timponi l-veto fuq din l-azzjoni, hi la riedet tinqata mill-potenzi tal-punent u wisq inqas mill-Unjoni Sovjetika u għalhekk iddeċidiet li tastjeni. L-Unjoni Sovjetika xorta ma qablitx ma' din l-azzjoni, u ssospendiet kull għajnuna militari għaċ-Ċina. Sa' Ġunju 1940, il-Forzi Armati Sovjetiċi lestew l-okkupazjoni tal-istati ta' mal-Baltiku. 

Fl-Ewropa tal-Punent, qawwiet Brittaniċi bdew l-ewwel jibagħtu l-ewwel truppi fuq il-kontinent, però la l-Ġermanja u lanqas l-Alleati ma bdew attakki diretti fuq l-għadu. F'April, il-Ġermanja invadiet id-Danimarka u n-Norveġja biex tiddefendi l-fornituri ta' minerali tal-ħadid mill-iSvezja, li l-Alleati żgur kienu ser jippruvaw iwaqqfu. Id-Danimarka ikkapitulat mill-ewwel, u minkejja s-support tal-Alleati, in-Norveġja intrebħet f'inqas minn xahrejn. Skuntentizza Brittanika fuq il-Kampanja Norveġjiża wasslet għall-waqgħa tal-Prim Ministru Neville Chamberlain, b' Winston Churchill jieħu postu fl-10 ta' Mejju, 1940.

Fl-istess jum, il-Ġermanja invadiet lil Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi. L-Olanda u l-Belġju ġew assaltati u waqgħu fi ftit ġimgħat, permezz tat-tattiċi tal-blitzkrieg. Il-Linja Maġinot, ffortifikata mill-Franċiżi ddawret mill-Ġermaniżi b' manuvri fuq il-ġenb minn ġol Muntanji tal-Ardennes; dawn kienu jitqiesu bħala barriera impenetrabli għall-karrijiet armati mill-Franċiżi. Truppi Brittaniċi kienu sfurzati jevakwaw il-kontinent f' Dunkirk, bit-telf ta' ħafna mill-materjal militari li kellhom, sa' l-aħħar tax-xahar. Fl-10 ta' Ġunju, l-Italja invadiet, u ddikjarat gwerra fuq Franza u r-Renju Unit ; tnax-il jum wara, Franza ċediet u mill-ewwel inqasmet f' żoni ta' okkupazzjoni Ġermaniza u Taljana, kif ukoll stat pupazz mhux okkupat taħt ir-Reġim ta' Vichy. Fil-bidu ta' Lulju, l-qawwiet Brittaniċi attakkaw il-flotta Franċiża fl-Alġerija biex jipprevjenu li din tingħaqad ma' dik Franċiża.
 
Bi Franza barra mill-kunflitt, il-Ġermanja bdiet kampanja ta' superjorita tal-ajru fuq l-Ingilterra bi preparazzjoni għall-invażjoni. Il-kampanja falliet u sa Settembru l-pjanijiet tal-invażjoni ġew kanċellati. Bl-użu ta' portijiet Franċiżi okkupati, il-Flotta Ġermaniża gawdiet suċċessi fuq Flotta Rjali li kienet estiża wisq, bl-użu ta' U-boats fil-linji ta' fornitura navali Brittaniċi. L-Italja bdiet l-operazzjonijiet fil-Mediterran, billi fetħet assedju f' Malta f'Ġunju, bir-rebħ tas-Somaliland Brittanika f'Awissu, u b' inkursjonijiet fl-Eġittu okkupat mill-Brittanja fil-bidu ta' Settembru. Il-Ġappun żied l-imblokk taċ-Ċina f'Settembru bil-ħtif ta' bosta bażijiet navali fit-tramuntana tal-kolonja iżolata tal-Indoċina Franċiża. 

Matul dan iż-żmien kollu, l-Istati Uniti newtrali ħadu xi miżuti biex jgħinu liċ-Ċina u l-Alleati tal-Punent. F'Novembru tal-1939, l-Att tan-Newtralità Amerikan ġie amendat biex iħalli x-xiri ta' munizzjonijiet mill-Alleati. Fl-1940, wara l-waqgħa ta' Franza, il-qies tal-Flotta Navali tal-Istati Uniti tkabbret ħafna u wara l-inkursjonijiet Ġappuniżi fl-Indoċina, l-Istati Uniti imblukkaw l-esportazzjoni ta' ħadid, azzar u partijiet mekkaniċi lejn il-Ġappun. F'Settembru, l-Istati Uniti qablu li jpartu ammont ta' destroyers qodma għal bażijiet Brittaniċi fil-Karibew.

Fl-aħħar ta' Settembru il-Patt Tripartit bejn il-Ġappun, l-Italja u l-Ġermanja fformaliżżaw il- Qawwiet tal-Assi. Il-patt stipula li, b'eċċezzjoni tal-Unjoni Sovjetika, kull pajjiż li jattakka l-pajjiż tal-Assi ikollu jidħol fi gwerra ma' kull wieħed mill-pajjiżi msieħba. L-Unjoni Sovjetika wriet interess li tidħol f'din l-alleanza, u f'Novembru batgħet it-test tal-patt amendat; wara offriet ukoll għajnuna ekonomika li kienet tiffavorixxi ħafna lill-Ġermanja. Il-Ġermanja baqgħet siekta fuq l-ewwel proposta, iżda qablet mat-tieni waħda. Minkejja dan il-Patt, l-Istati Uniti komplew jgħinu r-Renju Unit u ċ-Ċina bl-introduzzjoni tal-qbil Lend-Lease. L-Istati Uniti ħolqu żona ta' sigurta tikkomprendi madwar nofs l-Oċean Atlantiku bil-flotta Amerikana teskorta konvojs Brittaniċi. 

F'Ottubru, l-Italja invadiet il-Greċja imma fi ftit jiem l-attakk twaqqaf mill-Griegi u ġie mbuttat lura fl-Albanija. Ftit wara, fl-Afrika, qawwiet tal-Commonwealth bdew attakki fuq l-Eġittu u l-Lvant Taljan tal-Afrika. Sal-bidu tal-1941, il-qawwiet taljani intefgħu lura fil-Libja mil-Commonwealth, Churchill ordna li jintbagħtu truppi biex isaħħu l-Griegi. Ir- Flotta Taljana tilfet bosta battalji navali, bil-Flotta Rjali taqla' tliet bastimenti tal-gwerra mill-kunflitt b'attakk fuq Taranto, u ħafna bastimenti oħra magħrrqa fil-Battalja ta' Kap Matapan.
Il-Ġermanja malajr interveniet biex tgħin lill-Italja. Hitler bagħat qawwiet ġermaniżi fil-Libja fi Frar u sat-tmiem ta' Marzu bdew attakk fuq il-forzi tal-Commonwealth mnaqqsin ħabba l-isforz fil-Greċja. F'xahar, il-qawwiet tal-Commonwealth reġgħu intefgħu fl-Eġittu bl-eċċezzjoni tal-port mblokkat ta' Tobruk. Il-Commonwealth pruvat teħles mill-qawwiet tal-Assi f'Mejju u f'f'Ġunju, iżda falliet fiż-żewġ okkażjonijiet. Fil-bidu t'April il-Ġermaniżi intervjenew fil-Balkani, bl-invażjoni tal-Greċja u l-Jugoslavja; hawnhekk l-attakk irnexxa, u l-Alleati ġew sfurzati jevakwaw il-Greċja, u l-gżira ta' Kreta sal-aħħar ta' Mejju.

L-Alleati xorta kellhom xi rebħiet importanti f'dan iż-żmien ukoll. Fil-Lvant Nofsani, qawwiet tal-Commonwealth l-ewwel waqqfu kolp ta' stat fl-Iraq li kellu l-għajnuna ta' ajruplani Ġermaniżi minn bażijiet Franċiżi kkontrollati mir-reġim ta' Vichy fil-mandat Franċiż fis-Sirja , wara, bl-għajnuna tal-Forces Françaises Libres, invadiet is-Sirja u l-Libanu biex iżomm milli jerġgħu jinqalgħu l-istess problemi. Fl-Atlantiku, il-Brittaniċi irnexxielhom jgħollu l-moral pubbliku billi għerrqu l-bastiment amirral tal-Ġermanja, il-Bismarck. Forsi l-ikbar suċċess f'dan iż-żmien kien fil-Battalja tal-Brittanja, fejn ir-Royal Air Force irnexxiela tirreżisti attakki mill-Luftwaffe, tant li fl-10 ta' Mejju 1941, Hitler ħassar il-kampanja tal-bombardament fuq l-Ingilterra.

Fl-Asja, minkejja bosta azzjonijiet offensivi miż-żewġ naħat, il-gwerra bejn iċ-Ċina u l-Ġappun ma wasslet suċċessi lil ebda naħa. F'Awissu ta' dik is-sena, il-Komunisti Ċiniżi bdew offensiva fiċ-Ċina ċentrali; b'retaljazzjoni, il-Ġappun iddeċiedi li jdaħħal miżuri ta' rappreżalja fit-territorji okkupati. Biex iktar tiġi ikkumplikata s-sitwazzjoni, bdew jiżdiedu t-tensjonijiet bejn il-qawwiet komunisti u dawk nazzjonalisti fiċ-Ċina, li laħqu 'l ogħla f'Jannar tal-1941, tant li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ fazzjonijiet ċiniżi waqfet.

Bis-sitwazzjoni fl-Ewropa u l-Asja bejn wieħed u ieħor stabbli, il-Ġermanja, il-Ġappun u l-Unjoni Sovjetika bdew jippreparaw għal dak li seta' jiġri wara. Is-Sovjetiċi kienu qed jibżgħu mill-espansjoni Ġermaniża, kif ukoll minn dik Ġappuniża fil-possedimenti Ewropej mogħnija b'ħafna riżorsi minerali, b'hekk l-URSS u l-Ġappun iffirmaw qbil ta' newtralità f'April, 1941. Bil-kontra, il-Ġermanja kienet diġa qed tibgħat il-qawwiet tagħha fuq il-fruntiera Sovjetika

Fl-aħħar jiem ta' Ġunju, il-Ġermanja, flimkien ma' pajjiżi oħra membri tal-Assi u l-Finlandja, invadiet l-Unjoni Sovjetika. Dawn kisbu u okkupaw ħafna artijiet fir-Russja tal-Punent, u kkaġunaw ħafna mejtin, u saħansitra kważi waslu sa Moska, biss bl-ibliet ta' Leningrad u l- Sebastopli mhux mirbuħa, u wara l-linja tal-gwerra. Però bil-wasla tax-xitwa kiefra fir-Russja, l-offensiva tal-Assi waqfet ħesrem u s-Sovjetiċi wettqu kontro-offensiva bl-użu ta' truppi u riservi li nġiebu mill-fruntiera mal-istat satellita tal-Ġappun, il-Manċukwo.

Wara l-attakk Ġermaniż fuq is-Sovjetiċi, ir-Renju Unit beda jirkupra. F'Lulju, ir-Renju Unit u l-Unjoni Sovjetika ffurmaw alleanza militari kontra l-Ġermanja u ftit wara invadew l-Iran biex jiżguraw il-Kuritur Persjan u l-fornituri ta' żejt Iranjan. F'Awissu, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ħarġu ċ- Ċarter Atlantiku, viżjoni li kienet tiggarantixxi d-dritt ta' kull poplu li jagħżel il-forma ta' gvern li ried. F'Novembru, qawwiet tal-Commonwealth bdew kontro-offensiva fid-deżert, u rebħu lura kull avvanz li kienu għamlu l-qawwiet Ġermaniżi u Taljani.

Il-Ġappun, bl-isperanza li tgawdi mill-kontroll Ġermaniż tal-Olanda, għamlet bosta talbiet, fostom anke fornitura kostanti ta' żejt, mill-Indji Olandiżi tal-Lvant; dawn il-laqgħat fallew f'Ġunju. F'Lulju, il-Ġappun ħatfu l-kontroll militari tal-Indoċina tan-nofsinhar għax mhux talli setgħet tinfluwenza l-Olanda aħjar, iżda kienet tkompli toħnoq liċ-Ċina; u jekk kien hemm bżonn ta' gwerra, kienet tipprovdi bosta bażijiet strateġiċi kontra l-Brittanja u l-Amerika. L-Istati Uniti, r-Renju Unit u l-pajjiżi l-ożra tal-punent u l-gvernijiet f'eżilju, wieġbu għal din l-inkursjoni Ġappuniża bil-friża tal-assi u l-beni Ġappuniżi, u l-Istati Uniti, li waħedha kienet tforni mat-80% taż-żejt tal-Ġappun, żiedet iż-żejt mal-lista ta' riżorsi fl-imblokk tal-Ġappun. B'dan l-imblokk mhux mistenni, il-Ġappun kien sfurzat li jew jirtita mill-aggressjoni fl-Asja, jew inkella jaħtaf iż-żejt li ried b'mod dirett; il-forzi militar ġappuniżi ma kienux jaqblu mal-ewwel għażla, u ħafna minnhom ikkunsidraw l-imblokk taż-żejt bħala dikjarazzjoni ta' gwerra siekta.
.
Il-Kwartierġenerali Imperjali Ġappuniż iddeċieda li jespandi perimetru ta' gżejjer għal ġoċ-ċentru tal-Paċifiku biex jgħin fi gwerra difensiva u fl-istess ħin ikun jista' jiddisponi mir-riżorsi tax-Xlokk tal-Asja; biex jipprevjeni l-agressjoni u allura jiżgura l-perimetru, kien pjanat li tiġi newtraliżżata mill-bidu l-Flotta tal-Istati Uniti tal-Paċifiku. Fis-7 ta' Settembru, il-Ġappun attakka possedimenti Brittaniċi, Olandiżi u Amerikani b'offensivi kważi simultanei fl-Asja tax-xlokk u l-Paċifiku ċentrali, fostom attakk fuq il-bażi navali Amerikana ta' Pearl Harbor. 

Dawn l-attakki ġiegħlu lill-Istati Uniti, r-Renju Unit, ċ-Ċina, u l-Alleati l-oħra tal-punent biex jiddikjaraw gwerra fuq il-Ġappun. L-Italja, il-Ġermanja, u l-membri l-oħra tal-Patt Tripartit wieġbu billi jiddikjaraw gwerra fuq l-Istati Uniti. F'Jannar, l-Istati Uniti, r-Renju Unit, l-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina, flimkien ma' tnejn-u-għoxrin stat żgħir jew gvern f'eżilju, ħarġu d-Dikjarazzjoni mill-Ġnus Magħquda, bl-affirmazjoni mil-ġdid taċ-Ċarter Atlantiku u l-formaliżazzjoni tal-alleanza kontra l-qawwiet tal-Assi. L-Unjoni Sovjetika ma mexietx bi sħiħ ma' din id-dikjarazzjoni, billi żammet il-qbil li kellhom mal-Ġappun, kif ukoll astjeniet mill-prinċipju ta' determinazjoni poplari. 
Il-Qawwiet tal-Assi, però, rnexxew ikomplu l-offensivi tagħhom. Il-Ġappun kien kważi żataf ix-Xlokk tal-Asja sal-aħħar t'April, 1942, keċċew l-Alleati minn Burma, ħadu ħafna priġunieri fil-Filippini, fil-Malaja,fl-Indji tal-Lvant Olandiżi u f'Singapore. Ibbumbardaw il-bażi navali f'Darwin fl-Awstralja, u għerrqu bosta bastimenti Alleati, mhux biss f'Pearl Harbor, imma wkoll il-Prince of Wales u r-Repulse fil-Baħar Ċiniż tan-Nofsinhar, fil-Baħar ta' Java u l-Oċejan Indjan. L-uniku suċċessi ta' veru kontra l-Ġappun kienu r-rebħa fejn il-belt ta' Changsha fil-bidu ta' Jannar, 1942, u rebħa psikoloġika bil-bumbardament tal-kapitali ġappuniża, Tokyo f'April.

Il-Ġermanja kienet kapaċi tieħu l-offensiva mill-ġdid ukoll. Il-Flotta Ġermaniża ndunat bl-inesperjenza Amerikana fil-kamp t' gwerra bis-sottomarini, u rnexxiela tgħarraq riżorsi importanti fejn il-kosta Amerikana. Fid-deżert, bdew offensiva f'Jannar, u mbuttaw il-qawwiet Brittaniċi lura lejn il Linja ta' Gazala sal-bidu ta' Frar. Fl-Unjoni Sovjetika, il-kontro-offensiva Sovjetika tax-xitwa kienet spiċċat sa' Marzu. Fid-deżert kien hemm kalma mhux tas-soltu fl-operazzjonijiet, li tat ċans lill-Ġermanja tipprepara għall-offensiva li jmiss

Fil-bidu ta' Jannar, il-Ġappun beda jipprova jaħtaf Port Moresby permezz t'assalt amfibju biex tinqatal-linja ta' komunikazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Awstralja. L-Alleati, però, interċettaw il-messaġġ, u dawwru lura l-qawwiet navali, u waqqfu l-invażjoni. Il-pjan li jmiss tal-Ġappun, mmotivat mill-bombardament ta' Tokyo, kien li jinħataf l-Atoll ta' Midway biex jinġibdu l-aircraftcarriers Amerikani u jgħerrquhom hemm; bħala diverżjoni, il-Ġappun kellu jibgħat forzi ta' diverżjoni billi jokkupa l-gżejjer Alewzjani. Fil-bidu ta' Jannar, il-Ġappun beda jimxi ma' dawn il-pjanijiet iżda l-Amerikani, li rnexxielhom jiddeċifraw il-kodiċi sigrieti navali ġappuniżi, kienu jafu b'kollox u użaw din l-informazzjoni biex jirbħu vittorja deċiżiva fuq il-Flotta Imperjali Ġappuniża. Bil-kapaċità tagħhom drastikament mnaqqsa ħabba t-telfa f'Midway, il-Ġappun prova jikkonċentra l-attakki tiegħu billi jiffukaw fuq Port Moresby, b'kampanja minn fuq l-art fit-Territorju tal-Papua. L-Amerikani pjanaw kontro-attak fuq il-Ġappuniżi, b'pożizjonijiet fin-nofsinhar tal-Gżejjer Solomon, primarjament Guadalcanal, bħala l-ewwel pass biex jinħataf Rabaul, il-bażi navali ġappuniża prinċipali fix-Xlokk tal-Asja. Iż-żewġ pjanijiet bdew f'Lulju, però sa nofs Settembru, il-battalja ta' Guadalcanal ħadet prijorità, u t-truppi ta' New Guinea ġew ordnati li jirtiraw minn Port Moresby għall-provinċja ta' Oro. Guadalcanal malajr sar punt fokali għaż-żewġ naħat b'użu ta' truppi u materjal f'battalja t'attrizzjoni. Sal-bidu tal- 1943, il-Ġappuniżi tilfu l-gżira u rtiraw it-truppi.

F'Burma, qawwiet tal-Commonwealth bdew żewġ operazzjonijiet. L-ewwel waħda, kienet offensiva fir-reġjun tal-Arakan fl-aħħar tal-1942, marret ħażin ħafna tant li kellha ssir irtitrata lura fl-India sa Mejju tal-1943. It-tieni kienet id-dħul ta' qawwiet irregolari wara l-linji Ġappuniżi fi Frar, li sal-aħħar t'April, kienet kisbet riżultati dubjużi ħafna.

Fuq il-front tal-lvant tal-Ġermanja, l-Assi rebaħ f'offensiva Sovjetika fil-peniżola ta' kerch u f' Kharkov u wara bdew l- offensiva tas-sajf kontra r-Russja tan-nofsinhar f'Ġunju, 1942, bl-għan li jintrebaħ iż-żejt tal-Kawkażu. Is-Sovjetiċi ddeċidew li jwaqqfu l-irtirata tagħhom fi Stalingrad, u sa nofs Novembru l-Ġermaniżi kważi ħadu Stalingrad fi ġlied qalil fit-toroq. Meta s-Sovjetiċi bdew it-tieni kontro-offensiva tax-xitwa, bil-qtugħ tal-forzi ġermaniżi fi Stalingrad u attakk fuq il-qagħdiet Ġermaniżi fi Rzhev fejn Moska, fejn tal-aħħar falliet serjament. Sa' l-bidu ta' Frar, l-Armata Ġermaniża kienet soffriet telfiet qawwija; it-truppi fi Stalingrad kellhom iċedu u l-linja tal-front ġiet imbuttata lil hinn minn fejn bdiet l-offensiva Ġermaniża. F'nofs Frar, wara li attakk Sovjetiku batta fix-xejn, il-Ġermaniżi reġgħu attakkaw Kharkov, u dawwru l-belt russa ta' Kursk bil-qagħdiet tagħhom.

Fil-punent, bil-biża li l-Ġappun seta' juża l-gżira ta' Madagaskar bħala bażi ġiegħel lil Brittaniċi jinvadu l-gżira f'Mejju, 1942. Dan is-suċċess malajr intesa meta offensiva Ġermaniża fil-Libja imbuttat il-qawwiet Alleati sa' r-raħal ta' El-Alamein, fejn irnexxielhom iwaqqfu l-qawwiet tal-Assi. Fil-kontinent, rejds ta' kommandos Alleati fuq objettivi strateġiċi, fostom ir-rejd diżastruż fuq Dieppe, wrew in-nuqqas ta' saħħa tal-Alleati tal-Punent biex jattwaw invażjoni tal-Ewropa kontinentali mingħajr preparazjoni bir-reqqa, materjal aħjar, u sigurtà operazjonali. F'Awissu l-Alleati rnexxielhom jimbuttaw t-tieni attakk fuq El Alamein u, b'telf qawwi ħafna, rnexxielhom iwasslu munizzjonijiet u għajnuna lill-gżira assedjata ta' Malta. Ftit xhur wara, l-Alleati bdew attakk tagħhom fl-Eġittu, qalgħu l-qawwiet tal-Assi mit-trunċieri u bdew javvanzaw minn ġol-Libja. Fuq ix-xtajta l-oħra tal-Afrika, invażjoni Anglo-Amerikana ta' t-Tramuntana Franċiż tal-Afrika, wasslet biex ir-reġjun daħlet fil-gwerra mal-Alleati. Hitler wieġeb għal din il-bidla ta' naħat billi okkupa l-bqija ta' Franza , anki jekk l-Ammiraljat ta' Vichy rnexxielu jgħarraq il-flotta Franċiża biex ma taqax f'idejn Ġermaniżi. Il-qawwiet tal-Assi f'dawn in-naħat irtiraw fit-Tuniżija, li kienet issa imdawra; din intrebħet mill-Alleati sa Mejju 1943.

.

Fl-Asja kontinentali, il-Ġappuniżi bdew żewġ offensivi serji. L-ewwel, li bdiet f'Marzu, 1944, kienet kontra l-qawwiet Brittaniċi f' Assam, fl-Indja u malajr wassal biex il-qawwiet ġermaniħi jassedjaw il-pożizzjonijiet tal-Commonwealth f' Imphal u Kohima; imma sa Mejju, qawwiet ġappuniżi oħra kienu qed jiġu assedjati f'Myitkyina minn qawwiet ċiniżi li nvadew it-tramuntana ta' Burma fl-aħħar tal-1943. It-tieni kienet fiċ-Ċina, bl-għan li jitkissru l-forzi armati ċiniżi, jiżguraw il-ferroviji bejn it-territorju okkupat mill-Ġappun, u l-bażijiet tal-ajru Amerikani. Sa Ġunju, il-Ġappuniżi rebħu l-provinċja ta'Ħenan u reġgħu bdew l-attak għal Changshafil-provinċja tal-Ħunan.

Wara l-kampanja fi Guadalcanal, l-Alleati bdew bosta operazzjonijiet kontra l-Ġappun fil-Paċifiku. F'Mejju, 1943, qawwiet Amerikani ntbagħtu fil-Gżejjer Alewzjani b'risposta għall-attakk ġappuniż ; ftit wara nbdew operazzjonijiet fejn Rabaul biex tiġi iżolata din il-bażi, u attentat biex jinfetaħ il-perimetru ġappuniż fil-Paċifiku fil-gżejjer Gilbert u Marshall. Sal-aħħar ta' Marzu, 1944, l-Alleati kienu laħqu dawn l-għanijiet, biż-żieda tan-newtraliżazzjoni ta' bażi ġappuniża kbira oħra fil-Gżejjer Caroline. F'April, l-Alleati bdew operazzjoni biex terġa tittieħed in-New Guinea tal-Punent. 

Fil-Mediterran, qawwiet Alleati bdew invażjoni ta' Sqallija fil-bidu ta' Lulju, 1943. L-attakk fuq it-territorju taljan, biż-żieda tal-ħafna telfiet fil-gwerra, wasslet għall-waqgħa u l-arrest ta' Mussolini iktar tard matul ix-xahar. L-Alleati komplew din l-azzjoni meta invadew il-peniżola taljana fil-bidu ta' Settembru, u wkoll iffirmaw armistizju mal-Italja. Meta l-armistizju ġie dikjarat fit-8 ta' Settembru, il-Ġermanja wieġbet billi żarmat il-qawwiet Taljani, bil-ħtif ta' art Taljana, u l-bini ta' bosta linji difensivi. Fit-12 ta' Settembru qawwiet speċjali Ġermaniżi ħatfu l-Mussolini li waqqaf ir-stat satellita ġdid fit-territorju taljan okkupat mill-Ġermanja. L-Alleati ġġieldu bosta battalji u għaddew minn ħafna minn dawn il-linja, sakemm ma' waslu fejn il-linja difensiva prinċipali Ġermaniża f'nofs Novembru. F'Jannar 1944, l-Alleati attakkaw il-linja fejn Monte Cassino u pruvaw iduru l-linja bi żbarki f'Anzio.Sal-aħħar ta' Mejju, iż-żewġ offensivi rnexxew, però bosta diviżjonijiet ġermaniżi ħarbu; fl-4 ta' Ġunju Ruma ntrebħet. 

Operazzjonijiet ġermaniżi fl-Atlantiku wkoll soffrew f'dan il-perijodu. Sa Mejju 1943, telfiet ta' sottomarini kienu tant għoljin li l-attakki kellhom jiġu sospiżi, għax il-kontro-miżuri Alleati bdew issiru iktar u iktar effettivi.
Fl-Unjoni Sovjetika, il-Ġermaniżi użaw ir-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf tal-1943 jagħmlu l-preparazzjonijiet għal attakk kbir madwar il-belt ta' Kursk; is-Sovjetiċi bdew ndunaw b'din l-azzjoni u użaw dak il-ħin biex jiffortifikaw dik l-area. Fl-4 ta' Lulju, il-Ġermaniżi bdew l-attakk, imma madwar ġimgħa wara Hitler ikkanċella l-operazzjoni. Is-Sovjetiċi kienu kapaċi jibdew kontro-offensiva, u sa Ġunju 1944, kienu keċċew il-qawwiet tal-Assi u għamlu inkursjonijiet fir-Rumanija. 
F'Novembru, 1943, Franklin Roosevelt uWinston Churchill iltaqgħu ma' Chiang Kai-shek fil-Kajr u wara ma' Joseph Stalin f' Tehran. Fl-ewwel konferenza ġie determinat ir-ritorn tal-artijiet okkupati mill-ġappuniżi, u fit-tieni, l-Alleati tal-Punent qablu li jinvadu l-Ewropa Kontinentali fl-1944 u li l-Unjoni Sovjetika kellha tiddikjara gwerra fuq il-Ġappun fi tlett xhur mir-rebħa fuq il-Ġermanja.

Wara l-avvanzata Sovjetika u l-ħelsien tal-belt ta' Leningrad fi Frar 1944, il-kontro-offensiva inżammetfuq il-fruntiera tal-Estonja għal 8 xhur mill-forzi armati ġermanizi, megħjuna minn truppi Estoni maqbuda bil-lieva, u bl-isperanza li jerġgħu jwaqqfu l-istat sovran tal-Estonja.

Fis-6 ta' Ġunju 1944, (magħrufa bħala D-Day), l-Alleati tal-Punent invadew it-tramuntana ta' Franza u, wara li tmexxew ħafna diviżjonijiet mill-Italja, Operazzjoni Dragoonin-nofsinhar ta' Franza wkoll. Matul il-bqija tas-sena, l-Alleati tal-Punent imbuttaw il-qawwiet ġermaniżi fil-punent tal-Ewropa, u fl-Italja waslu sal-l-aħħar linja difensiva.

Fit-22 ta' Ġunju, is-Sovjetiċi bdew attakk fil-Belarus (magħrufa bħala Operazzjoni Bagration) li wasslet għad-distruzzjoni totali tal-Grupp Ċentrali tal-Armata Ġermaniża. Ftit żmien wara, offensiva strateġika Sovjetika kbira tefgħet it-truppi Ġermaniżi fl-Ukrajna lura fil-Lvant tal-Polonja. Assalti oħra kontra l-Finlandja u r-Rumanija ġabu suċċessi oħra kbar,bil-Bulgaria, r-Rumanija u l-Finlandja jiffirmaw armistizji mal-Unjoni Sovjetika u wasslu biex qawwiet ta' reżistenza Pollakki biex jibdew bosta rvelli fil-Polonja, anki jekk l-ikbar wieħed minn dawn, f' Varsavja, ġie kondott mingħajr assistenza Sovjetika u twaqqaf wara ħafna taqbid mill-Ġermaniżi. F'Ottubru, is-Sovjetiċi bdew attakk aħrax fuq it-territorju Ungeriż okkupat mill-Ġermanja li damet għaddejja sal-waqgħa ta' Budapest fi Frar tal-1945. 

Sal-bidu ta' Lulju, qawwiet tal-Commonwealth fix-Xlokk tal-Asja ħelsu mill-assedju ġappuniż t'Assam, u tefgħu lil ġappuniżi lura fix-xmara Chindwin mentri ċ-Ċiniżi okkupaw lil Myitkyina. Fiċ-Ċina, il-Ġappuniżi kellhom iktar suċċessi, fejn irnexxielhom jirbħu l-belt ta' Changsha f'nofs Ġunju u dik ta' Ħengyang fil-bidu t'Awissu. Ftit wara, dawn daħlu fil-provinċja ta' Guangxi, u rebħu bosta battalji kontra qawwiet ċiniżi f'Guilin u Liuzhou f'Novembru, kif ukoll għaqqdu l-qawwiet tagħhom fiċ-Ċina u l-Indoċina sa nofs Diċembru.

Fil-Paċifiku, il-qawwiet Amerikani komplew jimbuttaw il-perimetru tal-Paċifiku. F'nofs Ġunju, fl-1944, bdew offensiva kontra l-gżejjer Mariana u Palau, u rnexxielhom jagħmlu rebħa kbira fil-Baħar tal-Filippini fi ftit ġranet. Fl-aħħar t'Ottubru, qawwiet Amerikani invadew il-gżira filippina ta' Leyte; ftit wara, forzi navali Alleati rebħu battalja oħra fil-Golf ta' Leyte.

Fis-6 ta' Diċembru, 1944 qawwiet Ġermaniżi wettqu kontro-attakk fl-Ardennes kontra l-Alleati tal-Punent. L-Alleati damu sitt ġimgħat biex iwaqqfu dan l-attakk. Is-Sovjetiċi attakkaw minn ġol-Ungerija, filwaqt li l-Ġermaniżi telqu l-Greċja, l-Albanija u ġew imbuttati minn nofsinhar tal-Jugoslavja mill-partiġġjani. Fl-Italja, l-Alleati tal-Punent baqgħu mwaħħlin mal-aħħar linja difensiva. F'nofs Jannar tal-1945, is-Sovjetiċi attakkaw minn ġol-Polonja, u mbuttaw lura kważi sax-xmara Oder fil-Ġermanja, u ħatfu l-Prussja tal-Lvant. 
Fl-4 ta' Frar, mexxejja Amerikani, Brittaniċi, u Sovjetiċi iltaqgħu f' Yalta. Dawn qablu fuq l-okkupazzjoni tal-Ġermanja wara l-gwerra u kkonfermaw id-dħul tal-Unjoni Sovjetika kontra l-Ġappun x'ħin il-Ġermanja ċċedi.

Fi Frar, qawwiet tal-Alleati tal-Punent daħlu fil-Ġermanja u waslu sax-xmara Renu , sakemm is-Sovjetiċi invadew il-Pomerania u s-Silesia. F'Marzu, l-Alleati tal-Punent daru r-reġjun industrijali tar- Ruhr, u qatgħu barra ħafna truppi Ġermaniżi, filwaqt li s-Sovjetiċi avvanzaw fuq Vjenna. Fil-bidu t'April, l-Alleati tal-Punent imbuttaw 'il quddiem fl-Italja u daħlu sew fil-Ġermanja tal-punent; f'dan iż-żmien, is-Sovjetiċi daħlu f'Berlin. F'Jum l-Elba, il-25 t'April, elementi minn forzi Amerikani u Sovjetiċi iltaqgħu flimkien fuq ix-xmara Elba, effetivament l-Alleati kienu qasmu l-Ġermanja fi tnejn.

Ħafna tibdiliet fit-tmexxija tal-pajjiżi bdew jiġru f'dan iż-żmien. Fit-12 t'April, miet il-President Amerikan Roosevelt; li ġie segwit minn Harry Truman. Mussolini inqatel mill-partiġġjani taljani fit-28 t'April u jumejn wara, Hitler kkommetta swiċidju, u ġie segwit bħala mexxej tal-Ġermanja minn Karl Dönitz.

Il-qawwiet Ġermaniżi ċedew fl-Italja fid-29 t'April u fl-Ewropa tal-Punent fis-7 ta' Mejju. Imma l-ġlied baqa' sejjer fuq il-front tal-lvant sakemm il-Ġermaniżi ċedew b'mod speċifiku lis-Sovjetiċi fit-8 ta' Mejju. Fi Praga, ir-reżistenza ta' elementi Ġermaniżi baqgħet għaddejja sal-11 ta' Mejju.
Fit-teatru Paċifiku, qawwiet Amerikani bdew javvanzaw fuq il-Filippini u ħadu l-Leyte kollha f'1944. Wara niżlu f'Lużon f'Jannar 1945 u f'Mindanao f'Marzu.Qawwiet Ċiniżi u Brittaniċi rebħu lill-Ġappuniżi fit-tramuntana ta' Burma, u minn Ottubru sa Marzu bdew jimbuttaw sa Rangoon, li laħqu fit-3 ta' Mejju. Qawwiet Amerikani bdew jersqu lejn il-Ġappun, u ħadu lil Iwo Jima sa Marzu, u Okinawa sa Ġunju. Il-ħin kollu waqt dawn l-avvanzati, bombardamenti Amerikani mill-ajru ħassru bliet Ġappuniżi, u sottomarini Amerikani fgaw l-importazzjoni ta' kull tip ta' prodott lejn il-Ġappun.

Fil-11 ta' Lulju, mexxejja Alleati ltaqgħu f'Potsdam, fejn Berlin. Dawn kkonfermaw il-qbil preċedenti fuq il-Ġermanja u reġgħu tennew li l-Ġappun kellu jċedi bla ebda kundizzjoni speċifikament bil-kliem li l-alternattiva għall-Ġappun kienet distruzzjoni immedjata u kompleta  Matul din il-konferenza, ir-Renju Unit żamm elezzjoni ġenerali u Clement Attlee ħa post Churchill bħala Prim Ministru.
Meta l-Ġappun kompla jmeri li jċedi bla kundizzjoni, l-Istati Uniti tefgħu bombi atomiċi fuq l-ibliet Ġappuniżi ta' Ħiroxima u Nagasaki fil-bidu t'Awissu. Bejniet dawn iż-żewġ bombi, is-Sovjetiċi invadiet it-territorju tal-Manċurja, okkupat mill-Ġappun, Kif miftiehem f'Yalta. Fil-15 t'Awissu, 1945 il-Ġappun ċeda, u l-gwerra ntemmet.

Fi sforz biex tinżamm il-paċi, l-Alleati ffurmaw il-Ġnus Magħquda, li uffiċjalment bdew fl-24 t' Ottubru, 1945.
Minkejja dan, l-alleanza bejn l-Unjoni Sovjetika u l-Alleati tal-Punent kienet diġa bdiet issofri, minn qabel ma spiċċat il-gwerra, u ż-żewġ kampijiet malajr waqqfu l-isferi t'influwenza tagħhom. Fl-Ewropa, il-kontinent kien maqsum fi tnejn, il-Punent u l-Lvant bil-Purtiera tal-Ħadid li kienet tgħaddi mill-Ġermanja okkupata u l-Awstrija okkupata. Fl-Asja, l-Istati Uniti okkupaw il-Ġappun u amministraw il-gżejjer Ġappuniżi fil-Paċifiku, filwaqt li s-Sovjetiċi ħatfu l-gżejjer ta' Sakhalin u Kuril; iż-żewġ superpotenzi emerġenti qasmu l-Korea bejniethom. Tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika malajr evlovew fil-formazzjoni tal-alleanza NATO, mmexxija mill-Amerika u l-alleanza tal-Patt ta' Varsavja mmexxija mill-Unjoni Sovjetika; dan kien il-bidu tal-Gwerra l-Bierda bejniethom.

F'ħafna partijiet tad-dinja, il-kunflitt reġa' beda taħt forma oħra ftit wara li ntemm uffiċjalment. Fiċ-Ċina, il-fazzjonijiet komunisti u nazzjonalisti malajr reġgħu bdew il-gwerra ċivili tagħhom. Il-komunisti ħarġu rebbieħa u waqqfu r-Repubblika Popolari Ċiniża fiċ-Ċina kontinentali, filwaqt li qawwiet nazzjonalisti rtiraw lura fuq il-gżira ta' Taiwan. Fil-Greċja, bdiet gwerra ċivili bejn qawwiet li jżommu mas-sultan, megħjuna mill-Anglo-Amerikani u l-qawwiet komunisti, bir-rebħa tal-qawwiet tas-sultan. Ftit wara li ntemmu dawn il-kunflitti, bdiet il-Gwerra tal-Korea bejn il-Korea tan-Nofsinhar, megħjuna mill-qawwiet tal-Punent, u l- Korea tat-Tramuntana, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina; din il-gwerra ntemmet bi qbil ta' waqfien t'attivitajiet militari, imma l-ebda trattat ta' paċi ma ġie iffirmat.

Wara t-tmiem tal-gwerra, beda żmien twil ta' dekoloniżazzjoni fost il-bosta potenzi kolonjali Ewropej. Dan ġara minħabba bidliet fl-ideoloġiji politiċi, għejja ekonomika wara l-gwerra u x-xewqa tal-popli indiġeni li jkollhom rajhom f'idejhom. Fil-maġġoranza tald-drabi, dawn it-transizzjonijieti kienu paċifiċi anki jekk kien hemm eċċezzjonijiet bħall-Indoċina, Madagaskar, Indoneżja u l-Alġerija. F'ħafna reġjuni seħħu diviżjonijiet, minħabba raġjunijiet etniċi jew ta' reliġjon, minħabba t-tluq tal-qawwiet Ewropej; dan ġara b'mod prominenti fil-Mandat tal-Palestina, li wassal għall-kreazzjoni t' Iżrael u l-Palestina, kif ukoll fl-Indja, li ġab miegħu il-ħolqien tad-Dominju tal-Indja u d-Dominju tal-Pakistan.

L-irkupru ekonomiku wara l-gwerra kien ivarja fid-diversi reġjuni tad-dinja , anki jekk b'mod ġenerali dan kien pożittiv. Fl-Ewropa, il-Ġermanja tal-Punent irkuprat malajr u sas-snin ħamsin kienet diġa rdupjat il-produzzjoni ekonomika tagħha. L-Italja ħarġet mill-gwerra b'ekonomija mfarrka imma, wkoll sal-ħamsinijiet, l-ekonomija Taljana kienet stabbli ferm u kienet qed tikber m'mod mgħaġġel. L-ekonomija tar-Renju Unit kienet fi stat ta' rovina, u baqgħet tesperjenza deklin ekonomiku relattiv għall-għexieren ta' snin wara l-gwerra. Franza reġgħet ġiet f'tagħha malajr, u malajr gawdiet minn tkabbir ekonomiku u moderniżazzjoni. L-Unjoni Sovjetika wkoll esperjenzat tkabbir ekonomiku qawwi ħafna fis-snin ta' wara l-gwerra. FL-Asja, il-Ġappun esperjenza tkabbir ekonomiku inkredibbli, li wassal biex sas-snin tmenin l-ekonomija Ġappuniża ssir waħda mill-potenzi ekonomiċi mondjali. Sal-1953, fiċ-Ċina r-restawrazzjoni ekonomika dehret li laħqet suċċess kbir, tant li l-produzzjoni kienet diġa laħqet il-livelli ta' qabel il-gwerra. Dan it-tkabbir kompla, anki jekk twaqqaf għal żmien qasir minħabba l-esperiment ekonomiku tal-Pass Kbir 'il Quddiem. Sa' l-aħħar tal-gwerra , l-Istati Uniti kienu jipproduċu madwar nofs il-produzzjoni industrijali mondjali; sa' l-aħħar tas-snin sebgħin, din id-dominazzjoni kienet naqset sew.

Stimi għat-total ta' mejtin madwar id-dinja kollha jvarjaw,imma l-maġġoranza jsostnu li madwar 60 miljun ruħ mietu fil-gwerra, bejn wieħed u ieħor 20 miljun suldat u 40 miljun civil. Ħafna minn dawn tal-aħħar mietu minħabba mard, ġuħ, massakri u ġenoċidji. L-Unjoni Sovjetika waħedha tilfet madwar 27 miljun ruħ fil-gwerra, madwar nofs it-total ta' mejtin. Minn dan it-total, madwar 85% kien telf minn naħa tal-Alleati (il-maġġoranza kienu Sovjetiċi u Ċiniżi) u 15% kienu minn naħa tal-Assi. Stima waġda hi li madwar 12-il miljun ċivil mietu f'kampijiet ta' konċentrament Nażisti, miljun u nofs minn bombardamenti, 7 miljuni fl-Ewropa għal kawżi oħra, u 7 miljuni u nofs fiċ-Ċina għal raġunijiet oħra. Il-figuri totali ta' mewtiet u telfien ta' ħajja mhumiex magħrufa minħabba l-fatt li l-maġġoranza assoluta tagħhom qatt ma ġew dokumentati.

Ħafna minn dawn il-mejtin irriżultaw minn atti ta' ġenoċidju magħmula f'territorji okkupati mill-Assi, kif ukoll krimini ta' gwerra oħra mill-qawwiet Ġermaniżi kif ukoll Ġappuniżi. L-iktar atroċità magħrufa u magħmula mill-Ġermaniżi kien l-Olokawst, il-ġenoċidju sistematiku tal-Lhud f'territorji kkontrollati mill-Ġermaniżi u l-alleati tagħhom. In-Nażisti wettqu krimini wkoll lejn popli oħra, fosthom ir-Roma (kif ukoll il-Porajmos), l-iSlavi, u l-omosesswali, sterminazzjoni ta' madwar ħames miljun ruħ. Għall-Ġappun, l-iktar massakru magħruf huwa l-Massakru ta' Nanking, fejn bosta mijiet t'eluf ċivili ċiniżi inqatlu u ġew abbużati. Il-Militar Ġappuniż qatel minn 3 miljun sa iktar minn 10 miljun ċivil, fil-maġġuranza tagħhom ċiniżi. 

Użu limitat ta' gwerra kimika u bioloġika minn qawwiet tal-Assi huwa wkoll magħruf. It-Taljani użaw il-gass mustarda fil-gwerra tal-Abbisinja, filwaqt li l-Armata Imperjali Ġappuniża użat varjetà minn dawn l-armi fl-invażjoni u okkupazjoni taċ-Ċina u f' kunflitti bikrin kontra s-Sovjetiċi. Kemm il-Ġermaniżi kif ukoll il-Ġappuniżi sperimentaw dawn l-armi fuq iċ-ċivili, u f'ċerti każi anki priġunieri ta' gwerra.

Filwaqt li bosta krimini tal-Assi ingħataw prominenza fl-ewwel tribunal internazzjonali tad-dinja, krimini ta' gwerra tal-Alleati ma ġewx trattati bl-istess mod. Eżempji ta' dawn l-azzjonijiet jinkludu l-moviment furzat ta' nies fl-Unjoni Sovjetika, l-internament ta' ċittadini Amerikani b'dixxendenza ġappuniża fl-Istati Uniti, il-massakru Sovjetiku ta' ċittadini pollakki u l-użu kontroversjali ta' bombardamenti strateġiċi ta' zoni ċivili f'territorju tal-għadu, fosthom Dresden.
Numru kbir ta' mewtiet jistgħu jiġu attributi, anki jekk parzjalment lill-gwerra, bħal-miżerja fil-Bengal tal-1943.

In-Nażisti kienu responsabbli għall-qtil ta' madwar sitt miljun Lhudi (b'maġġoranza assoluta minnhom Axkenazi) kif ukoll żewġ miljun pollakki etniċi, u madwar erba' miljun oħra li tqiesu mingħajr dritt li jgħixu (fosthom diżabbli, disturbi mentali, priġunieri ta' gwerra sovjetiċi, omosesswali, mażuni, xiehda ta' Jehovah, u nies Roma) bħala parti minn progamm ta' sterminazzjoni pjanat u eżegwit mill-Ġermanja Nażista. Madwar 12-il miljun, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu mil-Lvant tal-Ewropa, kienu jaħdmu fl-ekonomija ġermaniża bħala furzati.

Lil hinn mill-kampijiet ta' konċentrament nażisti, il-Gulags Sovjetiċi, jew kampijiet ta' xogħol oħra,wasslu għall-mewt ta' ħafna ċittadini ta' pajjiżi okkupati, bħal Polonja, Litwanja, Latvja, u l-Estonja, kif ukoll priġunieri ta' gwerra Ġermaniżi u ċittadini sovjetiċi stess li tqiesu li kienu jżommu mal-Ġermanja. Sittin fil-mija ta' priġunieri ta' gwerra sovjetiċi mietu fil-gwerra. 

Kampijiet ta' priġunerija Ġappuniżi wkoll kellhom rati għolja ta' mejtin, u ħafna mill-priġunieri kienu jintużaw ukoll għal xogħlijiet furzati. Ir-rati ta' priġunieri mejtin ċiniżi kien ħafna għola; filwaqt li 37,583 priġunier brittaniku, 28,500 olandiż u 14,473 Amerikan inħelsu wara li l-Ġappun ċeda, in-numru ta' ċiniżi meħlusa kien biss 56. 
Fid-19 ta' Frar, 1942 Roosevelt ffirma 'L-Ordni Eżekkutiv tal-Istati Uniti Numru 9066', li interna eluf ta' Amerikani-Ġappuniżi, Taljani emigrati fl-Amerika, kif ukoll dawk mill-Ġermanja, u xi emigranti mill-Ħawaii li ħarbu minn Pearl Harbor. 150,000 Ġappuniż ġew internati mill-gvernijiet tal-Kanada u tal-Istati Uniti, u madwar 11,000 Ġermaniż u Taljan li kienu residenti fl-Istati Uniti. 

L-użu ta' xogħol furzat mill-Alleati sar fil-maġġoranza tal-każi fil-Lvant, bħal Polonja, imma iktar minn miljun ġew użati wkoll fil-Punent. Sa Diċembru tal-1945 awtoritajiet Franċiżi kienu jistmaw li madwar 2,000 priġunier Ġermaniż kienu qed imutu jew jispiċċaw feruti f'inċident ma' attivitajiet ta' bonifika ta' mini.

Fl-Ewropa, qabel il-bidu tal-Gwerra, l-Alleati kellhom vantaġġi kbar fil-kampijiet ta' popolazzjoni u ekonomija. Fl-1938, l-Alleati tal-Punent (Renju Unit, Franza, Polonja u d-Dominji Brittaniċi) kellhom popolazzjoni 30% ikbar u prodott gross domestiku (PGD) ta' 30% ikbar mill-Qawwiet tal-Assi ta' dawk iż-żminijiet (Ġermanja u Italja); jekk jingħaddu l-Kolonja, il-vantaġġi għall-Alleati kienu jiġu madwar 5:1 f'popolazzjoni u madwar 2:1 fil-PGD. Fl-Asja, iċ-Ċina kellha popolazzjoni sitt darbiet ogħla mill-Ġappun, imma PGD 89% ogħla biss; dan jiġi għal madwar tlett darbiet il-popolazzjoni u PGD 38% ogħla jekk wieħed jinkludi kolonji ġappuniżi.
Anki jekk il-vantaġġi ekonomiċi u ta' popolazzjoni tal-Alleati ġew fgati bl-użu tat-tattika tal-Blitkrieg, dawn saru l-fatturi deċisivi fl-1942, u wara d-dħul tal-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika fin-naħa tal-Alleati, il-gwerra intefgħet fuq linji t'attrizzjoni.

Anki jekk il-kapaċità tal-Alleati li jipproduċu iktar mill-Assi is-soltu titqies li kienet minħabba l-ammont ta' riżorsi naturali li kellhom l-Alleati, fatturi oħra, bħar-riluttanza tal-Ġermanja u l-Ġappun li jħallu lin-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol, il-bombardament strateġiku tal-Alleati u d-dewmien biex il-Ġermanja taqleb għall-ekonomija bellika, ikkontribwew b'mod qawwi ħafna fil-gwerra. Mhux hekk biss, kemm il-Ġermanja u kif ukoll il-Ġappun, qatt ma pjanaw li jiġġieldu gwerra twila, u ma kienux ekwipaġġati għaliha. Biex itejbu l-produzjoni tagħhom, il-Ġermanja u l-Ġappun użaw miljun ta' nies bħala skjavi u furzati, il-Ġermanja użat adwar 12-il miljun persuna, il-maġġoranza tagħhom mil-Lvant tal-Ewropa, filwaqt li l-Ġappun uża 'l fuq minn 18-il miljun ruħ fil-Lvant Imbiegħed. 

Fl-Ewropa, l-okkupazzjoni territorjali ġiet taħt żewġ forom differenti. Fil-punent, fit-tramuntana u fiċ-ċentru tal-Ewropa (Franza, Norveġja, Danimarka, l-Olanda, u l-Boħemja u l-Moravia anessi miċ-Ċekoslovakkja) il-Ġermanja stabbilixxiet politika ekonomika li ġabret madwar 69.5 biljun reichmark sal-aħħar tal-gwerra; din is-somma ma tinkludix is-sakkeġġ ta' prodotti industrijali, materjali belliċi, materja prima u prodotti oħra. Għalhekk, id-dħul minn pajjiżi okkupati kien iktar minn 40% tad-dħul minn taxxi fil-Ġermanja, figura li wara żdiedet għal 40% tad-dħul totali tal-Ġermanja għat-tul tal-gwerra.
Fil-Lvant, ir-riżorsi naturali u l-materja prima mwiegħda mill-politika ta' lebensraum qatt ma nkisbu minħabba movimenti fil-frontijiet tal-gwerra u l-kunċett sovjetiku li wara irtirati ma jitħalla xejn li seta' jintuża mill-Ġermaniżi. Bil-kontra tat-territorji okkupati fil-punent, il-politika razzjali nażista kienet tinkoraġġixi brutalità lejn il-popolazzjonijiet Slavi tal-lvant, peress li dawn kienu jitqiesu inferjuri. Kienu ħafna għalhekk il-mejtin f'eżekuzzjonijiet tal-massa u massakri ta' tindif etniku. Minkejja li gruppi ta' reżistenza ġew iffurmati fit-territorji okkupati, dawn ma tantx fixklu attivitajiet ġermaniżi la fil-lvant u lanqas fil-punent, sa tmiem l-1943. 

Fl-Asja, il-Ġappun kien isejjaħ lil pajjiżi taħt okkupazzjoni bħala parti mill-iSfera ta' ko-prosperità Asjatika, essenzjalment eġemonija ġappuniża f'isem il-liberazzjoni ta' popli kkoloniżati. Minkejja li l-qawwiet ġappuniżi kienu ngħataw merbħa bħala liberaturi minn dominanza Ewropea f'ħafna territorji, il-brutalità eċċesiva tagħhom dawret l-opinjoni pubblika kontrihom fi ftit ġimgħat. Fl-avvanzati inizjali tagħhom il-Ġappuniżi ħatfu madwar 4 miljun barmil żejt mitluqin fir-ritirata Alleata, u sal-1943 kienu kapaċi jżidu l-produzzjoni ta' żejt fl-Indji tal-Lvant Olandiżi għal iktar minn 50 miljun barmil, 76% tal-produzzjoni tal-1940

Matul il-gwerra, l-ajruplani komplew fir-rwolijiet tagħom tal-Ewwel Gwerra Dinjija, dawk ta' rikonjizzjoni, fighters, bombardieri u għajnuna tat-truppi tal-art, imma kull kamp ġie avvanzat b'mod konsiderevoli. Żewġ żidiet importanti kienu dawk tat-trasport mill-ajru, il-kapaċità li tmexxi matejal militari, għodda u truppi, anki jekk f'numri modesti; u l-użu tal-bombardament strateġiku, l-użu ko-ordinat tal-bombardieri biex jattakaw bliet jew ċentri ċivili bl-għan li tbaxxi l-produzzjoni u twaqqa' l-moral. Armi ta' kontra l-ajru komplew javvanzaw, biż-żieda ta' difiżi bħar-radar u artillerija kontra l-ajru, bħall-kanun ta'88mm Ġermaniż. Ajruplani bi propulsjoni jet raw l-ewwel operazzjonijiet tagħhom matul din il-gwerra, u anki jekk id-dħul tard tagħhom fil-gwerra ftit li xejn kellu effet fuq ir-riżultat, il-ftit ajruplani li ntużaw matul il-gwerra wasslu għal tibdil enormi fil-flottot t'ajruplani militari u ċivili.

Fil-baħar, filwaqt li avvanzi saru f'kważi kull qasam navali, iż-żewġ żoni ta' żvilupp kkonċnetraw rwieħhom fuq l-aircraft carriers u s-sottomarini. Anki jekk fil-bidu tal-gwerra il-qasam militari ajrunawtiku kellu relattivament suċċessi modesti ħafna, azzjonijiet f' Taranto, Pearl Harbor, il-Baħar Ċiniż tan-Nofsinhar u l-Baħar tal-Koralli malajr stabilixxew lill-aircraft carriers bħala l-iktar bastiment importanti fi gwerra, iktar mill-bastimenti tal-gwerra. Fl-Atlantiku, escort carriers dehru bħala parti fundamentali tal-konvojs, b'żieda drammatika tar-radju ta' protezzjoni effettiva tal-vapuri u billi soddew it-toqba fl-Atlantiku ċentrali. Lil hinn mill-effikaċja tagħhom, il-carriers kienu ħafna iktar ekonomiċi mill-bastiment tal-gwerra minħabba r-roħs relattiv fil-press tal-ajruplani u l-fatt li ma kellhomx bżonn ta' ħxuna fl-armaturi ta' protezzjoni tagħhom. Kulħadd stenna li s-sottomarini, li dehru importanti ħafna fl-ewwel gwerra, kienu ser jerġgħu joħorġu bħala fundamentali fit-tieni waħda. Il-Brittaniċi ffokaw fuq l-iżvilupp ta' miżuri fi sfond ta' gwerra anti-sottomarina, b'tattiċi, għodda u vapuri, bħas-sonar u l-konvojs; il-Ġermanja ffokat iktar fuq l-iżvilupp offensiv ta' din l-arma, b'diżinji bħas-sottomarin Tip VII u t-tattika wolfsrudel. Bilmod il-mod, teknoloġiji żviluppati kontinwalment mill-Alleati, bħal Leigh light, qanfud, klamar, u t-torpedos intelliġenti ħarġu rebbieħa.

Fuq l-art, il-gwerra mbidlet b'mod drastiku mill-frontijiet tal-gwerra statiċi tal-Ewwel Gwerra Dinjija, u saru ħafna iktar fluwdi u mobbli. Bidla importanti kienet il-kunċetti ta' armi kkumbinati, b'kordinazzjoni stretta ħafna bejn elementi differenti fil-gwerra; it-tank, li kien diġa ntuża fl-għajnuna tal-fanterija fl-ewwel gwerra, evolva biex sar l-arma primarja għal dawn il-qawwiet. Fl-aħħar tas-snin tletin, id-disinji tat-tankijiet tal-gwerra kienu diġa avvanzaw ħafna iktar minn dawk tal-ewwel gwerra, u l- avvanzati tkomplew matul is-snin tal-gwerra, b'żidiet fil-veloċità, armatura u qawwa. Sal-bidu tal-gwerra, ħafna armati kienu jikkunsidraw it-tank bħala l-aħjar arma kontriha nnifisha, u żviluppaw tankijiet għal dak l-iskop speċifiku. Dawn il-ħsibijiet ġew negati bl-attaki diżastrużi ta' tankijiet b'armaturi ħfief kontra xulxin, u bid-duttrina Ġermaniża li tevita ġlied dirett bejn it-tankijiet; dan tal-aħħar, flimkien mal-użu ġermaniż tal-armi kkumbinati, kienu fost l-elementi ta' suċċess fit-tattika tal-blitzkrieg fil-Polonja u Franza. Intużaw wkoll ħafna metodi biex jitkissru t-tankijiet, fosthom artillerija indiretta, u kanuni disinjati kontrihom (kemm miġbudin u mixjin b' saħħithom), mini, u suldati b'armi speċjali, u tankijiet oħrajn. 
Anki jekk ħafna armati kienu mekkaniżati, il-fanterija baqgħet tifformas-saħħa prinċipali tal-armati, u matul il-gwerra, ħafna mill-armi tal-fanterija kienu jixbħu jew disinjati fuq dawk tal-ewwel gwerra. Xi uħud mill-avvanzi primarji kienu fl-użu ta' machine guns mobbli, l-iktar eżempju famuż fosthom l- MG42 Ġermaniż, u ħafna submachine guns li kienu tajbin ħafna għal ġlied mill-qrib, f'ġungli jew ċentri urbani. L-assault rifle, kien żvilupp li sar fl-aħħar tal-gwerra, li kien jagħqqad l-aħjar fost il-vantaġġi tar-rifle u tas-submachine gun, sar l-istandard tal-armati wara l-gwerra.

Fil-kamp ta' komunikazzjonijiet, ħafna mill-pajjiżi belliġġerenti kbar pruvaw isolvi l-problemi tal-kumplessità u s-sigurtà preżentati fl-użu ta' kodiċi fil-kriptografija billi ħolqu bosta magni apposta, l-iktar famuża fosthom il-magna Enigma tal-Ġermanja. SIGINT (signals intelligence) kien il-proċess li jħassar id-dekriptazjoni, bl-iktar eżempji magħrufa jkunu l-Brittanika ULTRA u d-dekriptazzjoni alleata tal-kodiċi navali ġappuniżi. Aspett importanti ieħor tal-intelliġenza militari kien l-użu t'operazzjonijiet ta' taħwid tal-għadu, operazzjonijiet li l-Alleati użaw għal bosta drabi b'ħafna suċċessi, fosthom l-operazzjonijiet Mincemeat u Bodyguard, li dawwret l-attenzjoni Ġermaniża mill-invażjonijiet ta' Sqallija u n-Normandija, rispettivament.
Riżultati importanti oħra milħuqa fil-kampijiet tal-inġinjerija u t-teknoloġija li waslu jew matul jew b'riżultat tal-gwerra jinkludu l-kompjuters (Z3, Colossus, u ENIAC), missili gwidati u rokits moderni, il-Proġett Manhattan u l-iżvilupp tal-armi nukleari, l-iżvilupp ta' portijiet artifiċjali u pajpijiet taż-żejt taħt il-kanal ingliż.




#Article 92: Ħ'Attard (100 words)


Ħ'Attard hu raħal fiċ-ċentru ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ. Flimkien ma' Ħal Balzan u Ħal Lija, jifforma parti mit-Tlett Villaġġi. Ħ'Attard sar parroċċa fl-1499 u il-patruna tiegħu hija Santa Marija. Raħal arjuż ħafna u jista' jitqies bħala sabiħ, l-aktar li llum fih inbnew bosta djar kbar u vilel ta' min jitgħaxxaq bihom. Il-postijiet ta' ċerta importanza i hemm fih huma il-Palazz ta' Sant'Anton u l-ġonna tiegħu, l-Istadju Nazzjonali kif ukoll il-Park Nazzjonali, u l-Villaġġ ta' l-Artiġjanat f' Ta' Qali. Ħ'Attard huwa msemmi għall-ward u l-fjuri li jkabbar kif tixhed il-mottu tiegħu  Floriger Rosis Halo (Iffjurit bil-Ward Imfewwaħ).

Koordinati: 




#Article 93: Ħal Balzan (425 words)


Ħal Balzan huwa villaġġ fiċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Ħ'Attard u Ħal Lija, jifforma parti mit-Tlett Villaġġi. Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar u għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa.  Fl-2019 gew registrati 4,768 abitant.

Din il-Knisja Parrokkjali, mibnija fis-seklu 17 tinsab fil-qalba tar-raħal. Il-barka u t-tqegħid tal-ġebla tal-fondazzjoni seħħew fis-26 ta’ Diċembru 1669. FR. Domenico Ellul, dak iż-żmien kien Kappillan. In-nies tal-lokal kienet ilha titlob għal knisja akbar biex takkomoda l-popolazzjoni tar-raħal li kompliet tiżdied sena wara sena. Wara ħafna talbiet, inkluża Petizzjoni uffiċjali ppreżentata minn Fr Ellul lil Vigarju Ġeneral Mongr Cauchi, it-talb tagħhom intlaqa. Mons Balaguer ikkonferma id-decizjoni tiegħu  uffiċjali fl-11 ta’ Lulju 1663. Il-forma tal-knisja ssegwi r-regoli stabbiliti mill-knisja fil-Kunsill ta’ Trent li jiddettaw li jkun hemm il-bini fil-pjan ta’ salib. In-Nave huwa maħsub biex iwassal għall-altar ewlieni li jiffaċċja l-Lvant, b'spazju allokat b’mod speċjali għall-Kor. Partijiet mill-knisja u l-faċċati tagħha ġew restawrati f’Settembru 2020 bħala parti mill-fondi disponibbli permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. 

Il-knisja li naraw illum inbniet fl-1846 fuq l-insistenza ta Rev. Salvu Sammut Pullicino li ried jibni knisja fl-istil li kien popolari dak iz-zmien. Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-knisja kienet użata bħala dar temporanja għal refuġjati li kienu ħarbu mill-Kottonera. Aktar tard, din il-knisja serviet wkoll bħala spazju ta’ tagħlim għall-istudenti tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. Wara l-gwerra kienet użata bħala maħżen għall-istatwi u dekorazzjonijiet oħra użati fil-festa. Wara li giet restawrata hija serviet bħala kappella dedikata għall-adorazzjoni. Quddiem il-knisja nsibu statwa tal-Madonna li tmur lura għall-bidu tas-seklu 19.

Din il-knisja tinsab fi Triq it-Tlett Knejjes.Il-kappella nbniet fl-1593 fl-istess sena li kienet fegget il-Pesta. Il-vittmi taʼ din il-marda ġew midfuna fil knisja. Il-pittura prinċipali fil-kappella turi lil Santu Rokku, San Pawl u San Sebastian, it-tliet qaddisin protetturi kontra l-marda fatali.

Din il-kappella żgħira taghmel parti mill-kunvent tar-Ragħaj it-Tajjeb kienet dedikata lil San Ġużepp. Din ġiet iddisinjata mill-Perit Vincenzo Busuttil u l-kostruzzjoni tal-ġebel thalla f’idejn il-bennej Prim Piju Ebejer. Hija Ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 1870. Knisja ħafna akbar inbniet matul il-perjodu ta '1898 u1901. Dan il-bini ġdid kien iddedikat lill-Qalb taʼ Ġesù. L-Arċisqof Monsinjur Peter Pace bierek il-kappella fis-7 ta’ Frar 1901.

Ta' Sikwiet niltaqghu ma' statwi, ismijiet ta' toroq, nicec u monumenti ohra ta' tifkira madwar Malta b'reverenza lil Santu Rokku . Il-twemmin huwa li Santu Rokku huwa l-Qaddis Protettur kontra l-pesta u reverenza lejh tipproteġi l-abitanti kontra l-Pesta u kull forma oħra ta' mard ta' dak iz-zmien. F’Ħal Balzan hemm Knisja, triq kif ukoll Statwa dedikata lil Santu Rokku (Saint Roque). l-istatwa tinsab fil-kantuniera tat-triq bl-istess isem sabiex tissorvelja u tipproteġi n-nies li jgħixu fir-raħal. 




#Article 94: Birgu (290 words)


Il-Birgu hija belt żgħira li kellha rwol kruċjali fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Fi tmiem il-2005 din il-belt kienet tgħodd 3,033 ruħ, li minnhom kien hemm 1,557 ir-raġel u 1,476 il-mara.   

Il-Birgu twaqqaf fuq lsien t'art fil-Port il-Kbir, wara l-kenn tal-Forti Sant’Anġlu, magħruf fiż-Żmien Nofsani bħala l-Castrum Maris, hu kien iservi bħala l-port prinċipali tal-gżejjer Maltin. Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530, il-Birgu sar il-bażi tal-flotta tal-Ordni, u il-kwartieri prinċipali tal-Kavallieri, għaliex il-belt kapitali, l-Imdina, kienet 'il ġewwa fil-gżira u mhux prattika għal flotta.

L-Ordni saħħaħ il-Forti ta' Sant Anġlu, tella swar fuq in-naħa ta' ġewwa u ffortifika il-peniżola fil-qrib, l-Isla.

Wara l-Assedju tal-1565, il-Gran Mastru La Vallette iddeċieda li jibni belt ġdida fl-għolja ta' faċċata, l-Għolja Xiberras, dik li maż-żmien saret il-Belt Valletta. Wara l-Assedju, il-belt tal-Birgu tlaqqmet bħala Città Vittoriosa, il-belt rebbieħa bit-Taljan.

Il-Knisja Parrokjali hi ddedikata lil San Lawrenz, u l-festa ssir fl-10 t'Awwissu. Festa oħra hija din ta' San Duminku.

Koordinati: 

Fost in-nies magħrufa mill-Birgu li taw kontribut nazzjonali hemm Pawlu Boffa, Prim Ministru Laburista bejn l-1947-50 u li twieled hawn fit-30 ta' Ġunju 1890. Id-dar tiegħu fejn twieled u trabba tinsab bħalissa fi stat ta' telqa.

It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lgħabu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm il-Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu l-ftit. Fl-1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-1975-76 ġew it-tieni fit-Tieni Diviżjoni u promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.

Illum it-tim jilgħab fil-format ġdid tal-Kampjonat Premier. Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejjħa Domus Panis Celestis, illi qabel kienet isservi bħala waħda ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew.




#Article 95: Birkirkara (444 words)


Birkirkara hija belt fiċ-ċentru ta' Malta. Hija l-aktar belt popolata fuq il-gżira, bit-24,356 abitant f'2020, il-Madonna tal-Karmnu, Santa Marija  u San Ġorġ Preca (Swatar). Il-Mottu tal-belt huwa In hoc signo vinces (B'dan is-sinjal inti tirbaħ) għall-viżjoni tas-salib li kellu l-Imperatur Kostantinu bin Santa Elena, li wasslet għall-konverżjoni tiegħu għall-fidi Nisranija, u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha. 

Birkirkara tfisser “ilma kiesaħ” jew “ilma mexxejaxar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem Sacri Apostolatus Ministerio. Dan kien fi żmien il-Kappillan  Dun Filippu Borgia (1567-1649).

Il-Knisja ta' Santa Elena nbniet f'post l-aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qabilha, u hi r-raba' knisja parrokkjali. Din bdiet tinbena fl-1727, l-Isqof Gaspare Gori Mancini qiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja. Taħt l-ewwel ġebla tqiegħdu midalja ta' Santa Elena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak iż-żmien. Fl-20 ta' Ottubru 1782, l-Isqof Vincenzo Labini ikkonsagra l-Knisja taħt it-titlu tal-Imperatriċi Santa Elena. Fit-18 ta' Jannar 1950, Papa Piju XII għolla l-Knisja għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha.

Il-knisja ta’ Santa Marija, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, tinsab il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Birkirkara, fuq il-naħa l-oħra tal-wied. Inbniet għall-ħabta tal-1607 fuq pjanta ta' Vittorio Cassar, iben Ġlormu Cassar. Meta Vittorio Cassar miet, fl-1607, ix-xogħol fuq il-knisja tkompla minn Tommaso Dingli.

Fil-post fejn hemm il-knisja llum, qabel kien hemm knisja medjevali. Meta l-Kapitlu iddeċieda li jitlaq mill-knisja u jmur fil-Knisja ta’ Sant’ Elena riedu jwaqqgħu l-knisja l-qadima. Wara 120 sena il-knisja ingħalqet u ġiet abbandunata.

Dun Gejtanu Mannarino, magħruf għar-Rewwixta tal-Qassisin tal-1775, indifen f’din il-knisja. Matul il-Pesta l-Kbira tal-1813, f'din il-knisja ndifnu l-mejtin.

Sa madwar l-1850 il-koppla tal-Knisja kienet għadha f’postha, imma partijiet mis-saqaf kienu ga waqgħu sa mill-1830. 

Fl-1969, beda xogħol kbir fuq din l-knisja biex tkun tista' terġa' tibda tintuża wara ħafna snin ta’ abbandun totali.

Fl-1992, l-Arcisqof Ġużeppi Mercieca kien ħass il-bżonn pastorali li din iż-żona ta’ Birkirkara tkun awtonoma, jiġifieri indipendenti mill-parroċċa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-8 ta’ Mejju 2005, iż-żona pastorali awtonoma ta’ Santa Marija reġgħet saret Parroċċa għaliha.

Birkirkara jospita ħafna postijiet importanti:

Il-Kunsill ta' Birkirkara jinsab fit-tieni sular tac-Centru Civiku f' Birkirkara. Il-membri tal-Kunsill presenti huma dawn 

F'Birkirkara is- St. Joseph Sports Club huwa magħruf l-aktar għas-sezzjoni tal-Atletika tiegħu, iżda għandu wkoll sezzjonijiet attivi ohra bħaċ-ċikliżmuit-triathlonl-għawmu t-team tal-futbol li jikkompeti fil-Kompetizzjoni tal-IASC ( Inter Amateur Soccer Competition - Malta)

Birkirkara F.C.rebaħ il-Premier League Malti erba’ darbiet u pparteċipat fl-EUFA Europa League fl-2015-16.

Koordinati: 

Żewġ personalitajiet prominenti mill-lokal huma Eddie Fenech Adami u Alfred Sant,  li servew bħala Prim Ministri ta’ Malta għal numru ta’ snin. Birkirkara huwa wkoll il-post fejn twieled l-ewwel President ta’ Malta Anthony Mamo

Birkirkara għandha ġemellaġġi ma'




#Article 96: Kristjaneżmu (1162 words)


Il-Kristjaneżmu jew ir-Reliġjon Nisranija, tinkludi l-knejjes kollha li kienu jiffurmaw parti mill-ewwel moviment ta' twemmin fil-verità u l-eżistenza f'Ġesù Kristu. Dawn jissejħu Kristjani jew Insara. Ir-Reliġjon Nisranija, hija l-ikbar reliġjon fid-dinja u tinsab fil-kontinenti kollha fejn jgħixu n-nies. Iktar minn 2 biljun ruħ huma Insara. Iżda fost dawn l-Insara jeżistu differenzi, uħud minnhom mhux żgħar, għalkemm iħaddnu ħafna twemmin komuni li jgħaqqadhom flimkien.

Dan it-terminu jintuża qabel xejn għall-perjodu tal-ewwel elf sena qabel ma seħħew ix-xiżmi bejn l-Insara tal-Punent, li baqgħu mal-Papa, u l-Insara tal-Lvant, magħquda taħt il-mant tal-Patrijarka ta' Kostantinopli. Dan il-perjodu jibda mal-mewt ta' Ġesu Kristu u jagħlaq fl-1054 meta seħħet ix-Xiżma. 

It-terminu Kristjani jew Insara wara l-1054 jista' jintuża għal kwalunkwe denominazzjoni tal-Kristjaneżmu: prinċipalment, il-Kattoliċiżmu Ruman (dawk l-Insara li żammew lill-Papa bħala mexxej spiritwali tagħhom), l-Ortodossi (dawk li ma xtaqux lill-Papa u baqgħu taħt il-Patrijarki tagħhom) u, wara ftit sekli, il-Protestanti li huma stess huma ssuddiviżi fil-Luterani, il-Kalvinisti u l-Anglikani, fost l-oħrajn.

Jeżistu wkoll ammont ta' setet li jsejħu lilhom infushom bħala Kristjani, imma ħafna mid-drabi dawn ma jiġux rikonoxxuti mil-friegħi l-oħra ħabba konnessjoni ma' xi ideat, li skont l-oħrajn huma ereżiji hekk kif deskritti fil-Konċilji tal-Knisja fl-ewwel sekli tal-eżistenza tagħha.

Waħda mill-ewwel stqarrijiet tal-Fidi hija l-Kredu, hekk imsejjaħ tal-Appostli.

Stqarrija oħra bikrija ta' fidi hija l-Kredu ta' Niċea-Kostantinopli:

il-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art,
dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f'Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta' Alla,
imnissel mill-Missier qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru,
imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier:
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet
għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna.
U ħa l-ġisem bis-setgħa ta' l-Ispirtu s-Santu
minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu,
miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet,
skond il-Kotba Mqaddsa,
u tela' s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier.
U għandu jerga' jiġi bil-glorja
biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin,
u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja:
li ġej mill-Missier u mill-Iben;
li hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u ma' l-Iben:
hu li tkellem b'fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma mill-imwiet,
u l-ħajja taż-żmien li ġej. Amen.

Għall-Insara kollha, il-persuna ta’ Ġesù Kristu hija waħda ċentrali.l-insara jaqblu li ħajtu għandha tittieħed bħala eżempju u li t-tagħlim tiegħu dwar l-imħabba u d-dixxipulat għandhom ikunu s-sisien tar-relazzjonijiet bejn il-bnedmin.

Dak li nafu dwar Ġesu, storikament insibuh fl-Evanġelji tat-Testment il-Ġdid fil-Bibbja. Kotba oħra tat-Testment il-Ġdid jiġbor fil-qosor it-twemmin tal-knisja Nisranija tal-bidu. San Pawl, ngħidu aħna, kien jemmen li Ġesu ma kienx biss il-perfezzjoni tal-ħajja umana iżda li kien ukoll Alla. Ġesu kien isejjaħ lil Alla “Missier” u għalhekk l-Insara jsejħu lil ġesu “l-Iben ta’ Alla.” 

Il-mewt bit-tislib u l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu, għamlu mis-salib iċ-ċentru tal-fidi Nisranija u s-simbolu ewlieni ta’ l-imħabba ħelliesa ta’ Alla l-Missier.

Din l-imħabba, fit-Testment il-ġdid u fit-tagħlim Nisrani, hija l-iktar attribut (kwalita) importanti f’Alla. L-Insara jemmnu li Alla huwa omnipotenti, ġust, infinit u immutabbli, iżda fuq kollox li “Alla huwa mħabba.” Il-ħolqien mix-xejn tad-dinja u l-ħolqien tal-bniedem kienu espressjonijiet ta’ dik l-imħabba, kif kienet ukoll il-miġja ta’ Kristu.

Il-pożizzjoni speċjali ta’ Kristu wasslet lill-ewwel Insara biex ‘ipoġġuh’ flimkien mal-Missier u iktar tard ma’ “l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier bagħat fl-isem ta’ Ġesù” - kif tinsab fil-forma użata fis-sagrament tal-magħmudija u f’ħafna kredi tal-ewwel sekli. Wara ħafna kontroversji u riflessjoni, dik l-istqarrija ħadet il-forma tad-duttrina ta’ Alla bħala Trinità, Alla wieħed fi tliet persuni.

Il-magħmudija “fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” kienet sa mill-bidu l-mod kif Insara ġodda jidħlu fil-Knisja. 

Ir-ritwal l-ieħor aċċettat fost l-Insara huwa l-Ewkaristija, jew l-Ikla tal-Mulej, li fiha l-Insara jaqsmu flimkien il-ħobż u l-inbid, li permezz tagħhom jesprimu u jagħrfu r-realta tal-preżenza ta’ Kristu hekk kif ifakkruh fl-għaqda ta’ dawk li jemmnu. L-Ewkaristija iżda saret ukoll waħda mill-iktar kwistjonijiet jaħarqu fost l-Insara, li ma jaqblux dwar il-“preżenza” ta’ Kristu fil-ħobż u nbid ikkonsagrat u dwar l-effett li tħalli f’min jirċeviha.

Aspett fundamentali tal-fidi Nisranija hija l-komunita Nisranija nnifisha — il-knisja. Kristu wiegħed lid-dixxipli li se jibqa’ magħhom “għal dejjem, sal-aħħar taż-żmien” u dan seħħ fil-“ġisem mistiku tiegħu fid-dinja,” il-knisja kattolika (universali). Ir-relazzjoni ta’ din il-knisja għad-diversi forom ta’ Kristjanita madwar id-dinja kollha hija l-ikbar fattur ta’ konflitt bejn dawn il-forom ta’ knisja. Il-Kattoliċi Rumani jemmnu li huma l-Knisja vera u xi Protestanti wkoll jemmnu li huma l-knisja vera. Iżda, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar l-Insara ta’ kull denominazzjoni, qed jaħdmu għall-għaqda mill-ġdid bejn il-knejjes Insara.

Il-Moviment Ekumeniku huwa moviment li jaħdem għall-koperazzjoni u għall-għaqda bejn il-knejjes Insara. Il-kelma ekumeniku ġejja mill-Grieg oikoumene (“universali”); għalhekk il-konċilji ekumeniċi tal-knisja, li l-ewwel wieħed sar f’Niċea fis-sena 325, kienu jissejħu hekk għax ir-rappreżentanti kienu jiġu mill-knejjes ta’ minn madwar id-dinja kollha magħrufa dak iż-żmien. Fis-seklu 19, il-kelma ekumeniku saret tfisser il-ħidma tal-Knisja Kattolika għall-għaqda ta’ l-Insara u għat-tiġdid tal-Knisja. Sas-seklu 20, ftit li xejn saru sforzi biex l-Insara jerġgħu jingħaqdu flimkien wara sekli ta’ firdiet, ir-Riforma Protestanta u kwistjonijiet oħra. Kienu l-Protestanti li fil-bidu tas-seklu 20 bdew jaħdmu fil-moviment ekumeniku.

Il-World Missionary Conference tal-1910, li sar f’Edinburgh, kien il-bidu ta’ l-ekumeniżmu kif nafuh illum. Fl-1948 twaqqaf il-World Council of Churches, li fil-bidu tas-snin tmenin kien jinkludi iktar minn 295 knisja f’iktar minn 90 pajjiż. Dan kollu sar mill-Protestanti sakemm fl-1920, il-Patrijarkat ta’ Kostantinopli ħareġ enċiklika li ssejjaħ lill-Insara kollha biex jingħaqdu. Il-Knejjes Ortodossi tal-Lvant ilhom membri tal-World Council sa mit-twaqqif tiegħu. Iżda l-Knisja Kattolika baqgħet ma aċettatx dan il-moviment. Għall-Knisja, l-għaqda tal-knisja kienet tfisser li s-“setet” xiżmatiċi jerġgħu lura lejn il-“knisja waħda u vera”.

Il-bidla ġiet fl-1959, meta l-Papa Ġwanni XXIII sejjaħ il-Konċilju. Il-Papa ħoloq Segretarjat għall-Għaqda ta’ l-Insara. Għall-ewwel darba, fl-1961 huwa ppermetta li osservaturi Kattoliċi jattendu uffiċjalment għall-assemblea tal-World Council of Churches. Meta Vatikan II fetaħ il-bibien tal-Basilika ta’ San Pietru fl-1962, l-osservaturi Protestanti u Ortodossi ingħataw postijiet ta’ unur u ġew inklużi fil-ħidma kollha tal-Konċilju. L-2500 isqof Kattoliku li attendew il-Konċilju (1962-65) trattaw l-għaqda ta’ l-Insara. Id-digriet tagħhom, li ħareġ fl-1964, ma kienx jitkellem fuq “xiżmatiċi” iżda fuq “aħwa mifrudin minna” u kkundanna dnubiet kontra l-għaqda li saru tul is-snin, kemm minn Kattoliċi, kif ukoll minn Protestanti.

Is-suċċessur tiegħu, Papa Pawlu VI, fl-1964 kellu laqgħa storika u ta’ ħbiberija mal-Patrijarka Ortodoss f’ġerusalemm, l-ewwel laqgħa bejn il-mexxejja taż-żewġ knejjes wara 500 sena. Fl-1966, l-arċisqof ta’ Canterbury, kap tal-Knisja Anglikana żar lill-Papa Pawlu VI, u fl-1967 il-Papa żar lill-Patrijarka Ortodoss fit-Turkija.

Fit-tmeninijiet, il-moviment ekumeniku ra qbil fuq kwistjonijiet duttrinali li qabel kienu jqajmu ħafna diżgwid, u koperazzjoni fil-livelli kollha. Dan sar minħabba diskussjonijiet li kienu saru fis-snin sebgħin bejn id-diversi knejjes Insara—Anglikani, Ortodossi, Protestanti, u Kattoliċi. Il-Kattoliċi u l-World Council of Churches ħadmu flimkien f’oqsma bħal ħidma għall-pai, studji dwar żvilupp dinji, u għajnuna għall-vittmi tad-diżastri. Dawk li qed jaħdmu għall-għaqda bejn il-knejjes jagħmluha ċara, li huma mhumiex ifittxu għaqda li tinsa d-differenzi bażiċi ta’ twemmin. Ħafna jsostnu li baqa' ħafna ostakli iżda progress jista’ jsir jekk jagħfsu iktar fuq dak li jgħaqqadhom milli fuq dak li jifridhom.




#Article 97: Bormla (142 words)


Koordinati: 

Bormla, hi belt f'Malta, l-ikbar waħda mill-grupp ta' tlett ibliet li jifformaw il-Kottonera. Bormla tissejjaħ ukoll Cospicua, laqam li jwassal minn żmien il-Kavallieri, probabilment minħabba s-swar majestużi tagħha. F'Diċembru 2005 kienet tgħodd 6,092 ir-ruħ.

Bormla tinsab bejn il-Birgu u l-Isla. Dawn it-tlett ibliet jifformaw żona ta' bini fuq xaqliba mill-Port il-Kbir, faċċata mill-Belt Valletta.

Bormla kienet l-aħħar belt minn dawn it-tlieta li nbniet. Il-fortifikazzjonijiet tagħha, mibnijin mill-Kavallieri ta' San Ġwann, huma tant kbar u felħana li kif tarahom tinduna bis-saħħa u x-xogħol li ntefaq fuqhom. 

Il-festa ta' Bormla hi fit-8 ta' Diċembru, f'unur l-Immakulata Kunċizzjoni.

L-oriġini tal-kelma Bormla probabilment jiġi mill-isem Bir-Mula: il-Bir tal-Mulej. Fl-1722 il-Gran Mastru Zondadari ddikjaraha belt, taħt l-isem ta' Ċittà Cospicua. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn hawn 'il quddiem, Bormla kellha tkun marbuta ma' l-industrija tat-Tarznari. Minħabba f'hekk, Bormla kienet milquta bl-ikrah fit-Tieni Gwerra Dinjija.




#Article 98: Fgura (1326 words)


Il-Fgura hija belt fin-nofsinhar ta' Malta u hija wieħed mit-68 kunsill lokali.

L-oriġini tal-isem tal-lokal mhux ċert. Uħud isostnu li ġej mill-kelma figura b'referenza għax-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu li kienet teżisti fil-lokal sa mis-seklu sbatax, u li kienet tissejjaħ il-figura tal-Madonna. Oħrajn jaħsbu li l-isem oriġinali kien 'Tal-Fgura' u jaraw konnessjoni mal-istess isem ta' post fl-Gharb (Għawdex).

Tradizzjoni vokali u ħajja tgħix fl-isem tal-belt: l-istudjuż E.B. Vella qabbel Fgura mal-kelma Maltija Figura - bl-Ingliż Figure. Dan jirrigwarda d-drawwa ta’ abitanti anzjani ta' din il-belt, li tieqaf quddiem niċċa dedikata lill-Madonna tal-Għolja tal-Karmelu. Kienet id-drawwa li n-nies tal-Fgura jsejħu din l-istatwa il-figura.

L-istemma tal-Fgura hija magħmula minn strixxa orizzontali ħamra li fiha tliet stilel tad-deheb b'ħames ponot, iċċentrati fuq sfond abjad. Jum il-Fgura ġie stabbilit mill-kunsill lokali fl-1994, u l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit-30 ta’ Ottubru. Issa huwa ċċelebrat fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru.

Il-qaddis patrun tal-Fgura hija l-Madonna tal-Karmelu u festa annwali fl-unur tagħha tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta’ Lulju. Il-Fgura għandha wkoll waħda mill-knejjes ta’ għamla l-aktar partikolari f'Malta, mibnija fil-forma ta' tinda.

Mill-apparenza l-Fgura tidher belt ġdida mibnija fis-sittinijiet, iżda minkejja dan hemm oriġini antiki mistura. Il-belt għandha għeruq preistoriċi (bosta oqbra fiż-żona jixhdu dan) u hemm biżżejjed provi sabiex wieħed jissuġġerixxi li kienet abitata fi żmien il-Feniċi. Il-prova hija li bejn it-28 ta' Ottubru u l-21 ta' Diċembru 1948, 6 oqbra Puniċi instabu fil-Fgura - l-aktar fi Triq il-Liedna. Dawn l-oqbra ilhom jeżistu sa mit-tielet u r-raba' seklu Q.K. - kollha għandhom forma irregolari u fihom instabu fdalijiet umani, fdalijiet tal-annimali, fuħħar u materjali oħra tal-bronż. Triq partikolari ssemmiet 'Triq is-Sejba Punika' bħala tifkira ta' din is-sejba storika.

Il-Fgura, li tinsab aktar 'il ġewwa mill-Kottonera, ġiet influwenzata mit-tkabbir tat-Tarzna, b'mod speċjali wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Fgura tmiss mal-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera fit-tramuntana, ma' Ħaż-Zabbar fin-nofsinhar u ma' Ħal Tarxien fil-Punent. Illum il-ġurnata l-Fgura għandha waħda mill-akbar densitajiet ta' popolazzjoni fil-pajjiż. Riċentement din kibret lejn in-naħat tal-Port il-Kbir u kienet waħda mill-ibliet li raw żvilupp mgħeġġel, tant li issa waslet biex tintemm l-espansjoni tagħha. Il-Fgura issa saret waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fin-naħat tan-nofsinhar tal-gżira.

L-emblema tal-Fgura hija magħmula minn strixxa ħamra orizzontali bi 3 stilel ta' ħames ponot, iċċentrata fuq sfond abjad - din daħlet mat-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Fgura fl-1993. Din l-arma ħadet post oħra preċedenti li kien inħolqot bl-inizjattiva tal-Kunsill Ċiviku. Jum il-Fgura ġie stabbilit mill-kunsill lokali fl-1994 u l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit-30 ta' Ottubru. Din hija issa ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru.

Il-qaddis patrun tal-Fgura hija l-Madonna tal-Karmnu u tiġi ċċelebrata festa annwali f'ġieħha fit-tieni Ħadd ta' Lulju. Il-Fgura għandha wkoll waħda mill-aktar knejjes partikolari f'Malta minħabba li l-knisja hija forma ta' tinda.

Fis-sena 1945 il-patrijiet Karmelitani tal- waqqfu kunvent fl-istess lokal.

Il-Fgura saret Parroċċa fl-1965. Il-knisja parrokkjali preżenti nfetħet għall-pubbliku fl-1988, u kienet ikkonsagrata fl-1 ta' Frar 1990 mill-Arċisqof Joseph Mercieca.

Main article: Our Lady of Mount Carmel Parish Church, Fgura

Il-knisja parrokkjali tal-Fgura nbniet fl-1988 u ddedikata lil Madonna tal-Karmelu fl-1 ta’ Frar 1990, fuq proġett tal-perit Victor Muscat Inglott u l-inġinier strutturali Godfrey Azzopardi mis-sittinijiet. Il-knisja parrokkjali hija mibnija fi stil modern tal-Kunsill post-Vatikan II, bis-saqaf appoġġat f'erba’ punti biex jipprovdi disinn simetriku, filwaqt li jżomm pjan kwadru fil-bażi fuq iż-żewġ assi. Kien maħsub li jiġi apprezzat bħala struttura wieqfa mdawra minn spazju miftuħ. Il-knisja parrokkjali tal-Fgura hija inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-2011 tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin taħt ID 00009. 

Hemm monument fi Triq Hompesch, magħruf  bħala 'Il-Monument tas-Salib' mir-residenti tal-Fgura. Dan il-monument ġie inawgurat mill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici fi Frar 1990, eżattament meta l-Fgura ċċelebrat il-25 anniversarju tagħha minn meta saret parroċċa fl-1965. Dan il-monument kien ġie ddisinjat mill-iskultur Ġanni Bonniċi u nbena mill-apprentisti tal-iskola Ġlormu Cassar.

Dan il-monument tqiegħed fil-post eżatt fejn knisja żgħira ddedikata lill-Madonna tal-Karmelu nbniet fl-1790 minflok niċċa li kienet ilha hemm għal żmien twil. Bħala tifkira ta’ din in-niċċa nbniet niċċa ġdida fi Triq il-Karmelu.

Il-monument jistrieħ fuq erba’ kolonni u għandhom tifsira sinifikanti. Tlieta minn dawn il-kolonni jirrappreżentaw il-bliet li l-Fgura tmiss magħhom: - Paola, Tarxien u Żabbar (ittieħdu limiti minn dawn il-postijiet sabiex tkun tista’ tiġi fformata l-Parroċċa tal-Fgura fl-1965). L-oħra tirrappreżenta l-Parroċċa tal-Fgura. Fil-bażi ta’ dan il-monument hemm 4 lapidi. Dawn jirrappreżentaw il-25 anniversarju minn meta l-Fgura saret parroċċa, l-inawgurazzjoni ta’ dan il-monument u waħda hija kopja ta' ġebla oħra li kienet tinsab fuq in-naħa ta’ knisja li nbniet fl-1844. Din il-lapida ġiet miktuba bil-Latin u tgħid l-istorja ta’ din il-knisja.                                                                                                                   

Pjazza Reggie Miller (Wesgħa Reggie Miller) huwa spazju miftuħ imżejjen b'siġar tal-palm fuq in-naħa tal-lemin tal-Knisja Parrokkjali. Is-sit oriġinali ġie żviluppat fi ġnien li ġiet inawgurata fit-28 ta’ Marzu 1976 mill-Ministru Lorry Sant. Reggie Miller kien trejdjunjonist u l-fundatur tal-General Workers' Union, l-iktar trejdjunjon b'saħħtu f'Malta. Il-ġnien oriġinali kien fih għadira tal-ħut u arloġġ tax-xemx iddisinjat minn Paul Ignatius Micallef. Il-Kunsill Lokali tal-Fgura, meta ġie stabbilit fl-1993, identifika dan l-ispazju bħala wieħed mill-ewwel proġetti tiegħu u malajr żviluppah fi pjan kwadru miftuħ għad-disinn tal-Viċi Sindku Saviour Camilleri. Il-pjazza l-ġdida ġiet inawgurata fl-10 ta’ Frar 1996. Fl-1996 il-Kunsill Lokali Fgura waqqaf monument tal-Madonna tal-Karmnu, li kien iddisinjat u eżegwit mill-iskultur tal-Fgura Alfred Camilleri Cauchi.

Kunsilli Lokali f'Malta ġew stabbiliti permezz ta’ leġislazzjoni fil-Parlament f'Lulju 1993. L-ewwel elezzjoni lokali fil-Fgura saret fis-16 ta' April 1994, u elezzjonijiet suċċessivi saru kull tliet snin fit-2 Sibt ta' Marzu. L-ewwel sindku tal-Fgura kien Anthony Degiovanni. Huwa ġie sostitwit minn Saviour Camilleri fl-1997, imma rritorna fil-kariga tiegħu fl-1 ta’ April 2000. Madankollu, Anthony Degiovanni irriżenja mill-kariga fl-2004, u warajh ġie Darren Marmara.

Is-6 elezjoni tal-Kunsill Lokali Fgura saru fis-6 ta’ Ġunju 2009. Is-sindku preżenti, Darren Marmara ġie kkonfermat għat-3 darba konsekuttiva. Madankollu, fis-7 ta’ Lulju 2010, id-deputat sindku Anthony Degiovanni flimkien mal-kunsillieri tal-ħaddiema tiegħu ppreżentaw mozzjoni ta' fiduċja fis-sindku preżenti, Darren Marmara. Il-mozzjoni kellha tiġi diskussa fis-16 ta’ Lulju, imma meta l-laqgħa tal-kunsill lokali kienet waslet biex tibda, is-sindku irriżenja mill-kariga u qal li fil-jiem preċedenti, hu u l-familja tiegħu rċivew diversi theddid. Ma ngħatat l-ebda raġuni uffiċjali għalfejn is-sindku ġie mġiegħel jirriżenja. Laqgħa għall-elezzjoni ta’ sindku ġdid, skedata għall-21 ta' Lulju kellha tiġi posposta sat-3 ta’ Awwissu, wara deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, li sabet li kien hemm irregolaritajiet fil-mod kif il-laqgħa ġiet imsejħa. Id-debuttant Byron Camilleri, student tal-liġi ta’ 23 sena ġie nominat bħala r-raba' sindku tal-Fgura.

Byron Camilleri ġie kkonfermat is-sindku għat-tieni mandat, wara l-elezzjonijiet li saru fid-9 ta’ Marzu 2013. Byron Camilleri kiseb numru rekord ta' voti u sar l-ogħla kandidat fil-punteġġ fl-elezzjonijiet ta’ Marzu 2013, u kiseb aktar minn 4,000 voti tal-ewwel għadd. 

Il-Kummissjoni Festa Esterna hija l-għaqda ta' l-armar tal-Parroċċa tal-Fgura. Qabel it-twaqqif tal-Kummissjoni Festa Esterna fil-Fgura kien hawn numru sabiħ ta’ dilettanti li kienu jarmaw it-toroq tagħhom fuq bażi separata. Fost dawn huma r-residenti tat-Triq Mater Boni Consilii u t-toroq tal-madwar. Dawn kienu toroq li kienu jintramaw mir-residenti nfushom. Iżda għall-ħabta tas-sena 1967 twaqqaf l-ewwel kumitat tal-festa f'isem il-parroċċa. Kienet fuq l-inizjattiva ta’ P. Innoċenz Zerafa O.Carm. li twaqqaf dan il-kumitat. Min dak in-nhar il-parroċċa bdiet tieħu ħsieb tarma u tixgħel l-inħawi tal-knisja u t-triq prinċipali. Kienet ukoll taħseb għal-banda il-Ħadd filgħaxija u n-nar ta` l-art u l-ajru. Iżda kienet fis-sena 1992 li l-parroċċa kienet ħasset il-ħtiega li twaqqaf Kummissjoni sabiex tieħu ħsieb tarma u torganizza il-festa tal-padruna tagħna Omm u Ġmiel tal- Karmelu. Din il-kummissjoni hija dik preżenti. L-ewwel Kummissjoni Festa Esterna twaqqfet fil-5 ta’ Marzu 1993 u l-ewwel prokuratur tal-festa kien P. Adrian Cassar Pulis O.Carm. F’ dawn iż-żminijiet kienet ukoll inħasset il-ħtieġa li jkollha post fejn isiru il-laqgħat u jinżamm l-armar tal-festa. Iżda ftit żmien wara l-kummissjoni akkwistat maħżen fi Triq il-Karmelitani fejn seta jinżamm l-armar tal-festa. F`għeluq il-5 snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni ġiet imżanżna l-arma tal-Kummissjoni. Fis-sena 1998 lahaq it-2 prokuratur tal-Kummissjoni u dan kien P. Joe Saliba O.Carm. Għall-festa ta` l-1999, sar standard tal-Kummissjoni Festa Esterna u dan jinġarr fil-purċissjoni nhar il-festa. Fis-sena 2006 il-Kummissjoni reġa kellha prokuratur ġdid, P. Renald Lofreda O. Carm. Mit-twaqqif tal-Kummissjoni fil-Fgura sa llum tista' tgħid li l-ħidma ma waqfet qatt. Dan jidher biċ-ċar fil-jiem tal-festa bl-armar ġdid kull sena. Il-Fgura hija l-akbar parrocca li tkun qed tiċċelebra l-festa tagħha fit-2 Ħadd ta' Lulju.




#Article 99: Furjana (122 words)


Il-Furjana (bl-Ingliż Floriana) hija msemmija għall-inġinier militari Taljan Pietro Paolo Floriani, mill-belt ta' Maċerata, l-inġinier risponsabbli għall-bini tas-swar tal-Furjanaa. Il-bini tal-Furjana, kien proġettat mill-Gran Mastru Antoine Manoel De Vilhena, fil-fatt hi magħrufa bħala 'Borgo Vilhena' jew 'Città Vilhena'.

Il-Knisja tal-Furjana hija ddedikata lil San Publju, qaddis Malti, l-ewwel isqof Malti u patrun mhux biss tal-Furjana iżda protettur ta' Malta; dan hu l-istess Publju msemmi fl-istorja tan-nawfraġju ta' San Pawl.

Il-Banda tal-Furjana hi msemmija Socjeta' Filarmonika Vilhena, ad unur tal-fundatur tal-belt, Vilhena.

Għal dawn l-aħħar snin, Pjazza San Publju fil-Furjana, magħrufa aħjar bħala l-Fosos, kien il-post fejn seħħu ħafna avvenimenti storiċi għal Malta, bħal funzjoni ċċelebrata mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fejn ġew ibbeatifikati San Ġorġ Preca, Injazju Falzon u Swor Maria Adeodata Pisani.




#Article 100: Merkurju (pjaneta) (665 words)


Merkurju huwa l-pjaneta l-aktar viċin tax-Xemx, u t-tieni l-iżgħar pjaneta tas-Sistema Solari. Merkurju jorbita f’inqas minn 88 jum. Qatt 'il bogħod wisq mix-Xemx, Merkurju xi drabi jista’ jidher jiddi fil-baxx tal-punent immedjatament wara nżul ix-Xemx jew baxx fil-lvant eżatt qabel ż-żerniq.

Ir-Rumani semmew dan il-pjaneta wara d-divinità Rumana Merkurju, possibilment minħabba l-moviment pjuttost veloċi tiegħu. Is-simbolu astronomiku ta' Merkurju huwa ċirku fuq linja qasira vertikali, b'salib taħt u nofs-ċirku fuq iċ-ċirku. Din hija verżjoni stilizzata ta' ras id-divinità bl-elmu tal-ġwienaħ. Qabel il-5 seklu QK, dan il-pjaneta kellu żewġ ismijiet, għax kien għadu mhux magħruf illi dan il-pjaneta seta jidher fuq iż-żewġ naħat tax-xemx; b'hekk ħoloq ċertu konfużjoni. Filgħaxija kien magħruf bħala Ermes, filwaqt li meta kien jidher filgħodu kien magħruf bħala Apollo, li kien assoċjat ħafna ma' l-alla Grieg tax-xemx, Elios. Pitagora huwa kreditat talli għaraf li dawn iż-żewġ pjaneti kienu fil-verità, l-istess pjaneta.

Il-kulturi Ċiniżi, Koreani u Ġappuniżi jirreferu għal dan il-pjaneta bħala l-Istilla ta' l-Ilma, ibbażat fuq il-Ħames Elementi.

Id-densità ta' Merkurju tixbah ħafna lil dik tal-Art, iżda huwa maħsub li proporzjonalment, fiha daqs darbtejn iżjed ħadid mill-pjaneti oħrajn. Il-qalba tiegħu hi magħmula minn nikil u ħadid, u jestendi għal ¾ tar-radju tal-pjaneta.

L-kamp manjetiku ta' Merkurju hija baxxa ħafna, u minħabba li Merkurju jdur fuqu nnifsu bil-mod, huwa improbbabli li l-kamp manjetiku tiegħu hija kkawżata mill-moviment rotazzjonali tal-qalba likwida tiegħu. Iżda hu improbbabli wkoll li l-qalba għadha likwida, għaliex hu pjaneta ta' daqs zgħir u viċin wisq tax-Xemx biex jieħu dak it-tul ta' żmien biex jagħqad. Xi astronomi jemmnu li l-kamp manjetiku hu kkawżat minn xi ġibda ffriżata ġol-qalba.

L-atmosfera tiegħu hija rqiqa ħafna wkoll, u tipproduċi pressa ta’ 2 x 10-11 ta' dik tal-Art. L-iktar element komuni huwa l-ossiġnu, segwit mis-sodju u l-idroġenu. Jinstabu ukoll atomi ta’ potassju u elju. L-idroġenu u l-elju huma maqbudin mir-riħ solari; l-ossiġnu, sodju u potassju wisq probbabli kienu meħlusin minn ġebel ivvaporizzat waqt in-nifdiet mikrometejorojdjali.

Il-wiċċ ta' Merkurju jsofri mill-iktar tibdil fit-temperaturi estremi minn kull pjaneta ieħor. L-atmosfera rqiqa tiegħu ma sservix biex tipproteġġih mis-sħana estrema tax-Xemx. Minħabba d-distanza ravviċinata max-Xemx, it-temperatura ta' wiċċ Merkurju taf tilħaq sa 700K (427 °C/800 °F). Minħabba r-rotazzjoni ħafifa fuq l-assi tiegħu u l-perjodu rotazzjonali mgħaġġel, l-iljieli jafu jdumu għal xhur sħaħ. Għaldaqstant, it-temperaturi fl-iljieli ta' Merkurju jistgħu jkunu baxxi immens: 100K (-173 °C/-279 °F), wieħed mill-iksaħ mkejjen tas-Sistema Solari.

Minħabba li Merkurju jdur kważi għal kollox perpendikularment fuq il-pjan tal-orbita tiegħu, hemm reġjuni fil-poli--fuq l-artijiet ta' xi krateri--li qatt ma jaraw Xemx. Ritratti tar-radar reċenti juri li jista' jkun li fuq wiċċ Merkurju jinstabu depożiti ta' silġ magħmul mill-ilma. 

S'issa, vettura spazjali waħda rnexxilha tersaq viċin l-ewwel pjaneta. Fl-1974 u l-1975, Mariner 10 għamel tliet titjiriet f'serbut ta' 756 km (470 mil) imma, minħabba l-mod kif Merkurju jorbita max-Xemx, kien possibli biss li jittieħdu ritratti ta' 45% biss ta' wiċċu. Wiċċ Merkurju huwa mħaffer u jista' jiġi maqsum f'għoljiet u xgħajriet. L-għoljiet huma iżjed mħaffra mix-xgħajriet. Il-krateri ta' Merkurju huma simili għall-krateri li jinstabu fuq il-qamar u kienu mħaffrin l-iżjed mill-impatti tal-metjoriti kmieni fil-ħajja tas-sistema solari. Il-ħofor iż-żgħar huma għamla ta' bowls. Il-ġibda manjetika ta' Merkurju hija bejn wieħed u ieħor 2.5 darbiet iktar minn dik tal-qamar, materjal (ejecta) li jiġi provokat mill-impatti ma' jivvjaġġax daqshekk 'il bogħod bħal fuq wiċċ il-qamar.

L-ikbar konsegwenza ta' impatti hija il-Caloris Basin b'dijametru ta 1,340 kilometru (833 mil), li sar xi 3,850,000,000 sena ilu meta oġġett ta' xi 150 km (90 mil) ħabat ma' Merkurju. L-impatt sismiku vvjaġġa dritt tul il-pjaneta kollha u frakkassa l-wiċċ fuq il-parti opposta. Il-Basin huwa mdawwar minn irdum konċentritiku (concentric ridges) 'il fuq minn 2 km (1.2 mil) għoljin.

Ix-xgħajriet jestendu madwar u fil-Caloris Basin, dan seta' kien magħmul minn lava maħlula tippenetra l-wiċċ. Merkurju għandu xi għamliet waħdanin bħat-tawalin, sinwużi għamliet qishom—għoljiet magħrufa bħala lobate scraps. Dawn jestendu mill-għoli minn 100 metru għal 2 km (1.2 mil) u mit-tul minn 20 sa 500 km (12 sa 300 mil). Ġew iffurmati meta Merkurju kesaħ u għaqad bil-mod, b'hekk ġew maħluqa dawn ix-xorta ta' tikmix fil-magma ssolidifikata.




#Article 101: Venere (pjaneta) (521 words)


Din il-Pjaneta hija msemmija għall-alla Rumana tal-Imħabba. U għandha isem Malti li għadu jintuża xi drabi: iż-Żahrija. Minħabba li hija ftit biss iżgħar mill-Art iżda jinstab iżjed viċin tax-Xemx, qabel kienu jaħsbu li Venere kienet xi ġenna tropikali; infatti hija infern tropikali b'temperaturi li jlaħħqu m'ogħla s-sema, atmosfera tossika u xitaaċituża. Venere hija l-eqreb pjaneta tad-Dinja. Bħalma hija Merkurju, Venere qatt ma tkun 'il bogħod ħafna mix-Xemx. Filgħodu kmieni u filgħaxijiet, tiddi brillantament fuq ix-Xefaq; Venere hi ħafna drabi msejħa 'il-Kewba ta' Filgħodu'. Apparti mix-Xemx, u l-Qamar, Venere hija l-iktar ħaġa brillanti li nistgħu naraw fis-sema. 

Sal-lum bosta titjiriet spazjali ntbgħatu lejn Venere, ħafna minnhom b'suċċess. Fost il-missjonijiet fl-ispazju għal din l-eqreb pjaneta tagħna hemm:

Il-Mariner 2 (Stati Uniti tal-Amerika) (1962)

Il-Mariner 5 (Stati Uniti tal-Amerika) (1967)

Venera 5-6-8 (eks Unjoni Sovjetika) (1968-1970)

L-iktar vettura spazjli reċenti hija l-Magellan tan-Nasa Amerikana, li rnexxilha timmappa 99% ta' wiċċ il-pjaneta.

L-istruttura interna ta' Venere hija wisq probabbli simili ħafna ta' dik tal-Art,b'qalba tan-nikel u ħadid imdawra b'mantle tas-silicate. 
Ma jidhirx li Venere għandha ġibda manjetika qawwija ħafna. Dan jista' jkun minħabba li ddur bil-mod ħafna fuq l-assi tagħha, fil-fatt, Venere tieħu biss 243 jum biex ddur 360º, jew inkella jista' jkun li minħabba li m'għandhiex qalba likwida esterna. 
Barra li hija bil-mod ħafna ir-rotazzjoni ta' Venere hija retrograda--fid-direzzjoni opposta tal-Pjaneta l-oħra (bl-eċċezzjoni ta' Uranju) u l-pożizzjoni opposta ta' kif idur max-Xemx. Kawża ta' dan jista' jkun li kienet impatt enormi li soffra l-Pjaneta matul l-istorja bikrija tiegħu, iżda l-ebda evidenza ta' dan m'għadha ġiet skoperta. 

L-atmosfera ta' Venere hija ħoxna immens, din testendi minn 250 km (155 mil) 'il fuq mis-superfiċi , u hija 96.5% dijossidu karboniku (Carbon Dioxide) b'ammonti ċkejkin ta' nitroġenu u traċċi żgħar ta gassijiet oħrajn. Id-dijossidu karboniku ġie prodott mill-attivita' vulkanika li kien hemm fuq wiċċ Venere fl-istadji bikrin tal-istorja tagħha.
Id-dijossidu karboniku huwa gass li jżomm ir-radjazzjoni tar-raġġi tax-Xemx milli toħroġ mill-atmosfera, iktar komuni magħruf bħala l-Effet Serra! Wiċċ Venere huwa tant jaħraq illi kull tip ta' xita (ix-xita fuq Venere hija magħmula minn aċtu tal-Kubrit (sulfer) tiġi vvaporizzata qabel ma tilħaq l-art. Jinstabu madwar 30 km (19-il mil) ta' arja ċara 'l fuq mill-art. imbagħad ċpar li jwassal sal-bidu tal-istrat tas-sħab! Il-pressa tal-atmosfera ta' Venere hija 90 darba iktar minn dik tal-Jiġifieri jekk Astronawta jipprova jinżel fuqu jiġi mgħaffeġ minnufih!
L-istrat tas-sħab fuq Venere jżommna milli naraw wiċċu iżda b'tekniki moderni li jużaw il-lażer, illum nistgħu naraw 99% tal-kompożizzjoni tagħha. 
Għamliet Vulkaniċi jiddomidaw fuq wiċċ Venere. Relattivament xgħajriet Vulkaniċi ċatti jgħattu 85% tal-wiċċ. maqsumha minn kanali jserrpu tal-lava. L-itwal Kanal huwa l-Baltis Vallis, li jestendi sa 6,800 km (4,200 mil). 
L-iktar vulkani komuni fuq Venere huma dawk li għandhom Għamla kważi ċirkulari (għat-tond). Vulkani li jitkejlu minn 20 u 100 km (12 u 600 mil)fid-dijametru ta' spiss ikollhom depożiti distintivi ta' radjazzjoni mormija minn riħ ċentrali tal-lava.

L-Għoljiet ewlenija ta' Venere (biex insejħulhom hekk) huma l-Isthar Terra u Aphrodite Terra. Tal-ewwel tinstab fl-emisfera tan-nofsinhar tal-pjaneta waqt lil Aphrodite Terra nsibuha fil-parti t'isfel tal-Pjaneta. Fuq Venere ma narawx krateri daqs kemm naraw fuq il-qamar jew fuq il-Pjaneta Merkurju. Dan għaliex il-kwantità kbira ta' attività Vulkanika li għandha Venere. 




#Article 102: Marte (pjaneta) (666 words)


Dan l-artiklu huwa dwar il-pjaneta Marte.  Għall-figura storika Rumana mur Marte (mitoloġija). Għal tifsiriet oħrajn mur Marte.

Marte jinstab iżjed 'l bogħod mix-Xemx milli hija l-Art tagħna, u huwa biss nofs id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-Qamar. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-pjaneti terrestri l-oħrajn. Marte għandha kamp manjetiku dgħajjef, iżda xi riċerki juru li xi darba dan il-pjaneta kellu wieħeda qawwi mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxeqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-Art. Marte jorbita madwar ix-Xemx bħall-Art u jesperjenza staġuni simili wkoll bħalha, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana. 

Marte għandu il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali.

L-atmosfera hi rqiqa u komposta primarjament minn diossidu tal-karbonju. Il-pressa atmosferika hija biss 1% ta' dik tal-Art; jista' jkun li fl-imgħoddi kienet ikbar iżda l-gravità dgħajfa ta' Marte tfisser li diffiċli għalih li jżomm atmosfera densa. 

Billi l-atmosfera mhix wiesgħa biżżejjed ma tista' żżomm l-ebda tip ta' effett serra li żżomm il-pjaneta sħun, għalhekk it-temperatura matul il-jum rarament titla' iżjed minn 273K (0º C/32º F) u bil-lejl tinżel bil-wisq inqas!

Kien xi darba emnut li fuq dan il-korp ċelesti kien hemm xi tip ta' ħajja intelliġenti--ħlejqiet li jissieltu kontra it-tmiem tal-pjaneta tagħhom billi jibnu digi u kanali tal-ilma biex jipprovduh fejn kien nieqes u jsaqqu l-artijiet nixfa. Marte huwa niexef imma l-ebda evidenza ta' ħajja ma' nstabet-- il-kanali kienu biss illużjonijiet tas-sistemi foqra li kienu jintużaw għall-osservazzjoni. 

Wiċċ Marte jista' jiġi mqassam fi tnejn--bħall-pjaneti l-oħra għandha l-għoljiet u x-xagħajriet, ta' l-ewwel jinsabu fil-biċċa l-kbira fl-emisfera tan-nofsinhar u għandhom ħafna krateri. Ix-xagħajriet huma inqas imħaffra u għandhom inqas żmien mill-għoljiet. 

 Il-krateri ta' Marte huma bil-wisq differenti minn dawk tal-Qamar, il-materjal misjub ħdejhom jissuġġerixxi li xi darba kien hemm ilma jew silġ fuq wiċċ il-pjaneta; għamliet oħra bħal widien li jixbħu xmajjar imnixxfa, ukoll iħassbu fi preżenza imgħoddija ta' ilma ġieri fuq Marte. Fl-1998 Mars Global Surveyor interċetta livelli għoljin ta' amatite, minerali li normalment jiġi prodott minn ilma, li fih ammont sostanzjali ta' ħadid, msaħħan minn attività vulkanika!

Fuq Marte jinsab l-ikbar vulkan tas-Sistema Solari, l-Olympus Mons, li jogħola sa' 27 km (17-il mil)--iktar minn tliet darbiet daqs l-Everest.

Marte huwa tassew aħmar, il-lewn huwa ikkawżat mill-ossidu tal-ħadid, simili tas-sadid, li jgħatti l-parti l-kbira tal-pjaneta. Ħafna drabi tempesti tar-riħ jaħkmu wiċċ il-pjaneta kollu. Wisq probabbli dawn it-tempesti huma ikkaġunati mit-tibdil fl-atmosfera fuq l-istrati tas-silġ polari u dik ta' fuq il-blat: li huwa iktar sħun. Partiċelli tat-trab fl-arja jikkawżaw dik l-għamla ħamranija fl-atmosfera tal-pjaneta.

L-ewwel missjoni lejn dal-pjaneta saret fis-sena 1965 u kien jisimha Mariner 4, segwew il-Mariner 6 u 7 li daru ma' Marte iżda ma daħlux fl-orbita waqt li fl-1971 Mariner 9  daħlet fl-orbita. Vikings 1 u 2 laħqu 'l Marte fl-1976; it-tnejn kellhom orbiter u lander, u wasslulna informazzjoni għal aktar minn erba' snin. L-orbiters ġibdu ritratti tal-wiċċ kollu b'riżoluzzjonijiet ta' ftit mijiet ta' metri. Fl-1989, Phobos2 ħa fotografija tal-qamar ta' Marte, li appuntu jġieb l-isem ta' Phobos, iżda minħabba ħsarat fis-sistema kompjuterizzata il-kommunikazzjonijiet intilfu. Missjonijiet oħra mingħajr suċċess segwew, waħda minnhom kienet il-Pathfinder mission, li niżżlet lander fuq is-superfiċi fir-reġjun Chryse Planitia fl-4 ta' Lulju 1997. Fl-istess sena, Mars Global Surveyor beda' l-istudju tal-ġeoloġija u l-mineraloġija tal-wiċċ u skopra l-kamp manjetiku dgħajjef ta' Marte.

Marte għandha żewġ qmura: Phobos li tfisser biżgħa u Deimos li tfisser paniku. It-tnejn li huma ċkejkna, b'forma irregolari , u t-tnejn li huma ġew skoperti fl-1877 minn Asaph Hall ġewwa l-osservatorju Navali fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Huwa emmnut li kemm Phobos u kemm Deimos huma asterojdi li ġew miġbuda fl-orbita ta' Marte. Phobos għandu krater kbir, Stickney, li huwa madwar 10 km (6 mili) għat-tul, dan il-qamar idur ma' Marte fi tmien siegħat u x'aktarx se jaqa' fuq il-pjaneta f'inqas minn 100,000,000 sena.  

Deimos huwa ħafna iżgħar minn Phobos u jorbita madwar Marte minn aktar bogħod. Għandu inqas tħaffir u ħafna minnhom jidru li ġew parzjalment mimlija b'sediment.




#Article 103: Akkademja tal-Malti (266 words)


L-Akkademja tal-Malti hija għaqda li taħdem favur it-tixrid tal-lingwa Maltija. Din twaqqfet fl-14 ta' Novembru, 1920, bħala L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti.

L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li jintagħżel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett ġie stabbilit b'mod finali fit-18 ta' Diċembru, 1921.

Inħasset ukoll il-ħtieġa li barra alfabett ikun hemm manwal tal-ortografija tal-Malti. Dan il-manwal deher fl-1924, u kien jismu Tagħrif fuq il-Kitba Maltija. Kien ktieb li fl-ewwel taqsima kellu regoli tal-ortografija u fit-tieni taqsima grammatika qasira li tiswa wkoll biex wieħed jifhem u jħaddem tajjeb ir-regoli tal-ortografija. It-Tagħrif inħadem minn Ninu Cremona. Kien stampat mill-Gvern fl-istamperija tiegħu, u kien meqjus bħala l-manwal uffiċjali tal-ortografija tal-Malti mill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u dawk li jaqblu magħhom.

Fl-1934, l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti saret l-ortografija uffiċjali tal-Gvern u, bil-mod il-mod, ħafna kittieba bdew jimxu fuqha.

Wara l-1934 l-ortografija mgħallma fl-iskejjel kienet dik tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, iżda billi t-Tagħrif qatt ma reġa' ġie stampat, il-manwali l-aktar komuni kienu ż-żewg grammatiki ta' Cremona, waħda qasira għall-klassijiet iż-żgħar, u l-oħra itwal għall-klassijiet il-kbar.

Fl-1984 inħasset il-ħtieġa li l-Akkademja tal-Malti tagħti xi regoli dwar kliem ta' nisel Rumanz jew Ingliż li dwaru kważi xejn ma kien hemm fit-Tagħrif. B'hekk ħarġet iż-Żieda mat-Tagħrif. Imbagħad fl-1992 l-Akkademja ħarġet l-Aġġornament tat-Tagħrif.  

Kemm iż-Żieda kif ukoll l-Aġġornament kienu dokumenti qosra. It-tnejn kisbu l-approvazzjoni tal-gvern taż-żmien li fih ħarġu, iżda mhux dejjem waslu f'idejn dawk kollha li jiktbu bil-Malti.

Minħabba f'hekk, u billi t-Tagħrif qatt ma kien stampat mill-ġdid, l-Akkademja ħasbet li tiġbor ir-regoli kollha tal-kitba li jinsabu fit-tliet dokumenti li semmejna fi ktieb wieħed għall-kumdità ta' kulħadd. Għalhekk, fl-1998, ħarġet din il-ġabra f'forma ta' ktejjeb.




#Article 104: Litwanja (509 words)


Il-Litwanja (Litwan:Lietuva), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Litwanja (Litwan:Lietuvos Respublika) hi pajjiż fl-Ewropa ta' Fuq, u l-akbar mit-tliet Stati Baltiċi. Hi tinsab tul ix-xatt tax-xlokk tal-Baħar Baltiku, lejn il-lvant tal-Iżvezja u d-Danimarka. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Latvja lejn it-tramuntana, il-Bjelorussja lejn il-lvant u n-nofsinhar, il-Polonja fin-nofsinhar, u l-Kaliningrad Oblast għall-Lbiċ. Il-Litwanja għandha popolazzjoni stmata ta' 3 miljuni (2012), u l-belt kapitali u l-akbar belt tagħha hija Vilnius. Il-Litwani huma Nies Baltiċi, u l-lingwa uffiċjali, il-lingwa Litwana, hija waħda minn żewġ lingwi ħajjin (flimkien mal-Latvjan) fil-fergħa Baltika tal-familji tal-lingwi Indo-Ewropej.

Il-Litwanja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li jaħtar lill-prim ministru. Il-Parlament huwa korp leġiżlattiv unikamerali. Il-pajjiż huwa maqsum f’60 muniċipalità, b’sindki eletti direttament.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Litwanja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (32.2%), l-industrija (21.9%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (14.3%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 59% tal-esportazzjonijiet tal-Litwanja (il-Latvja 10%, il-Polonja 8% u l-Ġermanja 7%), filwaqt li barra mill-UE 14% jmorru fir-Russja u 5% fl-Istati Uniti.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 12%, il-Polonja 11% u l-Latvja 7%), filwaqt li barra mill-UE 15% jiġu mir-Russja u 3% miċ-Ċina.

Hemm 11-il membru tal-Parlament Ewropew mil-Litwanja.

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Litwan, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Litwani:
Lul-Diċ 2013

Il-Kummissarju nominat mil-Litwanja għall-Kummissjoni Ewropea hi Virginijus Sinkevičius, li hu responsabbli għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Il-Litwanja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Litwanja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Il-Litwanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Litwanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għal-Litwanja:

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mil-Litwanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.




#Article 105: Napuljun I ta' Franza (283 words)


Napuljun Bonaparti, magħruf f'pajjiżu bħala Napoléon I (Ajaccio, 15 ta' Awwissu 1769 – Sant'Elena, 5 ta' Mejju 1821) kien ġeneral Franċiż matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, mexxej ta' Franza bħala Prim Konslu ta' l-Ewwel Repubblika Franċiża mill-11 ta' Novembru 1799 sat-18 ta' Mejju 1804, kien ukoll Imperatur tal-Franċiżi (Empereur des Français) u Re tal-Italja bħala Napoleon I mit-18 ta' Mejju 1804 sas-6 t' April 1814 u għal darb' oħra bejn l-20 ta' Marzu u t-22 ta' Ġunju 1815.

Napuljun hu kkunsidrat bħala ġenju militari, hu magħruf li kkmanda u rebaħ ħafna kampanji famużi u ta' suċċess, iżda hu magħruf ukoll għal xi fallimenti spettakolari.

Fi ftit iktar minn għaxar snin, akkwista l-kontroll ta' parti kbira mill-Ewropa tal-Punent u dik Ċentrali, b'konkwisti jew alleanzi, sakemm tilef il-Battalja tan-Nazzjonijiet viċin Leipzig f'Ottubru tal-1813, li wasslitu għall-abdikazzjoni u l-eżilju tiegħu ftit xhur wara. Hu kien eżiljat fil-gżira tal-Elba.

Irnexxielu jerġa' jiġi lura mill-eżilju u għamel il-kampanja famuża tal-Mitt Jum (les Cent Jours), però tilef battalja deċiżiva f'Waterloo fil-Belġju fit-18 ta' Ġunju 1815, ftit wara ta' ruħu f'idejn l-Ingliżi, u spiċċa eżiljat fil-gżira ta' Sant Elena (gżira ċkejkna li tinstab mili 'l bogħod fin-naħa tal-Lvant ta' fejn illum hemm l-Angola, fl-Afrika), fejn miet.

Barra mir-rebħiet militari, Napuljun jibqa' mfakkar għall-Kodiċi Napoleoniku u hu kkunsidrat minn xi wħud bħala sovran imdawwal. Oħrajn jarawh bħala dittatur tirannikali, fejn il-karriera tiegħu qatlet il-miljuni ta' nies. 

Napuljun ta ħafna titli monarkiċi lill-membri ta' familtu, il-Bonaparti. Anke jekk dawn ir-renjijiet ma tantx damu wara l-waqgħa tiegħu, neputih, Napuljun III, irrenja lil Franza iktar tard fis-seklu dsatax.

Fl-1997, Frans Sammut ħareġ il-ktieb Bonaparti f'Malta li fih analizza s-sitt ijiem li Napuljun Bonaparti qatta' f'Malta meta l-Franċiżi rebħu u okkupaw lil Malta. Il-ktieb inqaleb għall-Franċiż fl-2008.




#Article 106: Reġina Eliżabetta II (295 words)


Eliżabetta  II (Elizabeth Alexandra Marija; twieldet April 21, 1926) hija l-monarkija kostituzzjonali ta' 16-il stat sovran (magħrufa bħala l-realms Commonwealth) u territorji tagħhom u d-dipendenzi, kif ukoll kap tal-Commonwealth 54 membru tan-Nazzjonijiet. Hija Gvernatur Suprem tal-Knisja tal-Ingilterra u, f'xi realms tagħha, twettaq it-titolu tad-Difensur tal-Fidi bħala parti mill-titolu sħiħ tagħha.

Fuq l-adeżjoni tagħha fis-6 ta 'Frar 1952, Reġina Eliżabetta saret Kap tar-regnant Commonwealth u reġina ta' seba 'pajjiżi tal-Commonwealth indipendenti: ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Pakistan u Ceylon. Mill-1956 sa 1992, l-għadd ta 'realms tagħha jvarjaw minn territorji kisbu l-indipendenza u xi realms saru repubbliki. Fil-preżent, flimkien mal-ewwel erba 'pajjiżi msemmija hawn fuq, ir-Reġina Eliżabetta hija  tal-Ġamajka, il-Barbados, il-Baħamas, il-Grenada, Papwa Gwinea l-Ġdida, il-Gżejjer Solomon, Tuvalu, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, il-Beliże, Antigwa u Barbuda u San Kitts u Nevis. Renju tagħha ta '60 sena bħalissa huwa l-itwal tieni għal monarka Britanika  biss ir-Reġina Victoria kienet issaltan itwal min 63 sena.

Eliżabetta twieled f'Londra u edukati privatament fid-dar. Missierha aderixxew għall-tron bħala George VI fl-1936 fuq il-abdikazzjoni ta' ħuh Edward VIII, minn dak iż-żmien kienet il-preżuntiva werriet. Hija bdiet biex iwettqu doveri pubbliċi matul it-Tieni Gwerra Dinjija, li fihom serviet fis-Servizz Territorjali awżiljarju. Fl-1947, hija miżżewġa Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh, li magħha hija għandha erbat itfal: Charles, Anne, Andrew, u Edward. Is-Servizz nkurunat tagħha sar fl-1953 u kienet l-ewwel li tixxandar. 

Ir-Reġina għamlet żjarat storiċi ħafna u laqgħat li tinkludi ż-żjara statali lir-Repubblika tal-Irlanda u żjarat reċiproċi lejn u mill-Papa. Ir-Reġina rat bidliet kostituzzjonali ewlenin fl realms tagħha, bħall devoluzzjoni fir-Renju Unit u l-patriation tal-kostituzzjoni Kanadiżi. Żmien ta' importanza personali inkludew it-twelid u ż-żwiġijiet tat​​-tfal tagħha, il-twelid ta 'neputijiet tagħha, l-[investitura tal-Prinċep ta' Wales, u ċ-ċelebrazzjoni ta 'tragwardi bħall-fidda tagħha, Golden, u jubilees Diamond fl-1977, 2002, u 2012 , rispettivament.




#Article 107: Pjaneta (682 words)


Pjaneta huwa korp ċelesti ta' massa sinjifikattiva li jorbita madwar stilla, u li ma jipproduċix enerġija permezz ta' fużjoni nukleari. Qabel is-snin '90 kienu magħrufa biss disa' pjaneti (kollha fis-Sistema Solari tagħna). Fl-aħħar tal-2002, kienu iktar minn 100 pjaneta magħrufa, kollha skopruti bħala pjaneti extrasolari.

Il-kelma pjaneta ġejja mill-Grieg, mill-kelma li kienet tintuża għal vagabond. Fl-astronomija antika, il-pjaneti vagabondi kienu l-korpi ċelesti viżibili li kienu jbiddlu l-koordinati ċelesti ekwatorjali. Dawn kienu l-Qamar, ix-Xemx, Merkurju, Venere, Marte, Ġove, u Saturnu. Għal sekli sħaħ l-astronomi fittxew spjegazzjoni għaċ-ċaqliq tal-pjaneti li jidhru jivvagabondaw fuq l-isfond tal-kwiekeb ‘fissi’. Kien fis-seklu sbatax meta Johannes Kepler iddetermina li huma jorbitaw max-Xemx f’orbiti ellitiċi, li ċ-ċaqliq tagħhom kien kompletament mifhum.

L-astronomi ħafna drabi jsejħu l-asterojdi pjanetini (pjaneti żgħar), u l-korpi planetari ikbar (dawk li normalment jissejħhu pjaneti) pjaneti maġġuri. Il-pjaneti tas-Sistema Solari jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji skond il-kompożizzjoni tagħhom. Dawk li jixbħu d-Dinja (komposti prinċipalment minn ġebel) huma magħrufa bħala pjaneti terrestri. It-terrestri huma relattivament żgħar, komposti prinċipalment minn blat u metalli, u għandhom atmosferi rqaq. L-atmosferi differenti jikkawżaw il-kundizzjonijiet fuq il-wiċċ ta’ kull pjaneta terrestri biex ivarjaw konsiderevolment. Id-Dinja tagħna biss, bl-oċeani vasti tagħha u bl-atmosfera rikka bl-ossiġnu u nitroġenu, hija kapaċi li żżomm forma ta’ ħajja avvanzata.

Dawk komposti minn materjal gassuż, bħal Ġove, huma magħrufa bħala Ġovjani, jew inkella ġganti gassużi. L-erba' pjaneti gassużi, huma: Ġove nnfisu, Saturnu, Uranu u Nettunu, huma komposti l-iktar minn idroġenu u elju. Ġove huwa l-ikbar u l-iktar pjaneta massiv fis-sistema solari, iżda anki Nettunu — l-iżgħar mill-pjaneti Ġovjani — għandu dijametru erba’ darbiet iżjed minn dak tad-Dinja.

Xi drabi tiġi wżata kategorija oħra għal dawk il-korpi bħal Plutone, komposti prevalentement minn silġ: din il-kategorija ta' pjaneti tinkludi wkoll ħafna korpi non planetari, bħal qmura ta' pjaneti esterni (pereżempju Titanju).

Il-pjaneti tas-Sistema Solari huma (f'ordni ta' distanza mix-Xemx):

Sa ftit żmien ilu (Awissu 2006) Plutone kien jitqies ukoll bħala pjaneta, iżda llum dan m'għadux jitqies bħala tali iżda bħala pjaneta nanu; bħala l-ikbar asterojda tal-faxxa ta' Kuiper.

Il-pjaneti kollha tas-Sistema Solari (minbarra d-Dinja) għandhom isimhom li ġej mill-mitoloġija Rumana. Anki l-ismijiet tal-qmura ġejjin minn ismijiet ta' allat jew ta' persunaġġi tal-mitoloġija klassika, u xi mdaqqiet anki minn karattri tad-drammi ta' Shakespeare. L-asterojdi jistgħu jiġu msemmija, b'diskrezjoni ta' min skoprihom, b'isem kwalunkwe (bl-approvazzjoni tal-Unjoni Astronomika Internazjonali).

Ġew proposti ħafna pjaneti ipotetiċi, bħal Eris iżda dan bħal Plutone qed jiġi kkunsidrat bħala Pjaneta nanu. Eris (uffiċjalment 136199 Eris, u qabel 2003 UB313) kien skopert minn Michael E. Brown, Chad Trujillo, u David Rabinowitz fil-5 ta' Jannar, 2005, minn ritratti li ġew meħuda fil-21 ta' Ottubru, 2003. Huma riedu jagħtuha l-isem Ksina (en: Xena) iżda l-Unjoni Astronomika Internazjonali, l-għaqda internazzjonali tal-Astronomija tatha l-isem tal-alla Grieg tad-diżarmonija, Eris. L-isem latin hu Discordia. Wieħed mir-raġuni għala intgħażel dan l-isem hu biex jirrifletti t-taħwid u l-konfużjoni li hemm fil-komunità tal-astronomi dwar in-natura tal-oġġett (il-pjaneta nana).

Kważi il-pjaneti extrasolari kollha (dawk barra s-Sistema Solari) skoperti s'issa għandhom massa daqs jew ikbar minn ta' Ġove, l-ikbar pjaneta tagħna (l-unika eċċezzjoni hija komposta minn tliet pjaneti orbitanti pulsar, il-bqija ta' splużjoni ta' supernova. Dawn huma l-uniċi tliet pjaneti extrasolari ta' massa simili għad-Dinja). Il-mottiv huwa derivat minn effett ta' selezzjoni, li fih l-istrumenti tagħna huma kapaċi li jaraw biss pjaneti kbar ħafna u biswit għall-istilla tagħhom, għax l-effetti gravitazzjonali tagħhom huma ikbar u allura iktar faċli li jidhru. Jeżistu probabilment, ħafna iktar pjaneti extrasolari li għadna ma nistgħux niskopru. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-pjaneti skopruti s'issa, mhux simili għall-ġganti gassużi li nafu, għax huma tant viċin l-istilla tagħhom li għandhom temperaturi elevati (anki sa' eluf ta' gradi għal xi wħud), u spiss ikollhom orbita altament ellittika, li twassalhom alternattivament, viċin u 'l bogħod mill-istilla tagħhom.

Huwa maħsub li l-pjaneti ġew ffurmati fil-kollass tan-nebulosa stess, li kienet l-oriġini tal-istilla ċentrali. Il-mudelli ta' formazzjoni planetarja, jipprevedu li fil-bidu jiffurmaw biljuni ta' korpi żgħar ħafna, li eventwalment jingħaqdu u jiffurmaw korpi ikbar meta jaħbtu ma' xulxin.

L-esplorazzjoni ta' pjaneti oħra huwa tema kostanti tal-fantaxjenza, speċjalment b'rabta ma' forom ta' ħajja aljeni. Tnejn mill-iktar serje televiżivi fantaxjentifiċi ċelebri, Star Trek u Stargate SG-1, huma bbażati fuq is-sejba ta' pjaneti u ċiviltajiet ġodda.




#Article 108: Xemx (1202 words)


Ix-Xemx hija stilla. Tiddi għax tipproduċi enerġija fiha nfisha fil-qalba tagħha. Ix-Xemx hija estremament importanti għall-ħajja fuq l-Art: kull sħana, dawl u enerġija tiġi mix-Xemx. L-Art torbita madwar ix-Xemx, bħalma jagħmlu bosta korpi oħra, fosthom pjaneti, asterojdi, meteoriti, kometi u trab spazjali.  Is-simbolu astronomiku tax-Xemx huwa  ċirku b'tikka fin-nofs (Unicode:).

Il-kwiekeb jiffurmaw minn sħab kiesaħ u dens, fil-medja interstellari: is-sħab enormi ta' trab u gass li jinsabu madwar l-istilel. 

Il-medja interstellari hija magħmula prinċipalment mill-idroġenu u l-elju, iżda meta ġenerazzjonijiet imgħoddija ta' kwiekeb għebu, tefgħu elementi itqal mill-idroġenu u l-elju. Għalhekk kwiekeb zgħar mill l-istess żmien tax-Xemx, fihom dawn l-elementi. 

Il-massa tax-xemx hi ta' madwar 2×1030 kg, u hi ħarira iktar elevata minn dik ta' stilla medja. Madwar 74% tal-massa tagħha hi magħmula mill-idroġenu, 25% mill-elju u l-bqija hu magħmul minn kwantità ta' traċċi ta' elementi itqal. Jaħsbu li x-Xemx għandha xi 5 biljun sena, u li tinsab f'nofs triq tas-sekwenza ta' evoluzzjoni ewlenija tagħha. Matulha, reazzjonijiet ta' fużjoni nukleari fil-qalba tax-xemx jgħaqqdu bis-sħana l-idroġenu ma' l-elju. F'temp ta' qisu 5 biljun sena oħra x-xemx issir nebula planetarja.

Kultant xi stimulu hu meħtieġ biex tibda' kontrazzjoni ta' sħaba. Din taf tkun il-ġibda gravitazzjonali ta' kewkba għaddejja, il-mewġa ta' densita' fi ħdan ta' galassja spirali jew xokk minn splużjoni ta' supernova. Xi astronomi jsostnu li supernova fil-qrib bdiet sħaba u naqset mid-daqs sa ma x-Xemx iffurmat xi 4,600,000,000 sena ilu.

Hekk kif is-sħaba naqset mid-daqs, il-pressa u temperatura telgħu fin-nofs sakemm tal-aħħar saret daqshekk taħraq u l-pressa hekk kbira li l-fużjoni nuklejari bdiet. L-fużjoni nuklejari hija l-qawwa li  kull kewkba għandha, u ġox-Xemx l-ammonti vasti ta' idroġenu li qed jiġu mibdula għal elju, jipproduċu l-enerġija. Kewkba titwieled meta tibda l-fużjoni nuklejari. 

Tul il-ħajja kollha ta' kewkba jkun hemm bilanċ sħiħ bejn il-gravità (li tipprova tnaqqas id-daqs tal-istilla) u l-pressa li tipprova tinbuttha l-bogħod. Kewkba tkun l-iżjed stabbli waqt li taħraq l-idroġenu ġewwa qalbha. F'dan l-istadju hija msejjħa kewkba fis-sekwenza ewlenija. Ix-Xemx hija attwalment f'dan l-istadju ta' ħajjitha u għandha tibqa taħraq l-idroġenu ta' qalbha għal 5,000,000,000 jew 6,000,000,000 sena oħra.

 

Meta l-idroġenu kollu tal-qalba jintuża , ix-Xemx tibda' taħraq l-idroġenu ġol-atmosfera tagħha qoxra wara qoxra. Huwa u l-font tal-enerġija joħroġ 'il barra, ix-Xemx tespandi u tiksaħ, u ssir ġganta ħamra.

Meta l-idroġenu jintuża kollu, ix-Xemx tikkrolla. Il-qalba tisħon ħafna iktar sakemm terġa' ssir fużjoni nuklejari oħra, iżda din id-darba huwa l-elju li jinħaraq jipproduċi l-karbonju. 

L-elju jinħaraq f'ħafna inqas ħin mill-idroġenu, għalhekk jiġi kkonsmat f'perijodu iqsar. Meta x-Xemx terġa tikkrolla, issa, il-qalba ma tisħonx biżżejjed u ma jkunx possibli li sir fużjoni nuklejari oħra. Ix-Xemx issir nana bajda, tiksaħ gradwalment u tmut.

IL-QALBA tax-Xemx hija żona ta' madwar 20% tad-dijametru solari. Minn ġol-qalba u reġjun li jestendi sa 70% tar-raġġ solari, l-enerġija tiġi rradjata 'il barra. Iż-żona konvettiva, li hi wiesgħa madwar 30% tar-raġġ solari tinsab wara dan ir-reġjun. 

Ir-radjazzjoni prodotta f'qalbet ix-xemx hija forma ta' raġġi Gamma: l-iżjed radjazzjoni enerġetika. Jaħsbu li r-radjazzjoni fiha l-fotoni, li huma 'pakketti' ta' enerġija. It-tip ta' radjazzjoni jiddependi fuq kemm għandhom enerġija dawn il-fotoni. Hekk kif il-fotoni jimxu 'l barra , jitilfu l-enerġija, u hekk issiru raġġi X, u wara ultravjola, viżibbli u infra-aħmar. Foton waħda taf iddum mijiet ta' eluf ta' snin biex tilħaq il-fotosfera għax tiġi kontinwament mifruxa, merħija, u rijammessa matul il-vjaġġ tagħha.

Aħna naraw ix-Xemx bħal diska ta' dawl jiddi (qatt m'għandna nħarsu lejn ix-Xemx direttament għax nagħmlu ħsara kbira lill-għajnejna). Dan għaliex aħna evolvejna biex nirrispondu għar-radjazzjoni li nsejħu dawl viżibbli. Ix-Xemx tarmi tul lis-spektrum elettromanjetiku kollu, iżda il-biċċa l-kbira ta' dawl viżibbli jiġi prodott fil-fotosfera, li xi minn daqqiet hi magħrufa bħala s-superfiċi jew il-wiċċ!

Lil hinn mill-fotosfera hemm il-kromosfera-- bejn 2,000 u 10,000 km (1,200 sa' 6,200 mil) wiesgħa--u iżjed 'l barra mbagħad insibu l-atmosfera ta' barra, il-korona, li testendi 'l barra għal eluf t' eluf ta' kilometri. It-temperatura tiżdied tul il-kromosfera u tilħaq madwar 10,000K (10,000 grad Selsjus/18,000 grad Ferenajt) sal-qiegħ ta' żona ta' tranżizzjoni. F'din iż-żona t-temperaturi jogħlew bosta eluf ta' gradi iżjed. Ma nifmhux kompletament ir-raġuni għaliex il-korona għandha tiġi tant imsaħħna iżda avvenimenti ta' rikonnessjoni manjetika (meta kampijiet manjetiċi jerġgħu jingħaqdu wara separazzjoni temporanja) tista' tkun ir-raġuni--splużjoni ta' enerġija tiġi prodotta meta linji ta' kampijiet manjetiċi jingħaqdu mill-ġdid.

BARRA MILLI  tipproduċi fotoni, il-fużjoni nuklejari tikkreja wkoll in-Newtrini. Dawn huma partiċelli elementari negliġibbli mingħajr massa jew mingħajr karga. Ma tantx jinteraġixxu ma' materjal ordinarju, u ma jeħdux dawk il-mijiet ta' eluf ta' snin biex jaqsmu x-Xemx anzi kważi mill-ewwel jgħaddu minn naħa għall-oħra u jiġu emanati bir-rata ta' 6 x 1014 newtrina kull metru kwadru tas-superfiċi xemxija fis-sekonda.

Huma jgħaddu rapidament ukoll mill-Art. Imbnew detectors tan-newtrini, iżda riżultati juru biss terz ta' newtrini mistennija. Bosta raġunijiet għal dan ġew diskussi iżda l-ebda teorija għadha ma ġiet aċċettata.

JEKK INĦARSU lejn ix-Xemx f'dawl abjad, kultant,  fuqha jidru bħal tikek skuri . Dawn it-tikek jissejħu tebgħat Solari, jew tebgħat Xemxin, u kienu jidhru regolarment fis-seklu dsatax. It-tebgħat huma indikazzjoni ċara tal-attivita' kontinwa tax-Xemx; ħafna tebgħat juru li kewkba bħax-Xemx tkun attiva. 

Attività tat-tebgħat Xemxin isseħħu, bejn wieħed u ieħor, fuq perijodu ta' 11-il sena, li hu magħruf primarjament bħala iċ-Ċiklu tax-Xemx . Infatti, minħabba effenti manjetiċi, huwa effetivament ċiklu ta' madwar 22 sena, li hu magħruf bħala iċċiklu solari manjetiku.

L-kamp manjetiku tax-Xemx hu simili għal dik tal-Art, iżda ix-Xemx għandha Plasma.  L-idroġenu f'temperaturi għoljin bħal 15,000,000K/ 27,000,000 °F fiċ-ċentru  u xi 6,000K/10,340 °F fil-fotosfera, li l-elettroni huma imwaddba 'l Barra, l-atomi tal-idroġenu jħallu baħar ta' joni kkargati pożittivament u elettroni ikkargati negattivament. Ġo Plasma simili, il-linji tal-kampijiet manjetiċi jkunu magħluqa ġo nassa, huma ma jkunx jistgħu jiċċaqalqu liberament  ġewwa partiċelli ikkargati, għalhekk hekk kif ix-Xemx iddur u l-plasma tiċċaqlaq, il-linji tal-kamp manjetiku jiġu ippakkjati flimkien ġo reġjuni lokaliżati. Is-sħana f'dawn ir-reġjuni tiġi imrażżna u huma jidhru skuri kontra il-bqija tal-fotosfera. Fid-Dell skur tat-tebgħat Xemxin, it-temperatura tista' tilħaq sa 1,000K (1,000 °C/1,800 °F). Kampijiet manjetiċi fi ħdan it-tebgħat Xemxin jafu jkunu 10,000 darba s-saħħa normali tal-kamp Xemxi. 

Ix-Xemx għandha ġisem dinamiku u turbolenti. Hi tarmi kontinwament partiċelli ta' elettroni u protoni. Dan jisejjaħ ir-riħ solari.  Ix-Xemx titfa' leħħ ta' ammonti kbar ta' plasma u enerġija ġor-riħ solari, waqt li dak li jintefa' 'l barra mill-korona huma bżieżaq enormi ta' plasma li jespandu minn ġol-korona u 'l barra ġo l-ispazju.

IX-XEMX u l-qamar jidru, bejn wieħed u ieħor, ta' l-istess qies hemm fuq fis-sema. Iżda l-qamar hu xi 400 darba iżgħar mix-Xemx, imma wkoll 400 darba eqreb. Waqt eklissi totali tax-Xemx, il-qamar jgħatti il-fotosfera, b'hekk jinkixfu il-kromosfera u l-inviżibbli korona. 

Li kieku il-Qamar idur mad-Dinja bl-istess mod li hija ddur max-Xemx (elitiku), allura l-eklissi totali tax-Xemx kienet issir kull darba li jkun hemm Qamar ġdid. Madanakollu,  l-orbita Qamrija hija inklinata għal xi 5 gradi lejn l-elitiku, għaldaqstnat il-Qamar xi kultnat jgħaddi fuq, jew taħt ix-Xemx fis-sema. Huwa biss meta l-Qamar jinsab fl-istess pjan elitiku tad-dinja f'qamar ġdid eklissi solari hija possibli li sseħħ. 

L-orbiti tal-Art u l-Qamar mhumiex ċirkulari, għalhekk id-dijametri angulari tal-Qamar u x-Xemx li jidrhu fis-smewwiet ivvarjaw. Hekk si minn daqqiet il-Qamar jidher iżgħar mix-Xemx u eklissi anulari ssir; ċirku mill-fotosfera jdawwar l-Qamar u l-korona tax-Xemx ma tidhirx. 
Għal min josserva huwa possibli li jara eklissi totali tax-Xemx biss jekk ikun qiegħed taħt l-ombra ewlenija tal-qamar. Fid-dell penumbrali ikun possibli biss li wieħed jara eklissi parzjali tax-Xemx.




#Article 109: Qamar (1074 words)


Il-Qamar huwa l-unika satellita naturali tal-Art. Jorbita il-pjaneta tagħna minn 350,000 għal 400,000 km, jakkonpanja l-Art fit-tidwir madwar l-istilla Sol (Xemx).Ġieli jissejjaħ Luna (mill-Kelma Latina għal qamar), jew Selene. Is-simbolu tal-Qamar hu nofs-qamar (Unicode:). Minbarra l-kelmtejn qamri u lunari, it-termini Selene/Seleno- u Ċinzjan (ismijiet l-allat Selene u Ċinzja) jirreferu wkoll għall-Qamar (aposelene, selenoċentriku, selenografija, periċinzjan, eċċ.). Id-dijametru tal-Qamar huwa madwar kwart ta’ dak ta’ l-Art. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejjħa qmura għall-qamar terrestri. Il-qamar huwa l-uniku korp ċelesti (barra l-Art) li fuqu rifes il-Bniedem. 

 Art-Qamar. Xbiegħat minn . Informazzjoni minn . Il-Pjaneti m'humiex sferi u l-orbiti m'humiex ċrieki perfetti, għalhekk in-numri huma biss indikattivi. Il-pjan orbitali tal-Qamar jippreċedi madwar l-Art f'  ta' 18.6-il sena. L-assi tiegħu jinstab mit-Tielet Liġi ta' Cassini.

Minkejja li ħafna iżgħar mill-pjaneti l-oħra, il-Qamar jista' jitqies bħala terrestri. Jista' jkun li għandu qalba solida tal-ħadid, inqas minn 360 km. Fuq din il-qalba insibu l-mantell, li jesa' madwar id-90% tal-volum tas-satellita. In-nuqqas ta' qalba fluwida jispjega għala l-qamar għandu kamp manjetiku dgħajjef. Il-krosta tvarja fil-ħxuna minn ftit għexieren ta' kilometri taħt il-maria għal aktar minn 100km fil-għoljiet. Fejn hemm fondoq, il-krosta tant iddgħajfet minn taħt li l-mantell tqabbez 'l barra u kisser qiegħ il-fondoq. F'dawn il-punti, il-materjal tal-mantell l-iżjed dens jipproduċi il-fluttwazzjonijiet fil-kamp gravitazzjonali; dawn ir-reġjuni ta' gravità għola huma magħrufa bħala konmas. 

Fl-atmosfera lunari instabu il-ġass elju, neon, argu, u radon. Billi kważi m'għandux atmosfera m'hemm l-ebda tip ta' tħassir fuq is-superfiċi lunari. Il-Qamar mhux protett la mir-riħ solari u l-anqas mill-impatti mikrometeoritiċi. 

Minħabba in-nuqqas ta' atmosfera, is-superfiċi qamrija tbati minn temperaturi estremament baxxi bil-lejl u dawk estremament għoljin matul il-jum. Jingħad li fil-pol tan-nofsin-nhar-fondoq Aitken (l-ikbar u l-iktar Fondoq għoli magħruf fis-Sistema Solari kollha) xi ammonti ċkejkna ta silġ ta' l-ilma jistgħu jeżistu; id-dawl tax-Xemx qatt ma mess il-pol tan-nofsin-nhar-Fondoq Aitken. 

Meta nħarsu lejn il-qamar minn din l-Art mingħajr strumenti ottiċi, nilmħu reġjuni skuri li huma il-maria (singular mare) bil-Malti ibħra, imħalltin u mferrxin ma' reġjuni oħra aktar ċari. Kien darba maħsub illi dawn il-maria kienu ibħra likwidi iżda it-teleskopji urew li huma arji ta' lava basaltika. L-iktar fattizzi ovvji tal-qamar huma il-krateri tal-impatti. Dawn ivvarjaw minn ħofor żgħar magħmula minn mikrometeoriti għall-ikbar fondoq ta' 'l fuq minn elf kilometru. 

Il-materjal li inbeżaq mill-impatti ikkrejaw krateri oħra sekondarji. Xi krateri għandhom kisja ta' l-eġekta (materjal) li jifraq għal mijiet ta' kilometri mill-punt tal-impatt. Il-muntanji u għoljiet biswit il-ħofor iffurmaw ruħhom minn boċċoċ enormi ta' eġekta li ħarġu mill-impatti prinċipali. 

Ħafna mill-krateri huma ċirkulari, minn hawn nindunaw illi l-materjal mill-ispazju miftuħ li kkawża l-impatti ġie ivvaporiżżat u kienet din ir-raguni li xi krateri ġew imħaffra.

Apparti mill-krateri tal-impatti fuq il-qamar insibu wkoll ħofor li ġew magħmula minn attività vulkanika kmieni fl-istorja qamrija. Fost dawn il-fondoqijiet ta' minn isemmi; Summit u Rimless. Iżda l-akbar prova ta' attività vulkanika bikrija huma il-, dawn iffurmaw ruħhom meta impatti ġganteski ħabtu fuq is-superfiċi lunari u ħallew ħofor kbar, sburfaw il-vulkani u l-lava li ħarġet minnhom imliet il-krateri.

 

Il-ġibda gravitazzjonali tal-Qamar fuq l-Art tikkawża l-frugħ u l-mili tal-baħar. L-istess effett fuq il-Qamar jikkaġuna l-qofol tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu huwa l-istess bħaż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar l-Art. Riżultat ta’ dan, aħna naraw dejjem l-istess parti ta’ wiċċ il-Qamar. Hekk kif il-Qamar idur ma’ l-Art, partijiet differenti minn wiċċu jiġu mdawla mix-Xemx, dan iwwasal għall-fażijiet lunari.Il-Qamar jista’ jaffetwa drastikament l-iżvilupp u l-ħajja fuq l-Art billi jimmodifika it-temp. Xhieda palejontoloġika u simulazzjonijiet bil-kompjuter juru li t-tmejjil tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar. Xi teoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazjoni kontra l-koppji applikati mix-Xemx u l-pjaneti lin-nefħa ekwatorjali ta’ l-Art, l-assi rotazzjonali jista’ jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Billi l-Qamar huwa qrib l-Art biex jidher kważi daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mill-Art iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) u dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx. 
 

L-iżjed teorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-teorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn ħabta ta’ protopjaneta id-daqs ta’ Marte ma’ l-Art bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma’ affarijiet oħra) in-nuqqas relattiv ta’ ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt illi l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi l-istess bħal dik ta’ wiċċ l-Art.

'Earth-Moon-Earth' (EME)  hija forma ta' kommunikazzjoni bir-radju fejn is-sinjali mid-dinja jintbagħtu lejn il-Qamar u dawn jiġu riflessi mill-wiċċ tal-qamar lura lejn id-dinja. Din is-sistema tintuża mid-dilettanti tar-radju. 

Bejn wieħed u ieħor, kull 28 jum, il-Qamar jagħmel orbita sħiħa ta' l-isfera ċelesti. 
Għal minn josserva mill-Art jogħod madwar 29,5 jum minn qamar ġdid għall-ieħor li jmiss (ara fażijiet lunari), dan minħabba l-muviment kontemporanju ta' l-Art. Il-Qamar jibqa' dejjem f'reġjun wieħed tas-sema li huwa ż-Żodijaku, li jestendi madwar 8 gradi 'l fuq u 'l isfel mill-eklittika. Din tiġi maqsuma mill-Qamar kull ġimagħtejn.

 

Il-qamar iddur dawra sħiħa madwar id-Dinja kull xahar. f'dawn il-perjodu, il-ġometrija bejn it-tliet iġsma - Art, Qamar, Xemx - tinbidel. Il-qamar jidher biss meta id-dawl tax-Xemx jaqa' fuqu. F'qamar mitluf, xejn ma jkun jidher mis-satellita naturali ta' l-Art għax tkun qiegħda bejnha u x-Xemx, bid-dawl kollu tagħha jaqa' fuq il-parti tas-superfiċi lunari li ma tidirx mid-Dinja. L-isbaħ għamliet tal-qamar jidru fit-terminatur, il-linja bejn il-lejl u nhar.

Xi kultant il-qamar jgħaddi minn quddiem id-dell ta' l-Art, dan ma jiġrix kull qamar kwinta għaliex il-qamar ma jdurx mad-Dinja fuq l-istess pjan kif hija torbita madwar ix-Xemx (eklittika), iżda meta il-qamar idur fuq l-istess pjan ta' l-eklittika, l-eklissi lunari iseħħ.

Sal-lum total ta' 12-il persuna nieżlet fuq is-superfiċi qamrija bejn l-1969 u 1972. Dawn l-astronawti żaru sitt reġjuni u ġabu magħhom fuq din l-Art 382 kg ta' materjal lunari. 

Qabel il-missjoni Apollo, wiċċ il-qamar kien attentament studjat minn vetturi spazjali Sovjetiċi u Amerikani. Darba waqt wieħed mid-diskorsi tiegħu il-President Amerikan John F. Kennedy wiegħed li l-bniedem kien se jitla' fuq il-qamar qabel l-1970, minn dak il-ħin bdiet il-ġirja għall-ispazju. 

L-ewwel sitt Apollojiet intużaw bħala prova, b'xorti ħażina tliet astronawti tilfu ħajjithom waqt esperimenti fuq l-Art, imma is-suċċess fl-aħħar wasal meta Buzz Aldrin u Neil Armstrong ħarġu barra mill-vettura spazjali u rifsu l-ewwel passi fuq il-qamar fiż-żona imsemmija Baħar it-trankwillità fl-1969.

Apollo 12 niżel ħdejn is-sit ta' Surveyor 3, li kien niżel fl-oċejan Prosellarum sentejn qabel. Partijiet mis-surveyor ġew irritornati fuq l-Art għall-eżamijiet.

Apollo 14 niżel fl-arja ta' Fra Mauro, l-astronawti ta' l-aħħar tliet Apollijiet koprew ħafna iktar art minn dawk tal-bidu, dan għaliex kienu megħjuna mir-rovers spazjali.

Minn mindu l-aħħar bniedem ħalla l-qamar fl-1972, ma kien hemm l-ebda pjanijiet oħra għal iżjed sbarki qamrin.

Qiegħda fil-ponta ta' l-Ilsieni, Ġużè Gatt, Klabb kotba Maltin, 2006.

The Universe, Pam Spence u Iain Nicolson, Publisher:HarperCollins. 




#Article 110: Ordni Militari Sovran ta' Malta (474 words)


L-Ordni tal-Kavallieri Ospitaljeri, magħrufin aħjar f'Malta bħala l-Kavallieri ta' San Ġwann, hija għaqda li bdiet bħala fondazzjoni Benedittina li tieħu ħsieb il-kura ta' dawk morda fl-Art Imqaddsa fis-Seklu XI; imma ma damitx ma saret ordni kattoliku-militari ta' kavallieri li kienu jieħdu ħsieb jibnu kastelli u mkejjen iffortifikati matul xi rotot fl-Art Imqaddsa, biex jgħinu u jiddefendu l-pellegrini. Ħabba l-ħafna battalji u konfrontazzjonijiet li seħħu, l-Ordni beda jispeċjalizza fl-assistenza medika, u wieħed ma jistgħaġibx meta anke llum jiltaqa' mas-salib bi 8 ponot fuq xi ambulanza jew bħala stemma ta' xi organizzazjoni tal-ewwel għajnuna.

Bħala ringrazzjament għal ħafna ħajjiet salvati, l-Ordni beda jirċievi ħafna territorji fl-Ewropa li bdew jiġu organizzati fi prijurati u kommanderiji, u l-qliegħ minn dawn l-artijiet kien imur għall-manteniment tal-Ordni, tal-isptarijiet u ovvjament, għall-armata. Iktar tard, meta l-Ordni kellu flotta, il-qliegħ beda jintuża biex jinżammu l-iġfna tal-Pirati tal-Knisja. Iktar ma beda jgħaddi żmien, iktar bdew jingħataw artijiet u dipendenzi fl-Art Imqaddsa stess u allura, flimkien ma' ħuthom it-Templari, iktar bdew jiffokaw fuq id-difiża militari tal-artijiet.

Bil-mod il-mod, l-Ordni beda jsir b'saħħtu u sinjur. Però il-fatt li kienu sinjuri u militarment sodi ma waqqafx lill-misilmin milli jkeċċuhom mill-Art Imqaddsa u wara li tkeċċew minn Ġerusalemm u Akri, dawn ħatfu lil Rodi minn idejn l-Imperu Biżantin li kien qiegħed jitmermer bil-mod. F'Rodi, l-Ordni kien imexxi f'sovranità għalih; Huma kellhom palazzi, vilel, u swar, u l-fatt li Rodi kienet qrib ħafna t-Turkija (li bdiet issir iċ-ċentru tal-Iżlam), kien ifisser li l-Kavallieri kienu lokati f'post eċċellenti biex jaħtfu bastimenti merkantili tal-musulmani. Fl-1480, Rodi ġiet assedjata għall-ewwel darba mill-forzi Ottomani, iżda l-Ordni rebaħ dan l-ewwel assedju; l-istess ma ġarax fl-1522, meta Sulejman II prova jerġa' jaħtaf lil Rodi u din id-darba l-Ottomani irnexxielhom.

Però tant kienu tqabdu b'ħila li Sulejman II ħalliehom jitilqu b'kull unur militari, u wara seba' snin ta' vjaġġar, l-Ordni ingħatatlu t-tmexxija tal-gżira ta' Malta, mill-Imperatur Karlu V, f'isem il-Viċi Re ta' Sqallija, b'ċens ta' falkun fis-sena.

Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, l-Ordni sar ħaġa waħda ma' Malta: Kien hawn li twieled l-isem Kavallieri ta' Malta. B'mod differenti minn ħakkiema oħra ta' din il-gżira, l-Ordni ma kellux dar oħra barra l-gżira. U allura, peress li l-gżira issa saret id-dar tagħhom, huma investew ħafna f'Malta, ħafna iktar minn ħakkiema oħra. Mhux hekk biss, il-membri tal-Ordni kienu kollha minn familji nobbli, u bħala Ordni kellhom ukoll ħafna kapital u artijiet minn żminijiet li kienu jiddefendu l-pellegrini. Dan il-kapital u l-qliegħ minn qbid ta' bastimenti merkantili Iżlamiċi, beda jintuża f'Malta mill-Kavallieri u l-fdalijiet artistiċi u tal-arkitettura ta' dawn iż-żminijiet jibqgħu fost l-ikbar fl-istorja ta' Malta, b'mod speċjali l-ġawhra tagħhom, il-Belt Valletta.

Damu jmexxu 'l Malta sa Ġunju tal-1798 meta l-Ordni kellha ċċedi l-gżejjer Maltin lil Napuljun wara li dan żbarka t-truppi tiegħu fuq il-gżejjer. Wara li tkeċċew minn Malta, l-Ordni sfaxxa għalkemm wara xi żmien reġa' ġie iffurmat bħala l-Ordni Militari Sovran ta' Malta, bil-kwartieri prinċipali f'Palazzo Malta, f'Ruma.




#Article 111: Xjenza (102 words)


 
Il-kelma xjenza mnissla mil-Latin scientia, tfisser għarfien. Sa mill-Illuminiżmu din il-kelma kienet tfisser kwalunkwe sistematika jew rekordjar preċiż tal-għarfien. Huwa għalhekk li x-xjenza dak iż-żmien kellha l-istess tifsir tal-filosofija, fis-sens wiesa' tal-kelma. Kien hemm distinzjoni bejn ix-xjenzi naturali u x-xjenzi morali. Din tal-aħħar ix-xjenza ġiet ridotta għax-xjenzi naturali biss.

L-oqsma ta' studju kemm il-darba jinqasmu fix-xjenzi hekk imsejħa tqal u fix-xjenzi l-ħfief. Dawn iż-żewġ termini (li mhux dejjem huma kondiviżi minn kulħadd) huma ħafna drabi sinonimi tax-xjenzi naturali u tax-xjenzi soċjali, rispettivament. Il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija u l-Ġeoloġija huma lkoll xjenzi tqal. Fost ix-xjenzi l-ħfief hemm l-Antropoloġija, l-iStorja, il-Psikoloġija u s-Soċjoloġija.

xjenza pura




#Article 112: Ewropa (680 words)


F'sens ġeoloġiku u ġeografiku, l-Ewropa hija peniżola; il-parti tal-punent tal-Ewrasja. Xorta hija meqjusa bħala kontinent għal motivi kulturali. L-Ewropa hija kontinent żgħir b'10,400,000 km² (l-Awstralja biss hija iżgħar minnha) imma għandha 799,000,000 abitant (statistiċi tal-2003) li jqiegħduha fit-tielet post fil-lista ta' kontinenti l-iktar popolati (wara l-Asja u l-Afrika); bejn wieħed u ieħor fl-Ewropa tinsab persuna minn kull tmienja tal-popolazzjoni mondjali.

L-Ewropa influwenzat b'mod notevoli l-istorja u l-kultura tad-dinja ċivilizzata. Andreas Kaplan jiddefinixxi l-Ewropa bħala l-akbar diversità kulturali fl-iżgħar distanzi ġeografiċi. Il-pożizzjoni ċentrali tal-Ewropa, kuntrarju għall-kontinenti l-oħra, kif ukoll il-preżenza tal-baħar, dejjem iffavorixxew il-komunikazzjoni bejn il-popli tad-diversi reġjuni u l-migrazzjoni lejn ir-reġjuni l-oħra tad-dinja. Il-klima xejn kiefra li tinsab fil-parti l-kbira tal-kontinent, għenet ukoll biex dan il-kontinent jiġi abitat b'mod dens.

Il-baħar jifforma l-parti l-kbira tal-konfini naturali tal-Ewropa. Fit-Tramuntana hemm il-Baħar Artiku, fil-Punent l-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, u l-Kawkasu, fil-Lvant il-Baħar Kaspju, il-katina muntanjuża tal-Urali u x-xmara Ural.

L-isem Ewropa ġej mil-lingwa Griega (bil-Grieg: Ευρώπη) li tfisser għajnejn kbar u kienet personaġġ tal-mitoloġija Griega. Ewropa kienet bint Aġenor, re ta' Tiru, fejn din kienet belt antika fil-Kananija u kolonja Griega. Żeus, li sar iħobbha ddeċieda li jisraqha u ttrasforma ruħu f'barri abjad. Waqt li kienet qed tiġbor il-fjuri max-xatt tal-baħar, Ewropa rat il-barri li kien qed jersaq lejha. Kienet daqxejn beżgħana imma l-barri niżel għarkubbtejh u Ewropa kkalmat. Meta rat li kien iħalliha toqgħod tmellsu, Ewropa telgħet fuq dahar il-barri u dan wassalha sa Kreta. Żeus reġa' sar alla u wrielha mħabbtu. Huma kellhom tlett itfal: Minosse, Sarpedon u Radamantu. Minosse sar re ta' Kreta u twieldet iċ-ċivilità ta' Kreta li kienet il-benniena taċ-ċivilità Ewropea.

Fl-epoka Griega u Rumana, l-Ewropa kien terminu ġeografiku indefenit, art fit-Tramuntana tal-Mediterran li ħadd ma kien jaf il-konfini Nordiċi tagħha. Fir-rikostruzzjoni tal-ġeografiku Grieg Ekateu ta' Miletu, l-art kienet tikkonsisti minn żewġ kontinenti maqsumin mill-Mediterran, iċ-ċentru tad-dinja: minn naħa l-Ewropa kienet tikkonfina mat-Tramuntana, u minn naħa l-oħra l-Asja, fejn kienet tinkludi wkoll l-Eġittu u l-Libja.

Rari ħafna kienu l-awturi Latini jiċċitaw it-termini Ewropa u Ewropej. L-ewwel li uża l-aġġettiv Ewropew b'tifsira aktarx waħda rilevanti hu fis-seklu 8 mill-patri Isidoro Pacensis, biex jindika li s-suldati taħt il-gwida ta' Karlu Martell, kienu għadhom kemm iġġieldu fi Poitiers. Il-battalja kienet tat valur simboliku kbir: l-Oċċident Kristjan idealment rappreżentat mill-Ewropa, li kienet waqqfet l-espansjoni Għarbija; u b'hekk Isidoro għamel użu tal-aġġettiv Ewropew biex jattribwixxi identità kollettiva għas-suldati li kienu waqqfu l-invażuri Musulmani.

L-Ewropa, għall-ewwel darba, saret politika konkreta u reali bl-imperatur Karlu Manju. Fit-tmiem tat-tmien seklu u l-bidu tad-disa' seklu, wara tmiem ta' madwar tletin sena ta' gwerra kontra l-Lombardi, l-Avari, is-Sassoni u s-Slavi, twieldet entità ġdida fejn ingħaqdu l-qawwa antika ta' Ruma, l-awtorità spirtwali tal-Papa u l-qawwa tal-poplu Ġermaniż. Karlu ffonda l-Ewropa, li b'espressjoni ġeografika saret Imperu kbir li juża l-istess munita, li adotta il-Latin bħala l-lingwa uffiċjali tal-kitba u li għandha reliġjon waħda.

Ġeografikament, l-Ewropa hi parti tas-superkontinent tal-Ewrasja.

Il-konfini fuq il-Lvant tal-kontinent jibdew mill-muntanji Urali fir-Russja, fejn ikomplu max-xmara Ural u d-depressjoni ta' Kuma-Manych fin-Nofsinhar, li jisseparah mill-Asja. Din il-linja ta' demarkazzjoni kienet definita miz-Zar tar-Russja mill-1730 minn bażi ta' xogħlijiet ġeografiċi tal-Ġermaniż Philip Johan von Strahlenberg. Madankollu, mhux kulħadd jaċċetta din il-konvenzjoni: b'hekk, aktar mix-xmara Ural, anki l-Emba tista' tintuża bħala konfini, u l-quċċati tal-Kawkasu jistgħu jissostitwixxu lix-xmajjar ta' Kuma u Manych.

Il-Baħar l-Iswed, il-Bosforu, il-Baħar ta' Marmara u d-Dardanelli jikkonkludu l-konfini mal-Asja. Il-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar jissepara l-Ewropa mill-Afrika, waqt li fil-Punent il-konfini hu mill-Oċean Atlantiku, fejn jinkludi lill-Islanda. Għadu mhux konkluż id-dibattitu fuq fejn qiegħed iċ-ċentru ġeografiku tal-Ewropa.

Dawn il-fruntieri fuq il-Lvant tal-Ewropa huma biss politiċi, ekonomiċi u kulturi, imma mhux ġeografiċi. B'hekk kien hemm il-bidu ta' diversi interpretazzjonijiet dwar il-konfini Ewropej u allura fuq it-territorju li l-Ewropa hi magħmula minn, fejn jiġu esklużi u inklużi pajjiżi sħaħ. Kważi kull pajjiż Ewropew jagħmlu parti tal-Kunsill tal-Ewropa, barra l-Belarus, il-Vatikan, il-Każakistan u l-Kosovo.

L-idea tal-kontinent Ewropew, però, mhijiex aċċettata universalment. Xi żoni ġeografiċi barra mill-Ewropa jiġu riferti mal-kontinent Ewroasjatiku jew jaraw lill-Ewropa bħala sottokontinent, billi mhux kompletament ċirkondat mill-baħar, fejn hu definit aktar bħala żona kulturali milli ġeografika. Fil-passat, din is-sottodiviżjoni kienet mħarsa bħala waħda valida minħabba l-fatt li jissepara t-territorju tal-Kristjani minn dawk non-Kristjani.




#Article 113: Ġove (pjaneta) (701 words)


Ġove hija l-ikbar u l-iżjed pjaneta massiva fis-Sistema Solari kollha; hija għandha madwar 2.5 darbiet il-massa tal-pjaneti l-oħra kollha f'daqqa, u l-kamp manjetiku enormi tagħha għandha effett fuq korpi oħrajn tas-Sistema Solari. Il-pjaneta Ġove hija meqjuma bħala s-sultana tal-pjaneti; mhux ta' b'xejn issemmiet għal missier l-allat Rumani.

Il-pjaneta Ġove hija komposta mill-idroġenu u mill-elju. Għandha atmosfera enormi. Minbarra dan, it-temperaturi huma estremament għolja; dawn tal-aħħar jitilgħu 'l fuq minn 11,000K (10,727 °C/19,340 °F) bi pressa ta' 1,000,000 iżjed minn dik ta' wiċċ l-Art. F'dawn il-kundizzjonijiet l-idroġenu jittrasforma f'metall likwidu, u għalhekk jsir konduttur tajjeb tal-elettriku. Huwa ċ-ċaqliq veloċi ta' dawn ir-reġjuni ta' metall likwidu li jagħmlu l-kamp manjetiku ta' Ġove daqshekk b'saħħtu. Jista' jkun li l-qalba ta' Ġove mhix kbira ħafna u wisq probabbli hija magħmula minn ħadid u silikati. Teleskopji u probi spazjali (space probes) juru l-quċċata tas-sħab ta' Ġove daqs li kieku għandhom żoni ta' disinji ta' faxxi skuri li jikkuntrastjaw ma' oħrajn ċari. Huwa maħsub li ż-żoni tal-ilwien skuri huma r-riżultat ta' sħab tal-ammonju idrosolubbli, waqt li l-partijiet ċari jikkonsistu l-biċċa l-kbira minn kristalli tas-silġ tal-ammonju. Ġove ddur b'ħeffa fuq l-assi tagħha stess f'perjodu rotazzjonali ta' inqas minn 10 sigħat. Din ir-rotazzjoni rapida ġġiegħel 'l dan il-korp ċelesti jespandi xi ftit mill-ekwatur waqt li jiċċattja mir-reġjuni polari.

Ġove tarmi darbtejn iżjed sħana milli tirċievi mix-Xemx. Din l-enerġija wisq probabbli hija primordjali mħallija minn meta din il-pjaneta ġganteska fformat madwar 4,600,000,000 sena ilu.

Is-sistema kumplessa taċ-ċrieki ta' Ġove ġiet skoperta minn Voyager 1 fl-1979. L-ismijiet tat-tlett iċrieki huma: Halo, iċ-ċirku ewlieni u l-Gossamer.

L-ikbar karatteristika ta' Ġove hija l-Ponta l-Ħamra, li hija ta' forma ovali u hija anti-ċiklun ta' pressjoni għolja kontinwa--bla waqfien--ilha tiġi osservata tul tliet sekli issa. Il-lonġevità tagħha tista' tkun ir-riżultat tan-nuqqas ta' wiċċ solidu fuq Ġove li kieku kien iwaqqaf l-anti-ċiklun billi jfarrku b'mewġ il-pressa. Il-bordura ta' din il-ponta ddur kontra l-arloġġ f'madwar erba' jew sitt ijiem bi rjieħ interni ta' 100 m/s (200 mph). 

 Il-Ponta l-Ħamra l-Kbira tvarja fid-daqs: fi żmien il-Voyager 1, kienet madwar id-daqs tad-Dinja; kien magħruf li xi darba l-ponta kien fiha madwar 40,000 għal 14.000 km (25,000 għal 70,000 mil). Il-lewn ħamrani tagħha hu kkawżat minn traċċi tal-fosfru.

Il-kamp manjetiku ta' Ġove huwa qawwi ħafna. Tant li hija xi 20,000 darba ikbar minn dik tal-Art u testendi 'l barra mill-pjaneta u żżomm partiċelli maħruġa mill-vulkani fuq in-naħa ta' ġewwa tal-qamar Ġovjan, Io. 

Ir-riħ solari jaħbat mal-kamp manjetiku fuq in-naħa tax-Xemx u jiġi mbuttat f'denb manjetiku lura man-naħa opposta. Dan id-denb majetiku jestendi mill-inqas 650,000,000 km (400,000,000 mil), lil hinn mill-orbita ta' Saturnu.

Massiv daqshekk, Ġove għandu kamp manjetiku li taffettwa l-kometi u asterojdi li jgħaddu minn ħdejh. Wieħed mill-eventi l-iżjed drammatiċi tal-kamp manjetiku kien dak ta' Lulju tal-1994 meta l-kometa Shoemaker-Levy 9 ġiet imbuttata lura f'24 biċċa, u kull biċċa konsegwentament, ħabtet mal-pjaneta. L-arjiet tal-impatti kienu viżibbli mill-Art anki b'apparat amatorjali. 

X'aktarx Ġove mbutta ħafna oġġetti ċelesti 'l hinn minnu tul is-snin, b'hekk ipproteġa l-Art u l-pjaneti interni mill-impatti ta' dawn l-istess oġġetti.

Huwa wkoll probabbli li ġbid gravitazzjonli bejn Ġove u x-Xemx waqqaf pjaneta oħra milli tifforma f'distanza ta' 3 AU mix-Xemx fejn tinsab il-maġġorparti tal-asterojdi.

Ġove għandu 63 qamar, u minn tromba normali, l-ikbar erbgħa minnhom jidhru daqs tikkiet ċkejkna tad-dawl.  Kien Galileo li osservahom għall-ewwel darba fis-seklu sbatax, u huma magħrufa bħala l-qmura Galileani (Io, Europa, Ganymede u Callisto). 

Il-qmura ta' Ġove jorbitaw f'erba' gruppi. Barra mill-qmura Galileani, l-oħrajn huma żgħar u b'forom irregolari. Metis, Adrastea, Amalthea u Thebe jorbitaw xi 130,000 u 220,00 km (80,000 u 140,000 mil) miċ-ċentru ta' Ġove.  Leda, Himalia, Lysithea u Elara xi 11,000,000 km (68,000,000 mil), waqt li Anake, Carme, Pasiphae, Sinope u S/1999J1 (l-aħħar qamar skoprut fis-sena 1999, li għadu ma ġiex mogħti isem) għandhom orbiti retrogradi madwar 21,000,000 u 25,000,000 km (13,000,000 u 16,000,000 mil).

Il-qmura Galileani ġew osservati sew minn vetturi spazjali. Io huwa vulkanament attiv ħafna. Huwa l-eqreb qamar tas-sultan tal-pjaneti. 

Huwa maħsub li l-qamar Europa għandu wiċċ ta' silġ tal-ilma, madwar 100 km (60 mil) oħxon, li forsi taħtu jinsab ilma likwidu. 

Ganymede huwa l-ikbar qamar tas-Sistema Solari. Huwa maħsub li nofsu hu magħmul minn blat u n-nofs l-ieħor minn silġ tal-ilma. 

Callisto huwa mħaffer u magħmul ukoll minn silġ akwatiku, hu mogħtti minn trab metejoritiku.




#Article 114: Venere (mitoloġija) (332 words)


Venere (Latin Venus) li hija figura fil-mitoloġija Rumana, kien fl-oriġini tagħha, l-ispirtu u d-divinità tal-ġonna.

Venere kienet ta' oriġini Italika, u ma kinitx tifforma parti mill-panteon Ruman. Qabel kull influwenza Griega, Venere kienet iktar relatata mal-agrikoltura; infatti kienet il-protettriċi tar-raba', għelieqi, tagħhom. B'hekk wieħed jista' jgħid li Venere tappartjeni lid-divinità tan-natura fjurita u tar-rebbiegħa, tipika tal-popolazzjonijiet Italiċi antiki.

Il-kult tagħha beda f'Ardea u Lavinium, f'Latium. Fit-18 t'Awwissu, 293 q.K, ġie inawgurat l-eqdem tempju ddedikat lilha. It-18 t'Awwissu kienet ġurnata fejn kien isir festival magħruf bħala Vinalia Rustica. Fl-1 t'April, kienet issir ċelebrazzjoni oħra, il-Veneralja, ad unur Venus Verticordia; it-tempju tagħha inbena fil-114 q.K.
Wara t-telfa li ġarrbu r-Rumani fil-Battalja tal-Lag Trasimene fil-215 q.K., inbena tempju fuq il-Kapitol iddedikat lil Venere Erycina. Fit-23 t'April ta' dik is-sena ġie inawgurat it-tempju, u festival magħruf bħala Vinalia Priora beda jinżamm biex tiġi kkomemorata din l-okkażjoni.

Wara l-Battalja ta' Farsalo (48 q.K.), Ġulju Ċesare ikkonsagra tempju lil Venere Genitrice (Genetrix).

Fir-reliġjon Rumana, Venere ma kellha l-ebda legami ma' miti ta' fertilità u spiċċat ukoll biex sostitwiet anki divinità lokali, fosthom Murcia, Cloacina u Libitina.

Wara l-assoċjazjoni ta' Venere ma' Marte, diversi Veneri oħrajn, fosthom il-Venere Felix, il-Venere Victrix, u l-Venere Salacia.

Identifikata mal-allat Afrodite fil-mitoloġija Griega, liema identifikazzjoni tidher li oriġinat fi Sqallija nord-orjentali, f'Erice, fejn ir-Rumani kienu jivveneraw lil Venere Ericina. Venere hija wkoll assoċjata ma' Turan, alla Etruskana. 

Minbarra Turan u Afrodite, jeżistu figuri oħra li possibilment jistgħu jitqabbli ma' Venere. Dwn huma:

Venere kienet suġġett popolari fil-pitturi u l-iskultura skultura fir-Rinaxximent fl-Ewropa. Il-figura tagħha, meħuda bħala mudell ideali ta' sbuħija, kienet is-suġġett prinċipali ta' numru kbir ta' opri u ta' arti. Bħala figura klassika, in-nudità kienet meqjusa bħala l-istat naturali tagħha, u għalhekk kien soċjalment aċċettabli li Venere tiġi rappreżentata mingħajr ħwejjeġ. Ċertu grad ta' sbuħija erotika kien ukoll ġustifikat, allura Venere kienet tappella ħafna lill-artisti u l-patruni tagħhom. Maż-żmien, venere bdiet tirreferi għar-rappreżentazzjoni artistika ta' mara għarwiena, anki meta ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li s-suġġett kienet l-alla Venere.

Venere ta' Milo




#Article 115: Imperu Kushan (287 words)


L-Imperu Kushan (ċ. Seklu I–Seklu III) kien stat li fl-aqwa tiegħu, bejn l-105–250, kien jifrex minn Tajikistan sal-Baħar Kaspjan sa l-Afganistan u l-isfel fil-wied tax-Xmara Ganges. L-imperu inħoloq mit-tribù Kushan ta' lYuezhi, li kien poplu mill-Xinjiang moderna, Ċina, possibilment relatat mat-Tocharians. Kellhom kuntatti diplomatiċi ma' Ruma, Persja Sassanja u Ċina, u għal ħafna sekli kienu fiċ-ċentru ta' skambji bejn il-Lvant u l-Punent.

L-isem Kushan ġej mill-kelma Ċiniża Guishuang (Ċ:貴霜) li kienet tiddiskrivi wieħed mill-ħames tribujiet ta' l-Yuezhi (Ċ:月氏), konfederazzjoni laxka ta' popli Indo-Ewropej li jitkellmu verżjonijiet tal-lingwa Tocharian. Kienu l-Indo-Ewropej li joqgħodu l-iktar fil-Lvant, li kienu jgħixu fil-Baċir Tarim fil-Xinjiang tal-lum il-ġurnata, sakemm ġew imkeċċija lejn il-Punent mill-Xiongnu fil176–160 q.K. Il-ħames tribujiet Yuezhi huma magħrufa fl-istorja Ċiniża bħala Xiūmì (Ch:休密), Guishuang (Ch:貴霜), Shuangmi (Ch:雙靡), Xidun (Ch:肸頓), u Dūmì (Ch:都密).

Il-Yuezhi waslu fir-renju Ellenistiku ta' Greco-Bactria, fit-territorju Bactrian (Afganistan u Uzbekistan ta' fuq) fil-135 q.K ċirka, u rrimpjazzaw id-dinastiji Griegi t'hemmhekk, li mxew fil-baċir Indus (illum fil-Pakistan) fil-parti tal-punent tar-Renju Indo-Grieg.

Mis-Seklu III 'l quddiem, l-Imperu Kushan beda jitfarrak.

Ċirka il-225, Vasudeva I miet u l-Imperu Kushan ġie maqsum f'żewġ partijiet, dak tal-lvant u dak tal-punent. Bejn il-224–240, is-Sasanians invadew Bactria u l-Indja ta' Fuq, fejn huma magħrufa bħala l-Indo-Sassanians. 

Għall-ħabta tal-270, il-Kushani tilfu t-territorji tagħhom fil-pjanura tal-Ganges, fejn ġie stabbilit l-Imperu Gupta ċirka 320.

F'nofs is-Seklu IV vassal Kushan fil-Pakistan, bl-isema ta' Kidara, ħa l-poter u kisser id-dinastija antika tal-Kushan. Huwa ħoloq renju magħruf bħala r-Renju Kidarite, avolja hu probabilment kien jikkunsidra lilu nnifsu bħala Kushan, kif inhu indikat bl-istil Kushan li adotta għall-muniti tiegħu. Il-Kidariti jidru li kienu pjuttost prosperużi, għalkemm fuq skala iżgħat mill-predeċessuri Kushani tagħhom.

Il-fdalijiet ta' l-Imperu Kushan kienu eventwalment imwarrba fis-Seklu V bl-invażjonijiet tal-White Huns, u iktar 'il quddiem bl-espansjoni ta' l-Iżlam.




#Article 116: Norman Lowell (142 words)


Norman Lowell (Pietà, 29 ta' Ġunju 1946) huwa l-fundatur tal-moviment politiku Malti, Imperium Europa, liema moviment ġie fundat fl-2000. Imperium Europa jħaddan politika liberali li taċetta l-kulhadd
Lowell ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju, 2004, fejn ġab 1,603 vot mal-ewwel għadd.

Riċentement, Lowell kien involut f'kampanji kontra l-immigrazzjoni ilegali li qed tiffaċja Malta, kif ukoll f'kampanja favur il-libertà tal-kelma u l-espressjoni. Fit-30 ta' Ġunju, 2005 huwa ġie akkużat b'instigazzjoni ta' mibgħeda razzjali u razziżmu minħabba l-viżjoni politika tiegħu, wara xi intervisti li dehru fis-sit Malti ta' satira politika, .

Norman Lowell huwa bankier kwalifikat, espert tal-arti marzjali (huwa l-fundatur ta' Ch'uan Shu f'Malta) kif ukoll pittur fl-istil Dionysian action painting.

Lowell kiteb ukoll żewġ kotba li jitrattaw l-ideali politiċi tiegħu. Dawn huma Credo - a book for the very few u Imperium Europa - a book that changed the world.




#Article 117: Imperium Europa (130 words)


Imperium Europa (bil-Malti: Imperu Ewropew) huwa moviment politiku Malti li twaqqaf minn Norman Lowell fis-sena 2000. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2004, Lowell ikkontesta bħala l-uniku kandidat ta' dan il-moviment u rnexxielu jġib 1,600 vot mal-ewwel għadd u eluf oħra għat-tieni preferenza.

Imperium Europa iħaddan politika leminija radikali u huwa favur l-għaqda tal-kontinent u l-ġens Ewropew taħt bandiera waħda u imperu wieħed maqsum f'diversi reġjunijiet li kollha jiffurmaw Ewropa waħda. Il-moviment jemmen ukoll li r-razez jeżistu u li dawn huma distinti minn xulxin. Għaldaqstant, il-moviment bħalissa għaddej b'kampanja kontra l-mewġa ta' immigrazzjoni illegali mill-Afrika li qed taħkem lill-Ewropa u b'mod speċjali lil Malta.

Il-motto ta' Imperium Europa huwa Magna Europa est Patria Nostra! (Ewropa akbar [magħquda] hija artna), u jħaddnu wkoll messaġġi ta' patrijottiżmu  Viva din l-art ħelwa. Viva Malta. Viva Ġensna.




#Article 118: Frankinċens (174 words)


Frankinċens huwa reżina aromatika ottenut mis-siġra Boswellia thurifera jew B. sacra. Huwa wżat fl-inċens.

Frankinċens (liema isem jirreferi għall-preminenza bħala inċens veru jew frank) huwa magħruf ukoll bħala olibanu, kelma li ġejja mill-Għarbi al-lubán (il-ħalib), bħala riferenza għas-sustanza mħallba estratta mis-siġra ta' l-olibanu.

Frankinċens kien jiġi wżat ħafna f'riti reliġjużi. Skond il-Vanġelu ta' Mattew 2:11, deheb, (frank)inċens u mirra kienu t-tliet rigali li s-Slaten Maġi ġabu lil Ġesù mil-Lvant. L-iżvilupp tal-Kristjaneżmu ħonoq is-suq tal-frankinċens fir-Seklu IV, deżertifikazzjoni għamlet ir-rotot tal-karovana li jgħaddu minn Rub al Khali jew 'Kwartier Vojt' ta' l-Arabja itkar diffiċli, u żieda fil-ħtif minn nomadi Parthian fil-Lvant Qrib, kollha għenu biex nixxfu s-suq tal-frankinċens wara ċa 300 WK.

Jingħad li l-Imperatur Ruman Neruni ħaraq ħażna ta' sena ta' frankinċens li kien intiż għall-belt tar-Ruma fil-funeral ta' martu, Poppaea.

Il-belt mitlufa ta' Ubar, xi drabi identifikata ma' Irem, f'dak li hu l-Oman illum il-ġurnata, huwa mifhum li kien ċentru tas-swieq ta' frankinċens tul 'Triq ta' l-Inċens' li reġgħet ġiet skoperta riċentement. Ubar kienet ġiet skoperta fil-bidu tas-Snin 90 u attwalment eżkavazzjoni arkeoloġika.




#Article 119: Ġove (mitoloġija) (140 words)


Ġove huwa figura tal-mitoloġija Rumana u kien l-alla tas-sema ta' l-Italja, u kien personalizzat bil-wasla ta' l-Etruski f'Ruma. Ismu ġej mill-italjanizzazzjoni ta' Iove ablativ ta' Iuppiter (fil-mitoloġija Griega huwa l-ekwivalenti ta' Żews).

Flimkien ma' Ġunone u Minerva, Ġove kien jifforma parti mit-triju ta' divinità l-kbar, u għalihom, ir-Rumani bnew tempju fuq il-Campidoglio.
B'hekk twieled f'Ruma l-kult ta' Ġove Ottimo Massimo, f'liema tempju kienu jmorru l-ġenerali waqt it-trijonf tagħhom.

Ġove kien:

B'dan il-mod, kien il-protettur fi żmien il-gwerra u dak li kien jiggarantixxi il-benessere fi żminijiet ta' paċi.
Iżżewweġ lil Ġunone, u kellhom tlitt itfal.

Anki Ġove, bħal parti l-kbira tad-divinità Rumani, m'għandux mitoloġija propja u ġie assimilat ma' Żeus tal-mitloġija Griega, fejn ġie anki assoċjat ma' leġġendi li il-veru Ġove Ruman qatt ma ħa sehem fihom.

Ġove normalment jiġi rraffigurat bħala raġel imdaħħal fiż-żmien, bi spallejn wesgħin u b'daqna folta.




#Article 120: Gżira (lokalità) (559 words)


Il-Gżira, hija belt li fir-reġjun ċentral ta' Malta u li tinsab bejn Tas-Sliema u l-Imsida, u qrid Ta' Xbiex. Il-popolazzjoni tal-Gżira hija ta' 8,029 (Marzu 2014). L-isem ta' din il-lokalità ġej mill-Gżira msemmija għall-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Ix-xatt tal-Gżira għandu veduti tal-Belt Valletta mdawra bis-swar, li huma mdawla billejl, u joħolqu sfond għall-Gżira Manoel, il-Yacht Marina u l-Ġnien Pubbliku.

F'nofs is-seklu 19 inbniet villa fil-Gżira mill-Kavallier Jacob Tagliaferro. Bil-mod il-Gżira bdiet tiżviluppa f'subborg tal-klassi tal-ħaddiema f’Tas-Sliema. Sas-snin sebgħin, il-Gżira kellha ħafna bars, partikolarment is-Snake Pit, il-Britannia u l-Granada fil-viċinanza tax-Xatt, liema attività ekonomika ntemmet meta s-Forzi Armati Ingliżi telqu minn Malta fil-31 ta’ Marzu 1979.

Mal-qalba tas-seklu 21, il-Gżira rat boom tal-propjetà immobbli, u bini ġdid, l-aktar appartamenti, jissostitwixxu l-bini l-antik.Il-Gżira llum tospita komunità ta' negozju f'lukandi, ristoranti, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji legali, kumpaniji tal-imħatri onlajn, proprjetà immobbli u uffiċċji qalb għad ta' residenti Maltin u ta' diversi entitajiet oħra. Il-Gżira hija magħrufa bħala belt pjuttost multikulturali, bi gruppi ta' immigranti stabbiliti u integrati sew.

Ir-raġuni ewlenija għall-popolarità ta' din il-belt hija li tinsab f'naħa pjuttost ċentrali ta' Malta, viċin sew tal-Università ta' Malta kif ukoll tal-belt kapitali, Valletta. 

Fil-Gżira hemm it-triq D'Argens li bis-saħħa tagħha beda l-iżvillupp f'Tas-Sliema u San Ġiljan. L-attivitajiet ewlenin tal-Gżira jinkludu industriji tas-servizzi, ħwienet kummerċjali u servizzi edukattivi. Il-kumpanija internazzjonali tal-imħatri Tipbet għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Triq Sir William Reid u t-Teatru Orpheum jinsab ukoll fil-Gżira.

L-iżvilupp li seħħ fil-bidu tas-seklu 21 ħa post numru ta' djar quddiem il-baħar u l-karattru li kellha l-belt qabel inbidel sew. Xhieda ta' dan huma l-faċċati tradizzjonalment Maltin li għadek issib fil-qalba tal-Gżira. Dan jidher sew f'għad ta' gallariji tal-injam u gallariji oħra maħdumin bil-ħadid fundut. 

Ir-rata tal-kriminalità fil-Gżira hija relattivament baxxa, u din il-belt hija ġeneralment sigura daqs il-bqija ta' Malta u Għawdex. Il-popolazzjoni tal-Gżira kienet pjuttost stabbli matul dawn l-aħħar snin. F'Marzu tal-2014 kien hemm 8,029 persuna jgħixu fil-Gżira. 

Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Il-festa annwali tagħha tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta ’Lulju. 

Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija magħrufa lokalment bħala tal-Ġebla. Dan b'referenza għal inċident li seħħ fil-qrib fl-10 ta' Lulju 1902. Tliet baħrin Brittaniċi fis-sakra, William Walls, Charles Thurbull u John Packhun, riedu jidħlu f’bar, li dak il-ħin kien magħluq. Meta Karmnu Brincat, is-sid tal-bar, irrifjuta li jiftaħ, il-baħrin bdew jitfgħu l-ġebel lejn il-post. Waħda minn dawn il-ġebel laqat niċċa żgħira b’ritratt tal-Madonna tal-Karmnu li kien hemm barra l-bar. Il-ġebla kissret il-ħġieġa tal-qafas, iżda ma għamlitx kuntatt mar-ritratt innifsu, li baqa‘ intatt. Minkejja r-riħ, il-ġebla baqgħet imwaħħla fil-ħġieġ imkisser. Il-ġebla tneħħiet minn Rev. Anton Manché u ttieħdet fil-Knisja Parrokkjali ta' Stella Maris f’Tas-Sliema, fejn il-kappillan kien ir-Rev. Francis Vincent Manché, ħu Anton. Sar talb u servizzi għar-riparazzjoni għal tlett ijiem u wara Dun Anton Anton Manché rnexxielu jwaqqaf kappella żgħira fil-Gżira fejn ittieħed dan l-inkatru kemm imsejjaħ tal-Madonna tal-Ġebla. 

Il-qafas, il-ħġieġ imkisser u l-ġebla li ntefgħet fuq ir-ritratt tal-Madonna ġew ippreservati u għadhom esebiti f'din il-knisja sal-lum. 

Fis-7 ta' Lulju 1913 l-Isqof Pietro Pace ddikjara l-kappella bħala viċi-parroċċa.

Fil-15 ta' Mejju 1921, l-Isqof Mauro Caruana ddikjara l-kappella bħala parroċċa. Dun Anton Manché kien l-ewwel kappillan u taħt id-direzzjoni tiegħu bejn l-1921 u l-1935 inbniet il-knisja parrokkjali eżistenti.

It-tieni kappillan fl-istorja tal-parroċċa tal-Gżira kien Dun Carlo Manché. Sar kappillan tal-Gżira fit-12 ta’ Marzu 1935 u dam jokkupa din il-kariga sal-mewtiu fit-18 ta’ Novembru 1950.

Il-Gżira hija ġemellata ma' Glyfada (fil-Greċja) u Wałbrzych (fil-Polonja).




#Article 121: Ħamrun (211 words)


Il-Ħamrun hi lokalita` mdaqqsa fiż-żona magħrufa bħala ta` barra il-Port. Il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet diġa kbira hafna meta sar l-ewwel ċensiment fl-1931, meta l-popolazzjoni kienet tlahhaq il-21,580. Il-popolazzjoni lahqet il-quċċata tagħha wara l-gwerra (it-tieni gwerra dinija) fil-1948, dik ta` 27,124. Minn dak iż-żmien il'hawn in-nies bdiet ħierga mill-Ħamrun b'rata sostanzjali u fl-aħħar statistika tal-2005 il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet niżlet għal 10,859.

Il-laqam tan-nies tal-lokal hu dak Tas-Sikkina; din hija lokalita` b'attività kummerċjali elevata ħafna, rinomat għall-ħwienet tal-għamara u tal-ħwejjeġ. Hawnhekk twieled ukoll il-poeta Mario Azzopardi, hi l-lokalità tal-President Emeritu Guido de Marco u għal ħafna snin għex il-qaddis Malti San Ġorġ Preca li kien iqaddes il-quddies fil-knisja ta' San Gejtanu. Il-Ħamrun ghandu wkoll it-tim tal-futbol, 'Ħamrun Spartans'. Fl-istaġun 2007-08 lagħab fil-Premier League, wara li rebaħ il-kampjonat ta' l-Ewwel Diviżjoni ta'l-2006-07. 

Il-Ħamrun huwa maqsum f'żewg parroċċi. L-ikbar u l-eqdem hija dik ta` San Gejtanu, mwaqqfa fl-1875. Fl-1968 giet imwaqqfa wkoll il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn il-parroċċi għandhom fi ħdanhom diversi attivitajiet u għaqdiet. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni giet introdotta għall-ewwel darba f'Malta il-Mixja Neokatekumenali, mnejn xterdet ghal 26 parroċċa ohra. Fil-Ħamrun hemm madwar tlettax-il komunità Neokatekumenali f'żewġ parroċċi,dik tal-Immakulata Kunċizzjoni u ta' San Gejtanu.

Il-Ħamrun u l-madwar huma magħrufin bħala ċentru ta` edukazzjoni fejn hemm numru kbir ta skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji, vokazzjonali, privati u tal-Knisja.




#Article 122: L-Iklin (170 words)


L-Iklin hu villaġġ modern fiċ-ċentru ta' Malta, u l-ewwel dar nbniet fl-1958. L-Iklin jinsab bejn Birkirkara u n-Naxxar. Ammont ta' ħwienet u bini kummerċjali nfetħu f'dawn l-aħħar snin.

Fl-1967, instab tempju neolitiku fil-villaġġ;

Fil-15 ta’ Awwissu 1995 il-Kanonku Karm Aquilina inhatar mill-Arcisqof Guzeppi Mercieca bhala responsabbli mill-pastorali taz-zona tal-Iklin, bil-mandat li jibni Centru Pastorali gdid. 

Fis-16 ta’ Gunju 2000 sar it-Tberik u t-Tqeghid tal-ewwel gebla ta’ dan ic-Centru gdid mill-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca. Fid-19 ta’ Marzu 2002 l-istess Arcisqof fetah ufficjalment dan ic-Centru li jikkonsisti fi knisja mdaqqsa, kmamar ghat-taghlim tad-duttrina, sala ghal laqghat ta’ kull xorta, centru ghaz-zghazagh u l-ufficcju parrokkjali. 

Fil-15 ta’ Frar 2003 l-Iklin gie ddikjarat Zona Pastorali Awtonoma bil-fakultajiet u l-obbligi kollha ta’ Parrocca. Dakinhar il-Kanonku Karm Aquilina ha l-pussess bhala Rettur taz-Zona, bl-obbligi kollha ta’ Kappillan. 

Fid-19 ta’ Marzu 2005 l-Iklin gie ddikjarat Parrocca taht it-titlu tal-Familja Mqaddsa u l-Kanonku Karm Aquilina nhatar l-ewwel Kappillan tal-komunita` tal-Iklin. 

Teżisti wkoll kappella żgħira ddedikata lil San Mikiel, u l-festa tiegħu hi fl-ewwel Ħadd qabel id-29 ta' Settembru.




#Article 123: Plutone (mitoloġija) (726 words)


Fil-mitoloġija Rumana, Plutone (jew Plutun, bil-Latin Pluto, bil-Grieg Antik Πλούτων Plouton) kien l-alla tad-Dinja ta' Taħt. L-ekwivalenti tiegħu fil-mitoloġija Griega kien Ħajdes(Ἅιδης/ᾍδης, Hāidēs), għalkemm Plutone kien inqas aħrax. L-isem sikwit jiġi konfuż ma' diak ta' Pluto (bil-Grieg antik  Πλοῦτος Ploutos), l-alla Grieg tal-Ġid.

Pluto kien bin Saturnu u Opi u żewġ Proserpina, li ħataf biex jiżżewiġha. Omm Proserpina, Cerere, kienet tant milquta li ġiegħlet li ssir ix-xitwa.

Il-palazz tiegħu jinsab f'nofs it-Tartaru, fejn bħala sovran jikkmanda l-istat tiegħu u jiddetta l-liġijiet inflessibbli tiegħu. Is-suġġetti tiegħu, dellijiet ħfief u kważi kollha miżerabbli, huma numerużi daqs il-mewġ tal-baħar u l-istilel tas-sema: dawk kollha li l-mewt taħsad mill-wiċċ tad-dinja jaqgħu taħt ix-xettru ta' dan l-alla jew issiru l-priża tiegħu. Mill-jum li ħa s-setgħa f'idejh, ħadd mill-ministri tiegħu qatt kiser l-ordnijiet tiegħu u l-ebda wieħed mis-suġġetti tiegħu qatt ipprova jirbella. Mit-tliet allat sovrani li jikkontrollaw id-dinja, hu biss qatt ma kellu biża' ta' insubordinazzjoni jew diżubbidjenza u l-awroritàa tiegħu hi rikonoxxuta universalment.

Ir-Rumani bdew Pluto mhux biss fost l-allat tnax kbir iżda wkoll fost it-tmien allat magħżula, huma kienu l-uniċi li kienu permessi biex jirrappreżentaw fil-deheb, fidda u avorju.

F'Ruma kien hemm qassisin awtur i ddedikata biss għal Pluto. Biss kienu sagrifikati, u l Hades Griegi, vittmi skur u dejjem fin-numru, filwaqt li allat oħra kienu sagrifikati numru fard. Il-sagrifiċċji kienu kompletament imnaqqsa għall-irmied u l-qassis ma jirriservaw xejn, mhux għall-poplu jew għalih. Qabel l-immolations, fossa kien dug biex jiġbru demm u l-inbid jitferra libations. Matul l-sagrifiċċji, il-qassisin jinżammu kapijiet tagħhom mikxufa u rakkomandati helpers silenzju, aktar minn ta 'rispett għall-alla jibżgħu.

Fi Sqallija, il- Syracusans lilu kull sena sagrifikati żewġ barrin iswed qrib is-sors ta 'Ciane, fejn tradizzjoni tefa' l-istupru ta Proserpine. F'Ruma, fuq Ġunju 20, il-jum ta 'parti tiegħek, biss fetaħ il-tempju ta' Pluto. Huwa kien annimali skur häired sagrifikati (nagħaġ jew tal-ħnieżer) u kien iddedikat għal inflessibbli rabja tiegħu li kollha kienu kkundannati għall-mewt.

Tempji u reliġjon ======

Malli Mount Soracte, fl-Italja, Pluto maqsuma l-unuri ta 'tempju komuni għall Apollo. Għalhekk, faliscos, ir-residenti, ħasbu li għandhom jonoraw kemm sħana taħt l-art u l-orb tal-ġurnata.

L-abitanti ta 'l-Lazio u madwar Croton kienu mogħtija lill-king tal-Underworld l-żewġ bħala numru unhappy. għall-istess raġuni, ir-Rumani ikkonsagrata-tieni xahar tas-sena, u kien maħtur-tieni jum speċifikament biex joffru sagrifiċċji.

Character ======
Ta 'l-allat, Pluto kien l-aktar bla ħniena u beżgħu mill-irġiel, li jsejjaħħlu Adamastos (inflessibbli) jew stygeros (terribbli). Huwa beżgħu għall kruha tiegħu u ebusija ta 'karatteristiċi tiegħu. Filwaqt li kien inflessibbli, kien meqjus l-aktar ġusta ta 'l-allat, għax renju tiegħu kellhom xi mortali li jaslu tard jew qabel, irrispettivament mill-klassi, rank jew post ta' oriġini.

Kien meqjus aktar tard bħala beneficent god, dispenser ta 'ġid. Skond  Pausanias, Epimenides kienu mqiegħda istatwa tiegħu fil-tempji tal-Eumenides u, kontra l-drawwa tas-soltu, ġie ppreżentat bil-forma u l-attitudni pjaċevoli.

Attributi ======
Huwa spiss jidhru bil dogskin elmu mogħtija mill-Cyclops li jagħmel lilu inviżibbli u qatt ħa off. Huwa wkoll ġeneralment mpinġi ma 'scepter.

L-attribut li normalment tidher quddiemu huwa l-Ċipru, li l-weraq skur jesprimi dwejjaq u uġigħ. Qassisin tagħhom ġew ippreżentati kuruni u mħawla ħwejjeġ tagħhom fil-sagrifiċċji.

Annimali rappreżentant ======
Il-kelb (Cerberus) u erba 'żwiemel iswed.

Rappreżentazzjonijiet ====
Pluto huwa normalment mpinġi ma 'beard ħoxna u arja poppa. Huwa ta 'spiss jilbes elmu tiegħu, rigal mill-Cyclopes u kellu l-poter ta' dan inviżibbli. Kultant jilbes forehead tiegħu ma 'kuruna ta' Ebony,  maidenhair jew  Narcissus. Meta hu tpoġġi fuq it-tron tiegħu ta 'Ebony jew kubrit twettaq fil-lemin tiegħu scepter iswed, furketta jew spade. Kultant ikollok ċwievet fl-idejn tagħhom, li jindikaw li l-bibien ikunu magħluqa għal dejjem ħajja għal dawk li ġejjin fil renju tiegħu.

Huwa wkoll fil-chariot tiegħu jsir minn erba żwiemel iswed.

Plutone huwa figura tal-mitoloġija Rumana, l-alla tal-mejtin u tad-dinja l-oħra. Jikkorrispondi għall-alla tal-mitoloġija Griega, Ade. Plutone, li xi mindaqqiet kienu jsibuh ukoll bħala Dite, kien miżżewweġ lil Proserpina.

Flimkien ma' Ġove u Nettunu, Plutone għen biex iwaqqgħu lil missierhom, Saturnu mill-poter. Huma u jaqsmu d-dinja bejniethom, Ġove għażel is-smewwiet bħala r-renju tiegħu, l-għażla ta' Nettunu waqgħet fuq is-saltna tal-baħar, waqt li Plutone laħaq ir-renjant tad-dinja ta' taħt.

Oriġinarjament kien meqjus bħala alla aħrax u bla ħniena, li la jagħti widen lit-talb u wisq anqas lis-sagrifiċċji. Il-karatteristiċi twajba u inqas feroċi tiegħu iżda, tperrċu fil-kulti u fit-twemmin popolari fejn deher bħala għajn ta' prosperità u providenza għaliex kien irodd ħwejjeġ merfugħin taħt l-art bħall-minerali u l-prodotti tar-raba'. Ta' spiss il-kult tiegħu kien jiġi assoċjat ma dak ta' Ċerere.




#Article 124: Ekoloġija (106 words)


L-ekoloġija hija l-istudju xjentifiku tad-distribuzzjoni u l-abbundanza tal-ħlejjaq u kif id-distribuzzjoni u l-abbundanza tagħhom huma affettwati bl-interazzjonijiet bejn dawn il-ħlejjaq u l-ambjent tagħhom . 

L-ambjent ta' ħlejqa jinkludi kemm propjetajiet fiżiċi (li jistgħu jiġu deskritti bħala t-total ta' fatturi lokali bħal ngħidu aħna, id-dawl tax-xemx, il-klima u l-ġeoloġija), kif ukoll il-ħlejjaq li jaqsmu flimkien l-abitat. It-terminu oekologie ġie vvintat fl-1866 mill-bioloġista Ġermaniż Ernst Haeckel. Din il-kelma tnisslet mill-Grieg οικος (oikos, dar) u λόγος (logos, studju); għaldaqstant ekoloġija tfisser l-istudju tad-dar [tan-natura].

Il-kelma ekoloġija tintuża' ta' spiss bħala sinonimu ta' l-ambjent naturali jew ta' l-ambjentaliżmu. Ħafna drabi wkoll, il-kelma ekoloġiku tittieħed bħala kelma li tfisser favur l-ambjent.




#Article 125: Matematika (2039 words)


Il-kelma Matematika ġejja mill-Grieg μάθημα (máthema), li tfisser tgħalim, jew xjenza; μαθηματικός (mathematikós) tfisser wieħed li jrid jitgħallem.

Fid-dixxiplina tal-Matematika nistudjaw problemi dwar il-kwantità, estensjoni u figuri spazjali, moviment tal-korpi, u l-istrutturi kollha fejn nistgħu neżaminaw dawn l-aspetti b'mod ġenerali.

Il-Matematika għandha tradizzjoni qadima fil-ġnus kollha; kienet l-ewwel dixxiplina li adottat metodi rigorużi ħafna, u b'hekk laħqet l-istatus ta’ xjenza; progressivament il-metodi tagħha żviluppaw u nfirxu ma ħafna oqsma fejn jistgħu ikunu ta’ għajnuna fil-komputazzjoni u l-immudellar. 

L-analisi matematika bdiet mill-formulazzjoni rigoruża tal-kalkulu infiniteżmali. Hija fergħa tal-matematika li tikkonċentra fuq l-ideja tal-limitu: il-limitu ta’ suċċessjoni jew il-limitu ta’ funzjoni. Tinkludi wkoll it-teoriji tad-differenzazzjoni, integrazzjoni u meżura, serji infiniti, u funzjonijiet analitiċi. L-istudju ta’ dawn it-teoriji ħafna drabi jsir fil-kuntest tan-numri reali, numri komplessi, u  funzjonijiet reali u komplessi. Madankollu, nistgħu niddefinixxu u nistudjaw dawn it-teoriji f’kull spazju ta’ oġġetti matematiċi li fih hu possibbli li nagħtu definizzjoni ta’ distanza (spazju metriku) jew  iżjed ġenerali ta’ qrubija (spazju topoloġiku).

Għandna nistudjaw l-analisi matematika fil-kuntest iżjed wiesa' ta’ l-ispazji topologiċi jew spazji metriċi għal żewġ raġunijiet:

Il-matematiċi Griegi bħal Ewdossu u Arkimede meta applikaw il-metodu ta’ l-eżawriment biex jikkalkulaw l-arja u l-volum ta’ xi reġjuni u solidi użaw il-kunċetti tal-limiti u l-konvergenza b’mod informali. Fl-Indja, il-matematiku tas-seklu 12, Bhaskara ġa kellu l-ideja tal-kalkulu differenzjali u ta eżempji tad-derivata, flimkien mal-propożizzjoni ta’ dik li nsejħulu llum it-Teorema ta’ Rolle.

Fis-seklu 14, l-analisi matematika bdiha Madhava ta’ Sangamagrama,  meqjus bħala  l-fundatur ta’l-analisi matematika. Hu żviluppa idejat fundamentali: l-iżvilupp ta’ funzjoni f’serje infinita, serje ta’ potenzi, is-serje ta’ Taylor, u l-approssimazzjoni razzjonali ta’ serje infinita. Żviluppa wkoll is-serje ta’ Taylor għall-funzjonijiet trigonometriċi tas-senu, kosenu, tanġenti u arktanġenti, u stima l-iżbal li nagħmlu meta naqtgħu is-serje. Żviluppa l-frazzjonijiet kontinwati infiniti, l-integrazzjoni b’termini wara termini, l-approssimazzjoni b’serje ta’ Taylor tas-senu u kosenu, u s-serje f’potenzi tar-raġġ, diametru, ċirkonferenza, π, π/4 u l-anglu θ. Id-dixxipli tiegħu fl-iSkola ta’ Kerala baqgħu ikkabru x-xogħol tiegħu sas-seklu 16.

Fl-Ewropa, fit-tieni nofs tas-seklu 17, Newton u Leibniz independement minn xulxien żviluppaw il-kalkulu, li bl-istimulu ta’ l-applikazzjonijiet matul is-seklu 18 rabba ħafna friegħi bħall-kalkulu tal-varjazzjonijiet, l-ekwazzjonijiet differenzjali ordinarji u parzjali u l-analisi ta’ Fourier . F’dal-perijodu, il-metodi tal-kalkulu ġew applikati biex japprossimaw problemi diskreti b’oħrajn kontinwi.

Fis-seklu18, Euler introduċa il-kunċett ta’ funzjoni matematika. Fis-seklu19, Cauchy kien l-ewwel li stabbilixa l-kalkulu fuq pedament loġiku sod bl-introduzzjoni ta’ l-ideja tas-suċċessjoni ta’ Cauchy. Beda wkoll it-teorija formali ta’ l-analisi komplessa. Poisson, Liouville, Fourier u oħrajn studjaw l-ekwazzjonijiet differenzjali parzjali u l-analisi armonika. 

F’nofs is-seklu Riemann introduċa t-teorija tiegħu tal-integrazzjoni. F’l-aħħar terz tas-seklu 19, Weierstrass li l-fehma tiegħu kienet li l-argumenti ġometriċi jistgħu iqarqu bina, daħħal l-aritmetizzazzjoni ta’ l-analisi u introduċa id-definizzjoni epsilon-delta tal-limitu. Wara, il-matematiċi bdew jinkwietaw li kienu qegħdin jassumu l-eżistenza tal-kontinwu tan-numri reali mingħajr prova. Dedekind imbagħad ta kostruzzjoni tan-numri reali bil-methodu tal-qtugħ ta’ Dedekind, li bih il-matematiċi jikkrejaw numri rrazzjonali li jimlew il-vojt bejn in-numri razzjonali, u hekk joħolqu sett komplet: il-kontinwu tan-numri reali. Madwar dak iż-żmien l-isforzi għar-raffinar tat-teoremi ta’ l-integrazzjoni ta’ Riemann wasslu għall-istudju tal-qies tas-sett tad-diskontinwitajiet tal-funzjonijiet reali.

Fl-istess ħin, bdew jinħolqu mostri (funzjonijiet mkien kontinwi, funzjonijiet kontinwi imma mkien differenzjabbli, kurvi li jimlew l-ispazju). F’dal-kuntest, Jordan żviluppa t-teorija tiegħu tal-meżura, Cantor żviluppa dik li daż-żmien insejħulha it-teorija sempliċi tas-settijiet, u Baire ipprova it-teorema tal-kategoriji ta’ Baire. Fil-bidu tas-seklu 20, il-kalkulu ġie formalizzat b’l-użu tat-teorija assjomatika tas-settijiet. Lebesgue irriżolva l-problema tal-miżura, u Hilbert introduċa l-ispazji ta’ Hilbert biex jirriżolvi l-ekwazzjonijiet integrali. L-ideja ta’ l-ispazji vettorjali normati kienet infirxet, u f’l-20ijiet tas-seklu Banach ħoloq l-analisi funzjonali.

L-Analsi Matematika  tinkludi dawn l-oqsma: 

Il-kelma Analisi Klassika s-soltu tfisser analisi mingħajr l-użu tal-metodi tal-analisi funzjonali.  L-istudju tal-ekwazzjonijiet differenzjali issa  huwa mferrex ma friegħi oħra bħas-sistemi dinamiċi, imma ġħadu mportanti ħafna fl-analisi konvenzjonali.

L-alġebra hi waħda mill-friegħi prinċipali tal-matematika u titratta l-istudju ta’ strutturi alġebrin, relazzjonijiet u kwantità.

Il-kelma alġebra (mill-Għarbi الجبر, al-ġabr li tfisser ġabra) ġejja mill-isem tal-ktieb tal-matematiku Persjan Għarbi Muħammad ibn Musa al-Khwariżmi, intitolat Al-Kitab al-Ġabr wa-l-Muqabala (Il-Ktieb tal-Ġabra u t-Tqabbil), li jittratta ir-riżoluzzjoni tal-ekwazzjonijiet linjari u kwadratiċi.

L-alġebra elementari li normalment tifforma parti mill-kurrikulu ta’ l-iskejjel sekondarji, tintroduċi l-ideja ta’ simboli jew varjabbli li jirrepreżentaw kwantitajiet mhux magħrufa. Nitgħalmu wkoll kif ngħoddu u nimmoltiplikaw dawn il varjabbli, fuq il-polinomji mibnija minnhom u l-fattorizzazzjoni u l-kalkulazzjoni tar-radiċi. 
Però, l-alġebra hi ħafn’ usa’ minn hekk. L-għadd u l-moltiplikazzjoni nistgħu nqisuhom bħala operazzjoniet ġenerali  u d-definizzjoni eżatta tagħhom twassalna għal strutturi ġodda bħal gruppi, ċrieki u kampi.

L-Alġebra elementari hija l-forma l-iżjed bażika ta’ l-alġebra. Jitgħalmuha l-istudenti li m’għandhomx tgħalim tal-mathematika iżjed avvanzat mill-prinċipji bażiċi ta’ l-aritmetika. Fl-aritmetika, nsibu biss in-numri u l-operazzjonijiet aritmetiċi fuqhom (bħal +, −, ×, ÷). Fl-alġebra, in-numri spiss nirripreżentawhom bis-simboli (bħal a, x, y). Din ir-repreżentazzjoni għandha dawn il-vantaġġi:

L-alġebra astratta’ testendi il-kunċetti li nsibu fl-alġebra elementari għal oħrajn iżjed ġenerali.

Settijiet: Minnflok  nikkunsidraw biss it-tipi ta’ numri differenti, fl-alġebra astratta nqisu il-kunċett iżjed ġenerali ta’ sett li hu ġabra ta’ oġġetti (li jgħidulhom elementi) li għandhom ċerta propjetà speċifika għas-sett. Pereżempju in-numri reali jiffurmaw sett u n-numri komplessi sett ieħor. Eżempji oħra ta’ settijiet jinkludu is-sett tal-matriċi ta’ tnejn-bi-tnejn, is-sett tal-polinomji tat-tieni ordni (ax2 + bx + c), is-sett tal-vetturi bi-dimensjonali, u gruppi finiti varji bħall-gruppi ċikliċi, jiġifieri l-gruppi tan-numri interi modulo n. It-Teorija tas-settijiet hija fergħa tal-loġika u teknikament mhux fergħa ta’ l-alġebra.

Operazzjonijiet binarji: L-ideja ta’ l-għadd (+) nistgħu nagħmluha iżjed astratta biex ittina operazzjoni binarja, * ngħidu aħna. Il-kunċett ta’ operazzjoni binarja ma jfisser xejn jekk ma nagħtux is-sett li fuqu qed niddefinixxu l-operazzjoni. Għal żewġ elementi a u b f’sett S a*b ittina element ieħor fis-sett, (dil-kundizzjoni ngħidulha għeluq taħt l-operazzjoni). L-Għad (+), it-Tnaqqis (-), il-moltiplikazzjoni (×), u d-diviżjoni (÷) huma operazzjonijiet binarji meta niddefinuhom fuq settijiet addattati, kif ukoll l-għadd u l-moltiplikazzjoni tal-matriċi, vetturi u polinomji.

Elementi ta’ l-identità: Il-kunċett ta’ l-“element ta’ l-identità” huwa l-astrazzjoni tan-numri żero u wieħed. Żero huwa l-element ta’ l-identità għall-għadd and u wieħed l-element ta’ l-identità għall-moltiplikazzjoni. Għal operazzjoni binarja ġenerali * l-element ta’ l-identità e irid jissodisfa a * e = a u e * a = a. Għall-għadd din hi sodisfatta billi a + 0 = a u 0 + a = a u għall-moltiplikazzjini wkoll għax a × 1 = a u 1 × a = a. Imma, jekk nieħdu in-numri naturali pożitivi u l-operazzjoni ta’ l-għadd, m’hemmx element ta’ l-identità.

Elementi inversi: Minn-numri negattivi noħolqu l-kunċett ta’ element invers jew sempliċiment l-invers. Għall-għadd, l-invers ta’ a huwa -a, u għall-moltiplikazzjoni l-invers hu 1/a. L-element invers ġenerali a-1 jrid jissodifa r-relazzjoni a * a-1 = e u a-1 * a = e.

Assoċjattività: L-għadd tan-numri interi għandu propjetà li nsejħulha assoċjattività. Jiġifieri, l-kumbinazzjoni tan-numri li nkunu qed nogħdu ma tbiddilx is-somma tagħhom. Pereżempju: (2+3)+4=2+(3+4). Fil-kuntest generali, din issir (a * b) * c = a * (b * c). Il-biċċa kbira ta’ l-operazzjonijiet binarji għandhom din il-propjetà imma t-tnaqqis u d-diviżjoni le. 

Kommutattività: L-għadd tan-numri interi għandu wkoll propjetà oħra li ngħidulha kommutattività. Jiġifieri, l-ordni tan-numri li nkunu qed nogħdu ma tbiddilx is-somma tagħhom. Pereżempju: 2+3=3+2. Fil-kuntest generali, din issir a * b = b * a. Mhux l-operazzjonijiet binarji kollha għandhom din il-propjetà. L-għadd u l-moltiplikazzjoni tan-numri interi għandhom din il-propjetà imma l-moltiplikazzjoni tal-matriċi le.

Meta niġbru flimkien il-kunċetti li rajna qabel, ikollna waħda mill-iżjed strutturi mportanti fil-matematika: il- grupp. Grupp jikkonsisti f’sett S u operazzjoni waħda li rridu, li niktbuha '*', imma li jrid ikolla dawn il-propjetajiet:

Jekk grupp hu anki kommutattiv - jiġifieri, għal kull żewg membri a u b ta’ S, a * b hija ugwali għal b * a – il-grupp ngħidu li hu Abeljan.

Pereżempju, is-sett tan-numri interi bl-operazzjoni ta’ l-għadd huwa grupp. F’dal grupp, l-identità hija 0 u l-invers ta’ kull element a huwa n-negativ tiegħu, -a. Il-kundizzjoni ta’ assoċjattività hi sodisfatta, għax għal kull tliet numri interi  a, b u c, (a + b) + c = a + (b + c).

Imma l-interi bl-operazzjoni tal-moltiplikazzjoni ma jiffurmawx grupp. Dan jiġri għax, in ġenerali, l-invers moltiplikattiv ta’ numru interu mhuwiex interu. Pereżempju, 4 huwa interu, imma  l-invers moltiplikattiv tiegħu hu 1/4, li mhux interu.

L-istudju tal-gruppi jsir fit-teorija tal-gruppi. Wieħed mir-riżultati l-iżjed importanti f’din it-teorija kien il-klassifikazzjoni tal-gruppi finiti sempliċi li l-ikbar parti tagħha ġiet ippublikata bejn xi l-1955 u l-1983. Din tqassam il-gruppi sempliċi finiti f’xi 30 tip bażiku.

Semigruppi, kważigruppi, u monoidi huma strutturi simili għall-gruppi, imma iżjed ġenerali. Jikkonsistu f’sett u operazzjoni binarja magħluqa, imma ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet l-oħra neċessarjament. Semigrupp għandu operazzjoni binarja assoċjattiva, imma jista’ jkun li m’għandux element ta’ l-identità. Monoid huwa semigrupp li għandu identità imma jista’ jkun li m’għandux invers għal kull element. Kważigrupp għandu l-propjetà li kull element jista’ jinbidel f’kull ieħor bi pre- jew post-operazzjoni unika; imma l-operazzjoni binarja jista’ jkun li mhux assoċjattiva.

Il-gruppi kollha huma monoidi, u l-monoidi kollha huma semigruppi.

Il-gruppi għandhom operazzjoni binarja waħda biss. Biex nispjegaw il-mekkaniżmu tat-tipi ta’ numri differenti kompletament, hemm bżonn li nistudjaw strutturi b’żewġ operazzjonijiet. L-iżjed importanti fost dawn huma ċ-Ċrieki, u l-Kampi. 

Id-Distributtività tiġġeneralizza l-liġi distributtiva tan-numri u tiffissa  f’liema ordni għandna napplikaw l-operazzjonijiet, (ngħidulha l-preċedenza). Għall-interi (a + b) × c = a×c+ b×c u c × (a + b) = c×a + c×b, u ngħidu li × hija  distributtiva  fuq +.

Ċirku għandu żewġ operazzjonijiet  (+) u (×), fejn × hu distributtiv fuq +. Taħt l-ewwel operazzjoni (+) jifforma grupp Abeljan. Taħt it-tieni operazzjoni (×) hu assoċjattiv, imma m’hemmx bżonn ta' identità jew ta' invers, u allura ma nistgħux niddividu. L-element ta’ l-identità ta’ l-għadd (+) niktbuha bħala 0 u l-inverse ta’ l-għadd ta’ a jinkiteb -a.

In-numri interi huma eżempju ta’ ċirku. 

Kamp hu ċirku b’propjetà oħra miżjuda li l-elementi kollha barra 0 jiffurmaw  grupp Abeljan taħt ×. L-identità moltiplikattiva (×) niktbuha bħala 1 u l-invers moltiplikattiv ta’ a jinkiteb a-1.

In-numri razzjonali, in-numri reali u n-numri komplessi huma kollha eżempji ta’ kampi.

Il-kelma alġebra nużawha wkoll għal xi strutturi alġebrin:

L-alġebra nistgħu nsibu l-oriġini tagħha fil-Babilonja antika. Il-Babilonjani żviluppaw  sistema aritmetiku avvanzat li bih setgħu jagħmlu kalkulazzjonijiet b’metodu alġebri. Permezz ta’ dan is-sistema, setgħu japplikaw formoli u jikkalkulaw valuri mhux magħrufa għal klassi ta’ problemi li daż-żmien nirriżolvuhom bl-użu ta’ ekwazzjonijiet linjari, ekwazzjonijiet kwadratiċi u ekwazzjonijiet linjari indeterminati. Għall-kontrarju, il-biċċa kbira tal-matematiċi Eġizzjani ta’ dak iż-żmien, u l-biċċa kbira tal-matematiċi Indjani, Griegi u Ċiniżi f’l-ewwel millennju QK, is-soltu kienu jirriżolvu dawn il-problemi b’metodi ġometriċi, bħal dawk imfissra  fil-Papiru Matematiku ta’ Rhind, Sulba Sutras, L-Elementi ta’ Ewklidi, u Id-Disgħa Kapitli fuq’ l-Arti Matematika.  Ix-xogħol ġometriku tal-Griegi, li l-Elementi huwa eżempju tajjeb ħafna tiegħu, ipprovda s-sisien għall-ġeneralizzazzjoni tal-formuli mis-soluzzjoni ta’ problemi partikulari għal sistemi iżjed ġenerali li jistgħu jintużaw għall-formulazzjoni u s-soluzzjoni tal-ekwazzjonijiet.

Il-kelma alġebra ġejja mill-Għarbi al-ġabr fit-titlu tal-ktieb  al-Kitab al-muhtasar fi ħisab al-ġabr wa-l-muqabala, li jfisser Il-ktieb fil-qosor fi ħsib il-ġbir u tqassim. Dan kitbu il-matematiku Persjan  Muħammad ibn Musa al-Khwariżmi (Għarbi: محمد بن موسى الخوارزميّ المجوسيّ القطربّليّ) fit-820. Il-matematiku Grieg Diofantu (Grieg: Διόφαντος ὁ Ἀλεξανδρεύς t. bejn 200 u 214, m. bejn 284 u 298 AD) hu tradizzjonalment magħruf bħala “missier l-alġebra” imma hemm argument jekk Al-Khwariżmi għandux joħodlu dan it-titlu. Dawk li jżommu ma Al-Khwariżmi jsossnu li ħafna mix-xogħol tiegħu fuq “il-ġbir” jew riduzzjoni għadu użat sa llum u li hu ta spjegazzjoni kompleta fuq is-soluzzjoni ta’ l-ekwazzjonijiet kwadratiċi. Dawk li jżommu ma Diofantu jgħidu li l-alġebra li nsibu f’Al-Ġabr hi iżjed elementari mill-alġebra fl- Aritmetika ta’ Diofantu u li l-Aritmetika hi miktuba fi stil sinkopat waqt li Al-Ġabr hi kollha fi stil retoriku. Matematiku Persjan ieħor, Omar Khajjam (Persjan: غیاث الدین ابو الفتح عمر بن ابراهیم خیام نیشابوری t. 18 ta’ Mejju, 1048, m. 4 ta’ Diċembru, 1131), żviluppa l-ġometrija alġebrija u sab soluzzjoni ġenerali ġometrika ta’ l-ekwazzjonijiet kubiċi. Il-matematiċi Indjani Maħavira u Baskara II, u l-matematiku Ċiniż Żu Xiġje, irriżolvew xi każi ta’ ekwazzjonijiet kubiċi, kwartiċi, kwintiċi u polinomjali ta’ ordni ogħla.

F’nofs is-seklu 16 kien hemm żvilupp importanti ieħor ta' l-alġebra. Dan kien is-soluzzjoni alġebrija ġenerali tal-ekwazzjonijiet kubiċi u kwartiċi. L-ideja ta’ determinant żviluppha l-matematiku Ġappuniż Kowa Seki fis-seklu 17, u għaxar snin wara Gottfried Leibniz uża d-determinanti biex jirriżolvi sistemi ta’ ekwazzjonijiet linjari simultanji premezz tal-matriċi. Fis-seklu 18, Gabriel Cramer ukoll ħadem fuq il-matriċi u d-determinanti. L-iżvilupp ta’ l-Alġebra astratta sar fis-seklu 19. Fil-bidu dan ix-xogħol ikkonċentra fuq li daż-żmien insejħulha it-teorija ta’ Galois u fuq kwistjonijiet tal-kostruttibbiltà.

L-istadji ta’ l-iżvilupp ta’ l-alġebra simbolika kienu bejn wieħed u ieħor dawn:

Kronoloġija ta’ żviluppi kritiċi fl-alġebra:




#Article 126: Lingwa Latina (108 words)


L-Ilsien Latin huwa membru mis-sottofamilja Italika tal-lingwi Indo-Ewropej.  Minnu nixxew l-ilsna Rumanzi moderni.  Fost il-lingwi Indo-Ewropej, il-Latin hu wieħed mill-eqdem ilsna wara s-Sanskrit u l-Grieg.

L-alfabet Latin modern fiha 26 karattri. Dawn huma (b'ittri kbar): A, B, C, D, E, F, G, H, I, J, K, L, M, N, O, P, Q, R, S, T, U, V , W, X, Y, Z; u ittri żgħar: a, b, c, d, e, f, g, h, i, j, k, l, m, n, o, p, q, r, s, t, u, v, w, x, y, z. l-ordni ta 'dawn l-ittri hija arbitrarja u bla ħsara differenti mill-ordni li l-alfabett Indjan ebda aspett fonetiku.




#Article 127: Settembru (102 words)


Settembru hu d-disa' xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan, kif ukoll wieħed mill-erba' xhur Gregorjani ta' 30 ġurnata.

Ix-xahar ta' Settembru jibda fl-astroloġija oċċidentali bix-xemx fis-sinjal tal-Verġni u jispiċċa f'dak tal-Miżien. Astronomikament, ix-xemx attwalment tibda fil-kostellazzjoni tal-Iljun u tispiċċa fil-kostelazzjoni tal-Miżien. Fil-Latin, septem tfisser sebgħa u septimus tfisser is-seba'; Settembru kien fil-fatt is-seba' xahar fil-kalendarju Ruman sas-sena 153 QK, meta kienet hemm riforma fil-kalendarju.

Settembru jimmarka l-bidu tas-sena ekkleżjastika fil-Knisja Ortodossa Orjentali. Dan ix-xahar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Diċembru kull sena, minħabba l-fatt li hemm 91 ġurnata li jisseparaw lil Settembru u Diċembru, li hu numru multiplu ta' sebgħa (in-numru ta' ġranet f'ġimgħa). 




#Article 128: Apollo (divinità) (156 words)


Fil-mitoloġija Griega Apollo, magħruf ukoll bħala Deljan (laqam li ġej minn Delos, il-gżira li twieled fuqha), huwa iben Żeus u Leto, it-tifla ta' Titan.  Skond il-leġġenda Omerika, Apollo kien alla tal-profezija u ġieli ta d-don tal-profezija lill-mortali li kien iħobb.  Waħda minn dawn kienet il-prinċipessa Trojjana Cassandra.  L-iktar oraklu importanti tiegħu hu dak ta' Delfi. 

Mużiċista prim, Apollo kien ipaxxi lill-allat bid-daqq tal-lira. Kien magħruf ukoll bħala qawwas ħili ferm u bħala atleta - l-ewwel wieħed li rebaħ il-logħob Olimpiku.  Oħtu t-tewmija, Artemis, kienet il-gwardjana tax-xebbiet, waqt li hu kien iħares il-ġuvintur. Minbarra dan, jingħad li Apollo kien anke l-alla ta' l-agrikoltura, tal-merħliet, tad-dawl u tal-verità.  Ġieli ġie mfixkel ma' Eljos, l-alla tax-xemx, u oħtu ma' Selene, l-alla tal-qamar.  Kien hu li għallem lill-mortali l-arti tal-fejqan.  Frott is-sbuħija fiżika tiegħu, Apollo ġie rraffigurat fl-arti antika iktar minn kull divintà oħra.  L-iktar li tpenġa hu bħala żagħżugħ sabiħ, kważi dejjem bla leħja, u b'lira jew b'qaws f'idejh.




#Article 129: Venere ta' Willendorf (325 words)


Il-Venere ta' Willendorf, magħrufa wkoll bħala l-Mara ta' Willendorf, hija statwetta ta' figura femminili għolja 11.1 ċm (4 3/8 pulzier), li ġiet skoperta f'sit paleolitiku ħdejn Willendorf, l-Awstrija, fl-1908 mill-arkeoloġista Josef Szombathy.

Din l-istatwa hija mnaqqxa f'ġebla tal-ġir oolitika li ma tappartjenix lir-reġjun fejn instabet, u hi mlewwna bl-okra ħamra. Attwalment, il-Venere ta' Willendorf hija parti mill-kollezzjoni tan-Naturhistorisches Museum fi Vjenna. 

Għall-ħabta ta' l-1990, wara analiżi akkurata ta' l-istratigrafija tas-sit, ġie stmat li l-istatwetta ġiet minquxa daqs 22,000 - 24,000 sena ilu. Ftit li xejn huwa magħruf dwar l-oriġini tagħha, kif inħolqot, jew dwar is-sinjifikanza kulturali tagħha.

Il-Venere m'għandhiex titqies bħala ritratt realistiku tal-figura femminili, iżda ritratt ideali tal-figura. Il-fatt li l-vulva, is-sider u ż-żaqq huma minfuħa u prominenti ħafna, jissuġġerixxi konnotazjonijiet mal-fertilità. Dirgħajha żgħar huma marbuta fuq sidirha u m'għandha l-ebda wiċċ viżibbli; rasha hija mgħottija b'malju twil ta' xagħar jew xi tip ta' dafra.

Il-laqam venere, li ġie attribwit lilha fiż-żmien meta ġiet skoperta, riċentement kien suġġett ta' xi kritika. Dan għaliex l-isem iġġiegħlek tagħmel paragun bejn din il-figurna u l-immaġni klassika ta' Venere. Christopher Witcombe innota illi: L-identifikazzjoni ironika ta' dawn il-figurini bħala 'Venere' kienet tissodisfa ċertu assunzjonijiet ta' dak iż-żmien dwar il-primittiv, dwar in-nisa, u dwar il-gosti  (). Fl-istess ħin hemm ukoll ċerta riluttanza professjonali biex din tiġi identifikata bħala l-Art Omm, l-alla ta' l-Ewropa antika paleolitika. Xi wħud jissuġġerixxu li f'soċjetà ta' kaċċaturi u ġemmiegħa, il-korpulenza u l-fertilità ovvja tal-mara, jistgħu jirrappreżentaw statu għoli, sigurtà u suċċess.

Is-saqajn ta' l-istatwa m'humiex maħduma b'tali mod li jippermettu lill-istatwa li żżomm dritta fuq saqajha. Minħabba f'hekk, ġie spekulat li din l-istatwa kienet maħsuba biex tiġi miżmuma u mhux biex titpoġġa x'imkien. Minflok ikona ta' l-Alla Omm xi arkeoloġisti iddeskrivewha bħala amulet għax-xorti t-tajba. Oħrajn qajmu l-possibbiltà li l-istatwa kienet maħsuba bħala amulet għall-fertilità billi tiġi inserita fil-vaġina. 

Mindu nstabet u ngħatat isem il-figura ta' Willendorf, instabu bosta statwetti u forom ta' arti simili oħra. Dawn huma kollettivament magħrufa bħala figurini ta' Venere.




#Article 130: Ilijade (121 words)


L-Ilijade hi ambjentata fl-aħħar sena tal-Gwerra ta' Trojja. Dil-gwerra hija l-plott ċentrali tan-nisġa dwar ir-rabja tal-eroj Grieg Akille wara li l-kap tiegħu, Agamennone, jinsulentah waqt il-gwerra.  Akille jitlaq mill-kamp tal-battalja u jħalli lil sħabu jitqabdu mat-Trojjani, li jegħlbuhom aktar minn darba. Il-ħabib tiegħu, Patroklu, li jitqabbad imexxi t-truppi minfloku, waqt taqbida minnhom jisfa maqtul bi ħruxija liema bħalha.  Mimli rabja u rimors, Akille jinfexx b’ruħu u b’ġismu kontra t-Trojjani. Biex ipatti għall-kuxjenza tniggżu, joqtol lill-mexxej tagħhom, Ettore, iben ir-re Priamu, fi ġlieda wieħed kontra wieħed. 

Il-poema tagħlaq meta Akille jagħti l-kadavru ta’ Ettore lil Priamu għad-difna, bi ftit simpatija mar-re avversarju għaliex it-tnejn ġarrbu t-telfa ta’ persuna għażiża għalihom u ġew wiċċ imb wiċċ mal-mortalità tagħhom. 

Ara wkoll: L-Odissea u Omeru.




#Article 131: Eroj (113 words)


L-Eroj huwa personaġġ, raġel jew mara (f'dak il-każ tissejjaħ erojina), li ġeneralment jinzerta wkoll il-protagonista f'numru kbir ta' rakkonti. Fid-diskors popolari hu magħruf bħala l-artist. L-eroj ħafna drabi jkun iħaddan abbiltajiet u karratteristiċi nobbli oħra li jisbqu 'l dawk li jkollu kwalunkwe persunaġġ ieħor. 

B'hekk, dan il-karattru jwettaq azzjonijiet straordinarji li jwasslu għal xi għamla ta' ġid u li għalihom jibqa' msemmi. Huma ħiliet fiżiċi kif ukoll mentali. Huwa l-aġent li jaħseb u jwettaq, l-id daqskemm il-moħħ. L-avversarju ta' l-eroj hu l-antagonista li ħafna drabi hu magħruf sempliċement il-kattiv.

N.B. kulturi diversi jafu jqisu eroj dak li f'kultura oħra huwa l-kattiv, pereżempju George W. Bush u Osama bin Laden, jew Akille u Ettore.




#Article 132: Trojja (124 words)


 

Trojja hija belt ta' Greċja l-Qadima, 6.5km (jew 4mili) 'l bogħod mill-Baħar Eġew u tagħti għad-Dardanelli, fil-Majjistral tal-Asja Minuri (it-Turkija tal-lum). Twaqqfet fi Żmien il-Bronż, aktarx fis-sena 3000 qK, u b'kollox instab li għaddiet minn disa' fażijiet sa żmien ir-Rumani. 

Din il-belt kienet il-fus li ddur madwarha l-Gwerra ta' Trojja msemmija fil-poemi epiċi ta' Omeru. Il-Griegi ta' dik l-era kienu jagħfuha bħala Ilium, isem li jmur lura għall-fundatur tagħha Ilus, iben Tros, mnejn l-isem Trojja tnissel.

Trojja, li għandha sfumatura leġġendarja, dlonk tfakkarna fiż-Żiemel ta' Trojja. L-episodju marbut miegħu jappartieni lill-mit li jdur madwar il-Gwerra ta' Trojja hekk kif irrakkuntat fil-poema epika Latina l-Enejde mill-pinna ta' Virġilju. Wara għaxar snin jassedjaw il-belt ta' Trojja, il-Griegi ħarġu bi pjan mill-iktar inġenjuż: bnew żiemel tal-injam ġgantesk.




#Article 133: Oċean Paċifiku (112 words)


L-Oċean Paċifiku, huwa medda ta' ilma li tkopri iktar minn terz ta' wiċċ id-Dinja, u huwa l-ikbar u l-ifnad oċean. Dan l-oċean għandu lejn il-punent tiegħu, l-Asja u l-Awstralasja, l-Ameriki lejn il-lvant, l-Oċean tan-Nofsinhar lejn in-nofsinhar, u l-Oċean Arktiku lejn it-tramuntana. L-Oċean Paċifiku jmiss l-Oċean Atlantiku fuq linja immaġinarja mpinġija minn Cape Horn, fiċ-Ċili/Arġentina, li tibqa' nieżla 'l isfel lejn l-Antarktika, u jmiss l-Oċean Indjan fuq linja immaġinarja mpinġija mit-Tażmanja fl-Awstralja, li tibqa' nieżla 'l isfel sal-Antarktika.

Ħafna drabi, l-Oċean Paċifiku jiġi maqsum fil-Paċifiku ta' Fuq u l-Paċifiku ta' Isfel, skond jekk jinsabx 'il fuq jew 'l isfel mill-Ekwatur, rispettivament. L-isem Paċifiku ngħata mill-baħħar Portugiż Ferdinand Magellan fl-1520 u jfisser l-istess bħall-aġġettiv.




#Article 134: Ġesù (800 words)


Ġesù, jew Ġesù ta' Nazaret, magħruf ukoll bħala Ġesù Kristu, huwa l-figura ċentrali tal-Kristjaneżmu, kemm bħala l-Messija kif ukoll l-inkarnazzjoni ta' Alla. 

L-isem Ġesù hu bbażat fuq il-Latin Iesus, traslitterazzjoni tal-Grieg Ἰησοῦς (Iēsoûs), li hi stess ellenizzazzjoni tal-Aramajk/Lhudi ישוע (Jexuwagħ ) li hi stess modifikazzjoni ta' wara l-eżilju tal-Lhudi יְהוֹשֻׁעַ (Jeħoxuwaɡħ , Ġożwè) taħt l-influwenza tal-Aramajk.

Kristu hi traduzzjoni bil-Grieg tal-kelma Lhudija “Messija”, kelma li tfisser “midluk”. Il-kelma saret l-isem proprju ta’ Ġesù għax għal dawk li emmnu fih Kristu temm it-tama messjanika ta’ Israel bil-missjoni tiegħu ta’ qassis, profeta u sultan. 

Ġesù kien predikatur Lhudi, attiv fl-aħħar tliet snin ta' ħajtu fil-provinċja Rumana tal-Lhudija.

Il-fonti testwali relativi għal Ġesù jistgħu jinġabru f'erba' tipologiji:

Għal dak li jikkonċerna ir-riċerka storika ta' ħajtu s-sorsi ewlenin jinsabu fit-Testment il-Ġdid, partikolarment fl-ittri ta' San Pawl u fl-Evanġelji sinottiċi. Il-Vangelu ta' San Ġwann huwa ta' għajnuna żgħira, bħalma huma wkoll il-varji Evanġelji apokrafi. Is-sorsi mhux insara - l-istoriku Lhudi, Ġużeppi, it-Talmud tal-Babilonja, l-istoriċi Rumani Taċitu u Svetonju, u oħrajn - jikkonfermaw l-eżistenza u t-tislib ta' Ġesù taħt il-ħaqq ta' Ponzju Pilatu.

L-Evanġelji jirrakkontaw it-twelid ta' Ġesù minn Marija verġni, il-predikazzjoni li tisħaq fuq l-aħbar tas-Saltna tas-smewwiet u dwar l-imħabba tal-proxxmu, u irrealizzata minn diskorsi u parabboli imsieħba ma mirakli; fl-aħħar tal-Evanġelji insibu mbagħad il-ġrajja tal-passjoni, Kruċifissjoni, qawmien mill-imwiet u axxensjoni fis-sema.

L-Evanġelji u kitbiet oħrajn tat-testment il-Ġdid jidentifikaw lil Ġesù bħala il-Messija u bin Alla. L-ittri Pawlini jeżaltaw il-valur tal-ħelsin ta' mewtu u l-qawmien tiegħu mill-mewt. It-tradizzjoni Nisranija ta' wara  iddikjaratu t-tieni persuna tat-Trinità Mqaddsa, flimkien mal-Missier u ma' Ruħ il-qodos, u tassew Alla u tassew bniedem.

Mill-Vangeli jidher li l-predikazzjoni u l-ħidma ta' Ġesù għamlu suċċess minimu fis-soċjeta Lhudija ta' dak iż-żmien, u l-akter li kien mismugħ min-nies ta' status baxx.  Il-perjodu qasir tal-predikazzjoni ntemm bil-mewt fuq is-salib, mitluba, skont l-Evanġelji, mill-awtoritajiet Lhud tas-Sinedriju iżda mogħtija mill-awtorità ta' Ruma (li kienet iżżomm għall-ilsiera tali xorti), fuq deċiżjoni aħħarija tal-prefett Ruman Ponzju Pilatu. Wara mewtu, id-dixxipli tiegħu  sostnew li Ġesù rxoxta mill-imwiet u xerrdu l-messaġġ tat-tagħlim tiegħu, b'hekk il-figura ta' Kristu sabet influwenza maġġuri fil-kultura tal-Punent

Skont ir-rakkont tal-Vanġelu skont san Luqa, verġni jisimha Marija, mgħarrsa ma' Ġużeppi, mir-razza tar-re David, irċeviet f'Nazaret tal-Galilija «fi żmien re Erodi» viżta ta' l-Arkanġlu Gabrijel, li ħabbrilha l-konċepiment ta'Ġesù (Lq1,26-38).

Fil-Vanġelu skont Mattew, il-konċepiment verġinali ta' Marija imsemmi biss bil-bogħod, waqt li l-protagonista huwa Ġużeppi, li jirċievi minn anġlu r-rivelazjoni tal-konċepiment soprannaturali ta' Marija (Mt1,18-25).

L-Insara jemmnu li Ġesù Kristu huwa l-Iben waħdieni ta' Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien. Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier: u bih sar kollox. Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna. U ħa l-ġisem bis-setgħa ta' l-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skond il-Kotba Mqaddsa, u tela' s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier. U għandu jerga' jiġi bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. (Kredu ta' Niċea-Kostantinopli, 325 w.K.)

L-Insara jemmnu, fi kliem San Pawl, li “Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied” (Galatin 4,4-5). Din hi “l-Bxara t-tajba ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla.” (Mark 1,1): Alla żar lill-poplu tiegħu, wettaq il-wegħdiet li kien għamel lil Abraham u lil nislu (ara Luqa 1,68) u temm il-wegħdiet magħmulin lil Abraham u lil nislu (ara Luqa 1,55) u Alla għamel dan b’mod li ħadd ma kien jistenna: bagħat ‘l “Ibnu l-għażiż” (Mark 1,11).

L-Insara jemmnu u jistqarru li Ġesù ta’ Nazaret, imwieled Lhudi minn xebba ta’ Israel, f’Betlehem, fi żmien is-sultan Erodi l-Kbir u l-imperatur Ċesri Awgustu; kellu s-sengħa ta’ mastrudaxxa, miet imsallab f’Ġerusalemm, taħt il-prokuratur Ponzju Pilatu, fi żmien is-saltna tal-imperatur Tiberju – hu l-Iben etern ta’ Alla magħmul bniedem li “ġie minn għand Alla” (Ġw 13,3), “niżel mis-sema” (Ġw 3,13; 6,33), “sar bniedem” (1 Ġw 4,2), għax “il-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni mimli bil-grazzja u l-verità......u mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja” (Ġw 1,14.16).

Skont il-ħsieb Lhudi, Ġesù kien predikatur, iżda mhux il-Midluk t'Alla; ma kienx Iben Alla, ma għamilx mirakli, wara l-kruċifissjoni, la qam mill-imwiet u lanqas tela' s-sema. 

Skont il-Misilmin, Ġesù kien profeta maġġuri li ġie qabel  Mawmettu; twieled verġinament minn Marija, wettaq ħafna mirakli (għax Alla hekk ried), ma mietx iżda tela' s-Sema (ma mietx fuq salib għalkemm hekk deher quddiem min kien preżenti. Xi ħadd ieħor miet floku u Alla ħa miegħu lil Ġesu lejn is-sema), imma mhux meqjus bħala Alla li, skont is-Sura CXII, la qatt nissel u qatt ma ġie mnissel. Fl-Islam Ġesù jissejjaħ “Isa”.  Imsejjaħ ukoll “Masih” (il-Messija) fil-Koran u “l-Kelma ta’ Alla”.




#Article 135: Partit Nazzjonalista (Malta) (1476 words)


Il-Partit Nazzjonalista huwa partit politiku Malti, wieħed miż-żewġ partiti ewlenin f'Malta (l-ieħor il-Partit Laburista (Malta)) u bħalissa jinsab fl-Oppożizzjoni. Huwa jiddeskrivi ruħu bħala partit Demokratiku Nisrani (fil-fatt huwa affiljat mad-Demokrazija Kristjana Internazzjonali, mal-Partit Popolari Ewropew u l-Unjoni Demokratika Internazzjonali.

Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-1880 minn Fortunato Mizzi, avukat Għawdxi, bħala l-Partit Anti-Riformista bil-għan li jeħodha kontra d-dħul ta' miżuri fiskali mill-Gvern Kolonjali u l-angliċizzazzjoni tas-sistema ġuridika u edukattiva ta' Malta. Fuq kollox, il-Partit ried sistema rappreżentattiva ta' Gvern li kienet tirrispetta x-xewqat tal-Maltin. Il-preżenza ta' rifuġjati Taljani mir-Risorġiment Taljan ta' xejra ta' kostituzzjonaliżmu liberali lill-partit fl-ewwel snin tiegħu (li wasslet għall-inkwiet bejn Mizzi u l-Knisja) kif ukoll marka pro-Taljana sal-Ewwel Gwerra Dinija.

Sal-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Tal-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan-nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill.

Is-simpatija lejn l-Italja swiet bil-kbir lill-Partit Nazzjonalista matul it-Tieni Gwerra Dinija. Nerik Mizzi kien internat, l-ewwel f'Malta mbagħad fl-Uganda, u Ugo Pasquale Mifsud miet wara ħass ħażin li tah fil-Kunsill tal-Gvern waqt diskors imqanqal jiddefendi d-dritt tal-internati. Il-Partit lanqas biss ikkontesta l-elezzjonijiet tal-1945 li għall-ewwel darba raw lill-Partit Laburista mmexxi minn Pawlu Boffa jsir Partit ta' gvern minflok it-tielet partit.

Imma l-Partit Nazzjonalista ma mietx u fl-elezzjonijiet tal-1947, l-ewwel ta' wara l-gwerra li eleġġew Gvern Responsabbli, ħareġ bħala l-akbar partit wara l-Partit Laburista, fuq quddiem ta' numru ta' partiti oħra li ppruvaw joħdulu postu bħala partit ewlieni. Din il-pożizzjoni ssaħħet ftit snin wara meta qasma fil-Partit Laburista fl-1949, meta Dom Mintoff laħaq mexxej, rat lill-Partit Nazzjonalista joħroġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tas-sena ta' wara b'Nerik Mizzi bħala Prim Ministru. Għalkemm mingħajr maġġoranza Parlamentari u l-mewt ta' Mizzi u l-waqgħa tal-Gvern ftit xhur biss wara, l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħala kontendent għall-Gvern issa kienet mingħajr dubju.

Kien hemm żewġ elezzjonijiet fl-1951 u fl-1953 li fihom il-Partit Nazzjonalista fforma koalizzjonijiet li ma tantx damu mal-Malta Workers' Party ta' Pawlu Boffa, l-isplinter li ħareġ mill-Partit Laburista. Tul iż-żewġ leġislaturi l-Prim Ministru kien George Borg Olivier, li laħaq Kap tal-Partit wara l-mewt ta' Mizzi.

Il-Partit imbagħad tilef l-elezzjonijiet tal-1955. Bil-Malta Labour Party fil-Gvern il-kwistjoni ewlenija kienet dik tal-Integration mar-Renju Unit. Il-Partit Nazzjonalista oppona din il-proposta. L-Integration falliet fil-biċċa l-kbira minħabba li r-Renju Unit tilef l-intess fil-kwistjoni l-aktar wara l-fjask ta' Suez fl-1956 u s-sensji li kienu bdew jingħataw it-Tarzna li waslu għal numru ta' inċidenti. Il-Prim Ministru Laburista Mintoff irreżenja u Borg Olivier irrifjuta l-istedina li jipprova jifforma Gvern. Minħabba f'hekk il-Gvern Kolonjali ssospenda l-Kostituzzjoni fl-1958.

Bejn is-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1958 u l-għoti ta' waħda ġdida fl-1961 seħħew avvenimenti importanti fix-xenarju politiku Malti. Il-Partit Laburista, li wara l-falliment tal-Integration kien sar favur l-Indipendenza (politika li anke ħaddan il-Partit Nazzjonalista) kien beda jieħu pożizzjoni antagonistika fil-konfront tal-Knisja, l-aktar minħabba li ra fiha l-kawża għall-falliment tal-Integration. Il-Partit Laburista kien ukoll beda jindieħes ma' movimenti indipendentisti tat-Tielet Dinja li Knisja rathom bħala fronti għall-Komuniżmu. Dan wassal biex il-Knisja imponiet id-dnub il-mejjet fuq l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll fuq il-votanti tiegħu. Dan wassal għal qasma fil-Partit Laburista bit-tluq ta' grupp li fforma l-Christian Workers Party taħt Toni Pellegrini.

Il-Partit Nazzjonalista wkoll sofra qasma meta grupp ta' nies li ma kinux jaqblu mal-istil ta' tmexxija ta' Borg Olivier u li ma kinux tant favorevoli għall-Indipendenza, inqatgħu u ffurmaw il-Partit Demokratiku Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta' Herbert Ganado.

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tal-1962, li fihom il-Knisja Kattolika imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota lill-Partit Laburista, u qasma tal-Kamra assiguratlu maġġoranza parlamentari. Il-Partit mexxa n-negozjati ta' l-Indipendenza li kienet akkwistata fl-1964. Il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-1966 , bil-Kwistjoni bejn il-Knisja u l-Partit Laburista għadha miftuħa, elezzjonijiet li fissru wkoll it-tmiem tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjonijiet tal-1971 u reġa' tilef dawk tal-1976 b'marġini akbar, bil-Partit Laburista mmexxi minn Mintoff fil-gvern. Fl-1977 saret elezzjoni għal Kap Suċċessur li fiha ġie elett Eddie Fenech Adami li qabel kien serva bħala Segretarju Ġenerali. Fenech Adami ħa t-tmexxija tal-Partit fl-1978. Borg Olivier miet ftit snin wara, fl-1980. Sadattant is-sitwazzjoni fil-pajjiż kienet qed taggrava, b'tensjoni dejjem tikber u vjolenza, terrur politiku u vandaliżmu dejjem jiżdiedu. Fl-1979 ġiet issakkeġġata d-dar ta' Fenech Adami u nħarqet il-Progress Press.

Il-Partit akkwista maġġoranza assoluta ta' voti fl-elezzjonijiet tal-1981 (għall-ewwel darba mill-1933) imma mhux maġġoranza parlamentari. Din wasslet għal sitwazzjoni ta' kriżi wara li d-deputati eletti f'isem il-Partit irrifjutaw li jieħdu posthom fil-Parlament. Is-sitwazzjoni żblukkat ruħha ftit ta' snin wara imma tensjoni u vjolenza komplew matul dawn is-snin. Kien hemm attakki vjolenti fuq il-każini kollha tal-Partit Nazzjonalista, inkluz l-istamperija f'tal-Pietà; ġiet attakkata il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana; ġiet attakkata wkoll il-Qorti fil-Belt Valletta. Kien hemm skontri vjolenti kull darba li l-PN kien jorganizza 'mass meetings', bejn partitarji Nazzjonalisti u membri tal-Korp tal-Pulizija flimkien ma' partitarji Laburisti, bil-'mass meeting' f'tal-Barrani, limiti ta' Santa Luċija fost l-iktar li jibqgħu jissemmew. Il-borma faret f'daqqa bil-qtil kiesaħ u biered ta' Raymond Caruana li nqatel f'Diċembru tal-1986, meta xi hadd f'karozza għaddejja spara arma tan-nar fuq il-każin Nazzjonalista fil-Gudja, waqt li kien għaddej fih riċeviment. Ftit qabel l-elezzjoni tal-1987 iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li l-Kostituzzjoni tiġi emendata biex tassigura maġġoranza Parlamentari lill-Partit li jkollu maġġoranza ta' voti. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista jifforma Gvern wara 16-il sena fl-Oppożizzjoni.

Il-Gvern Nazzjonalista applika biex Malta tidħol fis-Suq Komuni Ewropew fl-1990. Sadattant, b'ekonomija sejra tajba grazzi għall-liberalizzazzjoni u investimenti pubbliċi sostanzjali, il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-1992 b'mod konvinċenti. Il-Partit, iżda, tilef il-konfront tal-1996 mal-Partit Laburista taħt il-mexxej Alfred Sant.

Il-perjodu fl-Oppożizzjoni ma kellux idum għax wara biss 22 xahar b'maġġoranza Parlamentari li ma kinitx għadha fi żgur, il-Gvern Laburista sejjaħ elezzjoni bikrija fl-1998 u tilef. Il-Partit Nazzjonalista reġa' fforma gvern u immedjatament irriattiva l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea wara li din l-applikazzjoni kienet ġiet iffriżata mill-Gvern Laburista.

Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata minn negozjati ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, sħubija li kienet opposta mill-Partit Laburista. Dawn in-negozjati ngħalqu fl-2002 u l-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ għal vot iva f'Marzu tas-sena ta' wara. Il-vot pożittiv f'dan ir-referendum kien segwit minn elezzjoni ġenerali ftit ġimgħat wara li l-Partit Nazzjonalista reġa' rebaħ.

Fl-2004 Fenech Adami rriżenja minn Prim Ministru u Kap tal-Partit u ġie elett minfloku Lawrence Gonzi. Wara Fenech Adami sar il-President tar-Repubblika ta' Malta.

Il-Partit Nazzjonalista kkontesta l-elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu 2008 għall-ewwel darba b'dan il-mexxej il-ġdid, Lawrence Gonzi, u mill-ġdid rebaħ.

Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, id-deputat Nazzjonalista Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m’għaddiex b’35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern waqa’. Dan ġiegħel lill-Priministru Gonzi jmur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta’ Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta’ Marzu 2013.

Fid-9 ta' Marzu 2013, il-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu meta kiseb 132,426 vot. Hekk il-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni. Il-PL kellu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Lawrence Gonzi ħabbar li kien se jirreżenja u ma kienx se jikkontesta għall-elezzjoni ta' Kap ġdid fil-bidu ta' Mejju 2013.

Fl-istess jum, il-Partit Nazzjonalista tilef ukoll l-Elezzjonijiet Lokali li saru fi 33 lokalità. Il-Partit Laburista żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta’ erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naq­qas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%. F’dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta’ Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera. Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68. Il-Partit Nazzjonalista għandu biss maġġoranza f'24 lokalità.

Nhar it-8 ta' Mejju 2013 Simon Busuttil inħatar Kap tal-Partit.

Fit-3 ta' Ġunju 2017, il-Partit Laburista reġa' għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2017 b'maġġoranza ta' 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu. Hekk il-PL ġab 55% u l-PN 43.7%. Il-PL se jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Simon Busuttil ħabbar li kien se jirreżenja minn Kap tal-Partit flimkien mal-amministrazzjoni kollha.

Nhar l-20 ta' Settembru 2017, Adrian Delia nħatar Kap tal-Partit, wara vot mit-tesserati, l-ewwel darba li Kap ta' Partit intgħażel b'dan il-mod, iżda sa mill-bidu deher li ma kienx aċċettat minn numru kbir ta' membri parlamentari Nazzjonalisti li spiċċaw biex sfiduċjawh nhar is-7 ta' Lulju 2020. Ġimgħa wara, kien sfiduċjat ukoll mill-Eżekuttiv tal-Partit. Delia ried li kollox imur f'idejn it-tesserati.

Nhar it-3 ta' Ottubru 2020, wara telfa kbira fl-elezzjoni għall-Kap, Delia rriżenja. U nħatar bħala t-tmien Kap tal-Partit Bernard Grech b'maġġoranza ta' 69% mill-voti mixħuta mit-tesserati.

Wara l-Elezzjonijiet 2017, il-Partit Nazzjonalista għandu 30 Deputat minn 69 fil-Kamra tad-Deputati u 2 Membri mis-sitta li għandha Malta fil-Parlament Ewropew.




#Article 136: Eddie Fenech Adami (887 words)


Edward Fenech Adami (Birkirkara, 7 ta' Frar 1934) kien l-President tar-Repubblika ta' Malta bejn l-2004, u l-2009 wara Guido de Marco. Qabel inħatar President, kien serva wkoll ta' Prim Ministru bejn l-1987 u l-1996 u mill-1998 sal-2004.

Bin Luigi, uffiċjal tad-dwana, u Josephine imwielda Pace.Huwa kien miżżewweġ lil Mary née Sciberras u kellhom ħamest itfal John, Beppe, Michael, Maria u Luigi.

Fenech Adami ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti f'Birkirkara. Kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta fejn għall-bidu studja l-ekonomija u l-letteratura klassika u aktar tard il-liġi.

Fenech Adami ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fil-bidu tal-1960. Huwa daħal għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1969. Fl-1977, wara li kien serva f'bosta karigi fil-partit, li jinkludu President tal-Amministrazzjoni u Kunsilli Ġenerali, Fenech Adami ġie elett kap tal-Partit, u ħa post Ġorġ Borg Olivier.

Mill-1969, Fenech Adami ġie elett f'kull elezzjoni ġenerali u bħala Kap tal-Partit huwa rebaħ erba' elezzjonijiet 1987, 1992, 1998 u 2003. Fl-1981, għalkemm il-Partit Nazzjonalista ġabu l-maġġoranza tal-voti, ma rnexxilux iġib il-maġġoranza ta' siġġijiet fil-Parlament u għalhekk baqa' fl-Oppożizzjoni. Tibdil fil-kostituzzjoni ta garanzija li l-partit li jirbaħ b'maġġoranza assoluta ta' voti jkollu maġġoranza ta' unijiet. Fil-fatt hekk ġara fl-1987. 

Bejn l-1987 u l-1996, Fenech Adami bħala Prim Ministru ta' Malta ikkommetta ruħu għal bidla kbira f'Malta. L-infrastruttura tal-pajjiż, l-istrutturi tal-qasam tax-xogħol u dawk legali ġew leġislati mill-ġdid. Il-settur tal-kummerċ ukoll ingħata bidu ġdid u ġie meħlus mis-settur pubbliku. Il-fergħa tal-komunikazzjoni, tal-bank u servizzi tal-finanzi ġew liberalizzati u privatizzati. Malta bdiet ukoll żmien ta' integrazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Malta applikat għall-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Lulju 1990. 

Bejn l-1996 u l-1998 Fenech Adami reġa' serva bħala Kap tal-Oppożizzjoni sakemm il-partit tiegħu rritorna fil-gvern f'Settembru 1998. Fenech Adami serva ħames snin oħra bħala Prim Ministru u kap tal-partit tiegħu. 

L-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ġiet attivata mill-ġdid minħabba l-Gvern Laburista ta' qablu waqfu l-applikazzjoni. In-negozjati mal-Unjoni Ewropea ġew konklużi f'Diċembru 2002. F'April 2003 wara rebħa kemm fir-Referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Elezzjoni Ġenerali, huwa ġie kkonfermat bħala Prim Ministru mill-ġdid.

Ftit jiem wara, fis-16 ta' April 2003, Fenech Adami iffirma s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' kapijiet oħra li kienu se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Bħala Prim Ministru Fenech Adami attenda bosta summits tal-Unjoni Ewropea u irrapreżenta lil Malta f'bosta laqgħat tal-Commonwealth. Bħala kap tal-partit huwa attenda diversi laqgħat tal-Partit Popolari Ewropew. 

F'Diċembru 2003 Fenech Adami irċieva l-premju tal-Ewropew tas-Sena 2003. Il-Premju kien mingħand il-gazzetta famuża European Voice għall-isforz li għamel sabiex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.

Fis-7 ta' Frar 2004, mal-għeluq tas-sebgħin sena tiegħu, Fenech Adami irriżenja minn kap tal-Partit Nazzjonalista. Fit-23 ta' Marzu 2004, huwa irriżenja minn Prim Ministru kif ukoll ċeda s-siġġu parlamentari tiegħu. 

Inqas minn ġimgħatejn wara, Fenech Adami nħatar President ta' Malta fejn ħa post Guido de Marco bħala s-seba' President tar-Repubblika Maltija.

F' li huwa ta fl-2014, qal hekk: “Ma kontx qed nistennieha, u ma ridthiex. U l-mara ma ridithiex aktar minni. Is-sentiment tagħha kien li konna għamilna biżżejjed għall-pajjiż u ma kienx hemm għalfejn naċċettaw din il-kariga wkoll. Niftakar li kien ċempilli l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u qalli li kien wasal iż-żmien li ntih risposta – iva jew le. Sejjaħt lill-mara u għedtilha li ried risposta, u hi baqgħet tinsisti li ma kellix naċċetta. Fl-aħħar qalet iva, basta ma mmorrux noqogħdu fil-Palazz ta' Sant' Anton (u dan meta jien kont insistejt ħafna li l-President ta' Malta għandu jgħix f'dan il-palazz). Min-naħa tagħhom, it-tfal la kellhom reazzjoni pożittiva u lanqas negattiva għall-aħbar li kont se nsir President. Kif jgħidu bl-Ingliż, 'they took it in their stride'.”

Fenech Adami u l-mara tiegħu qatt ma ġarrew għall-Palazz ta' Sant' Anton. Kienu jgħixu hemmhekk fi tmiem il-ġimgħa biss, u fis-sajf kienu jmorru fil-Palazz Verdala, li Mary Fenech Adami kienet tippreferih ħafna mill-Palazz ta' Sant' Anton.

Fenech Adami ma jaħsibx li r-rwol tal-President ta' Malta għandu jġorr miegħu aktar poteri. “Ir-rwol tal-President hu stabbilit bħala l-ogħla kariga, 'il fuq mill-politika partiġjana, u naħseb li l-Presidenti kollha tawh statura bħala kariga rispettata minn kulħadd għax iġorr miegħu element ta' għaqda. Dejjem kont tal-fehma li r-rwol tal-President għandu jibqa' mhux eżekuttiv. Minkejja li l-poteri tiegħu jistgħu jidhru limitati, fir-realtà dawn il-poteri jistgħu jkunu ta' importanza mhux żgħira f'każ ta' kriżi politika. Jista' jkun hemm mumenti ta' kriżi fejn dawn il-poteri jkunu importanti ħafna, pereżempju biex xi ħadd jingħata l-inkarigu li jifforma gvern. Din neħduha for granted, imma jista' jkun hemm każijiet ta' qasma f'partit jew elezzjoni mhux konklużiva – każijiet fejn huwa l-President li għandu l-poter li jiddeċiedi.

Fenech Adami ma jaqbilx lanqas mal-proposta li min ikun serva bħala Prim Ministru ma jistax iservi bħala President. “President għandu jintgħażel biss abbażi tal-idoneità tiegħu, irrispettivament minn jekk xi darba serviex bħala Prim Ministru jew jekk qattx kien involut fil-politika.”

Wara li fl-2009 spiċċa minn President, huwa reġa' beda jagħti sehmu fil-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Floriana lejlet l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 Eddie Fenech Adami, huwa indirizza lill-folla fuq stedina tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi.

Huwa iżżewweġ lil Mary mwielda Sciberras fl-1965, li mietet fl-2011. Huma kellhom ħames ulied, lil John, Beppe, Michael, Maria u Luigi. Beppe u Michael komplew fil-ħajja politika. Beppe Fenech Adami huwa l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalisti u Michael kien Sindku ta' B'Kara.

Fi Frar 2014, ħarġet l-awto-bijografija tiegħu, Eddie: My Journey, mill-intervisti ta' Steve Mallia ma' Fenech Adami.

Fl-2015, Eddie Fenech Adami iddaħħal l-isptar b'uġigħ f'sidru. Snin qabel kien għamel interventi f'qalbu.




#Article 137: Sena dawl (422 words)


Sena dawl (plural snin dawl) hi unità ta' distanza użata fl-astronomija.

Sena dawl hi d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fil-vojt matul sena Ġuljana, jiġifieri madwar 9461 biljun kilometru (għalhekk l-ordni ta' kobor hi madwar  biljun kilometru, jew 1016 metru).

Is-sena dawl hi unità tal-kejl tad-distanza (u mhux taż-żmien). 

L-Għaqda Astronomika Internazzjonali iddefinietha bħala d-distanza li jivvjaġġa foton (jew iżjed sempliċi, id-dawl) fil-vojt, f'sena Ġuljana (jiġifieri 365.25 jum jew 31,557,600 sekonda). 

Il-veloċità tad-dawl fil-vojt hi kostanti fissa ta' 299,792,458 m/s (madwar 300,000 km/s), sena dawl hi eżatt ugwali għal 9,460,730,472,580.8 km; madwar 9460.730 biljun kilometru  li hi ekwivalenti għal 9.460730 Petametru (Pm) jew 9460.730 Terametru (Tm). F'valur arrotondat, sena dawl hi ekwivalenti għal 9.461 Pm jew 9.461x1015m.

It-terminu sena dawl jintuża l-iżjed fil-popolarizzazzjoni tal-astronomija biex jesprimi id-distanzi interstellari u intergalattiċi, billi din l-unità tinftiehem faċilment mill-popolin minħabba d-definizzjoni tagħha bħala d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fiż-żmien imsemmi.

Pereżempju, Proxima Centauri, l-istilla li hi l-eqreb għas-Sistema solari, tinsab 4.22 snin dawl 'il bogħod minnha, il-Galassja ta' Andromeda tinsab madwar 2.5 miljuni snin dawl 'il bogħod mis-Sistema Solari u r-raġġiera ta' Triq ta' Sant'Anna għandha dijametru ta' madwar 10,0000 sena dawl.

L-astronomi professjonali rari jużaw it-terminu sena dawl għax jippreferu il-parsec (simbolu pc), unità li ġejja mit-teknika sperimentali għall-kejl tad-distanzi permezz tal-parallassi anwali tal-istilla li jkunu qegħdin josservaw.  Parsec hu d-distanza mix-xemx ta' punt fl-ispazju li minnu il-linji għad-dinja u x-xemx jagmlu angolu ta' sekonda tal-ark. Hu ekwivalenti għal madwar 3.26 snin dawl.

L-unità astronomika (simbolu ua), ibbażata fuq id-distanz bejn id-dinja u x-xemx, tintuża sikwit, l-iżjed għal oġġetti relativament qrib (fuq l-iskala astronomika). Unita astronomika hi ekwivalenti għal madwar 8.32 minuti dawl u sena dawl hi ekwivalenti għal 63241.077 ua.

Irridu noqogħdu attenti li bħalissa hemm valur ieħor li qiegħed jintuża għad-distanza sena dawl:10,000,000,000,000 (għaxart elef biljun) kilometru. Dan il-valur hu interessanti għax wieħed jista' jiftakru faċilment. Min ikun qiegħed jaqra xi artiklu li juża s-sena dawl irid ikun jaf b'din id-differenza (in fatti hemm madwar 5.4 % bejn iż-żewġ valuri). Però, fil-verità, is-sena dawl iżjed tintuża biex turi l-ordni tal-kobor jew id-distanzi approssimati u f'dan il-kuntest id-differenza mhux sinjikattiva.

Meta nimmoltiplikaw il-veloċità tad-dawl b'xi ħin li nagħżlu, nistgħu niddefinixxu unitajiet oħra li jiġu minn xulxin bħal, pereżempju, is-siegħa dawl li tiġi 1,079,252,848.8km.

Ix-xahar dawl ma jintużax billi mhuwiex definit preċiżament: hemm bżonn ngħidu eżatt jekk ix-xahar dawl huwiex pereżempju 30 jum dael jew it-tnax il-parti ta' sena dawl. Din l-unità intrinżikament għandha nuqqas ta' preċiżjoni li hi kbira wisq imqabbla mal-unitajiet astronomiċi l-ohra. L-istitutizzjonijiet uffiċjali ftit ma tantx jinteressawhom dawn l-unitajiet derivati minn sena dawl.




#Article 138: Assedju ta' Malta (1565) (660 words)


L-Assedju ta' Malta tal-1565, magħruf aktar bħala l-Assedju l-Kbir ta' Malta jew sempliċiment l-Assedju l-Kbir, kien assedju miġġieled fl-1565 bejn il-qawwa Ottomana li kienet assedjat lill-Kavallieri ta' San Ġwann, gvernaturi tal-gżejjer Maltin. 

Il-Kavallieri rebħu dan l-assedju, wieħed mill-aktar assedju mdemmi fl-istorja u fost l-aktar qalil, u li fis-seklu sittax kien avveniment li biddel wiċċ l-Ewropa. Il-filosfu Voltaire jgħid dwar dan l-assedju, Xejn mhu magħruf aktar mill-assedju ta' Malta. Din kellha tkun l-aħħar theddida Ottomana fl-Ewropa, b'din il-battalja tkun l-aħħar wiċċ imb wiċċ għall-ġlieda bejn il-forzi Kristjani u dawk Ottomani għall-kontroll tal-Mediterran.

L-Assedju fosh, 1565 meta fuq ix-xefaq dehret il-flotta Ottomana mmexxija minn Pijali Paxà bħala Ammirall Paxà bħala ġeneral tat-truppi. L-Ottomani niżlu l-art b'40,000 suldat u tellgħu l-kampijiet tagħhom fil-kampanja l-ikbar wieħed kien fil-wita tal-Marsa.

L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann kien immexxi mill-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette. La Valette kellu madwar 9,000 raġel taħt l-armi li minnhom 592 kienu kavallieri. Il-biċċa l-kbira minnhom irġiel Maltin. Mill-bidu kien hemm diżgwit bejn il-Ġenerali Ottomani. Mustafà ried li jieħu lil Għawdex taħt idejh billi jirbaħ iċ-Ċittadella u jokkupa l-Imdina b'hekk jifdal il-Forti Sant'Iermu, il-Birgu u l-Isla. Pijali ma qabilx mal-pjan għax ried li l-ewwel jikseb port tajjeb u kenni għall-flotta. Għalhekk Pijali ried li l-ewwel jiġi attakkat il-forti Sant'Iermu u wara li jintrebaħ il-forti u l-flotta tkun sigura fil-port ta' Marsamxett isiru l-attakki biex tintrebaħ il-gżira. Meta tniżżlu t-truppi u twaqqfu l-kampijiet bdew l-attakki mill-ewwel fuq il-forti Sant'Iermu. Wara ġimagħtejn wasal Dragut bil-flotta tiegħu. U żdiedu l-attakki fuq il-forti li kien meqjus bħala l-iktar wieħed inferjuri mit-tlieta. 

Il-Kavallieri u l-Maltin li kienu fil-forti għamlu reżistenza kbira u meta bdew jaqtgħu qalbhom għax kienu waslu fl-aħħar u talbu lil La Valette biex iħallihom iċedu, La Valette bagħat risposta li jekk iċedu jmur hu nnifsu b'nies oħra. Fl-aħħar wara iżjed minn xahar ġlied il-forti Sant'Iermu mfarrak għal kollox waqa' f'idejn l-Ottomani fit-23 ta' Ġunju, 1565. Meta l-Ottomani daħlu f'Sant'Iermu qabdu l-katavri tal-Kavallieri u l-Maltin, fetħulhom sidirhom forma ta’ salib u wara li rabtuhom mal-injam u tefgħuhom fil-port lejn in-naħa tal-Birgu u l-Isla. La Valette b'risposta qata' ras il-priġunieri kollha u ordna li rjushom jiġu sparati lejn Sant'Iermu (li kien f'idejn l-Ottomani). 

L-Ottomani tilfu mat-8,000 raġel u lil Dragut innifsu, li miet b’daqqa ta' ġebla, kumparat mal-ammont żghir ta' nies li tilfu l-Kavallieri. 

La Valette talab l-għajnuna lil Viċirè ta' Sqallija għal ħafna drabi. Wara xi żmien waslu 1,200 suldat taħt it-tmexxija ta' Don Garcia. La Valette ipprotesta ħafna u qal li ammonti żgħar ta’ suldati mhux sa jagħmlu differenza. La Valette, biex ibeżża' lill-Ottomani, kabbar kemm felaħ din l-għajnuna.

Wara li waqa' Sant'Iermu, Mustafà u Pijali dawru ħsiebhom lejn il-Birgu u l-Isla fejn għamlu diversi attakki fuq iż-żewġ postijiet. Attakk kbir li sar kien fuq l-Isla meta ġiet attakkata minn mijiet ta' suldati minn fuq dgħajjes fil-baħar u mill-art.
Attakk kbir iehor kien sar fuq il-Birgu u ġie rtirat meta niżlet il-kavallerija tal-Ordni mill-Imdina u għamlet ħerba mill-kamp tal-Ottomani.

Fl-aħħar waslet għajnuna minn Sqallija ta' 7,850 raġel fis-7 ta' Settembru. Il-ġenerali Ottomani ħasbu li x-xniegħa li kien hemm, dik li ġejja għajnuna kbira minn Sqallija kienet seħħet u peress li kien hemm bidu ta' imxija fost it-truppi Ottomani minħabba li l-bjar tal-ilma viċin il-kampijiet kienu ġew imħassra mill-Maltin (jingħad li ntefgħu xi katavri ta' annimali mejta fihom), u li ukoll kien qiegħed jasal fi tmiemu l-istaġun tat-tbaħħir iddeċidew li jirtiraw it-truppi tagħhom minn Malta. Għalhekk dakinhar ingħatat l-irtirata ġenerali u sal-għada 8 ta' Settembru, 1565 it-truppi Ottomani ħallew ix-xtut tal-gżejjer Maltin.

Għadhom jissemmew ħafna xi nies Maltin li b'kuraġġ issieltu fl-Assedju, fosthom Toni Bajjada li kien jaqsam mill-Birgu sal-Belt bl-għawm u wara jibqa' tiela' minn qalb it-Torok bil-messaġġi ta' La Valette lejn l-Imdina. Jissemmew ukoll persuni ta' ħila li kienu jbaħħru bejn Malta u Sqallija jwasslu l-aħbarijiet tal-gwerra.

Wara foshembru għadha titfakkar kull sena b'festa nazzjonali f'Malta, u magħha żdiedet it-tifkira ta' meta ntemm it-tieni Assedju ta' Malta meta fit-8 ta' Settembru 1943 l-Italja ffirmat l-Armistizzju. Din il-ġurnata hi magħrufa bħala Jum il-Vitorja




#Article 139: Id-Dinja (1581 words)


Id-Dinja, il-pjaneta li fiha ngħixu aħna l-bnedmin, hija it-tielet waħda 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, id-Dinja tidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jinbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċeani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq id-Dinja. Is-simbolu astronomiku tad-Dinja huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja orizzontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali l-meridjan (Unicode: ).

Bħall-pjaneti l-oħra, id-Dinja għandha l-qalba. Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra. Il-qalba ġewwinija hija magħmula l-aktar minn ħadid solidu u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra bil-qalba barranija li hi magħmula minn ħadid imdewweb u hi ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur billi x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn bħall-kubrit u saħansitra l-ossiġenu. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fid-Dinja u tagħmel terz tal-massa tad-Dinja. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km (120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala D. Din id-D tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell tad-Dinja. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li d-Dinja kienet għadha qed tifforma.

 

Il-Mantell t'isfel (3) tagħmel 50% tal-massa tad-Dinja u hu kompost primarjament basalt, siliċju u manjeżju, u ossiġenu. Wisq probbabli fiha wkoll xi traċċi ta' ħadid, kalċju u aluminju. 

Bejn il-Mantell t'isfel u dak ta' fuq (4) tinsab iż-Żona ta' Tranżizzjoni, wiesgħa 200 km- (120 mil-). Iż-żona tikkonsisti primarjament minn kalċju u aluminju. Il-mantell ta' fuq hu wisa xi 400km- (250 mil-).

Il-krosta (6) hi komposta minn minerali ta' densita' baxxa bħal l-ossidu tas-siliċju u tvarja mill-ħxuna ta' 10 km- (6 mili-), krosta oċejanika, għal 50 km- (30 mil-) tal-krosta kontinentali. 

L-iskema li ġejja tiġbor fiha il-profonditajiet u l-karatteristika prinċipali għad-definizjoni tal-varji qxur li jagħmlu d-Dinja:

Id-Dinja għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. Il-Qamar huwa satellita li tixbaħ lil Pjaneti terrestri. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta' dak tad-Dinja. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejħa qmura għall-qamar terrestri.

Il-ġibda gravitazzjonali tal-Qamar fuq id-Dinja tikkawża l-frugħ u l-mili tal-baħar). L-istess effett fuq il-Qamar jikkaġuna l-qofol tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu u ż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar id-Dinja huma maqfulin flimkien, jiifieri huma l-istess. Min ħabba dan, dejjem naraw l-istess parti ta' wiċċ il-Qamar.

Hekk kif il-Qamar jdur mad-Dinja, partijiet differenti minn wiċċu jiddawlu mix-Xemx u dan iwwasal għall-fażijiet lunari.

Il-Qamar jista' jaffetwa drastikament l-iżvillup u l-ħajja fuq id-Dinja billi jimmodifika it-temp.
Xhieda palejontologika u simulazzjonijiet bil-kompjuter juru kif it-tmejjil tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar. 

Xi teoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra l-koppji applikati mix-Xemx u l-pjaneti lil nefħa ekwatorjali tad-Dinja, l-assi rotazzjonali jista' jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Li kieku l-assi tar-rotazzjoni terrestri kellu jilħaq l-pjan elitiku, kien jirriżulta f'temp aħrax, u id-differenzi ta' 
l-istaġuni kienu jkunu estremi wkoll. Pol wieħed kien ikun dirett lejn ix-Xemx matul is-sajf u direttament `l hinn matul ix-xitwa. Ix-Xjenza planetarja li tisstudja dan l-effett tat-tmejjil ltad-Dinja tistqar ili kieku l-annimali kbar imutu u ħajjiet il-pjanti tkun ħafna iżjed diffiċli milli hi. 
 
Il-Qamar huwa biżżejjed viċin id-Dinja li jidher relattivament l-istess daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mid-Dinja iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx. 

l-iżjed teorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-teorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn ħabta ta' protopjaneta id-daqs ta' Marte mad-Dinja bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma' affarijiet oħra) in-nuqqas relattiv ta' ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt ili l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi identika għal dik ta' wiċċ id-Dinja.

IL-KROSTA flimkien man-naħa ta' fuq tal-Mantell tissejjaħ il-Litosfera, qoxra riġida ta' madwar 100 sa 200 km (60 sa 120 mil) ħoxna. Din il-Qoxra hi maqsuma f'sensiela ta' plakek li jimxu relattivament ma' xulxin bir-rata ta' ftit ċentimetri fis-sena, u hekk jiġi ikkawżat il-mixi tal-kontinenti. Madwar 180,000,000 sena ilu, il-kontinenti kollha kienu magħquda f'daqqa. Għaldaqstant kien jeżisti superkontinent wieħed li jġib l-isem Pangea.

 

Hemm tliet tipi ta'limiti tal-plakek: 

(1) Diverġenti (jitbgħedu),

(2) konverġenti, jersqu lejn xulxin u jiltaqgħu, fejn plakka tindradam fuq oħra. 

(3) konservattivi, li waqt li mexjin jgħaddu ma' ġemb xulxin biss. 

It-terremoti isseħħu fil-limiti tal-plakek - il-blat ma jgħaddix ġentilemnt minn ma' xulxin u l-enerġija tiproduċi iċ-ċaqliq ta' wiċċ id-Dinja It-terremoti huma l-iżjed komuni tul limiti konservattivi u jafu jkunu aktar b'saħħithom tul limiti konverġenti. Fejn jiltaqgħu żewġ plakek kontinentali, jiffurmaw il-muntanji, għax il-krosta issir eħxen fiż-żona tal-kolliżjoni tal-blat. Fejn il-blat jitbiegħed, materjal minn tal-mantell jitla' fil-wiċċ biex jimla l-ispażji, hekk tiġi ffurmata kresta oċejanika ġdida. Dan il-materjal jista' jkun sparat 'l fuq b'saħħa tremenda; bħall-vulkani fl-Islanda.
Vulkani jistgħu sseħħu wkoll fl-limiti konverġenti, meta il-krosta tal-plakka tiġi miġbuda l-isfel, tisħon u ddub, bħal fl-Andi. Vulkani bħal dawk li ffurmaw il-Hawaii huma mbegħda mil-limiti tal-plakek. huma jinsabu f'punti jaħarqu fejn ikun hemm taqlib fil-mantell. Dawn it-tip ta' vulkani jinsabu wkoll fuq il-pjaneti Marte u Venere, id-Dinja hi l-uniku pjaneta magħrufa li għandha struttura ta' plakek.

WIĊĊ ID-DINJA qed jiġi kontinwament mibdul, minħabba il-plakek tettoniċi. Din hi waħda mir-raġunijiet għala il-krateri ta' impatt ma tantx huma komuni fuq id-Dinja. Il-krosta oċejanika eżempju, iddum biss 200,000,000 sena qabel tiġi distrutta b'xifer ta' plakka konverġenti. Il-krateri huma wkoll mikula mill-erużjoni, jew midfuna taħt is-sedimenti.

Wieħed mill-krateri l-iżjed magħruf huwa dak tal-Ariżona, USA, li żamm preservat sew minħabba li jinsab f'art niexfa u huwa pjutost reċenti -- hu ġie iffurmat biss madwar 50,000 sena ilu.

Ħafna mill-krateri huma viżibbli biss mill-ispazju. Ċiksulub, li huwa wiesgħa 200 km (120 Mil) kien iffurmat madwar 65,000,000 sena ilu, huwa midfun taħt mijiet ta' metri ta' sediment ġol-Messiku. Dan il-krater huwa l-evidenza ta' impatt enormi li seta' kien il-kawża tat-tmiem id-dinożawri.

L-Art għandha atmosfera relativament ħoxna, magħmula għat-78% ta' ażotu, għall-21% ta' ossiġenu u għal l'1% ta' argu u traċċi ta' gassijiet oħra bħal biossidu tal-karbonju u ilma. L-atmosfera taqsam is-superfiċi terrestri mill-ambjent inospitabbli tal-ispazju u iżżomm parti kbira ta' radjazzjoni solari. L-atmosfera tinqasam fi strati varji, it-troposfera, l-istratosfera, il-meżosfera, it-termosfera u l-eżosfera. 

It-teoriji kurrenti dwar il-biosfera jgħidu li twildet ftit mijiet ta' miljuni ta' snin qabel il-formazioni tal-pjaneta Art, minn 3,5 u 4 miljardi ta' snin ilu. Il-biosfera hi maqsuma f'varji bjomi, fihom jgħixu il-flora u l-fawna ftit jew wisq simili. Fuq l-Art, il-bjomi huma sseparati prinċipalment skont il-latitudni. Il-bjomi fit-tramuntana taċ-ċirklu polari artiku u fin-nofs in-nhar taċ-ċirku polari antartiku huma relarivament vojta mill-ħajja animali u veġetali , waqt li dawk l-iżjed popolari jinsabu lejn l-ekwatur.

L-arja sħuna tad-Dinja issaħħan it-troposfera, li issir turbolenta. Temperaturi ta' 290K (17 °C/63 °F) fuq wiċċ l-Art jaqgħu għal 220K (-53 °C/-63 °F) fil-quċċata tat-troposfera. Arja sħuna, umda titla u tiksaħ; l-ilma jikkondensa, jifforma is-sħab ta' qtar ċkejkin jew kristalli, jikreja xita, silġ u borra. L-assi tar-rotazzjoni terrestri huwa ittiltjat għal 23º. Din it-tiltjatura tikkawża l-istaġuni; meta emisfera tkun moħbija mix-Xemx, tirċieva inqas dawl, u dak id-dawl li tirċievi jaqa' f'anglu li jrid jippenetra iktar atmosfera biex jasal mal-art. Din hija ix-Xitwa għal dik l-emisfera. Minn naħa l-oħra meta emisfera tirċievi iżjed sigħat ta' dawl Xemxi hemm ikun is-Sajf. L-orbita tad-Dinja mhiex interament ċirkulari, infatti, waqt ix-Xitwa tal-emisfera tat-tramuntana, l-Art hija eqreb lejn ix-Xemx milli waqt is-Sajf. Madanakollu, l-eċċentriċità orbitali hija minima, u li l-Art tkun eqreb lejn ix-Xemx għandha effett minuri minn dak tat-tilt.

L-ART hija post uniku fis-Sistema Solari. Huwa l-uniku pjaneta li għandu ammont ta' ilma sinifikanti fuq is-superfiċi; is-superfiċi iżżomm temperaturi tajba biex il-ħajja tkun possibli. L-assi tar-rotazzjoni huwa inklinat biżżejjed biex jagħti l-istaġuni iżda mhux l-estrem tal-istaġuni bħal Uranu. 

Hemm diversi teoriji dwar kif oriġinat il-ħajja fuq Art, fosthom it-teorija panspermja.

Il-kontenut ta' ossiġenu fl-atmosfera huma mantnut mill-fotosintesi tax-xtieli ħodor, hekk kif il-bnedmin qed jeqirdu il-veġetazzjoni il-bilanċ bejn id-djosiku tal-karbonju u l-osssiġenu qed jiġi żbilanċat.Emissjonijiet mill-fossili maħruqa qed iħallu ammont dejjem ikbar ta' djosiku tal-karbonju. Iktar ma jkun hawn djassiku tal-karbonju fl-arja l-effett serra jikber, isaħħan is-superfiċi u is-silġ polari jdub. 

L-istrat tal-ożonu fl-istratosfera jiproteġġi id-dinja mir-raġġi ultra vjoletti tax-Xemx. Gassijiet magħmulha mill-bniedem bħal chlorofluorocarbons ikkisru l-ożonu u b'hekk radjazzjoni tar-raġġi, li tagħmel il-ħsara tidħol f'ammoti akbar.

Iktar ma Bnedmin jabbitaw il-pjaneta aktar il-biosfera (Il-parti ta' art, arja u ilma) qed tkun mhedda. Il-bnedmin għandhom jitgħallmu jirrispettaw il-fatturi li jagħmlu l-Art post li fih hu possibli l-ħajja.

ID-DINJA DDUR fuqha nfisha darba kull 24 siegħa, b'hekk tikkawża l-qalba tal-ħadid imdewweb taħdem bħala dinamo u toħloq l-kamp manjetiku. 

L-kamp manjetiku jipproteġi d-Dinja mir-riħ solari. Il-partiċelli ikkargati tar-riħ solari jiġu devjati mill-kamp manjetiku tad-Dinja, hekk tiġi ikkrejata manjetosfera. Xi partiċelli jiġu maqbuda mill-manjetosfera f'żewġ faxxi semi-ċirkulari u huma msejħa l-Faxxi ta' Van Allen. 

Partiċelli oħrajn jinżlu spiralment f'kamp manjetiku tad-Dinja fil-poli. Il-partiċelli jirrejaġixxu mal-atmosfera ta' fuq u jikrejaw l-awrori jew id-dwal tat-tramuntana u n-nofsinhar.

Suddiviżjonijiet geografiċi maġġuri:

Kontinenti, Oċejani

Il-linji tal-konfini terrestri jammontaw għal 251.480,24 km

Linji tal-kosti:

Rivendikazzjonijiet marittimi:

Estremitajiet tal-għoli: (imkejla b'rispett għall-livell tal-baħar)

Huwa stmat li fuq l-Art jgħixu 6.327.152.352 persuna (stima ta' Novembru 2003).

L-abitat l-iżjed għan-nord huwa Alert ġewwa l-Kanada. L-abitat l-aktar għan-nofs in-nhar huwa l-stazjon ta' Amundsen-Scott f'Antartide, sitwata kważi eżattament fil-pol tan-nofs in-nhar.

Huwa kważi ċert li ma teżisti l-ebda ħajja intelliġenti oħra fis-Sistema Solari. L-astronomi qegħdin iffitxu tip ta' ħajja intelliġenti oħra madwar stilel u pjaneti extra-solari.
Ix-Xemx hi biss waħda mill-biljuni ta' stilel li hemm fil-galassja tat-Triq ta' Sant'Anna (bl-ingliż Milky Way). Din il-galassja hi biss sistema stellari fi ħdan l-Univers immens, ħajja għandha tinsab x'imkien ieħor f'dan il-kobor ta' Spazju. Iżda id-distanzi enormi li hemm bejn stilla u oħra u bejn galassja u oħra jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu skoperti forom oħrajn ta' ħajja!




#Article 140: Leonardo da Vinci (1232 words)


Leonardo da Vinci (Leonardo di ser Piero da Vinci), (15 ta' April, 1452, Vinci, l-Italja,  – 2 ta' Mejju, 1519, Amboise, Franza), kien pittur Fjorentin u bniedem ta' ġenju universali li kien fl-istess ħin, xjenzjat, inġinier, inventur, anatomista, pittur, skultur, arkitett, urbanista, botanista, mużiċista, filosfu u kittieb.

Minn wara tfulitu Vinci, Leonardo studja mal-pittur u skultur famuż Fjorentin Andrea del Verrocchio. L-ewwel xogħlijiet importanti tiegħu saru fis-servizz tad-Duka Ludoviku Sforza, Milan. Wara mar jaħdem Ruma, Bolonja u Venezja u qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu Franza, mistieden mir-Re Franġisku I ta' Franza.

Leonardo da Vinci sikwit jiddeskrivuh bħala l-arketip u s-simbolu tal-bniedem tar-Rinaxximent, ġenju universali, filosfu umanista, osservatur u sperimentatur, mogħni b' don rari tal-intwizzjoni tal-ispazju , li l-kurżita tiegħu kienet tikkompara magħa biss il-ħila fl-invenzjoni. Ħafna awturi u storiċi iqisuh bħala wieħed mill-aqwa pitturi li qatt kien hemm u ċerti nies jikkonsidrawh bħala l-bniedem bl-aqwa talent fl-ikbar numru ta' oqsma differenti li qatt għex..

L-ewwelnett, Leonardo da Vinci hu magħruf bħala pittor. Tnejn mill-pitturi tiegħu, La Gioconda u L-Aħħar Ċena, huma pitturi famużi immens li sikwit isiru koji u parodiji tagħhom, u d-disinn tiegħu ir-Raġel Vitruvjan hu wkoll użat f'għadd kbir ta' xogħlijiet derivati. Xi ħmistax il-xogħol biss għadhom jeżistu; dan in-numru żgħir hu mħabba l-isperimentazzjoni konstanti u kultant diżastruża b'tekniki ġodda u l-prokrastinazzjoni kronika tiegħu. Però, dawn il-ftit opri, flimkien mal-pitazzi tiegħu li fihom disinji, dijagrammi xjentifiċi u riflessjonijiet dwar in-natura tal-pittura, jifformaw wirt prezzjuż immens għall-artisti ta' warajh.

Bħala inġinier u inventur, Leonardo żviluppa ideat avvanzati ħafna għal żmienu, bħall-ajruplan, l-elikotteru, is-sottomarin u anke l-karrozza. Ftit ħafna mill-proġetti tiegħu seħħu jew setgħu iseħħu f'ħajtu, però xi ftit mill-invenzjonijiet żgħar tiegħu bħall-magna biex tkejjel il-limitu elastiku ta' kabil daħlet fil-proċess tal-manifattura. Bħala bniedem xjentifiku, Leonard da Vinci għamel progress kbir fl-għarfien tal-oqsma tal-anatomija, tal-inġinerija ċivili, tal-ottika u tal-idrodinamika.

Leonardo da Vinci twieled nhar is-Sibt, 15 ta' April 1452, fit-tielet siegħa tal-lejl, jiġifieri tliet sigħat wara l-Ave Maria, li jiġi l-10 u nofs ta' filgħaxija, minn relazzjoni ta' mħabba illeġittima bejn Messer Piero Fruosino di Antonio da Vinci, nutar, kanċillier u ambaxxatur tar-Repubblika Fjorentina u dixxendent ta' familja għanja Taljana ta' kbarat u tfajla ta' familja baxxa tar-raħal mill-villaġġ żgħir Toskan ta' Anchiano, xi żewġ kilometri 'l bogħod minn Vinci , fit-territorju ta' Firenze. . 
Studju dattiloskopiku tal-2006 jinnota li Caterina setgħet kienet ilsira ġejja mill-Orjent, jew għall-inqas mir-reġjun tal-Mediterran, u mhux raħħala minn of Vinci, 

Leonardo, jew aħjar Lionardo skont l-isem tal-magħmudija, għex l-ewwel ħames snin ta' ħajtu ma' missieru , fejn kien ittrattat bħala tifel leġittmu. Fil-magħmudija kellu ħames parrini rġiel u ħames parrini nisa, kollha mir-raħal.

F'dik l-epoka, il-konvenzjoni ta' kif jissejħu n-nies ma kinitx għadha żviluppata fl-Ewropa. Il-familji tal-kbarat biss kienu jużaw il-kunjom tal-appartenenza patronimika. In-nies ordinarji kienu jissejħu b'ismhom, u b'xi żieda li tagħti iżjed preċiżjoni jekk ikun hemm bżonn: l-isem tal-missier,il-post ta' minn fejn huma, il-kunjom, l-isem tal-imgħallem għan-nies tas-sengħa, eċċ.  Għalhekk, l-isem tal-artista hu Leonardo di ser Piero Da Vinci, li tfisser Leonardo, iben ser Piero Minn Vinci ; però id-Da għandha ittra majuskola biex turi li dan mhux patronimiku. Leonardo kien jiffirma x-xogħlijiet tiegħu sempliċemente Leonardo jew Io, Leonardo (Jien, Leonarda). Allura l-parti l-kbira tal-awtoritajiet jattribwixxu x-xogħlijiet tiegħu lil Leonardo mingħajr da Vinci. X'aktarx ma kienx juża isem missieru għax kien iben illeġittmu. 

Fl-1457, meta kellu ħames snin ommu żżewġet lil Antonio di Piero Buti del Vacca da Vinci, fuħħar mill-villaġġ, li miegħu kellha ħames ulied. Sadattant missieru żżewweġ lil Albieri degli Amadori, tfajla ta' 16-il sena minn familja għanja minn Firenze . Din billi ma kellhiex tfal tefgħet imħabbitha kollha fuq Leonarda, imma mietet ta' età żgħira fit-tqala fl-1464. Missieru minn twelidu kien kien dejjem iqisu apparti mill-familja u qatt ma għamlu leġittmu. Missieru żżewweġ tliet darbiet oħra u kellu għaxar ulied oħra wara Leonardo. Leonardo kien jinġieb mal-aħħar mara ta' missieru , Lucrezia Guglielmo Cortigiani, u f'nota sejħilha omm għażiża u ħanina. Zijuh Francesco u nannuh Antonio da Vinci kellhom rwol importanti fit-trobbija tiegħu. Nannuh għallmu l-osservazzjoni tan-natura; kien dejjem itennilu Po l’occhio! (Iftaħ għajnejk!) .

Left to himself, he received a free education like the other villagers of his age, learning between the ages of twelve and fifteen the rudiments of reading, writing and especially arithmetic in a scuola d'abaco (abacus school) intended for the sons of shopkeepers and craftsmen.   No man of letters, he did not study Greek and Latin there (he would learn these two languages that had to be mastered by scholars and men of letters, only imperfectly, as a self-educated person, at the age of 40) and his chaotic spelling shows this training was not without gaps. In any case, he could not claim to have studied at university.  

His paternal grandmother, Lucia di ser Piero di Zoso, a ceramist and close to Leonardo, is perhaps the person who introduced him to the arts.   A reported omen says that a kite came from the sky and hovered over his crib, the bird's tail touching his face.  

Giorgio Vasari, the sixteenth century biographer of Renaissance painters, tells in the Vite (1568) the story of a local farmer who asked Ser Piero to have his talented son paint an image on a wooden shield to use as scarecrow, a buckler.   Leonard, bringing together different parts of animals he observed carefully during his wanderings in the countryside, painted a picture of a dragon breathing fire, so successfully, that Ser Piero sold it to a Florentine art dealer, who resold it to the Duke of Milan.   Meanwhile, having earned a profit, Ser Piero purchased a plate decorated with a heart pierced by an arrow, which he gave to the farmer.   This anecdote, however, should be taken with a grain of salt, according to Paul Barolsky, because many stories from Vite are pure artistic inventions.  

Livré à lui-même, il reçoit une éducation assez libre comme les autres villageois de son âge, apprend entre douze et quinze ans les rudiments de lecture, d'écriture et surtout d'arithmétique dans une scuola d’abaco (école d'abaco) destinée aux fils de commerçants et artisans. Non « lettré », il n'y étudie pas le grec et le latin (il apprendra imparfaitement ces deux langues que doivent maîtriser les savants et les lettrés qu'en autodidacte seulement à l'âge de 40 ans), et une orthographe chaotique montre que cette instruction n'est pas sans lacune ; en tout cas, il ne peut prétendre à des études universitaires.

Sa grand-mère paternelle, Lucia di ser Piero di Zoso, céramiste et proche de Léonard, est peut-être la personne qui l'initia aux arts. Un présage connu rapporte qu'un milan venu du ciel aurait fait un vol stationnaire au-dessus de son berceau, la queue de l'oiseau le touchant au visage.

Giorgio Vasari, le biographe du  des peintres de la Renaissance, raconte, dans Le Vite (1568), l'histoire d'un paysan local qui demanda à ser Piero que son talentueux fils peigne une image sur un bouclier de bois utilisé comme épouvantail, une rondache. Léonard, rassemblant différentes parties d'animaux qu'il observait attentivement lors de ses pérégrinations dans la campagne, peignit une image représentant un dragon crachant du feu, si réussie que ser Piero la vendit à un marchand d'art florentin, lui-même la revendant au duc de Milan. Entre-temps, après avoir réalisé un bénéfice, ser Piero acheta une plaque décorée d'un cœur transpercé d'une flèche qu'il donna au paysan. Cette anecdote est cependant à prendre avec précaution car, selon Paul Barolsky, de nombreux récits des Vite constituent de pures inventions poétiques.




#Article 141: Eklissi (113 words)


Eklissi (verb Grieg: ekleipô, tgħib, għalkemm derivat mill-prefiss 'ex-',  'il bogħod minn, u l-Grieg 'leipein', titlaq) huwa avveniment astronomiku li jseħħ meta korp ċelesti jiġi fid-dell ta' korp ieħor. Eklissi tintuża ta' spiss biex tiddeskrivi l-eklissi solari (eklissi tax-xemx), jiġifieri, meta d-dell tal-Qamar jiġi fuq wiċċ id-Dinja, jew inkella eklissi lunari (eklissi tal-qamar), meta l-Qamar jidħol fid-dell tad-Dinja. Biss, eklissi tista' tirreferi għal avvenimenti oltrè din is-sistema tad-Dinja u l-Qamar: pereżempju, pjaneta li jimxi fid-dell mitfugħ minn wieħed mill-qmura tiegħu, qamar li jgħaddi mid-dell mitfugħ mill-pjaneta tiegħu, jew qamar li jgħaddi mid-dell mitfugħ minn qamar ieħor. Eklissi hija tip ta' siżiġija. Eklissijiet huma impossibli fuq il-pjaneti Merkurju u Venere, għax dawn m'għandhomx qmura.




#Article 142: Partit Laburista (Malta) (5828 words)


Il-Partit Laburista (PL) huwa partit politiku Malti ta' twemmin soċjal demokratiku, affiljat mal-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej. Twaqqaf fl-1920, u kien fil-gvern tal-pajjiż disa' darbiet minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, l-ewwel darba fl-1947 u l-aħħar li kien fl-2017. Mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn kien dejjem wieħed miż-żewġ partiti l-kbar f'Malta. Fl-Istatut (2010) tiegħu, il-Partit Laburista jiddeskrivi hekk lilu nnifsu: 

Fost il-kisbiet tal-Partit Laburista meta kien fil-gvern ta' Malta nsibu d-dritt tal-vot lill-mara, id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ li jagħlqu t-18-il sena, u iktar tard anke lil dawk li jagħlqu 16-il sena, li Malta saret Repubblika u l-Kap tal-Istat Malti għall-ewwel darba kien Malti, l-għeluq tal-bażijiet militari u n-newtralità ta' Malta, għajnuna finanzjarja għal min iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol, edukazzjoni b’xejn u għal kulħadd, ċentri tal-Kindergarten, skejjel tas-snajja’ u l-Junior Lyceums, servizzi ta' saħħa b’xejn u għal kulħadd, ċentri tas-Saħħa mferrxin mal-pajjiż, pensjoni għal min jirtira mix-xogħol bl-età, ħlas lin-nisa daqs l-irġiel għall-istess xogħol, il-ħatra tal-ewwel Ministru mara, l-ewwel Speaker mara u l-ewwel President tar-Repubblika mara, ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa, il-Paga Minima Nazzjonali, id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, unjoni ċivili u iktar tard żwieġ bejn persuni tal-istess sess, it-tneħħija tal-Piena tal-Mewt, iċ-Children’s Allowance,  leave bi ħlas ta’ 13 il-ġimgħa, bonus darbtejn fis-sena, għajnuna finanzjarja lir-romol, morda u persuni b’diżabilità, ħafna mpjiegi minn investiment kbir mill-Ġermanja, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, mitjar ġdid, baċir ġdid, diversi Housing Estates, is-Sea Malta, l-Enemalta, it-Telemalta, l-Air Malta, il-Mid-Med Bank, u l-Bank of Valletta.

Il-Partit Laburista twaqqaf uffiċjalment bl-isem ta' La Camera del Lavoro, nhar il-15 ta' Ottubru 1920. Elementi importanti fit-twaqqif tal-Partit Laburista kienu:

Fil-ktieb tiegħu, L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema (1931), Ġużè Bonnici jikteb:

 

Il-Partit Laburista immexxi mill-Kurunell William Savona ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali li qatt saret f'Malta, dik tal-1921. Fiha kiseb 23% tal-voti u tella’ 7 deputati f’parlament ta’ 32 deputat. Fosthom kien hemm dak li iktar tard sar Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi. Fl-1922, inħatru l-ewwel Ministri Laburisti wara li għal 9 xhur il-Partit Laburista daħal fi gvern ta’ koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese.

Bejn l-1926 u l-1932 il-Partit Laburista u l-Partit Kostituzzjonali ta' Strickland ingħaqdu u kien iffurmat il-Gvern tal-Compact. Fl-elezzjoni tal-1927 il-Partit Laburista kiseb 14% tal-voti. Il-ftehim kien li l-Partit Laburista jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Partit Kostituzzjonali bil-patt li meta dan tal-ahhar ikun fil-Gvern, jgħaddi legiżlazzjoni u jieħu miżuri favur it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ħaddiema. 

Fl-elezzjoni tal-1927 William Savona ma kienx elett u bħala mexxej tal-grupp parlamentari ntgħażel il-Kurunell Michael Dundon iżda f'Novembru 1928 dan irriżenja minħabba saħħtu u floku laħaq it-tabib Pawlu Boffa.

Fiż-żmien il-Gvern tal-Compact, bl-insistenza tal-Partit Laburista għaddiet il-‘Workmen’s Compensation Act’ – li kienet waħda mill-ewwel liġijiet soċjali f’Malta li permezz tagħha il-ħaddiem kien iħallas sold fil-ġimgħa u jekk iweġġa’ fuq ix-xogħol kien jieħu tliet xelini fi ħlas. Din il-liġi daħlet fis-seħħ f’Awwissu 1929. Twaqqaf ukoll iċ-Ċentru ta’ Taħriġ għall-Emigranti u fl-1930 nbeda l-bini tal-Isptar San Luqa. Il-Partit Laburista mmexxi minn Boffa ħadem biex l-ilsien Malti jidħol fil-qrati.
 

Minħabba l-ewwel Kwistjoni Politiko-Reliġjuża ta’ bejn l-1928 u l-1932, Gerald Strickland tilef l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 1932 u l-Partit Laburista mar il-baħar. Wara l-elezzjoni tal-1932, il-Partit Laburista li kien tella' biss siġġu wieħed, dak tat-tabib Boffa, kien f'riskju li jispiċċa mix-xena politika.

Fl-1933, 9 żgħażagħ Laburisti ġew arrestati bl-akkuża li kellhom materjal sedizzjuż u 6 minnhom: Ġużè Orlando, Wiġi Azzopardi, Karmnu Carabott, Ġanni Valvo, Salvu Pulis u Joseph Storace,  għaddew ġuri, tilfu l-impjieg u weħlu wkoll il-ħabs.

Fis-snin tletin u erbgħin il-Partit Laburista stinka biex jingħata l-vot lin-nisa u d-dritt ta' vot wieħed biss għal kull persuna.

Nhar il-5 ta' Ottubru 1943 twaqqfet il-General Workers Union, union li dejjem ħadmet viċin il-Partit Laburista.

Nhar is-17 ta' Settembru 1944, Dom Mintoff ta' 28 sena inħatar Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista.

Fl-elezzjoni tal-1939, il-Partit Laburista kien ġab biss 3100 vot. Fl-elezzjoni tal-1945 ivvutaw għall-ewwel darba l-irġiel kollha li kienu għalqu l-21 sena. Il-Partit Laburista f'din l-elezzjoni żied 16,000 -il vot u tella' 9 deputati fil-Kunsill tal-Gvern.

Fl-1947 ivvutaw għall-ewwel darba in-nisa. Il-Partit Laburista rebaħ l-ewwel darba b'maġġoranza assoluta ta' 60% tal-voti tal-poplu Malti u ġab 63,145 vot. Il-Partit Nazzjonalista kien ġab 19,041 u d-Democratic Action Party 14,010 vot. Dan l-ewwel gvern Laburista fl-istorja ta' Malta kien immexxi mit-tabib Pawlu Boffa li kien ilu mexxej tal-Partit mill-1928. Fuq dan l-ewwel gvern Laburista, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk ħamsin sena wara, fl-1998:

Qabel ma tela' l-Partit Laburista fil-gvern, fil-kamp tal-għajnuna soċjali ma kien jeżisti xejn, ma kienet teżisti l-ebda pensjoni. Kien Gvern Laburista mmexxi minn Boffa li beda jagħti din l-għajnuna u għamel l-Att tal-1948 dwar il-Pensjonijiet għax-xjuħ li b’kol­lox kien jipprovdi dawn il-be­nefiċċji: 

a) Pensjoni għax-xjuħ; 

b) Pensjoni għall-għomja; 

ċ) Pensjoni għal nies b’diżabilità; 

d) Allowance għax-xjuħ.

Mill-ewwel xhur ta' gvern Laburista beda jinqala' diżgwid bejn il-Prim Ministru Pawlu Boffa u d-Deputat Prim Ministru, Dom Mintoff l-aktar dwar il-mod li l-gvern kien qed jimxi mal-ħakma Ingliża f'Malta. Dan wassal għal qasma, imsejħa split, fil-Partit Laburista fl-1949. Pawlu Boffa twarrab mill-Konferenza Ġenerali u dan min-naħa tiegħu beda  partit ġdid bl-isem ta' Malta Workers Party, filwaqt li nhar l-10 ta' Ottubru 1949 il-Perit Dom Mintoff laħaq mexxej tal-Partit Laburista Malti fl-eta' ta' 33 sena u l-isem uffiċjali tal-partit sar Malta Labour Party. 

Nhar l-14 ta' Jannar 1951, twaqqfet fergħa taż-żgħażagħ ġdida fil-Partit bl-isem Labour League of Youth.

Il-Partit Laburista mmexxi minn Mintoff rebaħ l-Elezzjoni tal-1955, b’56% tal-voti bil-proposta ewlenija tkun dik tal-integration mar-Renju Unit. B'hekk Mintoff ġie maħtur Prim Ministru ta' Malta għall-ewwel darba. Fil-Kabinett tiegħu kien hemm l-awtur famuż Ġużè Ellul Mercer, li kien inħatar Ministru tax-Xogħol, u Agatha Barbara Ministru tal-Edukazzjoni, li żmien wara kellha ssir President ta' Malta. 

Il-Gvern ta' Mintoff wettaq riformi kbar fis-sistema edukattiva. L-iskola saret bla ħlas u obbligatorja sakemm it-tfal ikollhom 14-il sena. Inbnew jew tkabbru 44 skola fil-pajjiż. Bdew jitqassmu kotba b’xejn u l-istudenti tal-kulleġġ bdew jingħataw dak li jissejjaħ “pocket money” waqt li nfetħu l-ewwel skejjel speċjali, fosthom għal dawk neqsin mid-dawl, is-smigħ u oħrajn bi problemi mentali.

Il-Gvern Laburista għadda l-Att tal-1956 dwar l-Għajnuna Nazzjonali. Dan kien jipprovdi dawn il-benefiċċji: 

a) Għajnuna Soċjali; 

b) Għajnuna speċjali għal waqt il-qgħad; 

ċ) Għajnuna għall-mard; 

d) Għoti tal-ħalib lit-tfal tal-is­kola; 

e) Għajnuna dwar il-lebbra; 

f) Għajnuna dwar it-tuber­ko­lożi;

ġ) Mediċini b’xejn.

U biex jgħin dawn il-benefiċċji kollha, il-Gvern Laburista intro­duċa għall-ewwel darba t-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax). 

Mintoff ried li Malta tkun integrata totalment mal-Ingliżi biex il-Maltin kien ikollhom drittijiet u ghixien ahjar, ugwali daqs il-poplu Ingliz. It-trattati sfaxxaw wara li fl-1958 tfaccat il-possibilita' li tinghalaq it-tarzna mill-Inglizi u dawn tal-ahhar ma ridux ukoll jaghtu garanzija kemm se jdumu jaghtu flus lil Malta wara dan it-trattat. Il-gvern Laburista waqqaf in-negozjati kollha mal-Ingilterra u beda jahdem favur Malta Indipendenti.

Minhabba li l-Inglizi baqghu ma taw l-ebda garanzija dwar il-futur tat-tarzna, il-gvern Laburista rrizenja u minhabba dan, sehhew irvellijiet kbar mill-Maltin kontra l-Inglizi, fit-28 t'April 1958. Ħafna ġew arrestati fosthom ministri Laburisti, Bertu Hyzler u Agatha Barbara dak iz-zmien ministru tal-edukazzjoni u li hafna snin wara, nhatret l-ewwel President mara.

Il-Knisja mmexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi beżgħet li jekk Malta tiġi integrata mal-Ingilterra, Malta ma kinitx se tibqa' l-pajjiż Kattoliku li kienet, u għalhekk interdettat l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota għall-Partit jew jaqra l-gazzetti tiegħu. Partitarji Laburisti bdew jindifnu f'art mhux ikkonsagrata fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, imsejħa l-Miżbla, membri tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, bħal Lino Spiteri u Joe Micallef Stafrace iżżewġu fis-sagristiji tal-knejjes u l-attivisti Laburisti ma kinux jingħataw assolazzjoni fil-qrar. Waqt xi meetings tal-Partit Laburista kienu jindaqqu l-qniepen tal-knejjes. 

Dan wassal għal qasma oħra fil-partit (bil-ħolqien tal-Christian Workers Party ta' Pellegrini li dam sa l-1966) u telfa elettorali fl-1962 li saru taħt kostituzzjoni ġdida.

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1966, il-Knisja għal darb’ oħra lagħbet rwol importanti, peress li s-sanzjonijiet imposti fuq il-Partit Laburista u s-sostenituri tiegħu, kienu għadhom fis-seħħ. Iż-żminijiet kienu qed jinbidlu, u l-Knisja Kattolika indunat b'dan. Għalhekk din id-darba is-sanzjonijiet ma kinux proklamati b'mod ferventi pubblikament bħalma ġara fl-elezzjonijet ta' qabel. Iżda dan ma jfissirx li kienu inqas effettivi. Infatti kien għad hemm ħafna qassisin li waqt l-omeliji tagħhom minn fuq il-pulptu, kienu jgħaddu kummenti kontra l-Partit Laburista. Inqala' ukoll il-każ tal-Professur Pietru Pawl Saydon. Kif kien mistenni, l-elezzjonijiet reġgħu ntrebħu mill-Partit Nazzjonalista, iżda l-Partit Laburista mar aħjar mill-elezzjonijjiet preċedenti tal-1962 u żied konsiderevolment l-ammont ta' voti. Il-Partit Laburista, rebaħ 22 siġġu minn 50 u 43.1% tal-voti. It-28 siġġu l-ieħor intrebħu kollha mill-Partit Nazzjonalista, bil-partiti ż-żgħar ma jirnexxilhomx itellgħu kandidat. Ġorġ Borg Olivier b’hekk reġa’ nħatar Prim Ministru.

Sar ċaqliq fir-relazzjonijiet bejn il-knisja u l-Partit Laburista meta ntbagħat f'Malta, l-isqof Mons. Emmanuel Gerada li kien jifforma parti mill-korp diplomatiku tal-Vatikan. Infatti f'April 1969, wara ħafna diskussjonijiet, anke bis-sehem ta' dak li ħafna żmien wara sar Kardinal, Patri Prospero Grech, iż-żewġ naħat laħqu ftehim u Mons. Gerada iffirma trattat mal-Partit Laburista li kien jgħid li l-Knisja ma kellix tindaħal iktar fi kwistjonijiet politiċi u li kellhom jiġu wkoll irtirati s-sanzjonijiet kollha kontra l-Partit Laburista. B'hekk il-Partit Laburista seta' fl-aħħar jikkonċentra biss fuq kwistjonijiet politiċi minflok jinħela fi ġlied żejjed kontra l-Knisja. Intant, is-sitt punti msemmija mill-Partit Laburista rigward ir-relazzjoni bejn l-istat u l-knisja, kienu iktar il-quddiem, inklużi fil-Kostituzzjoni Repubblikana tal-1974.

Il-Partit ipparteċipa fit-taħdidiet għall-Indipendenza.Il-Partit Laburista ma qabilx ma' dak li ġie offrut ghax Malta u fil-fatt, ma kienx ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-Indipendenza fl-1964. Skond Mintoff din kienet indipendenza farsa għax postijiet u istituzzjonijiet importanti ghal Malta baqghu mmexxija u okkupati mill-Inglizi, u sahansitra r-Regina tal-Ingilterra baqghet il-Kap tal-Istat Malti.

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1971 l-MLP u l-GWU ippreżentaw programm konġunt imsemmi 'Malta Maltija fil-Paċi u l-Progress'. Il-programm kien definit bhala wieħed soċjal-demokratiku, u il-wegħdiet prinċipali kienu jinkludu it-twaqqif ta' ftehim dwar forzi militari barranin f'Malta, l-introduzzjoni ta' leġislazzjoni soċjali bħal ġimgha ta' 40 siegħa, il-paga minima, riforma fuq it-taxxa tad-dħul u pjan ekonomiku li kien jemfasizza fuq l-edukazzjoni, l-industrija, agrikoltura u sajd, turiżmu, housing, children's allowance u forom oħrajn ta' welfare.

Il-programm emfasizza ukoll fuq id-drittijiet ugwali mingħajr distinzjoni ta' razza, kulur jew twemmin, kif ukoll id-dover li jwaqqaf it-tbatija u s-sofferenza li tirriżulta minn nuqqas ta' ugwaljanza bejn is-sinjur u l-fqir. Il-Partit Laburista wiegħed ukoll 50% parteċipazzjoni tal-Union fit-tmexxija tat-tarzna sabiex tkun tista' tiġi rranġata is-sitwazzjni ekonomika. Għall-elezzjonijiet ġenerali tal-1971, il-Partit Laburista iddeċieda li jiġġieled l-elezzjoni ġenerali fuq il-kwistjonijiet tal-korruzzjoni, il-qagħad u l-emigrazzjoni (ta' min isemmi li ftit xhur qabel, eluf ta' Maltin kienu emigraw lejn il-Kanada u l-Awstralja biex ifittxu ħajja u futur aħjar).

Il-kampanja elettorali kienet pjuttost kwieta. L-MLP rebaħ l-elezzjonijiet bi 28 siġġu minn 55 fil-Parlament, u 50.8% tal-voti, b'maġġoranza minima ta' siġġu wieħed biss fil-Parlament. L-ewwel ħaġa li għamel Mintoff mal-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru, kienet li neħħa lil Sir Maurice Dorman minn Gvernatur ta' Malta, u minn floku laħħaq Malti, Sir Anthony Mamo; fl-1974 Sir Anthony Mamo ġie maħtur bhala l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta.

Vapuri tal-Gwerra Amerikani ma tħallewx jużaw il-portijiet Maltin, u l-Kmandant tan-N.A.T.O. ġie ddikjarat persona non grata u għalhekk kellu jitlaq minn Malta, bil-kwartieri tan-N.A.T.O. jiġu magħluqa.

Sadanittant, Mintoff laħaq bosta ftehim ma' pajjiżi barranin, bl-intenzjoni li jattira investiment lejn Malta u jingħata għajnuna finanzjarja; l-iktar għajnuna konkreta waslet mill-Libja u l-pajjiżi kommunisti, bħall-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina.

Il-Gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet ħadu bosta miżuri soċjali fosthom:

Fl-Elezzjoni tal-1981, il-Partit Laburista, avolja ġab minoranza ta' voti (49.1%) irnexxilu jirbaħ iktar siġġijiet parlamentari min-Nazzjonalisti, li rnexxielhom jirbħu 50.9% tal-voti. B'hekk l-MLP rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali għat-tielet darba konsekuttiva. Ir-riżultat ġie meqjus bħala wieħed pervers u filfatt, Mintoff ried li jsiru elezzjonijet ġodda dik is-sena stess biex isolvu din il-polemika. Iżda l-ministri tiegħu ma ridux u b'hekk din baqgħet ma saritx. Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa billi ddikjara l-Gvern Laburista bħala wieħed ta' minoranza u akkuża l-Gvern b'jerrymandering. Dan wassal għal ħafna tensjoni fil-pajjiż fis-snin ta' wara. L-ebda MP Nazzjonalista ma attenda l-parlament għal tliet snin sħaħ, u dan apparti n-numru ta' bojkotts li kienu jsiru. Fost dawn kien hemm il-bojkott tat-televiżjoni tal-istat, li dak iż-żmien kien l-uniku stazzjon televiżiv lokali, kif ukoll f'ċerti retail outlets. In-numru ta' theddid u tqegħid ta' bombi ma' djar ta' nies prominenti żdied u dan inevitabilment ġab miegħu instabbilità kbira fil-pajjiż.

Mintoff ippropona li Mifsud Bonnici jiġi mlaħħaq Deputat Mexxej tal-Partit u fil-fatt dan ġie elett bħala deputat mexxej fid-29 ta' Mejju, 1980. Fil-15 t'Ottubru, 1982 Dott. Karmenu Mifsud Bonnici ġie appuntat Mexxej tal-Malta Labour Party wara mozzjoni minn Dom Mintoff. Huwa ġie co-opted fil-Parlament fit-2 ta' Mejju, 1983 u ġie appuntat Ministru tal-Edukazzjoni.

Fit-22 ta' Diċembru, 1984 Mintoff irriżenja minn Prim Ministru ta' Malta u minn floku laħaq Karmenu Mifsud Bonnici. Dom Mintoff żamm is-siġġu tiegħu fil-Parlament wara r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru u xorta baqa' attiv politikament avolja ma baqax il-mexxej tal-partit. Beda jissuġġerixxi li jsiru emendi kostituzzjonali rigward is-sistema elettorali u l-Presidenza. Fl-20 ta' Diċembru 1986 intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partiti u sar il-bdil neċessarju.

Fl-1987, il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni. Fl-1989, il-whip tal-Partit Wenzu Mintoff u l-President Toni Abela tkeċċew mill-Partit Laburista wara li riedu lill-mexxej tal-Partit Laburista jiehu responsabbilta' politika tal-atti vjolenti li saru minn xi partitarji. Dawn ftit wara bdew partit ġdid bl-isem ta' Alternattiva Demokratika imma eventwalment reġgħu ingħaqdu mal-Partit Laburista.

Fl-1992 il-Partit Laburista reġa' tilef l-elezzjoni. Mifsud Bonnici irreżenja minn mexxej. 

Wara r-riżenja ta' Karmenu Mifsud Bonnici li kien propona lil George Vella bħala Mexxej tal-Partit u dan ma aċċettax, Alfred Sant kien elett Mexxej tal-Partit Laburista mill-Konferenza Ġenerali tal-Partit nhar is-26 ta' Marzu 1992, f'elezzjoni li għaliha kkontestaw ukoll l-eks-ministri Lino Spiteri u Joe Brincat. Tmien snin wara, Lino Spiteri allega li f'din l-elezzjoni kien hemm min bagħbas fil-voti biex ma jitlax hu, tbagħbis li Spiteri qal Alfred Sant ma kellux x'jaqsam miegħu u lanqas kien jaf bih. 

Sant mill-ewwel iċċaqlaq biex jimmodernizza l-Partit. Il-Partit ħareġ mill-kwartieri storiċi tiegħu fil-Maċina, Bormla, għal bini ġodda tal-Kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun, twaqqaf Super One TV u Super One Radio u inħallet l-għaqda statutorja mal-GWU u saru emedi sinjifikanti fl-istatut.

Mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993 il-Partit iddeċieda li ma jipparteċipax formalment fl-elezzjonijiet, pożizzjoni li żamm sa l-1998, għalkemm kien jappoġġa lill-kandidati Indipendenti.

It-tibdiliet li saru, kif ukoll it-telfien ta' popolarità tal-Partit Nazzjonalista, wasslu lill-Partit Laburista lura għar-rebħ fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1996, l-ewwel darba li akkwista maġġoranza assoluta mill-1976. Il-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant, u d-deputati mexxejja George Vella u George Abela, rebaħ l-elezzjonijiet tal-1996 b'maġġoranza ta' 132,497 vot, żieda ta' 17,000 -il vot fuq l-elezzjoni ta' qabel, u nhar is-26 ta' Ottubru Alfred Sant ħa l-ġurament bħala Priministru. Kien ġab maġġoranza ta' 7000 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista imma kellu biss siġġu wieħed iktar. Immedjatament kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni, Sant ħareġ lil Malta mill-Partnership for Peace tan-NATO u beda l-proċess biex titneħħa l-VAT li fil-fatt tneħħiet u minflokha daħlet taxxa bl-isem CET. 

Fi żmien il-Gvern ta' Sant, inħatret l-ewwel Speaker mara fl-istorja tal-Parlament Malti, l-Avukat Miriam Spiteri Debono. Inħatret ukoll l-ewwel mara bħala kap ta’ agenzija tal-Gvern meta nħatret Sina Bugeja bħala Kap Eżekuttiv ta’ Sedqa. Alfred Sant kien l-ewwel Prim Ministru Laburista li ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-Indipendenza, fil-21 ta' Settembru 1997. F'April 1997, il-Gvern ta' Sant ospita l-Konferenza Ewro-Mediterranja li fiha seħħet laqgħa importanti bejn il-mexxej Palestinjan Yasser Arafat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, David Levy.

Il-Gvern ta' Sant għamel il-Proġett ta' Buġibba, irrestawra l-Berġa tal-Baviera u l-Palazz Vilhena. Tnaddaf u ġie rranġat Wied il-Fiddien, il-moll ta’ Lazzarett. Sar il-pavimentar ta’ Triq ir-Repubblika fil-Belt. Saret l-ewwel fażi tal-proġett ta’ Chadwick Lakes. Sar proġett ta’ tisbiħ f’Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħaġar Qim, fil-bajja tal-Ġnejna, madwar il-Ġonna ta’ San Anton, fil-bajja tar-Rinella, il-Magħluq f’Wied il-Għajn li fih inbena teatru Grieg u ddikjarat riserva naturali u ġnien gdid fil-Baħrija.

Il-Prim Ministru Sant ikkummissjona żewġ rapporti fuq it-Tarzna li t-tnejn urew il-qagħda ħażina li kienet fiha. Sant ra l-ħtieġa ta' sehem dirett fit-tmexxija tat-Tarznari mill-Gvern f’isem il-poplu, li kien qiegħed iħallas għat-telf li nġema’, u l-ħtieġa ta’ ristrutturar tal-operat tat-tarznari. Il-Kunsill tat-Tarzna sar kompost minn erbgħa membri magħżula mill-Gvern, erbgħa magħżula mill-ħaddiema u Chairman magħżul mill-Gvern. 

Il-Gvern ta' Sant daħal fi ftehim mal-isptar Capua Palace sabiex operazzjonijiet tal-qalb li ma setgħux isiru St. Luke’s jibdew isiru privat. Fetaħ unit gdid f’St. Luke’s għal kirurgija mhux maġġuri. Biddel il-pjanti għall-isptar Tal-Qroqq, li iktar tard issemma Mater Dei, biex dan ikun sptar ġenerali, xi ħaġa li l-Gvern Nazzjonalista ta' wara żamm. Fetaħ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid fl-isptar ġenerali t’Għawdex. Inbniet dar għall-anzjani f’Bormla. Infetaħ Day Care Centre għall-anzjani f'Tas-Sliema u ieħor fiż-Żurrieq. Infetaħ uffiċjalment il-kumpless għal taħriġ gġall adulti b’diżabilità f’Wied il-Għajn.

Iddaħħlu regolamenti ġodda ta' rmunkar u clamping. Sar il-proġett tat-traffiku tal-Marsa. Beda jsir il-breathalyser test fuq is-sewwieqa tal-vetturi, u daħlet fis-sehh is-sistema tal-VRT ghall-karozzi.

Tħabbar l-ewwel Ombudsman għall-Università. Bdiet skema tal-Education Business Industry fejn edukaturi setgħu jitħarrġu dwar l-aħħar teknoloġija u proċessi industrijali. Fis-sajf tal-1998 sar xogħol ta' manutenzjoni fi 86 skola tal-Gvern. Infetah ir-Rinella Movie Park. F’Settembru 1997 twaqqfet l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta.

Iżda ma damx ma beda jberraq. Differenzi mal-eks-Mexxej tal-Partit Laburista, Dom Mintoff, żieda sostanzjali fit-tariffi tad-dawl u l-ilma u maġġoranza Parlamentari ta' siġġu wieħed ikaratterizzaw il-bidu tas-sajf ta' l-1998. Mintoff ivvota kontra l-Gvern u Sant ta parir lill-President li jxolji l-Kamra u jsejjah elezzjonijiet bikrija. F'nofs leġislatura u maqsuma l-Partit Laburista u tilef l-elezzjonijiet.

Wara l-elezzjonijiet ta' l-1998 Sant baqa' mhux ikkontestat bħala Mexxej għalkemm tilef wieħed mid-deputati mexxejja tiegħu, Ġorġ Abela. Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata mill-kwistjonijiet politiċi madwar l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-UE, xi ħaġa li l-Partit Laburista oppona ghax hass li kien kmieni wisq ghal Malta biex taghmel dan il-pass. In-negozjati ngħalqu fl-aħħar ta' l-2002. Il-Gvern sejjaħ referendum f'Marzu imma l-Partit Laburista ta struzzjonijiet biex il-partitarji jastjenu, jivvotaw kontra, jew iħassru l-vot. Minkejja li maġġoranza ivvotat iva l-Partit Laburista insista li l-vot m'għaddiex peress li din ma kinitx maġġoranza tal-votanti kollha eliġibbli.

Il-Gvern mill-ewwel sejjaħ elezzjonijiet ġenerali li l-MLP reġa' tilef. Sant irriżenja u ssejħet elezzjoni għal mexxej. Sant ikkontesta flimkien ma' Anglu Farrugia u John Attard Montalto. Sant ġab 66% tal voti tad-delegati u rega gie elett bhala kap tal-partit. Il-politika tal-Partit Laburista fil-konfront ta' l-UE inbidlet u kien Sant stess li ġab l-approvazzjoni tal-Konferenza Ġenerali biex jappoġġa t-test tat-Trattat Kostituzzjonali ta' l-UE ghax accetta dak li rid il-poplu.

Fl-2004, fl-ewwel elezzjoni għall-Parlament Ewropew f'Malta, l-Partit Laburista ġab l-akbar ammont ta' voti u tella' tliet Membri Parlamentari Ewropej. Dawn kienu Joseph Muscat, John Attard Montalto u Louis Grech.

Fl-ahhar serje ta' elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburita, immexxi minn Dr Alfred Sant, gab maggoranza assoluta ta' voti, ukoll f'lokalitajiet maghrufin ghall-appogg taghhom ghall-PN.

Iżda fl-elezzjoni tat-8 ta' Marzu, 2008, il-Partit Laburista Malti reġa' tilef l-elezzjoni ġenerali għat-tielet darba konsekuttiva. B'48.79% tal-voti, l-Labour ġab biss 1,580 vot jew 0.5% inqas mill-partit Nazzjonalista. Wara din it-telfa l-mexxej Alfred Sant iddeċieda li jirreżenja, fl-10 ta'Marzu, ftit sigħat biss wara il-ħruġ tar-riżultat uffiċjali.

Wara r-riżenja ta' Alfred Sant, laħaq bħala aġent kap tal-Partit Charles Mangion. Fil-5 ta' Ġunju 2008 saret l-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista, li għaliha kkontestaw ħames kandidati: George Abela, Evarist Bartolo, Marie-Louise Coleiro Preca, Michael Falzon u Joseph Muscat. Ħadd mill-ħames kandidati però ma ġab l-maġġoranza tal-voti fl-ewwel elezzjoni, b'hekk kellha tissejjaħ elezzjoni l-għada is-6 ta' Ġunju bejn l-ewwel żewġ kandidati li ġabu l-aktar voti. Dawn kienu George Abela u Joseph Muscat. 

Fl-elezzjoni finali Joseph Muscat inħatar mexxej tal-partit b'67% tal-voti tad-delegati. Hu sar it-tieni l-iżgħar mexxej tal-Partit Laburista wara Dom Mintoff.  

F'Novembru 2008, il-Malta Labour Party bidel ismu għal Partit Laburista bl-inizjali PL flok MLP.

Fl-2009, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, din id-darba b'55% tal-voti mitfugħa filwaqt li ġab 35,000 vot aktar mill-PN.

Fl-ewwel tliet snin tat-tmexxija ta' Joseph Muscat ingħaqdu mal-Partit Laburista persuni li qabel kienu jaħdmu fil-kamp Nazzjonalista bħal Manuel Mallia (li fl-2013 sar il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali)Marisa Micallef Leyson, Mario Farrugia Borg, Deborah Schembri (li fl-2013 telgħet fil-Parlament) u Cyrus Engerer (li ħiereġ għall-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014). Ħareġ ukoll mal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet Ewropej il-Professur Edward Scicluna, li qabel ma kienx fil-politika u li fl-2013 sar Ministru tal-Finanzi, u Dr. Konrad Mizzi (li fl-2013 sar Ministru għall-Enerġija). Lydia Abela, mart iben il-President George Abela saret is-segretarju eżekuttiv tal-Partit Laburista. Robert Abela, bin il-President, ikkampanja fl-elezzjoni ġenerali favur il-Partit Laburista. John Bundy, eks-kandidat tal-PN, beda jippreżenta programm fuq ONE TV. Fil-Konferenza Ġenerali tal-2011, ħabbru li se joħorġu għall-ewwel darba għall-elezzjoni mal-Partit il-mużiċista Sigmund Mifsud, l-avukat tal-General Workers' Union Joanne Vella Cuschieri, u t-tobba Deo Debattista (li fl-2013 tela' fil-Parlament), Silvio Grixti u Godfrey Farrugia (li fl-2013 sar Ministru tas-Saħħa).

F'Marzu 2012, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f’35 lokalità bi swing ta’ 5.5% fil-voti favurih u tnaqqis ta’ 5.26% fil-voti għall-Partit Nazzjonalista. Il-PL ġab kważi 56% tal-voti u rebaħ lokalitajiet li tradizzjonalment dejjem kienu f’idejn il-PN, f'San Pawl il-Baħar, Ħal Safi u l-Qala. F’lokalitajiet oħrajn tradizzjonalment Nazzjonalisti, il-PL irnexxielu jżid il-voti b’persentaġġi sostanzjali fosthom f’Ħal Balzan, is-Siġġiewi u San Ġiljan fejn żied il-voti b’7%, b’4% u 10.7% rispettivament. Minn 35 lokalità li fihom saru l-elezzjonijiet, f’21 minnhom il-Partit Laburista ġab maġġoranza tal-voti. B'kollox kien hemm 61,751 li vvutaw għall-Partit Laburista, 46,409 li vvutaw għall-Partit Nazzjonalista, 1,797 vot għall-Alternattiva Demokratika u 960 għall-kandidati indipendenti. Il-PL ġab 15,342 vot iktar mill-PN, 14% iktar.

Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, il-Partit Laburista kiseb 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 132,426 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza għal diversi snin tant li l-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni.

F'Marzu 2013, fl-istess jum tal-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fi 33 lokalità u żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta’ erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naq­qas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%. F’dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta’ Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera.

Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68.

Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, Marlene Mizzi, li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot.

Nhar l-24 ta' Mejju 2014, Muscat iffaċċja l-ewwel elezzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, sena wara l-ħatra tiegħu. Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ewropej għat-tielet darba b'53.3% tal-voti, 33,675 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 40% tal-voti. Il-Partit Laburista ġab 1.5% inqas minn kemm kien ġab fl-2009. Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qegħdin jikkontestaw f’isem il-Partit Laburista bl-akbar għadd ta’ voti fl-ewwel għadd kien Alfred Sant, li kiseb 48,739 vot, 36% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista.

Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2017, il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot, 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 135,696 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija tant li l-PL ġab 55% u l-PN 43.7%.

Wara r-riżenja ta' Joseph Muscat minn Mexxej tal-Partit f'Jannar 2020, nhar it-12 ta' Jannar 2020, Robert Abela nħatar Mexxej tal-Partit Laburista, u l-għada nħatar Prim Ministru.

Fl-1923, il-membru parlamentari Robby Hamilton tal-Partit Kostituzzjonali li kien f'Compact mal-Partit Laburista ressaq mozzjoni biex il-Malti jsir it-tielet ilsien uffiċjali. Madankollu, il-mozzjoni, li kienet issekondata mill-Partit Laburista m’għaddietx. Hamilton kien l-ewwel persuna li qatt tkellmet bil-Malti fil-Parlament, anki jekk spiċċa rredikolat mill-avversarji politiċi tiegħu. Fl-1924, bis-saħħa ta’ mozzjoni mressqa mill-membru parlamentari Laburista Turu Mifsud, il-Gvern aċċetta li jippubblika l-grammatika tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, it-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija, miktub minn Ninu Cremona u Ġanni Vassallo. Sa llum dan il-ktieb għadu meqjus bħala l-qofol tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti. Bil-ħidma tal-Partit Laburista saru emendi fl-atti li jirregolaw il-professjoni notarili li  ppermettew li l-Malti jintuża f’kull dokument uffiċjali. Dehru wkoll l-ewwel avviżi bil-Malti fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-liġi elettorali, ir-regolamenti tat-traffiku, u ċ-ċitazzjonijiet tal-qorti (apparti l-verżjoni bit-Taljan) bdew jidhru wkoll bil-Malti.

Il-Partit Laburista mmexxi minn Boffa ħadem bis-sħiħ biex l-ilsien Malti jidħol fil-qrati. Min kien jaf biss bil-Malti, jiġifieri l-maġġoranza kbira tal-Maltin, lanqas biss kienu jifhmu x'kien ikun qed jingħad fuqhom. Fl-1934, il-Malti sar lingwa nazzjonali u fl-1936 sar il-lingwa tal-qrati. Dan qanqal l-għadab tal-għedewwa tal-Malti, fosthom Sir Arturo Mercieca u l-Kamra tal-Avukati. Fl-1937 il-Malti sar obbligatorju fl-Università u twaqqfet il-Katedra tal-Malti u l-Lingwi Orjentali. Fl-1998, Dom Mintoff fil-Parlament qal hekk fuq il-ħidma ta' Boffa:

Fl-1971, fi żmien il-Gvern ta' Mintoff, il-Malti, għall-ewwel darba, sar il-lingwa uffiċjali tal-Università flimkien mal-Ingliż. Għall-ewwel darba wkoll, id-diskors inawgurali tal-Parlament, indirizzat mill-Gvernatur Sir Anthony Mamo, sar bil-Malti. Fil-Kostituzzjoni ta' Malta Repubblika tal-1974 il-Malti kien rikonoxxut għal darba oħra bħala l-Ilsien Nazzjonali. Fl-1974, is-sensiela Denfil ħadet post is-sensiela Ġabra ta' Ward  bħala testi ta' qari fl-iskejjel primarji, serje li baqgħet tintuża għal iktar minn tletin sena. Bejn l-1976 u l-1977, fuq TVM bdiet tidher b’suċċess kbir l-ewwel sensiela televiżiva bil-Malti – F’Baħar Wieħed ta’ Lino Grech. Fl-1982, il-Partit Laburista beda s-Sensiela Kotba Soċjalisti(SKS) li fiha ġew ippubblikati kotba kbar bħal Ulied in-Nanna Venut u Il-Ħolma Maltija. Fl-istess sena l-Partit Laburista tella' l-ewwel rock opera bil-Malti, Ġensna, b'lirika ta' Raymond Mahoney u mużika ta' Paul Abela. Fis-snin disgħin il-Partit Laburista beda jorganizza l-Iljieli Mediterranji fil-Ġonna tal-Argotti, bi musicals oriġinali u ta' livell bħal Bastilja, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika, Spiru Ċefai, Żeża tal-Flagship, It-Tfajla tal-Palazz u Manwel Manwel. Il-Partit Laburista dejjem appoġja l-għana Malti u l-kanzunetta Maltija.

Fl-1982, il-Partit Laburista ħoloq diversi dipartimenti fi ħdanu, fosthom id-Dipartiment tat-Tagħrif, b'Alfred Sant bħala chairman. Fost inizjattivi ġodda ta' Alfred Sant kien hemm Dar tal-Pubblikazzjoni, is-Sensiela Kotba Soċjalisti, S.K.S. L-isem kien ingħata minn Anton Cassar, membru fl-istess dipartiment u ġurnalist. L-ewwel ktieb li ħareġ f’din is-sensiela kien il-ktieb “Il-Mixja tal-Ħaddiema lejn il-Ħelsien” ta’ Frans Sammut, ippubblikat fis-sena 1982. Warajh ġie ppubblikat il-ktieb ta' Anton Cassar “Meta l-Għawdxin kienu Mxewxa”. L-ewwel ktieb ta' Alfred Sant ippubblikat mal-S.K.S. kien fl-1988: It-28 ta’ April 1958 - Il-Ħobż u l-Ħelsien u l-aħħar wieħed George Bush f'Malta fl-2013. Sal-aħħar tal-2012, l-S.K.S. kienet ippubblikat 130 ktieb.

Diversi parlamentari u attivisti Laburisti kienu awturi u promoturi tal-Malti. Fl-1939 twaqqfet ix-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti minn Ġużè Bonnici (president), Ġużè Chetcuti, Anton Buttigieg, ilkoll Laburisti, flimkien ma' Ġorġ Pisani. Ftit wara, ix-Xirka bdiet ixxandar programmi letterarji fuq ir-Rediffusion. Fost awturi xellugin, ħafna minnhom membri jew deputati parlamentari tal-Partit Laburista, insibu lil  

L-iktar wieħed li dam mexxej tal-Partit kien Dom Mintoff, li dam 35 sena, u kien l-iżgħar mexxej meta laħaq. Kien priministru erba' darbiet, u huwa l-iktar priministru Malti li dam fil-kariga, 16 -il sena. Kien ukoll l-iktar membru parlamentari li dam fil-Parlament: 51 sena u l-iktar wieħed li kien elett drabi: 14-il darba - f'kull elezzjoni mill-1945 sal-1996. 

L-inqas mexxejja li damu kienu l-ewwel tnejn: Savona li dam kważi sentejn u Dundon sena u tliet xhur. Dundon kien ukoll l-ixjeħ mexxej meta laħaq. Kellu 72 sena meta laħaq. 

Fost il-mexxejja tiegħu, il-Partit Laburista kellu tliet avukati (Savona, Mifsud Bonnici u Abela), żewġ tobba (Dundon u Boffa), żewġ ekonomisti (Sant u Muscat) u perit (Mintoff).

Boffa, Sant, Muscat, u Abela qatt ma kienu Deputati Mexxejja tal-Partit qabel ma saru Mexxejja.

Skont l-Istatut tal-Partit (2010), id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament iservi ta’ Deputat Prim Ministru meta l-Partit ikun fil-Gvern u Deputat Kap tal-Oppożizzjoni meta l-Partit ikun fl-Oppożizzjoni. Huwa jieħu l-kariga u jkun responsabbli mill-istess xogħol u responsabbilitajiet ta’ Mexxej meta dan ikun assenti minn Malta jew ma jkunx f’pożizzjoni li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit fost oħrajn:

i) Imexxi u jikkordina l-ħidma tal-Amministrazzjoni u l-Fergħat tal-Parti, tal-Kumitati Lokali u l-Amministrazzjonijiet Distrettwali;

ii) Iżomm kuntatt kontinwu mal-Kumitati Lokali kollha u oqsma oħra tal-Partit bil-għan li jgħinhom kemm jista’ fil-problemi li jinqalgħu u jara li l-ilmenti tagħhom jiġu rizolti fi żmien qasir;

iii) Jikkordina l-ħidma tas-Sezzjoni Kunsilliera.

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit għandu d-dritt li jieħu sehem fil-laqgħat tal-Grupp Parlamentari.

Il-Partit Laburista għandu One Television u One Radio, stazzjonijiet tat-televixin u tar-radju rispettivament. Joħroġ il-ġurnal KullĦadd kull nhar ta' Ħadd. Il-partit għandu wkoll sit tal-aħbarijiet bl-Ingliż, il-maltastar.com kif ukoll servizz ta' telefonija ċellulari bl-isem ta' Red Touch Fone.

L-ewwel ġurnal uffiċjali Laburista beda joħroġ darba fil-ġimgħa, il-Labour Opinion, f’Diċembru 1922. L-editur tagħha kien Ġanni Bencini. Il-gazzetta, għalkemm b’isem Ingliż, kienet bil-Malti, imma kultant kien ikollha suppliment bl-Ingliż. F’Lulju 1924, Bencini sar deputat parlamentari, u bħala assistent miegħu fil-gazzetta kien daħal Gino Muscat Azzopardi, pijunier ieħor tal-Partit Laburista. Inqas minn sentejn wara, Gino Muscat Azzopardi sar ukoll editur u, sadattant, kien beda joħroġ ukoll il-gazzetta tiegħu satirika Dottor Xekkek.

Il-Labour Opinion waqfet fl-1926 u, flokha, il-Partit beda jippubblika Il Cotra — leħen il-ħaddiem Malti, bl-editur Gino Muscat Azzopardi, u assistent Ġużè Ellul Mercer. Fl-1930, Gino u Ġużè bidlu posthom, u Gino sar assistent ta’ Ġużè. Fl-1933 il-Gvern Ingliż issospenda l-kostituzzjoni ta’ Malta, u l-gazzetta laburista waqfet u kellhom jgħaddu ħdax-il sena biex il-Partit Laburista reġa’ kellu l-gazzetta tiegħu, The Dawn, bl-Ingliż u bil-Malti, bl-editur Turu Colombo u, aktar tard, l-ispiżjar Johnny Raimondo. Fl-1949 The Dawn saret Is-Sebħ, kollha bil-Malti, bl-editur Nestu Laiviera. Fl-1955 Laiviera sar Speaker tal-parlament Malti u floku bħala editur daħal l-istudent ta’ 22 sena Joe Micallef Stafrace. Minħabba wieħed mill-editorjali, Stafrace kien weħel erbat ijiem ħabs, fl-eqqel tal-ġlieda mal-Ingliżi f’April, 1958. 

Meta Is-Sebħ kien sospiż fl-1959, bdiet toħroġ gazzetta ġdida, Il-Ħelsien, b’editur mill-ġdid Nestu Laiviera, u aktar tard fl-1962 b’Lino Cassar l-assistent tiegħu. Sadattant, il-Partit beda joħroġ ukoll The Voice of Malta, darba fil-ġimgħa, kollha bl-Ingliż kull nhar ta’ Ħadd, u aktar tard bħala magazin darba fix-xahar. Fis-snin 1940 il-Partit kien joħroġ ukoll The Knight bħala magazin bl-Ingliż, b’kitba interessanti minn Dom Mintoff. L-editur uffiċjali ta’ The Voice kien Anton Buttigieg iżda l-iktar li kien jieħu ħsiebha kien Lino Cassar.

Il-Knisja, f’Mejju 1961, tat l-interdett lill-membri kollha tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista u imponiet ukoll id-dnub il-mejjet fuq il-gazzetti tiegħu. Il-Knisja neħħiet id-dnub kmieni fl-1967 u kien hawn li Il-Ħelsien waqfet u minflokha bdiet toħroġ il-gazzetta Iż-Żmien, din id-darba b’editur Lino Cassar, li sadattant kien beda joħroġ il-gazzetta umoristika Ix-Xewka. Iż-Żmien waqfet fl-1973 u kellhom jgħaddu seba’ snin oħra biex reġgħet bdiet toħroġ Il-Ħelsien, b’editur Evarist Bartolo. Meta reġgħet waqfet “Il-Ħelsien”, bdiet toħroġ fl-1993 il-KullĦadd kull nhar ta' Ħadd, bl-editur Felix Agius. 

L-ewwel darba li ssemmiet l-idea li l-Partit Laburista jkollu emblema tiegħu kien fi Frar tal-1924 waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-partit. Il-membri ddeċidew li jissejjaħ konkors qalb il-partitarji permezz tal-Labour Opinion, il-ġurnal tal-partit ta’ dak iż-żmien. Fis-7 ta’ Marzu 1924, l-eżekuttiv, wara diskussjoni twila għażel l-emblema tiegħu li iżda ma nafux kif kienet. Imbgħad f’Jannar 1927 reġa' ssemma l-bżonn ta' emblema. Mosè Gatt ippropona li jkunu avżati l-kumitati distrettwali biex jintbagħtu disinji li kellhom ikunu studjati flimkien ma‘ dawk id-disinji li l-partit diġà kellu – probabbli dawk tal-1924. John F. Marks, issekondat minn Ġanni Bencini, ippropona biex isir avviż f' Il-Cotra, il-ġurnal tal-partit li kien ħa post il-Labour Opinion, u jingħata 15-il jum żmien lil kull min ried jibgħat disinn tal-emblema. Din il-proposta ma għaddietx; għaddiet minflok il-proposta ta’ Mosè Gatt. Kienet iffurmata kummissjoni ta' tlieta magħmula minn Carmelo Longo, Kjeriku Egidio Galea Balzan u Giovanni Satariano biex jagħżlu mid-disinji li ntbagħtu u li issa kellu f’idejh il-kumitat eżekuttiv. Il-Kummissjoni għażlet tliet disinji u fil-11 ta' Mejju l-membri tal-eżekuttiv ivvutaw u għażlu d-disinn ta’ Alfred Gerada, meqjus bħala l-aqwa karikaturist li kien hawn f’Malta, fl-epoka ta’ qabel il-gwerra u anke għal snin wara. Id-disinn kien jinkludi arma ta' Malta fl-isfond u raġel bil-mazza: simbolu ta' enerġija, bl-iskrizzjoni bil-Malti mad-dawra, Partit tal-Ħaddiema. Il-bażi tal-arma kien l-isfar li jirrappreżenta r-reliġjon u l-ikħal għax Malta kienet parti mill-imperu Ingliż. Fiċ-ċentru tal-arma il-ħaddiem, għax għall-ewwel darba l-ħaddiem kien fiċ-ċentru tal-programm ta' ħidma ta' partit politiku.

Ladarba ntgħażlet l-emblema, beda jkun diskuss fil-kumitat ġenerali kif kellha tkun il-bandiera tal-Partit. Kien hemm min ried li l-bandiera tkun bajda u ħamra bl-emblema fin-nofs u kien hemm min ried sfond kompletament aħmar bil-badge fin-nofs. Kien deċiż li titħalla sine die u li l-kumitati distrettwali jagħmlu l-bandiera tagħhom kif jogħġobhom. Kien hemm każini bħal dak tal-Isla, li fuq il-bjut kienu jtajru bandiera ħamra bil-badge fin-nofs u oħrajn bħal dak tal-Ħamrun li użaw abjad u aħmar u l-badge fin-nofs.

It-torċa li llum hija sinonima mal-Partit Laburista dehret għall-ewwel darba f’Diċembru 1928 bħala parti mit-titlu tal-ġurnal tal-partit Il-Cotra. Din ukoll kienet disinn ta’ Gerada. L-isem li jirrapreżenta l-Kotra Maltija nsibuh imdawwar bil-ktajjen tal-injoranza u t-tbatija, l-arma tal-partit fuq il-lemin poġġuta strateġikament biex il-ħaddiem jidher jaqtà bil-mazza l-ktajjen u jiskopri d-dawl tat-tagħlim li jillibera l-kotra biex timxi ‘l quddiem. L-arma u t-torċa kienu marbuta flimkien. Bit-tagħlim setgħet il-kotra tillibera ruħha u fl-istess ħin kellu jkun il-ħaddiem stess permezz tal-Partit Laburista li jaqta’ l-ktajjen tal-injoranza.

Wara r-riżultat elettorali tal-1932 u l-effetti tal-ġuri tas-sedizzjoni, il-Mexxej Laburista Pawlu Boffa beda jwettaq tibdil radikali fil-partit. Fost affarijiet oħra Boffa ordna biex ma tibqax tidher u tintuża l-bandiera ħamra, bidel l-isem tal-partit minn Partit tal-Ħaddiema għal Partit tax-Xogħol u biddel ukoll l-arma tal-partit. Hekk twieldet it-tieni emblema tal-Partit Laburista. M’għandniex provi min kien id-disinjatur tal-emblema, iżda x’aktarx kien xogħol ta‘ Gerada.Fejn qabel kien jiddomina l-blu, issa jiddomina l-isfar, il-kulur kannella jirrappreżenta x-xogħol tal-art. Fejn qabel iċ-ċentru kien ħaddiem bil-mazza issa ċ-ċentru kienet flambeau. 

F’konferenza f’Raħal Ġdid, Boffa spjega l-emblema l-ġdida. “Iċ-ċirku isfar”, qal il-mexxej laburista, “għax aħna kattoliċi Appostoliċi Rumani bil-kliem fuqu Partit tax-Xogħol, fin-nofs arma Maltija fuq fond ikħal għax aħna partit Malti taħt il-protezzjoni tar-Renju Unit, u l-flambeau/it-torċa li tfisser progress, dawl, intelletwalità u mħabba.” Boffa spjega għaliex inbidlet l-emblema l-oħra – ir-raġel tal-mazza kien jissimbolizza ħaddiema tal-id mentri l-partit jgħid Boffa, jiddefendi lil kull klassi ta‘ ħaddiema. L-isem inbidel għax il-partit kien jirrappreżenta u jiddefendi kwalunkwe xogħol, kif ukoll lill-kapitalisti li jagħtu x-xogħol lill-ħaddiema. 

Wara l-isplit fl-1949 inħass il-bżonn li l-partit isirulu xi tibdiliet. Fl-1950 reġgħet inbidlet l-emblema tal-partit u l-isem minn ‘Partit tax-Xogħol’ inbidel għal ‘Labour Party’. Għal darba oħra l-artist mhux magħruf, għalkemm bosta jsostnu li reġa‘ kien Gerada li ddisinja l-arma il-ġdida. Il-kuluri baqgħu l-istess - Sfond blu li jirrappreżenta l-imperu Ingliż u hemm min jgħid li jirrappreżenta il-Mediterran, abjad u aħmar tal-bandiera Maltija. U l-isfar li jirrapreżenta r-reliġjon Kattolika. 

Fuq iċ-ċirku l-kelma, Malta, separata b’żewġ sinjali żgħar min-naħa ta‘ isfel, mill-kliem Labour Party. It-torċa li tirrappreżenta t-tagħlim u l-progress miżmuma b’id għera. L-id tal-ħaddiem li kien għadu batut u li jrid ikun hu, permezz tal-Partit Laburista biex jgħin u jerfa’ lilu nnifsu. Fis-7 ta’ April 1951 dehret l-arma l-ġdida bħala parti mit-titlu tal-ġurnal tal-partit ‘Is-Sebħ’. 

Fl-1955 wara li sfaxxa l-partit ta’ Boffa – il-Malta Workers Party – bħala sinjal ta’ għaqda bejn iż-żewġ partiti l-isem sar Malta Labour Party u ż-żewg linji żgħar fl-arma tneħħew. Matul is-snin saru wkoll diversi tifsiriet tal-kuluri ta’ din l-emblema fosthom dawk relatati man-newtralità u l-Mediterran.

Wara l-ħatra ta' Joseph Muscat bħala mexxej tal-Partit, f'Novembru 2008 id-delegati tal-Partit Laburista qablu li tinbidel l-emblema tal-Partit Laburista. Matul l-2010 saret votazzjoni għall-emblema l-ġdida tiegħu permezz tat-telefon ċellulari. B’kollox ħadu sehem 11,178 persuna u daħlu 1,358 membri ġodda permezz tas-sistema ta’ votazzjoni. L-emblema li ntgħażlet kisbet 65% tat-total ta’ voti. Din kienet iddisinjata mill-kumpanija internazzjonali TBWA\ANG – waħda mill-kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-komunikazzjoni.

L-Innu tal-Partit Laburista, li huwa forma ta' talba, inkiteb fl-1930 minn Manwel Pace b'kompożizzjoni tal-Maestro Ġużè Diacono. L-innu ġie approvat mill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista nhar is-16 ta' April 1930. Dan l-innu ndaqq għall-ewwel darba fl-1 ta' Mejju 1930 fit-Teatru San Ġorġ Bormla.

Lejn din l-Għaqda fis nittajru

Xjuħ u żgħażagħ ħaddemin

Leħen sbejjaħ lilna jsejjaħ

Biex ningħaqdu f’dan il-ħin

Issa l-jum mistenni twieled,

Issa tar tal-biża' ż-żmien

Bierku s-siegħa li aħna fiha

Rajna d-dawl rajna l-ħelsien.

Issuktaw f'dil-ħidma mbierka 

Jibqa' demmkom jiġri sħun,

Seddqu talbkom, qawwu qalbkom,

Tagħna r-rebħa fl-aħħar tkun.

Tagħder qalbna l-ġuħ u l-faqar,

Dmugħna jkun għall-imnikktin,

Sew ħilitna kemm saħħitna,

Hienja nagħtu għall-fqajrin.

Li bħall-ahwa lkoll ninħabbu

U li ngħinu lil xulxin

Sew kif Alla b’amar ħalla

L-għaqda jrid tal-ħaddemin.

Issuktaw f'dil-ħidma mbierka,

Jibqa' demmkom jiġri sħun,

Seddqu talbkom, qawwu qalbkom,

Taghna r-rebħa fl-aħħar tkun.




#Article 143: Għasri (251 words)


Il-Għasri hu raħal żgħir fil-gżira ta' Għawdex. Fl-2005 kien jgħodd 371 ruħ biss. Il-Għasri huwa magħruf għal l-għasel tajjeb u bnin. Sa' ftit snin ilu kien għad baqa' xi daqqaqa tal-qoton.

Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Corpus Christi. Din bdiet tinbena fl-1903 u ġiet ikkonsegrata fl-1916. Fis-16 ta' Diċembru 1921, l-Għasri sar parroċċa. Ta' min jsemmi l-Bażilka tal-Madonna tal-Patroċinju, li hija l-eqdem waħda f'Għawdex, u t-tielet l-eqdem fil-pajjiż. Din inbniet fl-1739.

Il-fanal ta' Ġurdan, li jinsab fuq għolja f'dan ir-raħal, kien beda jinbena f'Ġunju 1852 u xogħolhu kien li jgħin lill-vapuri jew skejjen sabiex jitbiegħdu minn max-xtajta jew inkella li jiksbu d-dritt li jidħlu fil-portijiet Maltin. 

Taħt l-istess għolja hemm ħbula ta' raba' li jwasslu sa' Wied il-Għasri, wied dejjaq u tawwali li l-ħanek tiegħu huwa ċagħqi. Mat-tul tal-wied insibu ħafna qasab, imsejjħa bil-latin bħala arundo donax, u siġar tat-tin.

Bejn l-Għasri u r-raħal tal-Għarb insibu l-irħajjel Ta' Għammar li jżomm mitt ruħ. Ta' Għammar jagħmel mal-kunsill lokali ta' l-Għasri, imma bħala parroċċa hu ma' l-Għarb. Hekk kif taqsam it-triq issib il-bażilka ta' Ta' Pinu. 

 
Is-sindku huwa Dr. Daniel Attard, maħtur f'isem il-Partit Nazzjonalista.

Nistgħu ngħidu li fl-Għasri, waħda mill-iżjed bini importanti hija l-Knisja Parrokjali tal-Għasri.Insibu wkoll il-Fanal ta'Ġurdan, Wied il-Għasri u l-Bażilika tal-Patrocinju.

L-aktar Għasri magħruf huwa Toni Calleja, folklorista li ta' kull sena jikteb dwar drawwiet u twemmin f'dan ir-raħal tant ċkejken. Kull sena joħroġ enċikolpedija dwar dan ir-Raħal, bit-titlu: Korpus.

Jissemmew wkoll il-benefattur Salvu Gambin, Ġanni Saliba Ta' l-Għasfur, daqqaq tal-qoton u Ġużepp Sultana, bejjiegħ ta' l-ilma żahar.




#Article 144: Ewro (343 words)


Ewro huwa l-isem tal-munita Ewropea.

L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' sittax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea:

li flimkien jissejħu ż-żona tal-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra ż-żona tal-ewro iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma:

flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Guadeloupe, Martinique u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri taż-żona tal-ewro, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea.

Fl-artiklu Muniti tal-ewro ta' Malta għandek issib iktar dettall dwar il-muniti tal-ewro Maltin

Hemm seba' karti tal-flus tal-ewro: il-5 ewro, l-10 ewro, l-20 ewro, il-50 ewro, il-100 ewro, il-200 ewro, u l-500 ewro. Is-seba' karti tal-flus tal-ewro huma bbażati fuq tema ta' disinn komuni - Żminijiet u Stili Ewropej.

Fuq in-naħa ta' quddiem tal-flus insibu t-twieqi u l-bibien li jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u ta' kooperazzjoni fl-Ewropa. it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa tal-lum.

Fuq in-naħa ta' wara ta' kull karta tal-flus hemm pont wieħed mis-seba' perjodi tal-istorja arkitettonika Ewropea. Dawn jissimbolizzaw il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mill-qrib li jeżistu bejn il-ġnus tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.

Il-karti tal-flus huma l-istess (minn wara u minn quddiem) fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro, u bħall-muniti ewro, huma valuta legali f'kull pajjiż ta' din iż-żona monitarja Ewropea fi ħdan l-Unjoni Ewropea. 

L-ewro ġie stabbilit bi prova tal-1992 permezz tat-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li sar biex jistabbilixi l-Unjoni Monetarja u Ekonomika. Biex idaħlu din il-munita l-ġdida, l-Istati Membri kellhom jobdu ċerti regoli stretti bħal defiċit tal-baġit ried ikun inqas minn tlieta fil-mija tal-PDG, dejn tinqas minn sitta fil-mija tal-PDG, inflazzjoni baxxa, u rati ta' interess qrib dawk tal-UE. Fit-Trattat ta' Maastricht, ir-Renju Unit u d-Danimarka ngħatalhom il-permess li jistgħu ma jimxux fuq dan il-pass li jwasal għad-dħul tal-ewro. 

L-ekonomisti li għenu biex joħolqu jew jikkontribwixxu l-ewro jinkludu lil Robert Mundell, Wim Duisenberg, Robert Tollison, Neil Dowling, Fred Arditti u Tommaso Padoa-Schioppa.




#Article 145: Joe Sacco (547 words)


Joe Sacco (twieled 1960) huwa artista tal-komiks (wkoll magħrufin bħala strixxikli) u ġurnalista Malti. Ħa fama internazzjonali fl-1996 meta ingħata l-American Book Award għall-istrixxiklu Palestine. Huwa wkoll famuż għall-istrixxiklu fuq il-Gwerra tal-Bosnja bl-isem ta' Safe Area Goražde.

Sacco twieled Malta f'Ħal-Kirkop fl-1960. Missieru kien inġinier u ommu għalliema. Ta'sena il-familja tiegħu emigrat lejn l-Awstralja  fejn għadda tfulitu sakemm fl-1972, fl-età ta' 12 il-sena, flimkien mal-familja tiegħu, mar l-Istati Uniti (Los Angeles). Għamel l-ewwel esperjenzi fil-ġurnaliżmu meta beda jaħdem fil-gazzetta ta' l-iskola Sunset High School f'Beaverton, Oregon. Waqt li il-Ġurnaliżmu kien l-interess ewlieni tiegħu, dan kien wkoll żmien fejn żviluppa xejra umoristika u satirika. Iggradwa minn-Sunset High School fl-1978. Beda studju tal-ġurnaliżmu fl-Università ta' Oregon u ggradwa hemm b'B.A. fl-1981.  Wara impjieg qasir mal-ġurnal tal-Għaqda Nazzjonali tan-Nutara (Amerikani), xogħol li biħ b'ebda mod ma stagħdar , tilef kull-xewqa li jisr ġurnalista. Fl-1983 iddeċida li jmur Malta. F'intervista fuq il-BBC jgħid: ...I sort of decided to forget it and just go the other route, which was basically take my hobby, which has been cartooning, and see if I could make a living out of that,. F'Malta beda jaħdem bħala artista ta' komiks romantiċi f'sensiela ta' strixxikli jisimhom Imħabba Vera. Kien proprija b'dan ix-xogħol li Joe Sacco beda l-karriera tiegħu ta’ artista tal-komiks. Waqaf jaħdem fuq dan il-proġett fl’għadd 6 tal-pubblikazzjoni meta irritorna lura lejn l-Amerka. Is-sensiela kienet suċċess. Aktar minn hekk kienet pass importanti fl-iżvilupp tal-komiks f'Malta .

Fl-1985, lura fl-Amerka, waqt li kien qiegħed Portland, Oregon, ħadem bħala ko-editur ta' komik li joħroġ kull xahar, il-Portland Permanent Press. Kien f'dan iż-żmien li ġie mqabbad mill-Fantagraphics Books sabiex joħrog l-antoloġija tal-komiks Centrifugal Bumble-Puppy, għalkemm din m'għamlitx xi suċċess kbir.

Sacco ppubblika l-ewwel serje, Yahoo, waħdu bejn l-1988 u l-1992. Din kienet waħda mit-titli awtobijografiċi li dehru fi stamperiji tal-komiks żgħar ta' dan iż-żmien. Iżda l-istint ġurnalistiku u l-interess vast ta' Sacco kienu atipiċi; Yahoo kien jixbaħ bejn wieħed u ieħor il-forma libera ta' David Collier u Harvey Pekar iżda b'ton iktar satiriku u b'inqas attenzjoni lokali. Fost affarijiet oħra, huwa akkumpanja rock band u f'tour Ewropew, ossessjona ruħu bil-media coverage dwar il-Gwerra tal-Golf u kiteb dwar il-ħajja ta' kuljum ta' stripper. 

Dik il-parti ta' Yahoo dwar il-Gwerra tal-Golf tefgħat lil Sacco fi studju dwar il-politika tal-Lvant Nofsani. Mar l-Israel u fit-Territorju Palestinjan biex jagħmel riċerka għall-ewwel xogħol kbir tiegħu. Palestine hija kollezzjoni ta' biċċiet kemm qosra u twal, uħud minnhom juru l-vjaġġi u l-esperjenzi ma' Palestinjani (u xi Lhud), u xi wħud jiddramatizzaw l-istejjer li kien sema'. Palestine ħareġ taħt forma ta' serje ta' comic book mill-1993 sa l-2001 u wara ġie ppublikat f'diversi ħarġiet. Fl-1996, l-ewwel pubblikazzjoni rebħet l-American Book Award.

Aktar tard, fi tmiem il-Gwerra tal-Bożnija, Sacco mar Sarajevo u Goražde u pproduċa serje ta' rapporti fuq l-istil ta' Palestine, ir-rumanz impinġi Safe Area Goražde u The Fixer, u l-kollezzjoni ta' l-stejjer War's End. Safe Area Goražde rebħet l-Eisner Award għal Best Original Graphic Novel fl-2001.

Huwa kkontribwixxa xogħlijiet qosra oħra taħt forma ta' rappurtaġġ grafiku għal diversi magażins fuq suġġetti li jvarjaw mill-ħruxija tal-gwerra sal-mużika blues. Sacco, li bħalissa jgħix fi New York City, ħadem kemm-il darba għall-American Splendor ta' Harvey Pekar. 

Aktar riċentement sacco Kiteb u penġa żewġ strixxikli fuq l-inġustizzji fl-Iraq ippublikati f'The Guardian  , kif wkoll strixxiklu ta' 16 il-paġna f' Harper's Magazine.




#Article 146: Imperu Brittaniku (109 words)


L-Imperu Brittaniku kien l-ewwel potenza mondjali kif ukoll l-ikbar imperu fl-istorja tad-dinja. Dan l-imperu kien il-prodott ta' sekli ta' kolonjaliżmu minn pajjiżi Ewropej, l-iktar prominenti fosthom kienu Spanja, il-Portugall, il-Pajjiżi Baxxi, Franza u l-Gran Brittanja. Sal-1921 l-Imperu Brittaniku kien jikkontrolla madwar 458 miljun ruħ — bejn wieħed u ieħor kwart tal-popolazzjoni mondjali — u kien jikkomprendi 13 miljun mil kwadru (iktar minn 33 miljun km²), kważi terz tal-art kollha tad-dinja. Anki jekk mis-snin sittin 'l hawn dan l-imperu żżarma, għad fadal influwenza qawwija fuq bosta pajjiżi u f'ħafna sferi, bħal prattiki ekonomiċi, ġuridiċi u sistemi ta' gvern, it-tixrid ta' ħafna sports tipiċi ingliżi (bħall-futbol) kif ukoll it-tixrid tal-Lingwa Ingliża.




#Article 147: Indoewropew (233 words)


L-Indoewropew hija kostruzzjoni xjentifika ta', dik li tissejjaħ protolingwa: lingwa prototipika komuni, li minnha nissoponu  li  tnisslu d-diversi lingwi tal-familja Indoewropea. Illum huwa meqjus aktar preċiż li nitkellmu fuq il-Proto-Indoewropew għaliex rikostruzzjoni, fis-sens ta' lingwa li tista' tintuża  għall-komunikazzjoni, m'hijiex possibli. Rikostruzzjonijiet ta' l-Indoewropew iwasslu biss għall-għerq ta' kliem, fenomeni fonoloġiċi u strutturi sintattiċi bażiċi.  

Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom relazzjoni ġenetika  (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikkonstatat jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli fonetici tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci jestrapolaw u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew.

Ta' min jiddistingwi bejn, l-hekk imsejjaħ Sprachbund u r-Relazzjoni Ġenetika. Sprachbund hija kelma Ġermaniża li tfisser unjoni/għaqda lingwistika u tiġi użata mil-lingwisti f'diversi lingwi bħala kelma teknika. Bħala Sprahchbund nifhmu grupp ta' Lingwi li x-xebh ta' bejniethom hu bbażat fuq kuntatt lingwistiku li seħħ f'ċertu punt ta' l-evoluzzjoni tal-lingwa osservata. Dawn il-lingwi ma jistgħux ikunu ġenetikament relatati – jekk tassew, din tkun relazzjoni mbiegħda ħafna.  Dan huwa dak li jagħżel  Sprachbund minn Familja Lingwistika, li għaliha, ir-relazzjoni ġenetika hija essenzjali. L-Indoewropew ma ġiex iffurmat fi Sprachbund iżda tnissel minn familja waħda. Sprachbund tingħaraf mill-fatt li relazzjoni bejn żewġ lingwi ma turix xebh fil-vokabularju biss iżda xebh  fl-istruttura wkoll.  

Fi kliem aktar ġenerali, nistgħu ngħidu li lingwi ta' l-ewwel tip għandhom l-istess omm, l-oħrajn kienu ġirien għal żmien twil.




#Article 148: Repubblika tal-Irlanda (721 words)


Ir-Repubblika tal-Irlanda hija nazzjon fl-Ewropa u tagħmel parti mill-gżira tal-Irlanda. Il-bqija tal-gżira, jiġifieri l-Irlanda ta' Fuq hija parti ntegrali tar-Renju Unit. Għandha popolazzjoni ta' 4.2 miljun ruħ.

Il-belt kapitali tagħha hi Dublin, li tgħodd nofs miljun ruħ u li tinsab tħares fuq il-Baħar tal-Irlanda. Bliet oħra kbar huma Cork b' 120 elf ruħ, Galway b' 73 elf, Limerick b' 53 elf u Waterford b' 46 elf. Fost l-aktar gżejjer magħrufa hemm dawk tal-Gżejjer Aran, fl-għarb tal-gżira u dik ta' Achill, li tintleħaq minn County Mayo. 

Għalkemm il-pajjiż huwa ġar tar-Renju Unit u fil-parti l-kbira jitkellem l-ilsien Ingliż, kien ma' dan ir-renju li kellhu l-aktar taqbid fl-istorja mdemmija tiegħu. Tant li l-element patrijottiku jgħaffas ħafna, imqar jekk b'mod xejn komplimentuż, fuq il-passat storiku ta' bejniethom. Dan jidher ċar fil-letteratura u l-mużika Irlandiża, meqjusa fost l-ifjen fl-Ewropa.

Ir-Repubblika tal-Irlanda twieldet wara li Lloyd George, f'isem ir-Renju Unit u l-Kuruna Brittanika, għadda l-Att tal-Gvern dwar l-Irlanda fl-1920. Dan kien ifisser il-ħolqien ta' żewġ parlamenti, wieħed minnhom għan-naħa ta' fuq, fil-parti l-kbira f' Ulster. Il-parti li baqgħet tagħmel mar-Renju Unit saret magħrufa bħala Northern Ireland, l-Irlanda ta' Fuq.

F' Diċembru 1921 ġie ffirmat it-Trattat Anglo-Irlandiż u b'hekk twaqqfet l-Irish Free State. Din baqgħet magħrufa hekk sal-1949, meta ġiet iddikjarata r-Repubblika tal-Irlanda, li nqatgħet mill-Commonwealth. Fl-1955 ir-Repubblika tal-Irlanda saret membru sħiħ tal-Ġnus Maqgħuda.

Il-poplu Irlandiż iħaddan, fil-parti l-kbira, it-twemmin kattoliku. Dan it-twemmin kien l-għeruq ta' ħafna mit-tilwim mar-Renju Unit. Il-muntanja ta' Croagh Patrick, f'County Mayo, hija meqjusa bħala waħda sagra u lejn tmiem ta' kull Lulju, eluf kbar ta' pellegrini jixxabtu magħha sakemm jilħqu l-quċċata bħala parti mis-sagriċċju għal dnubiethom. San Patrizju huwa l-patrun tal-pajjiż.
.

Għalkemm ir-reliġjon kattolika ma hijiex daqstant b'saħħitha daqs ftit tas-snin ilu, xorta tibqa' forża nfluwenti fil-ħajja ta' kuljum. Madanakollu filwaqt li d-dibattitu dwar l-abort jibqa' jaħraq ħafna, ħarġu numru ta' skandli tal-ġerarkija tal-knisja li tappnulha l-istima tagħha. Fosthom hemm il-każ tal-Magdalene laundries, li kienu djar li jilqgħu tfajliet Irlandiżi li jinqabdu tqal. Hawn ġew mikxufa l-għadd kbir ta' abbużi li saru fuq dawn it-tfajliet. 

Il-film The Magdalene Sisters (2002) ta' Paul Mullan, kompla jnaqqas is-saħħa tal-knisja, b'akkużi ta' ipokrezija fejn jidħlu l-morali nsara. Il-kantanta Sinead O'Connor wkoll rikbet fuq il-karru tal-akkużi.

Fost il-kittieba ewlenin li ħarġu mill-Irlanda nsibu lil Jonathan Swift, Oscar Wilde, William Butler Yeats, Samuel Beckett, James Joyce u George Bernard Shaw. Huwa ironiku li fost l-aqwa kittieba bl-Ingliż tas-Seklu Għoxrin kienu mnissla mill-istess poplu li kien qed jiġġieled għal-ħelsien politiku. Tant li erba' kittieba Irlandiżi rebħu l-Premju Nobel Għal-Letteratura. Dawn kienu William Butler Yeats fl-1923, George Bernard Shaw fl-1925, Samuel Beckett fl-1969 u Seamus Heaney fl-1995. 

Kittieba Irlandiżi li għamlu isem fl-aħħar snin jinkludu lil Brendan Behan, l-awtur ta' Borstal Boy fl-1958, Brian Friel, li kiteb id-dramm Dancing at Lughnasa fl-1990, u Neil Jordan minn Sligo, li minbarra l-kitbiet bħal Nights in Tunisia u The Dream of a Beast, qiegħed iħalli impatt fil-qasam taċ-ċinema.

L-Irlanda tat kontribut kbir ħafna fil-qasam mużikali Brittaniku li jiżboq bil-bosta l-għadd ta' popolazzjoni. Dan seħħ anki fil-qasam tar-rokk, pop rokk u naturalment fil-mużika keltika. Il-grupp The Corrs, magħmul minn membri tal-familja Corr minn Dundalk kien wieħed li għamel suċċess kbir, bil-ħoss mexxej u qabbieżi tagħhom.

Fejn tidħol il-mużika jidher li ma hemmx differenza jekk l-artist huwiex mill-Irlanda ta' Fuq jew mir-Repubblika, anki fejn jidħlu temi patrijottiċi u l-imħabba lejn art twelidhom, mingħajr fruntieri politiċi. Tant li l-kantawtur Paul Brady, li jkanta The Island trabba' f' Strabane, County Tyrone. 

Madankollu fir-Repubblika tal-Irlanda, hemm drawwa li kunċert mużikali, imqar jekk ġewwa nitfa' ta' pabb, jispiċċa bl-innu nazzjonali The Soldier's Song. Fost l-aqwa mkejjen sabiex wieħed jisma' mużika folk tajba, jissemmew Westport (Irlanda) f'County Mayo, Sligo u Letterkenny f'County Donegal.

L-isports l-aktar li jintlagħbu huma r-rugby, il-futbol, il-Gaelic football u l-hurling. Għalkemm ħafna futbolers magħrufa Irlandiżi għamlu ħoss jilgħabu fil-kampjonati Ingliżi, il-Gaelic Football jibqa' l-attivita' sportiva li twaqqaf il-pajjiż. Tant, illi Croke Park, ġewwa Dublin, jesa' 82,500 ruħ u jkun mimli daqs bajda waqt logħbiet jaħarqu tal-finali All Ireland tal-istess Gaelic football.

 

Il-futbol huwa sport popolari ħafna u r-Repubblika Irlandiża ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1990, 1994 u 2002, kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej Euro 88, xi drabi b'suċċess kbir. Il-kampjonat Irandiż huwa ftit jew wisq dgħajjef, b'ħafna mill-plejers tat-tim nazzjonali jilgħabu barra 'l pajjiż. L-istadju nazzjonali ta' Lansdowne Road bħalissa qed jerġa jinbena mill-ġdid u bi ħsiebu jinfetaħ fl-2009 . Huwa se jkun jesa' 50,000 ruħ.




#Article 149: Anton Buttigieg (623 words)


Anton Buttigieg, (Qala, Għawdex, .19 ta’ Frar 1912 - 5 ta' Mejju 1983), avukat, Viċi-Priministru, poeta u t-tieni President ta' Malta.

Buttigieg kien it-tielet tarbija ta’ Salvu u Concetta, imwielda Falzon. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Qala (1916 - 1922), fis-Seminarju ta’ Għawdex (1923 - 1927). Issokta  bl-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Malta (1928 - 1930) u l-Università ta' Malta. Iggradwa fil-Baċellerat tal-Arti fl-1934 u ħa d-Dottorat fil-Liġi fl-1940.

Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija huwa ħadem ta' avukat, u kien spettur tal-pulizija fil-kontroll tal-ikel (1942 - 1944). Wara l-Gwerra, mill-1944 sal-1948, kien ġurnalist tal-Qorti mat-Times of Malta. Kien Editur tal-ġurnal Laburista The Voice of Malta mill-1959 sal-1970.

L-ewwel darba li daħal fil-politika kien mal-Partit Kostituzzjonali ta' Strickland fl-1951. Ħareġ għall-elezzjonijiet tal-1951 u l-1953 ma' dak il-Partit imma ma ġiex elett. Fl-1955, Ġużè Ellul Mercer ikkonvinċieh joħroġ mal-Partit Laburista għall-elezzjoni li saret dik is-sena. Daħal fil-Parlament fl-1956 minflok Ġużè Flores li sar imħallef. Kien Delegat tal-Partit għall-Malta Constitutional Conferences li saru f'Londra fl-1958 u fl-1964. Mill-1959 sal-1961 kien President tal-Partit Laburista. Fl-1962, Buttigieg li kien Kattoliku konvint, ikkontesta mal-Partit Laburista minkejja li dan kien interdettjat mill-Knisja, fi żmien il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża, u kien elett fuq it-tmien distrett. Inħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Reġa' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1966, 1971 u 1976. Kien rappreżentant tal-Partit fl-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa (1967–1971), fejn kien elett Viċi-President (1967–1968). Fl-1971, meta l-Partit Laburista immexxi minn Dom Mintoff tela' fil-gvern, huwa nħatar Ministru tal-Ġustizzja u tal-Parlament u Deputat Priministru.   

Fis-27 ta' Diċembru 1976 inħatar bħala t-tieni President ta' Malta Repubblika, kariga li żamm sal-1982. Fi żmien il-Presidenza tiegħu telqu l-aħħar suldati Ingliżi minn Malta,fil-31 ta' Marzu 1979, li sar Jum Nazzjonali magħruf Jum il-Ħelsien.

Sa mill-1928, Buttigieg beda jippubblika. L-ewwel ma kiteb kien L’insegnamento dei Sepolcri fir-rivista tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Fl-1929 beda jippubblika l-poeżiji fil-Pronostku Malti u rebaħ is-sitt premju bil-poeżija Sajf.

Buttigieg kien wieħed mill-membri tal-bidu tal-Għaqda tal-Malti (Università) fl-1931, imwaqqfa minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Kien ukoll Membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Jibqa' magħruf bħala l-Poeta tan-Natura għal ħafna poeżiji li għandu fuq is-suġġett. Buttigieg kien l-ewwel wieħed li uża stili ta' poeżija Ġappuniża bħat-tanka u l-ħajku, u ppubblika żewġ kotba ta' poeziji satiriċi u ċajtiera bl-isem ta' Ejjew nidħku ftit (1962) u Ejjew nidħku ftit ieħor (1965). Fihom Buttigieg jittratta l-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża b'umoriżmu u sarkażmu.

Waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu li saret klassika tal-Letteratura Maltija.

Kull fl-għaxija

kif mal-għabex

tnin u tmut saħħet il-jum,

jiġi Majsi bis-sellum,

u jixgħelli taħt it-tieqa

fanal ċkejken,

li tal-lejl itaffi d-diqa.

Saħħti wkoll

qed inħossha tmut kuljum,

iżda msejkna l-Poeżija,

kull fl-għaxija,

dlonk tixxabbat mas-sellum,

u ġo qalbi tixgħel naqra ta' fanal,

illi jtaffi ftit id-diqa

sa ma jmut ta' ħajti l-fdal.

Alla ħares ma kienx Majsi

illi jagħmel ftit tad-dija;

u ma' Majsi – Alla ħares –

ma kenitx il-Poeżija!
  

Fuq din il-poeżija, Dr. Adrian Grima jgħid hekk:

F'Ġunju 2009, il-kantanta Doreen Galea ħarġet CD b'poeżiji kantati b'mużika ta' Dominic Galea, bl-isem Ommi. Waħda mill-poeżiji hija Il-Kebbies tal-Fanali, fejn leħen Galea donnu ngħata l-laqta ta’ raħħala tgħanni u tfaħħar xogħol il-kebbies.

Ta’ 32 sena iżżewweġ l-ewwel mara tiegħu, Carmen (mwielda Bezzina) u kellhom tlett itfal: John (Dr. John Buttigieg B.A., LL.D., M.P) - Rose (miżżewġa lil Dr. Joe Brincat, B.A. (Lond.), B.Sc. (Econ.) (Lond.), LL.D., M.P.) u Manolo Buttigieg LL.D., avukat). Wara l-mewt tal-ewwel mara li mietet 7 xhur wara t-twelid tat-tielet tarbija, Anton Buttigieg iżżewweġ lil Connie Scicluna fl-1953, li iżda sfortunatament tilifha wkoll tliet snin wara f'inċident tat-traffiku f'Londra. Ta’ 63 sena Anton Buttigieg iżżewweġ mill-ġdid lill-Iskoċċiża Margery Helen Patterson.  

Anton Buttigieg miet fl-età ta’ 71 sena, nhar il-5 ta' Mejju 1983.
Ingħata funeral statali u jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Nhar il-5 ta’ Mejju 1985 ġie inawgurat monument f’ġieħu fil-Blata l-Bajda quddiem id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM.




#Article 150: Rużar Briffa (889 words)


Rużar Briffa (1906 - 1963) kien poeta u dermatologu Malti daqskemm figura ewlenija fil-letteratura Maltija.

Studja fl-iskola elementari tal-Gvern f’Sant’ Iermu u l-Liċeo tal-Belt u wara li għadda mill-eżamijiet tal-Matrikola, fl-1923 beda jgħallem fl-iskejjel elementari. Kellu jkun l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment. 

Ftit xhur wara, fl-1924, beda l-istudju tiegħu fil-mediċina, fl-Università ta’ Malta u ssoktah f’Londra fil-Venereoloġija u d-Dermatoloġija. Fl-1932 sar speċjalista tal-mard tal-ġilda. Baqa’ magħruf għall-umiltà  u l-qalb kbira li wera mal-morda, speċjalment mal-lebbrużi. Skont martu Louisette, ix-xewqa tiegħu fil-professjoni medika kienet li jkabbar il-ġmiel fil-ġilda u jnaqqas il-kruha tagħha, u dan l-aspett jixref sikwit fil-versi tiegħu, tant li fi żmienu kien magħruf bħala l-Poeta tas-Sbuħija.

Lura f’Malta, Briffa nħatar tabib anzjan fis-sezzjoni tal-mard tal-ġilda fl-Isptar Ċentrali. Kien ukoll speċjalista tal-marda tal-lebbra fl-Isptar San Bartilmew fl-Imgieret u fl-Isptar Chambray ta’ Għawdex. Matul il-pesta li kellna f’Malta fis-snin 1936-37, Ruzar kien jaħdem fl-Isptar ta’ Lazzarett f’Manoel Island. Fl-1938 kien mar fil-Lvant Imbiegħed fejn ħadem u studja fi sptarijiet f’Kalkutta, Gobra, Bankura u Madras.

Matul il-gwerra, meta kien mar joqgħod San Giljan, Rużar kien speċjalista onorarju tad-dermatoloġija fil-Malta War Memorial Hospital for Children. Tul l-istess żmien kien ukoll Supretendent fl-Isptar Blue Sisters. Bejn is-snin 1951 u 1963, Rużar kien jgħallem id-dermatoloġija u l-veneoroloġija fl-Università ta’ Malta.

Flimkien ma’ sieħbu Ġużè Bonnici, fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti – Università, li għadha attiva sal-lum, u beda joħroġ ir-rivista Leħen il-Malti.

Dan kien kliem il-poeta nnifsu li deher fl-ewwel ġabra ta’ poeżiji li ppubblika bl-isem Poeżiji fl-1971 grazzi għall-insistenza tat-tieni mara tiegħu Louisette u ta’ ħabibu P. Valentin Barbara.  Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu kitibhom fuq folji maqtugħa ta’ xi ktejjeb tal-but jew fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ pakketti vojta tas-sigaretti.  Oħrajn kitibhom fuq karti tar-riċetti mediċi, fuq boroż, insomma, fuq kulma kien jiġi għal idejh f’waqt ta’ muża. 

Rużar Briffa baqa’ magħruf bħala l-poeta taċ-ċokon u tas-sempliċità. Għalkemm kiteb ftit, Briffa kien apprezzat fit-tul minn diversi kritiċi letterarji. Bosta kitbu fuqu.  Dawn huma xi kummenti li hu nnifsu għadda fuq il-poeżija bħala interpretazzjoni individwali u bħala espressjoni artistika, universali:

Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, Hadjuk ta' Split (Hrvatski nogometni klub Hajduk Split), li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-Innu Malti. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ Dun Karm fuq mużika ta’ Dr Robert Sammut. Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq. F`din il-poezija jidher is-sens qawwi ta` patrijotizmu tal-Maltin li qamu mill-apatija li kien fiha taht hakmiet barannin.

Hawn jinħass il-poeta introvers li bil-lirika tiegħu fassal il-pedament tal-poeżija moderna Maltija

O Madonna tad-Duluri,

Mhux il-ward

Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek

U nfewwaħlek lil altarek,

Imma x-xewk minn qalb ix-xagħri

U għollieq, marrâd, musfari,

O Madonna tad-Duluri,

Dana biss!

O Madonna tad-Duluri,

l-oħrajn ġew

U bid-deheb għammru lil darek,

U bil-ħaġar sawru altarek – 

Jiena biss kont il-barrani

Mingħajr ward u deheb il-għani,

Jiena biss!

O Madonna tad-Duluri,

Ma stmerrejtx

Int l-imnikket ġewwa darek,

Kollok ħlewwa, kollok ħniena,

Serraħt Int lill-qalb għajjiena.

Inti biss!

Barra bis-sħana qiegħda mgħaxxa l-ħajja

Taħt xemx li tikwi - l-eħrex xemx sajfija -

U kollox ħiemed, bħallikieku l-ġrajja 

Waqfu tal-jum, imbikkma minn did-dija.

Fuq għolja bżar, żunżan bil-qtajja’qtajja’ 

Irewwaħ ġewnħu; joħroġ mill-ħamrija

ħanfus sewdieni, bl-akbar skiet jissajja

ħa jsib il-qmuħ imxerrda fil-mogħdija.

Ħiemed il-mewġ jitniegħes ġewwa l-qala;

il bogħod ‘il bogħod jitriegħex qlugħ bajdani

bil-mod il-mod, u donnu le jaf l-għala.

Hekk bla taf l-għala tħoss il-qalb tixxabba’

Minn kulm’hu dwarha, tikbi lill-warrani,

U mdejqa tnin, bix-xewqa tal-imħabba.

Weħidha,

fuq l-għolja ġeblija,

imbiegħda mill-bqija ta’ ħutha

fil-qalb ħadranija

tal-wied,

ix-xwejħa ħarruba

magħtuba

mit-toqol tas-snin

qed tħares madwarha

ħa tara 

il-għaġla tan-nies għaddejjin

...U taħseb:

kemm huma mgħaġġlin,

fejn huma sejrin

għal dejjem bla sabar

min-nieqa sal-qabar

dal-ħalja bnedmin?

Fejn huma l-għeruq?

Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ?

Qatt lilhom ma tlajjem is-sħana tax-xemx?

Għaliex ftit mistrieħ

għalihom ma hemmx,

u l-lehma biss tagħhom

il-ħajja tas-suq?

Waħdi tlajt 

l-għoljiet xemxija

taż-żgħorija;

ħadd ma qalli 

x’għandi nsib …

bogħod … jew qrib …

 
Waħdi sibtha l-lehma tiegħi

dak in-nhar li tgħannqet miegħi

is-Sbuħija!

 
Lejl u nhar,

Ġunju Frar

kollox xorta mingħalija,

basta l-ħajja dejjem ħajja.

Hekk għaddew

leħħu ntfew 

l-isbaħ snin,

minn ġuf dinja qerredija 

misruqin.

 

tbiddlu d-dwal

kollox jagħti fis-sewdieni 

aktarx tinsa l-lewn ewlieni 

 
'Mma s-Sbuħija għadha miegħi

taqsam ferħ u dwejjaq tiegħi
 

Għadni dejjem, dejjem jien,

anke jekk kiebi u għajjien:

il-poeta taż-Żgħorija

il-poeta tas-Sbuħija.

Minn kull ma ħlomt f'żgħożiti,

Infittex kollox baħħ.

Il-qalb xiħa w għajjiena

Ma tafx tgħid ħlief aħħ.

Li ħlomt kien kollu ħolma,

Li għext kien ħajja biss.

Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu,

Il-qamar kont immiss.

Issa qasira l-ħajja,

U l-ħolm duħħan itir........

Din kienet l-aħħar poeżija li kiteb.

U qniepen, qniepen, qniepen,

Qniepen viċin, ’il bogħod,

Leħinkom f’dell l-għaxija

Minn fomm il-għajn jirtogħod.

Funtana misterjuża

Ta’ ħolm u ta’ xewqat.

għanjiet ta’ żmien warrani

Fit-tempju ilhom mitfija;

Imma llum minn ġol-Funtana

Mill-ġdid il-liturġija.

Funtana misterjuża

Ta’ ħolm u ta’ xewqat.

Bakkan fiċ-ċimiterji,

Fis-sħarijiet tal-qamar,

U żfin minn dlam l-alkovi;

Titniegħed l-għajn bla sabar.

Funtana misterjuża

Ta’ ħolm u ta’ xewqat.

Rużar Briffa miet nhar it-22 ta’ Frar, 1963.  Il-bijografija sħiħa tiegħu dehret fl-1984 f'xogħol tal-Professur Oliver Friggieri.




#Article 151: Ġużè Bonnici (271 words)


Ġużè Bonnici (Valletta, 14 ta' Awwissu 1907 - 6 ta' Ottubru 1940) kien politiku u awtur. 

Bin Pawlu u Ġovanna mwielda Debono, it-tnejn Għawdxin, Ġużè Bonnici kien it-tieni wild tagħhom. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Belt, is-Seminarju t'Għawdex u l-Università ta' Malta minn fejn ġab il-B.Sc. u Ph.C. fl-1927. Fl-1931 sar tabib. Inħatar Kap tad-Dipartiment fl-Isptar Ċentrali. Fl-1934 iżżewweġ lil Evelyn Testa u kellu tliet ulied.

Ġużè Bonnici sar delegat tal-Partit Laburista fl-1926, ħames snin wara t-twaqqif tiegħu. Daħal fl-Eżekuttiv fl-1928. Fl-1931 ħareġ il-ktieb L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema, fuq l-ewwel għaxar snin tal-Partit. Qatt ma kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali, forsi għax miet ħesrem fl-età ta' 33 sena.

Ġużè Bonnici kien wieħed mill-fundaturi u l-ewwel President tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti. Fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti (Università) ma' sieħbu Rużar Briffa, it-tnejn studenti tal-Mediċina, bil-għan li l-Malti jingħata l-prestiġju li jistħoqqlu fl-Università. Bdew ukoll il-pubblikazzjoni Leħen il-Malti. Fl-1938 beda jippubblika Ġabra ta' Kitba Maltija, minn Dar tal-Pubblikazzjoni Excelsior li kien xtara minn butu fil-Belt, Triq Sant'Ursula, u f'sentejn ħareġ tnax-il ktieb, bl-għajnuna tal-Kaptan A.V.Laferla, il-Professur Saydon u Ġużè Chetcuti. F'din is-sensiela kien hemm Anġli tan-Niket ta' Ġino Muscat Azzopardi, Taħt Tliet Saltniet ta' Ġużè Aquilina, Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Ġużè Ellul Mercer, San Ġwann ta' Ġużè Galea, Is-Salib tal-Fidda ta' Wistin Born u r-rumanzi tiegħu stess Il-Qawwa tal-Imħabba u Ħelsien. Stampa ukoll tliet kotba bil-poeżiji ta' Dun Karm.

Kiteb ir-rumanzi:

Kiteb ukoll:

Ġuzè Bonnici : ħidmietu u kitbietu hi teżi tal-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) li Nora Sammut għamlet fl-Università ta' Malta fl-1974.

Fl-1990 ġie stampat id-dramm tiegħu Imħabba aktar mill-Ħajja. Fl-2007, f'għeluq il-100 sena minn twelidu, l-Għaqda tal-Malti - Università ħarġet In-Novelli, in-novelli miġbura ta' Ġużè Bonnici.




#Article 152: Saturnu (pjaneta) (822 words)


Saturnu huwa is-sitt pjaneta mix-Xemx. Huwa ġgant gassus, it-tieni l-ikbar pjaneta fis-sistema solari kollha, qablu jiġi Ġove. Saturnu għandu sistema ta' ċrieki prominenti, li prinċipjalment huma komposti minn partiċelli ta' silġ b'ammonti iċken ta' partiċelli ta' trab ġebli. Il-pjaneta ġie msemmi għall-alla Ruman Saturnu. Is-simbolu tiegħu huwa il-minġel ta' l-istess divinità. (Unicode:).

Il-forma ta’ Saturnu hija viżibilment mgħaffġa fil-poli: id-dijametri ekwatorjali u polari ivarjaw kważi b'10% (120.536 km kontra 108.728 km). Din il-forma hija riżultat tar-rotazzjoni mgħaġġla tiegħu u l-kompożizzjoni fluwida tiegħu, għaldaqstant faċli biex jiddeforma. Anki il-ġganti gassusi l-oħra huma ddeformati bl-istess mod, iżda b’manjiera ħafna inqas evidenti. Saturnu huwa wkoll dak il-pjaneta b’densità medja inqas minn dik ta' l-ilma: biss 0,69 g/cm3. Fis-sewwa il-valur medju hu kumbinazzjoni ta’ densitajiet baxxi ħafna, fl-atmosfera tal-pjaneta, u densitajiet aktar elevati fl-intern, sikurament aktar mill-ilma.

Saturnu jorbita madwar ix-Xemx f'distanza medja ta' 1426,98 miljuni ta' km, u jdum ma jagħmel dawra sħiħa max-Xemx f'29,458 sena terrestri. L-orbita tiegħu hija inklinata 2,488° rispett l-eklittika. Dawl ix-Xemx jidher 100 darba inqas intens meta jiġi mqabbel mal-kejl effettwat mill-Art.

B'massa ta' 95 darba aktar u volum ta' 700 darba aktar minn dak terrestri, Saturnu huwa it-tieni l-akbar  pjaneta tas-sistema solari wara Ġove.
L-assi tar-rotazioni hu inklinat għal 26,73 gradi, u jirregola il-pjaneta għal ċiklu ta' staġuni analogu għal dak terrestri u marzjan, iżda ħafna aktar twil.

Il-perjodu tar-rotazjoni ta' Saturnu fuqu nnifsu ivvarja skond il-kwota; l-istrati superjuri, fir-regjuni ekwatorjali, jieħdu 10,233 siegħa biex iwwetqu dawra kompluta, waqt li l-qalba u l-mantell idduru f'10,675 siegħa.

L-atmosfera ta' Saturnu turi affarijiet simili għal dik ta' Ġove, iżda ħafna iktar dghajfa u iżjed wiesgħa viċin l-ekwatur. Dawn l-oġġetti huma tant dgħajfa li qatt ma kienu ġew oservati qabel il-wasla tas-sondi Voyager. Minn dak iż-żmien it-teleskopji ta' l-Art tjiebu ħafna, li osservazjonijiet regulari tal-karatteristiċi atmosferiċi ta' Saturnu jistgħu issiru faċilment. Filfatt instabu tempesti ovali ta' ħajja twila simili għal dik ta' Ġove. Fil- 1990 it-Teleskopju Spazjali Hubble osservata sħaba (nube) bajda enorme viċin l-ekwatur tal-pjaneta, u oħra kienet osservata fl-1994.

Iċ-ċrieki ta' Saturnu huma magħmula minn partiċelli primarjament ta' silġ-ilmi. Huma magħmula wkoll minn oġġetti kbar għexieren ta' metri. Dawn jestendu 'l barra darbtejn daqs ir-radju ta' Saturnu. Saturnu għandu tliet ċrieki prinċipali: A,B u Ċ, li bejnithom il-partiċelli huma madwar 1 ċm u 5-10 m. A u B huma isseparati mid-diviżjoni ta' Cassini, li kienu innutati l-ewwel darba fl-1675. Huwa maħsub li d-diviżijoni ta' Cassini kienet ikkawżata minn effett gravitazzjonali ta' qamar ta' Saturnu Mimas. Id-diviżjoni hija qasma ta' xi, bejn wieħed u ieħor, 5,000 km (3,000 mil). Skrutinju minn qrib il-pjaneta minn Voyager 1 juru li din il-qasma hija mimlija minn partiċelli fini u kwantità ta' ċrieki dgħajfa. 

Dan iċ-ċirku għandu sensiela kbira ta' ċriketti, u qasmiet, fosthom insibu il-Fetħa ta' Enke, li hija 325 km- (200 mil) wisgħa. Din il-fetħa, jew qasma hija osservabbli anki b'teleskopji amatorjali.

Dan huwa l-iżjed wieħed li jiddi miċ-ċrieki kollha, fil-parti ċentrali ta' dan iċ-ċirku insibu 'spkes'-li huma mkejjen mudlama, fejn plasma ta' partiċelli huma imtella' 'l hemm minn kampijiet manjetiċi, mill-pjan taċ-ċirku stess .

Iċ-ċirku Ċ jinsab ġewwa ċ-ċirku B stess. Dan iċ-ċirku għandu għamla ta' kanali u hu magħmul minn ħafna ċrieket ċkejkna. Fl-1980, Voyager 1 innota ftit ċrieki joħorġu 'l barra minn ċirku Ċ u jespandu, dawn jibqaw ħerġin sa ma jiffurmaw iċ-ċirku D.

Dan iċ-ċirku hu viżibbli meta tħares lejn iċ-ċrieki b'mod partikolari. Il-materjal ta' dan iċ-ċirku jinsab biswit il-qamar Enkeladu, u dan il-qamar jista' jkun is-sors ewlieni tal-materjal li jinsab f'ċirku E.

Dan kien skopert minn Pioneer II fl-1979. Dan kien l-ibgħad ċirku mill-pjaneta Saturnu qabel ma' ġie skopert l-aħħar ċirku, (G), hu ċirku fin u huwa magħmul primarjament minn trab. Żewġ qmura zgħar jiraw l-F: Prometeju u Pandora. Ta' l-ewwel jorbita Saturnu ġoċ-ċirku stess, waqt li Pandora tinsab barra, il-perturbazzjonijiet gravitazzjonali ta' dawn il-qmura iżommu il-granelli ta' trab tas-silġ ġoċ-ċirku

L-iktar ċirku reċenti li ġie skopert huwa G, huwa dejjaq, xi 8,000 km (5,000mil). Kien skopert mill-vettura spazjali Voyager fl-1981.

Saturnu għandu 22 qmura magħrufa. Ħafna minnhom jinsabu ġewwa iċ-ċrieki. 

L-akbar qamar ta' Saturnu, Titanu,  kien skopert fl-1655 minn Christian Huygens. Huwa it-tieni l-kbar qamar fis-sistema solari, huwa l-uniku wieħed li għandu atmosfera (predominanti hu l-ammont ta' nitroġenu bi traċċi ta' idrocarbonju). Fl-2004 il-vettura spazjali Cassini kienet mibgħuta biex tinvestiga x'hemm moħbi wara s-sħab ta' Titanu. Hu maħsub li jista' jkun li jinsabu traċċi ta' Metanu likwidu fuq wiċċ Titanu, sors ta' Metanu misjub fl-atmosfera. Il-bqija tal-qmura ta' Saturnu jistgħu jiġu maqsuma f'żewġ gruppi: dawk ċkejknin u ddeformati u l-oħrajn ta' daqs ittermedju kesħin. Hemm 10 qmura zgħar imsemmija. Sitta minnhom jinfluwenzaw is-sistema taċ-ċrieki kollha inklużi Pan u Atlas li jgħinu biex tkun krejata d-diviżjoni Enċke fiċ-ċirku A. Fobe huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-qmura, u jorbita ma' Saturnu f'distanza ta' iktar minn 12,000,000 km (7,000,000 mil).

Fost il-qmura ta' daqs intermedju jinsabu Mimas, Enkeladus, Tetis, Dione, Rea, u Ipetu. Rea hija l-ikbar minn dan il-grupp u hija gravament imħafra. Ipetu huwa inużwali b'tarf skur u emisfera dijuża.




#Article 153: Sfera ċelesti (276 words)


Fl-astronomija u n-navigazzjoni, l-isfera ċelesti hija sfera rotazzjonali imaġinarja  ta’ raġġ ġgantesk, konċentrika u koassjali ma’ l-Art. L-isfera ċelesti hija dik l-sfera fuq liema jidru li huma imwaħla l-astri kif narawhom mill-Art. 

L-oriġni ta’ illużjoni bħal din tinstab fil-fatt li iktar ‘l hinn minn ċerta distanza m’aħniex kapaċi nivvalutaw sewwa d-distanza tal-iġsma, għalhekk l-astri jidru kollha tal-istess distanza. 

Ħafna mis-soċjetajiet antiki kienu jemmnu li l-kwiekeb kienu ekwidistanti mill-Art u li l-isfera kienet il-mudell veru tal-univers. Dan il-mudell huwa asstrazzjoni utli, iżda mhux korett. L-oġġetti kollha li naraw fis-sema huma daqshekk 'il bogħod li d-distanza tagħhom hija impossibli biex tikkalkulha billi sempliċiment tħares lejhom.  Peress li d-distanzi huma indeterminati, kull ma wieħed irrid jagħmel hu  biss li jkun jaf id-direzzjoni lejn l-oġġett biex isibu fis-sema. F’dan is-sens il-mudell tal-isfera ċelesti huwa għodda prattika għal-astronomija pożizzjonali.

Waqt il-jum żewġ punti tal-astri biss huma viżibbli u dawn huma il-poli ċelesti Pol tat-Tramuntana Ċelesti u Pol tan-nofs in-nhar Ċelesti. Is-sema tidher li ddur fuqna mil-lvant għall-punent, u tlesti ċirkwit komplut f'24 siegħa siderali. Dan il-fenomenu iseħħ minħabba id-dawrien tal-Art fuq l-assi tagħha. 

L-isfera ċelesti tidher għalhekk iddur fuqha nfisha madwar assi mgħoddija mill-poli: l-assi ċelesti. Hekk kif l-Art iddur fuq l-assi tagħha, l-oġġetti fuq l-isfera ċelesti tagħti l-impressjoni li qed iddur madwar il-poli ċelesti.

L-ekwatur ċelesti huwa ċ-ċirkonferenza massima ekwidistanti mill-poli ċelesti, li jaqsam l-isfera ċelesti fiż-żewġt emisferi Tramuntana u Nofs in-nhar. 

Dawk li jissejħu stillel fissi — il-parti l-kbira tal-astri — iżommu l-pożizzjoni relativa tagħhom (jew aħjar issir varjazzjoni iżda minima), u għaldaqstant huma ta' riferiment għall-isfera ċelesti. Huma tradizjonalment miġbura f’kostellazjonijiet, u għalhekk jagħtu riferiment approssimativ għall-iġsma ċelesti. 
Pożizzjonijiet aktar preċiżi tal-astri jistgħu jiġu individwati permezz tal-Koordinati ċelesti.




#Article 154: Faxxa ta' Kuiper (123 words)


L-esitenza tal-Faxxa ta Kuiper kienet issuġġerita sa minn qabel ma ġiet osservata. Minħabba l-fatt li l-Kometi ta' perijodu qasir iduru madwar ix-Xemx fuq l-istess pjan u fl-istess direzzjoni bħall-pjaneti, huwa probabbli li huma joriġinaw mill-pjan tas-Sistema Solari.

F'Awissu 1992, l-ewwel oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper ġie skopert minn David Jewitt u Jane Luu, u xi 100 oġġett simili ġew skoperti wara dik id-data. Kien issuġġerit ukoll li ċ-ċkejken Pluto u qamru Karonte x'aktarx jagħmlu parti mill-Faxxa ta' Kuiper, hekk ukoll kif jista' jkun li hu Tritone, l-akbar satellita ta' Nettunu. Tritone huma satellita barra min normal, l-orbita tiegħu madwar Nettunu hija retrograda (kontra l-orbita tal-oħrajn). Din l-imġieba iġġiegħel lill-esperti jaħsbu li oriġinarjament kienet oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper u ġiet maqbuda mill-kamp gravitazzjonali ta' Nettunu.




#Article 155: Kometa (608 words)


Kometa hi boċċa magħmula kważi kollha mis-silġ li tivvjaġġa fl-ispazju. Il-kometi huma differenti ħafna mill-asterojdi. Fis-sistema solari, l-orbiti tal-kometi jaslu iżjed 'il bogħod minn Plutone. Il-parti l-kbira  huma mbegħdin ħafna mix-Xemx, imma xi ftit minnhom jiġu qrib id-Dinja biżżejjed biex inkunu nistgħu narawhom billejl. Għandhom dnub twal għax ix-Xemx iddewweb is-silġ. Id-denb ta' kometa ma jitkaxkarx warajha, imma jipponta direttament 'l hemm mix-Xemx, għaliex itajru r-riħ solari.

Il-qalba iebsa tal-kometa tissejjaħ in-nukleu. Hi waħda mill-oġġetti l-iżjed suwed fis-sistema solari. Meta raġġi dawl ġiet immirata fuq in-nukleu tal-Kometa ta' Halley, il-kometa rriflettiet 4% tad-dawl lura lejna.

Hemm min ra kometa titkisser f'biċċiet: il-Kometa Biela kienet waħda minn dawn. Kien hemm kometa oħra li rawha taħbat ma' pjaneta: il-Kometa Shoemaker-Levy 9 ħabtet ma' Ġove fl-1994. L-orbiti ta' xi pjaneti jimxu flimkien fi gruppi. L-Astronomi jaħsbu li dawn il-kometi huma l-biċċiet ta' oġġett wieħed li tfarrak.

Hemm kometi perjodiċi li jiġu u jerġgħu jiġu u hemm oħrjan li jiġu darba biss. Il-kometi perjodiċi għandħom firxa wiesgħa ta' perjodi orbitali, minn ftit snin sa mijiet ta' eluf ta' snin. Dawk ta' perjodu qasir joriġinaw fil-Faxxa ta' Kuiper, jew fid-disk diffuż
assoċjat magħha  li qegħdin 'l hemm mill-orbita ta' Nettunu. Jaħsbu li l-kometi ta' perjodu itwal joriġinaw fis-Sħaba ta' Oort, sħaba sferika ipotizzata ta' korpijiet tas-silġ fin-naħa ta' barra tas-Sistema Solari.

Il-kometi ta' perjodu twil jiġu bis-saħħa lejn ix-Xemx mis-sħaba ta' Oort minħaba l-perturbazzjonijiet gravitazzjonali kkawżati jew mill-pjaneti massivi tan-naħa ta' barra tas-Sistema Solari (Ġove, Saturnu, Uranu, u Nettunu), jew stilel oħra. Kometi Iperboliċi li huma rari jgħaddu darba min-naħa ta' ġewwa tas-sistema Solari qabel ma jintefgħu fl-ispazju interstellari matul it-trajettorju iperboliku. Ġew osservati wkoll ' Eχokometi ', kometi 'l barra mis-sistema solari tagħna, u jista' jkun li dawn komuni fil-galassija Triq ta' Sant'Anna.

Fost il-kometi perjodiċi magħrufin kollha dik li tidher l-aktar spiss hi l-kometa ta' Encke, li kienet identifikata għall-ewwel darba fl-1786. Il-perjodu tagħha hu ta' elf, mitejn u 6 ijiem (3.3 snin) u dan l-iqsar li nafu bih. L-itwal perjodu, min-naħa l-oħra hu tal-kometa ta' Delevan, identifikata fl-1914, li għaliha l-orbita għadha ma ġietx determinata bil-preċiżjoni: kalkulu approssimattiv ibassar li terġa' tidher xi 749 miljun sena oħra.

Il-kelma kometa ġejja mill-kelma Taljana cometa, bil-Latin cometes, li hi l-latinizzazzjoni tal-kelma Griega κομήτης (komētēs), li oriġinalment kienet tfisser bix-xagħar twil, mill-kelma κόμη (komē), li tfisser xagħar tar-ras. Il-filosfu u xjenzjat Grieg Aristotle kien l-ewwel wieħed li uża l-forma mnissla ta' κόμη, κομήτης, biex jiddeskrivi li ra bħala stilel bix-xagħar. Is-simbolu astronomiku għall-kometi hu , magħmul minn diska bi tliet estensjoniet qishom tliet xagħriet.

Fl-antik in-nies kienu jibżgħu mill-kometi. Ma kinux jafu xinhuma jew mnejn ġejjin. Kien min kien jaħseb li kienu blalen tan-nar mibgħuta fid-dinja mix-xjanten jew l-allat biex jeqirduha. Kienu jgħidu li kull meta tidher kometa iġġib magħha x-xorti ħażina. Kull meta tidher kometa imut re. wieħed minn dawn l-eżempji jidher fit-Tapazzerija ta' Bayeux, meta l-kometa ta' Halley reġgħet dehret. Kienu jaħsbu wkoll li l-kometi jwaqqfu l-ġwerer u jġibu l-ġuħ.

Kien ir-Rinaxximent meta x-xjenzati bdew iqisu l-kometi b'inqas suspett u jibbażaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq ix-xjenza. Tycho Brahe rraġuna li l-kometi ma jiġux mid-dinja, u l-kalkuli tiegħu urew li l-kometa żgur huma 'l bogħod sitt darbiet daqs kemm id-dinja hi mill-qamar.

Edmond Halley (li l-Kometa ta' Halley hi msemmija warajh) irraġuna li l-kometi huma perjodiċi, jiġifieri jidhru kull xi ftit ta' mijiet ta' snin. Hekk kien l-ewwel wieħed li bassar id-dehra ta' kometa, il-Kometa ta' Halley. 

Isaac Newton ukoll studja l-kometi. Beda jinteressa ruħu meta dehret kometa fix-xitwa tal-1680–1681, u kiteb dwarha lil John Flamsteed. Induna li l-kometi jagħmlu dawra ta' U (parabola) madwar ix-xemx. Qabel Newton qal hekk, kienu jaħsbu li l-kometi jispiċċaw fix-xemx, imbagħad toħroġ kometa oħra minn wara xemx.




#Article 156: Buddiżmu (150 words)


Il-Buddiżmu hu bbażat fuq it-tagħlim ta' Siddhārtha Gautama li għex fl-Indja bejn 563 u 483 qabel Kristu. Skond dan it-twemmin, il-ħajja ma tintemx mal-mewt iżda terga' tirrinova ruħha fi twelid mill-ġdid. L-iskop tal-Buddiżmu hu li l-bniedem joħroġ miċ-ċiklu tedjanti tat-twelid, ix-xjuħija u l-mewt billi jilħaq l-istat tan-Nirvana, stat mhux maħkum mil-liġi tal-bidla kontinwa u s-sofferenza. 

Fiċ-ċentru tat-tagħlim Buddist, wieħed isib l-erba' Veritajjiet Nobbli:

Il-Meditazzjoni tagħmel parti essenzjali fil-ħajja ta' Buddist. Permezz tal-kwiet tal-meditazzjoni, wieħed isib is-serħan il-moħħ li jgħin lill-individwu fid-deċiżjonijiet tal-ħajja ta' kuljum. Barra min hekk wieħed jagħmel ħbieb miegħu nnifsu sabiex ikun jista' jħobb ukoll lill-oħrajn.

Hemm diversi għamliet ta' Buddiżmu iżda dawn nistgħu naqsmuhom kollha taħt żewg skejjel. Dik tat-'Theravada' li hi l-eqdem skola u dik tal-'Mahayana'. Madankollu nsibu wkoll iż-Żen li xi nies iqisuh bħala dixxendent tal-'Mahayana' u oħrajn iqisuh bħala skola separata. 

Hemm differenzi sostanzjali bejn it-tlett skejjel iżda fil-fond tagħhom wieħed isib l-istess sustanza.




#Article 157: Emblema ta' Malta (113 words)


L-Emblema ta' Malta hija l-emblema ta' Malta.

L-emblema attwali ta' Malta hija deskritta mill-Att dwar l-Emblema u s-Siġill Pubbliku ta' Malta tal-1988. L-emblema turi tarka b'rappreżentazzjoni eraldika tal-Bandiera Nazzjonali ta' Malta. Fuq it-tarka tidher kuruna tad-deheb donnha magħmula mill-ġebel bi tmien turretti (għalkemm ħamsa biss jidhru rappreżentati fl-emblema) li jirrappreżentaw il-fortifikazzjonijiet ta' Malta kif ukoll il-fatt li Malta hija stat. Madwar it-tarka hemm girlanda b'żewġ friegħi, dik tal-lemin taż-żebbuġ u dik tax-xellug tal-palm. Dawn huma simboli tal-paċi u huma tradizzjonalment assoċjati ma' Malta. Dawn il-friegħi għandhom kulur naturali, u huma marbuta flimkien b'żigarella bajda. In-naħa ta' wara taż-żigarella huwa ta' kulur aħmar. Fuq din iż-żigarella hemm miktub bl-iswed, Repubblika ta' Malta b'ittri kapitali.




#Article 158: Belġju (7274 words)


Il-Belġju (Olandiż: België; Franċiż: Belgique; Ġermaniż: Belgien), uffiċjalment ir-Renju tal-Belġju, huwa pajjiż li jinsab fuq il-fruntiera bejn il-parti tal-Ewropa fejn hu mitkellem l-ilsien Ġermaniż u l-kultura rumanza, hu maqsum fi tliet reġjuni. Fit-tramuntana hemm il-Fjandri li l-popolazzjoni tagħhom titkellem bil-lingwa Fjamminga (varjanti tal-Olandiż) u tagħmel madwar 58% tal-popolazzjoni totali u fin-nofsinhar hemm il-Wallonja, kważi għal kollox Frankofona bl-eċċezzjoni ta' komunità żgħira li titkellem bil-Ġermaniż, li tagħmel 32% tal-popolazzjoni nazzjonali totali. Fin-nofs jinsab ir-reġjun tal-belt ta' Brussell, Bruxelles-Capitale, uffiċjalment bilingwi, għalkemm hu kważi għal kollox Frankofon, u fih tgħix 10% tal-popolazzjoni. Barra minn hekk fuq il-fruntiera mal-Ġermanja fil-Wallonja hemm il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż li hi magħmula mill-komuni annessi mal-Ġermanja Nażista fl-1940-1945 u li kienet ċediet il-Ġermanja lill-Belġju fl-1919.

Il-Belġju kien fost il-membri fundaturi tal-Unjoni Ewropea u l-belt kapitali Brussell hi s-sedi ta' bosta istituzzjonijiet komunitarji.

Il-pajjiż juri traċċi ċari tal-preżenza umana li jmorru lura għaż-żminijiet preistoriċi, speċjalment fis-siti megalitiċi ta' Oppagne u ta' Wéris, fejn jinsabu olmen interessanti 

L-ewwel nies li għexu fil-Belġju, imsejħin Belġi, kienu magħmula prinċipalment minn tribujiet Ċelti li kin jgħixu fil-Gallja tat-Tramuntana u kienu megħluba minn Ġulju Ċesri fl-54 QK, kif dan iddeskriva fil-ktieb tiegħu De Bello Gallico . Kien Ċesri stess li nnota l-qlubija kbira tal-Belġi fil-battalja, hekk li ikteb: horum omnium fortissimi sunt belgae jiġifieri fost il-popli kollha tal-Gallja, l-iżjed qalbiena huma l-Belġi. L-isem tal-pajjiż ġej mit-terminu Gallia Belgica li kienu jużaw ir-Rumani. 

F'Tirlemont/Tienen hemm xi oqbra Rumani msejħa Trois tumuli (Tumuli de Grimde) fil-forma ta' tliet għoljiet żgħar. Hemm siti funerari Rumani oħra f'Guèronne u f'Billemont (Trou de Billemont). Dawn hu magħmula minn tumuli b'kamra sepolkrali u oqbra li jixbħu ħafna lill-oqbra Etruski u qieshom setgħu kienu nbnew fuq siti ta' żminijiet iżjed antiki. 

Wara l-waqa' tal-Imperu Ruman (seklu V), il-tribujiet Ġermaniċi invadew il-provinċja Rumana ta' Gallja. Waħda minn dawn ir-razez, il-Franki, fl-aħħar waqqfu renju ġdid taħt il-ħakma tad-dinastija Merovinġja. Klodovew I kien l-aktar famużi minn dawn ir-rejiet: huwa kkonverta għall-Kristjaneżmu u kien jiġġverna mit-tramuntana ta' Franza, iżda l-imperu tiegħu kien jinkludi wkoll il-Belġju. Studjużi Nsara, l-aktar il-patrijiet Irlandiżi, ippriedkaw il-Kristjaneżmu u bdew ix-xogħol tal-konverżjoni tal-invażuri pagani.

Il-Merovinġi ma kellhomx ħajja twila wisq, u warajhom ħadet il-poter f'idejha d-dinastija Karolinġja: wara li Karlu Martell waqqaf l-invażjoni ta' Spanja mill-Għarab (732 battalja ta' Poitiers), ir-re famuż tagħhom, Karlumanju, ġabar il-parti kbira tal-Ewropa taħt is-sovranità tiegħu u ġie nkurunat Imperatur tal-Imqaddes Imperu Ruman  mill-Papa (Milied tat-800). 

Il-fewdaliżmu Ewropew sar il-bażi tal-istabilità militari, politika u ekonomika. Il-Kristjaneżmu iffjorixxa permezz tal-protezzjoni ta' dawn il-mexxejja u permezz tat-twaqqif ta' komunitajiet reliġjużi u monasteri, ta' knejjes u pellegrinaġġi. 

Ir-reġjun wara ingħaqad mal-Pajjiżi l-Baxxi, u hekk l-ewwel għadda taħt id-dominju tal-Borgonja imbagħad ta' Spanja, sakemm il-provinċji Protestanti iddikjaraw ruhhom indipendenti (ara Pajjiżi l-Baxxi). Wara ġiet il-ħakma Awstrijaka li bdiet mill-Paċi ta' Utrecht (1713), u xi għexieren ta' snin wara dik Franċiża taħt Napuljun. 

Wara d-depożizzjoni ta' Napuljun, megħlub fil-Battalja ta' Waterloo fit-18 ta' Ġunju 1815, il-Belġju reġa' ngħaqad mal-provinċji tat-Tramuntana f'Renju tal-Pajjiżi Baxx sa meta, fl-1830, ir- Rivoluzzjoni Belġjana wasslet għat-twaqqif ta' stat indipendenti Belġjan (rikonoxxut fl-1839).

Ir-Re Belġjan, Leopoldu I ta' Sassonja-Koburgu, intgħażel bl-għajnuna tal-Brittaniċi. In-newtralità tal-pajjiż ġiet garantita kontra l-aggressjoni militari futura minn barra. Din in-newtralità ġiet miksura fl-1914, meta l-Ġermanja invadiet il-Belġju bħala parti mill-Pjan Schlieffen. Id-deċiżjoni Brittanika li tunura l-obbligi tagħha tat-trattat kif ukoll tal-Entente cordiale ma' Franza, spiċċat biex daħħlet ir-Renju Unit fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Belġju pprova jerġa' lura għan-newtralità fis-snin 30, iżda reġa' ġie invadut mill-Ġermanja fl-1940.

Wara it-Tieni Gwerra Dinjija il-politika ta' newtralità ġiet abbandunata, u l-Belġju ssieħeb fin-NATO u l-Komunità Ekonomika Ewropea. 

Il-Belġju kellu kolonja importanti fil-Afrika matul l-istorja tiegħu: Il-Konferenza ta' Berlin tal-1884/1885 tat il-Kongo lir-re Leopoldu II bħala proprjetà privata tiegħu u sejjaħlu l-Istat Ħieles tal-Kongo. Għalih l-Stat Ħieles kienet primarjament sors ta' dħul mill-avorju u l-lastiku u d-djamanti u il-popolazzjoni lokali kienet ittrattata bi ħruxija u salvaġġerija kbira. Minħabba l-importanza tal-kummerċ tad-djamanti, il-belt Belġjana ta' Antwerpen saret ċentru ta' fama dinjija f'dan is-settur. Fl-1908, il-pressjoni internazzjonali kontra l-ħruxija tar-Re Leopold tant saret qawwija li Leopoldu II kien imġiegħel jagħti l-proprjetà tiegħu lill-istat Belġjan bħala kolonja. Minn dakinhar l-Istat Ħieles tal-Kongo sar il-Kongo Belġjan sakemm kiseb l-indipendenza fl-1960.

L-involviment Belġjan barra l-pajjiż żdied wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, meta żewġ kolonji Ġermaniżi, l-Irwanda u l-Burundi, ġew fdati lill-Belġju mis-Soċjetà tan-Nazzjonijiet.

Mill-bidu tas-seklu XX l-istorja tal-Belġju kienet dejjem iżjed iddominata mill-awtonomija dejjem tikber taż-żewġ komunitajiet ewlenin tagħha, Fjamminga u Wallona. Biex jikkonferma dan, naraw li minn madwar 1970, ma baqgħux jeżistu partiti nazzjonali fil-Belġju, iżda biss partiti Fjammingi jew Walloni. It-tentattivi ripetuti biex jitwaqqfu partiti nazzjonali, ipproduċew r-riżultati, f'termini ta' voti, ta' inqas minn 1% tal-elettorat. Il-partiti ta' Brussell qatt ma qabdu (bħal fil-każ tal- Blauwe Leeuwen u tal-Rode Leeuwen tal-Fjammingi fi Brussell), jew ingħaqdu ma' wieħed mill-partiti liberali tal-komunità Frankofona (bħall-FDF). Għalhekk, ix-xena politika hi waħda ta' sistema tewmija li tirrifletti ż-żewġ komunitajiet dominanti li hemm. Wara l-elezzjonijiet parlamentari ta' Ġunju tal-2007 dawn il-firdiet politiċi marru għall-agħar, tant li kaxkru l-pajjiż fi kriżi kostituzzjonali partikolarment severa. F'Novembru 2007 kien hemm dimostrazzjoni popolari fi Brussell favur l-għaqda tal-pajjiż u kontra l-pjan biex jinbidel f'konfederazzjoni ta' stati awtonomi fuq bażi etno-lingwistika.

Il-Belġju jkopri erja ta' 30,510 km², u l-ikbar wisa' tiegħu (minn Ostend sa Arlon) hi ta' 318 km. Rigward il-fruntieri, il-fruntiera ma' Franza fiha 620 km, mal-Pajjiżi l-Baxxi fiha 450 km, dik mal-Ġermanja fiha 167 km, u fl-aħħar dik mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu hi twila 148 km, b'tul totali ta' 1385 km. Il-pajjiż jinsab bejn 50º u 51º lat. Tramuntana u bejn 3º u 6 º lonġ. Lvant. 

Il-Belġju jista' jinqasam fi tliet reġjuni fiżiċi ewlenin: il-pjanura tal-kosta, li tinsab fil-Majjistral, il-pjanuri ċentrali u r-reġjun bl-għoljiet tal-Ardennes, li jasal sax-Xlokk. 

L-istrixxa tal-kosta, twila 66 km, hi baxxa u ramlija, ikkaratterizzata minn duni tar-ramel u polderijiet. Polder hu biċċa art qrib jew taħt il-livell tal-baħar, li ttieħdet mill-baħar u hi protetta minnu minn digi, jew, aktar il-ġewwa, għalqa li tnixxfet mill-ilma permezz ta' kanali artifiċjali. 

Fl-intern insibu r-reġjun tal-pjanuri ċentrali. Din hi erja li titla bil-mod il-mod mingħajr qatt ma taqbeż l-għoli ta' 100m 'l fuq mil-livell tal-baħar, ikkaratterizzata minn widien fertili, irrigati minn xmajjar numerużi u minn kanali artifiċjali. 'L hemm u 'l hawn tista' niltaqgħu ma' żoni ftit eħrex, fejn hemm ukoll għerien u goli żgħar. 
Ir-reġjun tal-Ardennes, li essenzjalment jinfirex man-nofsinhar tas-sistema tal-wied Sambre-Meuse, mhux maħdum wisq. F'din ix-xahra għolja bil-blat fil-wiċċ u mhux tajba għall-biedja fil-kobor, ikkaratterizzata minn foresti xi mdaqqiet folti ħafna, id-densità tal-popolazzjoni hija ħafna inqas minn fl-erji tat-Tramuntana, u għalhekk iż-żona ġiet ikkonservazzjoni aħjar. L-ogħla punt insibuh fuq l-għoljiet tal-Ardennes: is-Signal de Botrange, li hu 694 metru għoli biss.

Il-xita kontinwa u l-impermjabbilità tal-art jiżguraw li l-xmajjar Belġjani huma ġeneralment mimlijin ħafna bl-ilma, iżda kważi l-ebda waħda minnhom ma tibqa' fit-territorju tal-pajjiż għal kolox. 

Il-partijiet tal-Belġju l-baxxi u ta' għoli medju jitfgħu l-ilmijiet tagħhom fl-iScheldt, xmara tipika tal-pjanura, ta' pendil baxx u passaġġ regolari. Għalkemm għandha l-bidu tagħha fi Franza u l-fomm fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-iScheldt hi x-xmara Belġjana per eccellenza fis-sens li permezz tal-friegħi tagħha l-ilma ta' kważi nofs it-territorju jiskolja fiha. Fin-nofsinhar, il-Meuse l-ewwel tħaffer widien fondi fil-pjanura għolja tal-Ardennes, u mbagħad tidħol f'gandott kbir lonġitudinali li jiltaqa' fl-ewwel parti mas-Sambre, l-unika fergħa importanti fuq ix-xellug; fuq il-lemin, jinżlu fiha mill-Ardennes bosta friegħi ftit jew wisq qosra. 

Ix-xmajjar Belġjani huma kważi kollha navigabbli u għalhekk jikkostitwixxu rotot ta' komunikazzjoni importanti; huma magħqudin flimkien permezz ta' sistema kumplessa ta' kanali li tinfirex fuq tul totali ta' madwar 1,600 km navigabbli.

Il-klima hi tat-tip Atlantiku, ikkaratterizzata fuq il-kosta minn umdità għolja u varjazzjoni żgħira fit-temperatura. Fl-intern it-temperatura tinbidel iżjed u x-xtiewi huma eħrex. Ix-xita hi abbondati u regolari. 

Il-Belġju jgawdi klima li b'kollox nistgħu insejħulha Atlantika; iżda sija għaliex l-art tidħol 'il ġewwa fil-kontinent, u sija minħabba l-pjanura għolja tal-Ardennes, hemm differenzi li jinħassu u jiddependu mill-altitudni u d-distanza mill-baħar. It-temperaturi medji jiżdiedu meta nersqu lejn il-kosta. It-temperatura sajfija medja hi ta' 25 °C, l-ogħla tax-xitwa hi ta' 7.2 °C, il-minimu u l-massimu annwali rrekordjati fl-imgħoddi huma: -30.1 °C e +37.8 °C.

Il-preċipitazzjoni hi nferxa sewwa max-xhur tas-sena, iżda s-sistema hi Oċeanika (bix-xita fl-istaġuni kollha imma l-iżjed fil-ħarifa) biss fuq il-kosta, waqt li fl-intern tal-pajjiż diġà tinħass l-influwenza tal-Ewropa kontinentali, b'iżjed xita fis-sajf. 

Is-sistema tar-riħ turi l-influwenza dominanti tal-Atlantiku: f'kull staġun il-mases ta' arja oċeaniċi jinġabru fuq il-Belġju u jġiebu ħafna umdità. Mhuwiex rari, madankollu, ir-riħ mill-lvant, speċjalment fir-rebbiegħa, li jista' jġib fuq l-art għolja ġranet ċari, b'kesħa qawwija.

L-oqsma bil-foresti tal-pjanuri u r-reġjuni bl-għoljiet huma komposti l-jżjed minn siġar latifolji bħal kwerċi (quercus), ulmi (ulmus), u fl-għoli iżjed siġar tal-fagu. Fil-qalba tal-Ardennes insibu minflok foresti ta' siġar koniferi u 'l hawn u 'l hemm xagħri u xagħri mistagħdra. Hemm għadd kbir ta' speċi ta' pjanti tal-fjuri bħal ġjaċinti, virgawreja, pervinka u diġitali. 
Il-fawna selvaġġa li tgħix l-iżjed fl-oqsma forestali, tinkludi l-volpi, it-tassu (meles meles), l-iskojjattlu (sciuridae), il-ballottra u l-martra (martes). Fir-reġjuni muntanjużi jgħixu ċ-ċingjali u ċ-ċriev. 

 

Billi għandu popolazzjoni densa, Il-pajjiż baqgħalu ftit oqsma li ma ntmessux mill-punto di vista naturalistiku. Il-protezzjoni titmexxa, b'mod frammentat, l-ewwelnett mill-istat, il-komunitajiet u r-reġjuni, imbagħad mill-provinċji u l-komuni, li jirrappreżentaw il-korpi amministrattivi responsabbli. Dawn jistgħu jagħmlu interventi b'mod awtonomu u indipendenti minn xulxin. Għalhekk l-organizzazzjonijiet privati għandhom sehem importanti ħafna fil-promozzjoni ta' azzjonijiet integrati għall-ħarsien tan-natura. Ftit minn dawn, fl-1952, ħolqu għaqda nazzjonali għall-ħarsien tan-natura, flimkien mal-Assoċjazzjoni tar-riservi naturali u ornitoloġiċi tal-Belġju u l-assoċjazzjoni Wielewaal.  
B'kollox, iż-żona protetta hi żgħira ħafna, tlaħħaq biss madwar 2.8% tal-pajjiż, iżda fir-realtà ż-żoni attwalment protetti (dawk li jaqgħu taħt ir-riżervi naturali ta' proprjetà u tmexxija pubblika) jokkupaw ftit aktar minn 0.5%. 
Bħalissa fil-Belġju hemm 97 riżervi naturali u 3 riżervi forestali statali, filwaqt li hemm 263 riżervi naturali awtorizzati ta' proprjetà u tmexxija privata, li jistgħu jieħdu vantaġġ mis-sussidji li joffri l-gvern. Ir-riżervi privati huma ġeneralment iktar limitati fid-daqs għalkem ir-riżervi Belġjani ġeneralment m'humiex kbar. 
Il-Park Nazzjonali tal-Hautes-Fagnes Eifel biss, stabbilit fl-1984 fil-provinċja ta' Liège, fih erja vasta (67,850 ettaru) u varjetà akbar ta' terreni. L-ewwelnett, hemm il-foresta, li tkopri 50% tal-park, imbagħad xagħri mistagħdra, it-terren fluvjali tax-xmara Our u dak b'żewġ lagi artifiċjali ta' Robertville u Butgenbach. Fost ir-riżervi naturali dak ta' Zwin għandu importanza partikolari. Hemm żona niedja stabbilita fl-1952 b'inizjattiva privata (mill-Assoċjazzjoni tal-riżervi naturali u l-ornitoloġiċi), mifruxa fuq 150 ettaru, li 25 minnhom huma fil-territorju Olandiż. Dan huwa ambjent ta' interess kbir, magħmul l-iżjed minn pjanuri mtajnin, xagħri mistagħdra milħin u għadajjar, fejn jiskennu varjetà kbira ta' għasafar akwatiċi.

L-eqdem traċċi umani li nstabu fil-Belġju huma tal-bniedem Neanderthal. Il-fdalijiet tal-Paleoliku tat-tard u tan-Neolitiku li ġie warajh (sejbiet ta' Hesbaye u Hainaut) huma rari u żgħar. Bil-kuntrarju hemm sejbiet numerużi ta' abitazzjoni fuq l-arbli fil-Fjandri tal-punent u Brabant, li ppersistew sal-età tal-ħadid (kif juru s-siti arkeoloġiċi ta' Neckerspeel, Austruweel u Contich).

 
Hu magħruf fiż-żgur minħabba x-xhieda ta' Ġulju Ċesri, li xi razez Ċeltiċi fl-età storika kienu diġà f'mewġa wara l-oħra ħadu post in-nies indiġeni. Imbagħad l-immigrazzjoni minħabba l-konkwista Rumana illatinizzat kompletament ir-reġjun, u wara, meta xi tribujiet Ġermaniċi bdew jinvadu l-pjanuri tat-tramuntana, l-element Ċeltiku-Ruman skenn fl-artijiet għolja tan-nofsinhar, fejn seta' jżomm l-ilsien tiegħu. Minn din il-firxa antika fuq it-territorju Belġjan ta' żewġ popolazzjonijiet ta' nisel differenti ġejja d-dupliċità lingwistika li għadha tikkaratterizza l-abitanti tal-Belġju: fil-Fjandri, ir-reġjun tat-tramuntana tal-pajjiż, jitkellmu bil-Fjamming, varjanti tal-Olandiż waqt li fil-Wallonja, fil-Belġju tan-nofsinhar, jitkellmu bil-Franċiż (fil-fatt id-djalett qadim Wallun m'għadhux użat iżjed mill-popolazzjoni). Fil-Wallonja hemm wkoll minoranza ta' lsien Ġermaniż, li tikkonsisti f'madwar 70,000 rappreżentant, ikkonċentrati f'disa' komuni madwar il-bliet ta' Eupen u Sainth-Vith, fil-provinċja ta' Liege/Luik. Ir-reġjun ta' Brussell huwa uffiċjalment bilingwi, għalkemm is-sehem Frankofonu hu wisq ikbar.

Fl-1830, meta l-Belġju twaqqaf bħala stat indipendenti, il-popolazzjoni ammontat għal 3,785,000 abitant; fl-1914, lejliet il-gwerra, kien hemm 7,500,000 abitant: il-popolazzjoni tal-pajjiż irduppjat f'inqas minn seklu. Wara, minħabba l-gwerra, u fuq kollox minħabba li r-rata tat-twelid naqset bil-mod, iż-żieda kienet ferm iktar baxxa: fl-1947 l-abitanti laħqu t-8 miljuni u nofs u fl-1961 missu d-9 miljuni. 
Anki l-mortalità naqset bil-mod matul l-aħħar seklu u dan ippermetta li r-rata tat-twelid tibqa' ogħla mir-rata tal-mewt, però b'ħafna inqas. Ta' min jinnota madankollu, li storikament l-element Fjamming dejjem kien ogħla mill-element Wallun.

 
 
Mis-snin sittin ir-ritmu tat-tkabbir demografiku kien dejjem jonqos: fl-erbgħin sena ta' wara l-popolazzjoni Belġjana żdiedet ftit aktar minn miljun. Din iż-żieda seħħet l-iżjed fil-perjodu bejn l-1961 u l-1980, li matulha n-numru ta' reżidenti kważi laħaq l-10 miljuni, imbagħad żdiedu biss b'200,000 matul l-għoxrin sena ta' wara, bir-rati medji annwali qrib iż-żero. Din l-istażi demografika dehret l-iżjed fis-snin tmenin, li matulhom il-popolazzjoni żdiedet biss b'15,000: it-tnaqqis fir-rata tat-twelid fil-Belġju huwa fil-fatti marbut ma' tnaqqis sinifikanti fid-dħul ta' migranti minn barra, depressat mill-kriżi fis-settur tal-azzar, wieħed mill-opportunitajiet ta' impjieg ewlenin fil-pajjiż. Is-snin disgħin kienu, min-naħa l-oħra, karatterizzati minn żieda iktar sostnuta, li fil-bidu tas-seklu XXI wasslet għal popolazzjoni 'l fuq sewwa minn 10,200,000 ruħ (waqt li fl-aħħar tal-2007, il-popolazzjoni kienet ta' 10,585,000 abitant). Fil-bażi ta' din il-qalba ħafifa fit-tendenza hemm id-dħul tal-emigranti –
stimulat mit-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika – u l-fatt li r-rata tat-twelid reġghet bdiet tiela' : din tal-aħħar li kienet dejjem niżla minn wara l-gwerra, mit-tieni nofs tas-snin disgħin stabilizzat u mbagħad żdiedet ftit, u laħqet fl-2006, il-valur tal-11.5 ‰. Id-differenza dejjem tikber bejn mar-rata tal-mortalità ggarantit bilanċ naturali pożittiv u żieda żgħira.

Id-densità tal-popolazzjoni tal-Belġju, bi 345 abitant/km², hi t-tielet l-ogħla fl-Unjoni Ewropea (wara dik ta' Malta u l-Pajjiżi l-Baxxi). L-istruttura tal-età turi popolazzjoni li qed tixjieħ, mingħajr differenzi reġjonali kbar: il-grupp ta' età bejn il-15 u l-65 sena jirrappreżenta madwar 65.5% tat-total, filwaqt li dik taż-żgħażagħ taħt il-15-il sena jilħaq 17.5%, b'tendenza għal aktar tnaqqis. L-għomor mistenni ma juriex varjazzjonijiet reġjonali sinifikanti u kkalkulat li hu ta' 77 sena għall-irġiel u 82 għan-nisa.

Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni turi ċertu diżomoġenjità spazjali, wirt ta' ġrajjiet storiċi u ekonomiċi li wasslu għal konċentrazzjoni demografika fiċ-ċentri ewlenin urbani u d-distretti minerarji u industrijali. Għalhekk hemm differenzi sinifikanti reġjonali.

Ir-reġjun Fjamming hu dak l-aktar popolat, b'58% tal-popolazzjoni totali (6,120,000 abitant) u densità ta' 447 abitant/km²; l-erji ewlenin tal-popolazzjoni huma fuq il-kosta, fosthom il-bliet ta' Antwerpen, Gent u Brugge, l-erja emerġenti ta' Kortrijk u l-pol Limburgiż. Fir-reġjun tal-Wallonja joqgħodu madwar terz tal-popolazzjoni totali (3,435,000), b'densità ħafna inqas minn dik Fjamminga (202 abitant km/²). Affettwat b'mod ċar mill-avvenimenti storiċi tal-popolament hemm il-wied Haine-Sambre-Meuse, b'żewġ agglomorati kbar li jikkorrispondu maż-żoni urbani ta' Liège u Charleroi. L-ikbar konċentrazzjoni demografika hi fir-reġjun urban ta' Brussell, li jinsab fiċ-ċentru ta' żona b'densità għolja ta' popolazzjoni, delimitata minn Antwerpen, Leuven, Nivelles u Gent. L-agglomerazzjoni Brusselliża taqbeż il-miljun abitant (1,031,000), kważi wieħed minn għaxra tal-popolazzjoni totali u għandha densità tipika tal-konċentrazzjonijiet urbani kbar, ogħla minn 6,200 abitant /km².

Ix-xibka urbana tal-Belġju hi folta ħafna, tmien bliet jaqbżu l-100 000 reżident u sittax għandhom popolazzjoni ta' bejn 50,000 u 100,000 abitant, waqt li hemm ħafna bliet żgħar b'popolazzjoni ta' anqas minn 5000 abitant. Wara l-kapitali Brussell (1,031,000 abitant), il-bliet prinċipali tal-pajjiż huma: Antwerpen (466,000 reżident), Gent (235,000) u Brugge (117,000) fir-reġjun Fjamming, Charleroi (201.000), Liège (189,000) u Namur (107,000 ) fil-Wallonja.

Il-grad ta' urbanizzazzjoni – bħala perċentwali tal-popolazzjoni li tgħix fl lokalitajiet urbani – fil-Belġju hu ta' intensità li m'għandu paragun fl-ebda pajjiż Ewropew ieħor, u hu hekk li jpoġġi r-Renju fl-ewwel postijiet fil-klassifika dinjija: il-perċentwal tela' sa ma laħaq, fin-nofs tas-snin disgħin, is-97%, fil-livelli ta' Singapor u ta' Ħong Kong. 
Fost it-tendenzi riċenti fl-urbanizzazzjoni hemm tnaqqis demografiku fiċ-ċentri urbani b'popolazzjoni ta' aktar minn 100,000 ruħ. F'dan il-proċess ta' deurbanizzazzjani li kien diġà beda tard fis-snin sebgħin, in-nies ippreferew soluzzjonijiet reżidenzjali tat-tip periurbani u marru joqgħodu fil-limiti taż-żoni rurali.

Konsegwentement, mis-snin tmenin, il-bliet ta' daqs medju, b'popolazzjoni ta' bejn 10,000 u 50,000 ruħ kibru relattivament, iżda kienu l-bliet aktar żgħar, speċjalment dawk fir-reġjun Fjamming, li wrew vitalità demografika kbira. 
Ġie osservat ukoll mis-snin disgħin li kien hemm irkupru demografiku – għalkemm modest f'termini assoluti – tal-insedjament tat-tip rurali, grazzi għax-xibka ta' trasport effiċjenti li għenet biex bosta ħaddiema li jaħdmu fil-bliet fl-industrija u fis-settur tas-servizzi jżommu jew jadottaw reżidenzi rurali. Speċifikament, hemm predominanza ta' djar rurali f'xi distretti tal-Fjandri tal-Punent, Limburgu, Brabant, Hainaut u Liège.

L-iżvillup demografiku li sar fil-Belġju wara t-Tieni Gwerra Dinjija ġab dħul konsistenti ta' ħaddiema barranin. L-importanza tal-fenomenu tidher ċar meta wieħed iqies il-perċentaġġ ta' reżidenti ta' nisel barrani fil-popolazzjoni totali (9.8%). Dan il-perċentaġġ huwa t-tielet l-ogħla fl-Ewropa. 

Matul is-seklu 19 kollu u fl-ewwel għexieren tas-seklu 20, il-movimenti tal-emigrazzjoni u immigrazzjoni kienu modesti, b'iżjed ħruġ minn dħul. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, però, l-immigrazzjoni bdiet taqbeż l-emigrazzjoni. Infatti ħafna ħaddiema ġew mill-pajjiżi ġirien biex jaħdmu fl-industriji u fil-minjieri. Fl-aħħar tas-snin sebgħin, in-numru totali ta' barranin fil-Belġju qabeż b'kemm kemm id-900,000. Fis-snin tmenin il-kriżi tal-azzar ġabet tnaqqis fl-immigrazzjoni. Fis-snin disgħin, minħabba li s-sitwazzjoni ekonomika ttejbet, kien hemm xi rkupru fl-immigrazzjoni, għalkemm ma kinetx kostanti. 

Skont l-aħħar stimi, ir-reżidenti ta' nisel barrani se jaqbżu l-miljun. L-akbar komunitajiet se jkunu l-Marokkini (b'356,000 ruħ), imbagħad it-Taljani (253,000), it-Torok (167,000), il-Franċiżi (88,600) u l-Olandiżi (42,000). 
Ċittadin Belġjan fil-ħamsa għandu nisel mhux Belġjan, u żewġ miljun Belġjan għandhom immigranti fost l-antenati tagħhom.

Fil-Belġju, l-argument etniku hu marbut profondament ma' dak lingwistiku u wassal għall-ħolqien ta' stat federali uniku fid-dinja tat-tip tiegħu. Fil-fatt, fil-pajjiż jitkellmu bi tliet lingwi li magħhom hi assoċjata l-eżistenza ta' tliet gruppi lingwistiċi: il-Fjammingi (ta' lingwa Olandiża fil-forma lokali tagħha msejħa Fjamming), il-Walluni (ta' lingwa Franċiża) u l-Ġermaniżi ta' lingwa Ġermaniża. Kull wieħed mit-tliet gruppi lingwistiċi ewlenin jissejjaħ Komunità, terminu li jikkorrispondi ma' suddiviżjoni kulturali amministrattiva fi ħdan l-istat federali, flimkien ma' suddiviżjoni ulterjuri tal-Federazzjoni fi tliet reġjuni, reġjuni li ma jaqblux eżatt mad-definizzjoni tal-komunitajiet deskritti. Fil-fatt, hu diffiċli ħafna li titħaddet fuq grupp etniku fil-każ tal-Belġju għax dan jista' jkun grupp lingwistiku permezz tal-pożizzjoni ġeografika u mhux grupp etniku.

Kull Komunità tieħu ħsieb l-edukazzjoni u l-kultural tan-nies li jitkellmu bil-lingwa tagħha li jgħixu f'żoni monolingwi u/jew bilingwi fit-territorju: il-Komunità Frankofona, il- Komunità Fjamminga u l-Komunità Ġermanofona tal-Belġju. Skond l-aħħar ċensiment lingwistiku – li sar fl-1990  – aktar minn nofs il-popolazzjoni Belġjana hi ta' lingwa Olandiża (58.2%), filwaqt li l-Franċiż hu t-tieni lingwa (34.1% ), segwita mill-Ġermaniż li jitkellmuh inqas minn 1% tal-popolazzjoni. Il-bqija tal-popolazzjoni titkellem b'lingwi oħra (pereż. l-Għarbi, it-Taljan, il-Portugiż ...). Dawn huma immigranti li għadhom jitkellmu bl-ilsien nattiv tagħhom. .

Inħolqu tliet reġjuni fl-istat Belġjan għall-organizzazzjoni tal-ħajja ekonomika tal-komunitajiet u tal-belt kapitali, Brussell, li hi bilingwi (Franċiż-Olandiż). L-ewwel reġjun hu l-Fjandri, fejn il-lingwa uffiċjali hi l-Olandiż (fil-verżjoni Fjamminga). Dan ir-reġjun għaqqad l-organi amministrattivi tiegħu ma' dawk tal-Komunità Fjamminga b'sede governattiv wieħed fi Brussell. It-tieni hi reġjun hu l-Wallonja, fejn il-lingwa uffiċjali hi l-Franċiż. Fil-Wallonja tinsab ukoll il-Komunità ta' lingwa Ġermaniża konċentrata fiz-zoni tax-Xlokk u b'sede f'Eupen. Ir-reġjun tal-Wallonja għandu s-sede f'Namur, filwaqt li l-Komunità ta' lingwa Franċiża għandha sede fi Brussell.

It-tielet reġjun tal-Belġju hu r-reġjun ta' Bruxelles-Capital, fir-realtà enklavi bilingwi (Franċiż-Olandiż), li tinsab ġeografikament fir-reġjun tal-Fjandri. Madankollu, Brussell hi prinċipalment Frankofona (70% tal-popolazzjoni), u 10% mill-abitanti biss jitkellmu bl-Olandiż u mill-inqas 20% jitkellmu b'lingwa oħra; dawn huma immigranti li għadhom jitkellmu bil-lingwa nattiva tagħhom. Dawn iċ-ċifri huma sorsi ta' kunflitt bejn il-Komunitajiet. Allura Brussell hi uffiċjalment bilingwi. Ir-reġjun ta' Brussell fih 19-il muniċipalità: Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Bruxelles, Etterbeek, Evere, Forest, Ganshoren, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwe-Saint-Lambert u Woluwe-Saint-Pierre. Dak li s-soltu hu magħruf bħala Brussell fir-realtà hu wieħed mid-19-il muniċipalità (u l-kapitali) tal-reġjun amministrattiv imsejjaħ reġjun ta' Bruxelles-Capital. Biex nikkumplikaw l-affarijiet, Brussell hi wkoll il-belt kapitali tal-Belġju, il-kapitali reġjonali tal-Fjandri, il-kapitali tal-Komunità Frankofona tal-Belġju u l-kapitali tal-Unjoni Ewropea.

 
Il-Kattoliċeżmu huwa r-reliġjon ewlenija, iżda l-pajjiż għaddej minn proċess qawwi ta' sekularizzazzjoni. Fl-2010, 60% tal-popolazzjoni kienu jqisu ruħhom Kattoliċi, filwaqt li 87% tal-popolazzjoni kienu twieldu ġo familji Kattoliċi. Fl-1980 kienu jqisu ruħhom Kattoliċi 72% tal-Belġjani, u dan il-perċentaġġ naqas għal 68% fl-1990 u għal 65% fl-2005. Hemm minoranzi ta' Misilmin, Protestanti u Lhud. 

Ir-reliġjon kienet waħda mid-differenzi bejn in-nofsinhar Kattoliku u t-tramuntana Protestanta tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li wasslet għall-firda tan-nofsinhar, fl-1830, u għat-twelid tal-Belġju tal-lum. Dan jispjega wkoll in-numri prevalenti ta' Kattoliċi. 

Mill-1830, il-Kattoliċeżmu kellu wkoll rwol importanti fil-politika Belġjana, pereżempju fl-hekk imsejħa gwerer skolastiċi (guerres scolaires bil-Franċiż) bejn il-liberali u l-Kattoliċi li kien hemm l-ewwel bejn l-1879 u l-1884 u mbagħad bejn l-1954 u l-1958.

Il-Belġju huwa monarkija kostituzzjonali federali fejn ir-Re huwa l-kap tal-istat u l-prim ministru huwa l-kap tal-gvern f’sistema multipartitarja. Is-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhumiex ċentralizzati, iżda maqsumin bejn 3 livelli ta’ gvern: il-gvern federali, 3 komunitajiet ibbażati fuq il-lingwa (Fjamminga, Franċiża u Ġermaniża) u 3 reġjuni (il-Fjandri, il-Kapitali ta’ Brussell u l-Vallonja). Legalment kollha huma ugwali, iżda għandhom setgħat u responsabbiltajiet għal oqsma differenti. Brussell, flimkien mal-belt tal-Lussemburgu u Strasburgu, hija waħda mit-tliet sedi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Fl-14 ta' Lulju 1993 saret reviżjoni tal-Kostituzzjoni bil-ħolqien ta' Stat Federali bbażat fuq tliet livelli:

Kull wieħed mill-aħħar żewġ reġjuni hu maqsumin f'5 provinċji.

Kull provinċja hi fl-aħħar maqsuma f'distretti amministrattivi u mbagħad f'muniċipalitajiet imsejħin communes bil-Franċiż u gemeenten bil-Fjamming. Ir-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale hu magħmul minn distrett wieħed.

 (1) Rigward il-belt kapital, ngħatu l-popolazzjoni taż-żona urbana tagħha kollha, identifikabbli mar-reġjun Bruxelles-Capitale sħieħ. Fil-fatt, il-popolazzjoni tal-muniċipalità ta' Brussell-Belt waħida, (imsejħa Bruxelles-Ville, Brussel-Stad) tammonta għal 143,056 abitant. Fil-figura għall-popolazzjoni ta' Brussell fit-tabella huma magħdudin ukoll il-komuni ta' Anderlecht, Schaerbeek / Schaarbeek, Ixelles / Elsene eċċ., li jiffurmaw mal-belt kapital xibka urbana u għalhekk jistgħu jiġu assimilati.

 
Il-Belġju huwa monarkija kostituzzjonali u stat federali, li l-kap tal-istat tiegħu hu r-Re Albert II. Is-sistema politika tal-pajjiż hi bbażata fuq struttura konfederali kumplessa, imsaħħa bl-emendi kostituzzjonali tal-1993, proposti bl-għan li tiġi evitata l-firda finali bejn il-komunita Fjamminga u dik Walluna. Madankollu fadal residwu sostanzjali ta' tensjonijiet ta' natura politiko-ekonomika bejn iż-żewġ gruppi etniċi. Il-federaliżmu Belġjan hu bbażat fuq il-kunċett tal-ekwipollenza tan-normi, fi kliem ieħor, il-gvern federali m'għandu l-ebda dritt li jmur kontra jew jinjora d-digrieti maħruġin mir-reġjuni konfederati. 

Hemm Parlament Federali, maqsum f'żewġ kmamar: il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat.

 

Il-Belġju hu monarkija popolari u demokrazija parlamentari kostituzzjonali. Il-parlament federali bikamerali huwa magħmul minn Senat u Kamra tar-Rappreżentanti. L-ewwel waħda hi magħmula minn 40 politiku eletti direttament u 21 rappreżentant maħturin mit-tliet parlamenti tal-Komunità, 10 senaturi li huma co-opted u wlied ir-re, bħala senaturi bi dritt li fil-prattika ma jivvutawx. 
Il-150 rappreżentant tal-kamra jiġu eletti taħt sistema ta' vot proporzjonali minn 11-il distrett elettorali. Fil-Belġju hu obbligatorju li wieħed jivvota u għalhekk il-pajjiz għandu waħda mid-ogħla rati ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet fid-dinja.. 

Ir-Re (bħalissa Albertu II) huwa l-kap tal-istat, għalkemm bi prerogattivi limitati. Huwa jaħtar il-ministri, inkluż il-Prim Ministru, li jkollhom il-fiduċja tal-Kamra tar-Rappreżentanti biex jiffurmaw il-gvern federali.

In-numri tal-Ministri li jitkellmu bl-Olandiż u bil-Franċiż huma ndaqs kif inhu preskritt fil-kostituzzjoni (il-Prim Ministru ma jgħoddx).
Is-sistema ġudizzjarja hi bbażata fuq il-liġi ċivili u ġejja mill-kodiċi Napoleonika. L-ogħla qorti hu l-Qorti tal-Kassazzjoni u l-Qorti tal-Appell hu livell taħtu. 

L-istituzzjonijiet politiċi tal-Belġju huma kumplessi; il-parti l-kbira tal-poter politiku huwa organizzat bil-ħsieb li l-komunitajiet kulturali ewlenin jkunu rappeżentati.
Minn madwar l-1970, il-partiti politiċi Belġjani importanti inqasmu f'komponenti distinti li jirrappreżentaw prinċipalment l-interessi politiċi u lingwistiċi ta' dawn il-komunitajiet.
Il-partiti ewlenin ta' kull Komunità, għalkemm qrib lejn iċ-ċentru politiku, jappartienu għal tliet gruppi ewlenin: Il-Liberali fil-lemin, il-Demokristjani fiċ-ċentru u s-Soċjalisti fix-xellug.
Xi partiti importanti oħra inħolqu tard fis-seklu li għadda, l-aktar madwar temi lingistiċi, nazzjonalisti, jew ambjentali u reċentement inħolqu oħrajn b 'xi għan liberali speċifiku.

Is-sensiela ta' gvernijiet Demokratiċi Kristjani ta' koalizzjoni mill-1958 inqatgħet fl-1999 waral-kriżi tad-dijossina, skandlu enormi tat-tniġġiż tal-ikel.

.

Wara, ġiet iffurmata koalizzjoni vjola magħmula mil-Liberali u d-Demokratiċi Soċjali billi l-Ħodor kienu tilfu l-parti l-kbira tar-rappreżentanti fl-elezzjoni tal-2003.
Il-gvern immexxi mill-Prim Ministru Guy Verhofstadt mill-1999 sal-2007 rnexxielu jagħmel baġit bilanċjat, xi riformi tat-taxxa, riforma fis-suq tax-xogħol, għamel skeda għat-tneħħija gradwali tal-enerġija nukleari u ppropona leġiżlazzjoni għal prosekuzzjoni iżjed ħarxa fil-każ tad-delitti tal-gwerra u iżjed ħanina fil-każ tad-drogi ħfief. Naqqas ir-restrizzjonijiet kontra l-ewtanażja u l-legalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Il-gvern kien favur diplomazija aktar attiva fl-Afrika  u kontra l-invażjoni tal-Iraq.

Il-koalizzjoni ta' Verhofstadt marret ħażin fl-elezzjoni ta' Ġunju 2007. Għal aktar minn sena, il-pajjiż kien fi kriżi politika. Din il-kriżi kienet hekk serja li ħafna osservaturi ħasbu li l-Belġju se jinqasam fi tnejn. Mill-21 ta' Diċembru 2007 sal-20 ta' Marzu 2008 it-tielet gvern temporanju ta' Verhofstadt kien fil-poter. Din il-koalizzjoni kienet magħmula mid-Demokristjani Fjammingi u Frankofoni, il-Liberali Fjammingi u Frankofoni flimkien mal-Partit Soċjalista Frankofona. Fl-20 ta' Marzu 2008, il-gvern il-ġdid immexxi mid-Demokristjan Fjamming Yves Leterme, ir-rebbieħ veru tal-elezzjonijiet federali ta' Ġunju tal-2007, ħa l-ġurament quddiem ir-re . Fil-15 ta' Lulju 2008 Leterme 2008 ħabbar ir-riżenja tal-kabinett lir-re, billi ma kien sar l-ebda progress fir-riformi kostituzzjonali. F'Diċembru tal-2008 reġa' offra r-riżenja tiegħu lir-re wara l-kriżi finanzjarja marbuta mal-bejgħ tal-bank Fortis lil BNP Paribas . Din id-darba r-riżenja tiegħu ġiet aċċettata u d-demokristjan Fjamming Herman Van Rompuy ħa l-ġurament bħala Prim Ministru fit-30 ta' Diċembru 2008.

Wara li Herman Van Rompuy ġie nnominat l-ewwel President tal-Kunsill Ewropew permanenti fid-19 ta' Novembru 2009, fil-25 ta' Novembru offra r-riżenja tal-gvern tiegħu lir-Re Albertu II. Ftit sigħat wara, gvern il-ġdid taħt il-Prim Ministru Yves Leterme ħa l-ġurament. Fit-22 ta' April 2010, Leterme reġa’ offra r-riżenja tal-kabinett tiegħu lir-re  wara li wieħed mill-partiti imseħbin fil-koalizzjoni, l-OpenVLD, irtira mill-gvern, u fis-26 ta' April 2010 ir-Re Albertu uffiċjalment aċċetta r-riżenja.
Fl-elezzjonijiet parlamentari fil-Belġju fit-13 ta' Ġunju 2010 in-nazzjonalisti Fjammingi, N-VA saru l-akbar partit fil-Fjandri, u l-Partit Soċjalista PS l-akbar partit fil-Wallonja. Minn dakinhar il-Belġju kien immexxi mill-gvern proviżorju taħt Leterme waqt li qegħdin isiru negozjati għall-formazzjoni ta' gvern ġdid li bħalissa huma wieqfa. Sat-30 ta' Marzu 2011 il-Belġju waqqaf rekord dinji ġdid għaż-żmien li għadda mingħajr gvern uffiċjali (dan ir-rekord qabel kien waqqfu l-Iraq matul il-gwerra). Peress li dan iż-żmien qabeż sena sħiħa, qiegħed ikun hemm ħafna dubji dwar jekk il-gvern fil-post jistax jibqa' jeżisti u jwettaq biss ix-xogħol urġenti.

Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew mill-Belġju.

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern Belġjan, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Dati tal-Presidenzi Belġjani:

Jan-Ġun 1958 | Jan-Ġun 1961 | Jan-Ġun 1964 | Jan-Ġun 1967 | Jan-Ġun 1970 | Jan-Ġun 1973 | Lul-Diċ 1977 | Jan-Ġun 1982 | Jan-Ġun 1987 | Lul-Diċ 1993 | Lul-Diċ 2001 | Lul-Diċ 2010

Il-Kummissarju nominat mill-Belġju għall-Kummissjoni Ewropea hu Didier Reynders, li hu responsabbli għall-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Il-Belġju għandu 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Belġju għandu 10-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE ta' rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Il-Belġju jikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tiegħu fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Belġju, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri tal-2018 għall-Belġju

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Belġju jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Belġju fl-2018 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (22.1%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (19.4%) u l-industrija (16.7%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 73% tal-esportazzjonijiet tal-Belġju (il-Ġermanja 18%, Franza 14% u n-Netherlands 12%), filwaqt li barra mill-UE 5% jmorru fl-Istati Uniti u 2% fl-Indja u fiċ-Ċina.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 64% jiġu minn Stati Membri tal-UE (in-Netherlands 18%, il-Ġermanja 13% u Franza 9%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu mill-Istati Uniti u 4% miċ-Ċina.

 
L-ekonomija Belġjana, minkejja xi nuqqasijiet strutturali, hija waħda mill-aktar avvanzati fl-Ewropa. L-iżvilupp tagħha huwa dovut għal varjetà ta' fatturi ġeografiċi u storiċi: 

L-industrija Belġjana, billi gawdit mill-preżenza ta' oqsma ta' faħam vasti, daħlet kmieni fl-industrijalizzazzjoni. Fil-fatt, fis-seklu 19, il-Belġju kienet fost l-ewwel pajjiżi li intlaħqu mir-Rivoluzzjoni Industrijali, billi sfruttaw il-faħam tal-Haine-Sambre-Meuse, il-faċilità ta' komunikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta' ħaddiema abbundanti u kwalifikati. 

Il-Belġju qiegħed fit-18-il post fl-Indiċi ta' Żvilupp Uman (2010) waqt li Malta qiegħda fit-33 post.

Fis-seklu 19, il-Belġju kien fost il-pijunieri fl-iżvilupp tal-ferroviji u l-kumpanniji Belġjani pparteċipaw fin-nofs tal-Ewropa fil-kostruzzjoni u fit-tmexxija ta' linji ġodda. Kienet Belġjana wkoll il-kumpannija li mexxiet is-sevizz ta' ristoranti u sodod fuq it-treni fl-Ewropa, il-Compagnie Internationale des Wagons-Lits, mwaqqfa mill-Georges Nagelmackers. 

Antwerp, li tinsab fuq l-iScheldt, 84 km mill-baħar, hija wieħed mill-portijiet l-iżjed traffikużi fid-dinja (it-tieni fl-Ewropa wara l-port ta' Rotterdam fil-qrib). 

Il-xmajjar tal-Belġju huma konnessi permezz ta' sistema kumplessa ta' kanali li għandha tul totali ta' madwar 1,600 km navigabbli. Meta nżidu ma' dawn 152,250 km ta' toroq u 3,542 km ta' lini ferrovjarji insibu xibka tant estensiva li tagħmel il-Belġju l-pajjiż bl-ogħla densità ta' linji ta' komunikazzjoni fid-dinja. 

L-ajruport prinċipali fil-pajjiż hu l-ajruport internazzjonali ta' Brussell.

F'xenarju ekonomiku li fit-total hu pożittiv, jidhru diverġenzi reġjonali sinifikanti. Il-Wallonja, ir-reġjun tal-minjieri li kien industrijalizzat kmieni u kien il-mutur prinċipali tal-ekonomija Belġjana sas-snin sebgħin, sofriet kriżi profonda fis-settur tal-azzar u ffaċċat s-seklu 21 bil-ħtieġa li tirristruttura l-industrija, b'livell ta' żvilupp iktar baxx minn dak tal-pajjiżi ġirien u b'rata ta' qgħad għolja. 

Ir-reġjun effiċjenti ta' Brussell hu metropoli kbira u moderna, kożmopolitana ħafna u mitfugħa b'mod qawwi fuq l-industrija tas-servizzi, li tibbenefika mill-Unjoni Ewropea u mill-globalizzazzjoni ekonomika, iżda li tidher imfixkla mid-daqs żgħir tat-territorju (inqas minn 1% tat-territorju Belġjan).

Bla dubju il-Fjandri bħalissa huma l-aqwa reġjun tal-pajjiż mill-punto di vista ekonomiku. Dawn igawdu mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, mill-infrastruttura ta' komunikazzjoni (is-sistema ta' portijiet Antwerp-Ghent-Zeebrugge, xibka tat-toroq integrata sewwa fid-direzzjonijiet prinċipali Ewropej tramuntana-nofsinhar u punent-lvant, xibka ferrovjarja żviluppata sew, l-Ajruport Internazzjonali ta' Brussell), minn ekonomija orjentata ħafna lejn l-esportazzjoni (madwar żewġ terzi tal-produzzjoni industrijali tal-Fjandri huma għall-esportazzjoni), minn ambjent soċjo-ekonomiku li jattira l-kapital barrani u minn struttura produttiva flessibli u teknoloġikament avvanzata.

 
Storikament, il-faħam kien ir-riżors minerali prinċipali tal-Belġju. Dan jinsab fiż-żewġ widien prinċipali: il-minjieri ta' Haine-Sambre-Meuse, li m'għadhomx jintużaw mis-snin sittin billi inħlew ir-riżervi li jistgħu jiġu estratti faċilment, u dawk ta' Kempen, fejn baqa' xi attività żgħira ta' estrazzjoni. Matul is-seklu dsatax id-depożiti tal-ħadid u ż-żingu li jinsabu fil-wied ta' Sambre-Meuse kienu sfruttati intensivament, imma issa inħlew. Għall-kuntrarju il-minjieri tal-ġibs u tal-franka qrib Tournai, Mons u Liège, għadhom importanti. Dawn jipprovdu l-materjal lil industrija sinifikanti tas-siment. Hemm ukoll barrieri tal-irħam u depożiti ta' ramel użat fil-manufattura tal-ħġieġ, u tafal użat fil-produzzjoni tal-brikek u oġġetti taċ-ċeramika. 

Ir-riżorsi tal-ilma huma kkonċentrati fin-nofsinhar tal-pajjiż. Il-parti l-kbira tax-xmajjar oriġinaw fl-Ardennes u jmorru lejn it-tramuntana. Is-sistema kumplessa ta' akwadotti, kanali u lagi artifiċjali tiżgura li d-distribuzzjoni ġeografika tar-riżorsi tal-ilma hija bilanċjata. 

Iċ-ċentrali nukleari ta' Doel fil-provinċja ta' Antwerpen, is-sors ewlieni tal-elettriku, tipprovdi żewġ terzi mid-domanda nazzjonali. Il-bqija tad-domanda għall-enerġija jipprovduha iċ-ċentrali termoelettriċi u, parti minima iċ-ċentrali ġeotermiċi u idroelettriċi.

Bħal dik tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-agrikoltura Belġjana hi fil-parti l-kbira artifiċjali u tinħadem fuq raba' li oriġinarjament ma kinitx adatta għall-biedja, ħlief xi art tajba li tinsab fin-nofs tal-Belġju, u li saret siewja għall-agrikoltura biex xogħol tal-bniedem matul mijiet ta' snin, permezz tat-tinxif tal-polders, tat-tisħin artifiċjali tal-art u tal-isforzar tax-xtieli fis-serer. 

Għalkemm hi pprattikata b'mod intensiv u bl-għajnuna tat-teknoloġija moderna, l-agrikoltura għandha sehem dejjem aktar jonqos fl-istruttura ekonomika Belġjana u tirrappreżenta biss 1% tal-PGD u timpjega biss 2% tal-ħaddiema. Anki l-erja agrikola qiegħda tonqos kuljum, u niżlet minn aktar minn 50% fis-snin sittin għal ftit aktar minn kwart tal-erja tal-pajjiż. Qiegħed jinbidel ukoll id-daqs medju tal-irziezet u ftit ftit l-irziezet żgħar qegħdin jgħibu u minflok qegħdin jiżviluppaw strutturi korporattivi li jistgħu jattiraw l-investimenti fil-makkinarju u t-teknoloġiji ġodda meħtieġa sabiex tiżdied il-produttività tal-art. 

Il-Fjandri, li tradizjonalment huma agrikoli, għadhom l-aktar reġjun li għandu attività agrikola. Din l-attività tagħmel aktar minn żewġ terzi tal-valur miżjud totali tas-settur. Inqas minn terz jista' jiġi attribwit lill-Wallonja, filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-reġjun ta' Brussell, m'għandniex xi ngħidu kważi ma teżistix. 

L-ortikultura għandha post ta' importanza partikolari. Din hi pprattikat prinċipalment fil-Fjandri u tirrappreżenta kważi kwart tal-produzzjoni agrikola kollha. Fil-qasam tal-fjuri l-ażalji u l-begonji tal-Fjandri tal-Lvant huma famużi mad-dinja kollha. Il-prodotti l-importanti l-oħra huma l-pitravi, iċ-ċikwejra, il-kittien, iċ-ċereali u l-patata. 

Madankollu t-trobbija tal-bhejjem (majjali, l-iżjed fil-Fjandri, u l-baqar għal-laħam u l-ħalib), hi l-qasam prinċipali fl-agrikoltura u tagħmel kważi żewġ terzi tal-valur totali. 
Is-sajd li jsir l-iżjed fl-iskolji tal-Baħar tat-Tramuntana mhuwiex importani wisq. 
Fl-aħħar għandha nsemmi l-forestrija li ssir prinċipalment fl-Ardennes u Kempen.

Minkejja l-effetti negattivi tal-kriżi tal-azzar u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fis-snin tmenin xi oqsma tradizzjonali (b'mod partikolari it-tessuti), il-Belġju bedu s-seklu 21 bħala pajjiż li għandu bażi industrijali b'saħħitha, li tokkupa iktar minn kwart tal-popolazzjoni attiva u tikkontribwixxi 25% tal-PGD u għandu indiċi tal-produttività li tiela' minkejja l-kriżi fil-bidu tal-aħħar għaxar snin. 

L-oqsma prinċipali tas-settur tal-manifattura, kemm f'termini ta' prodotti u kemm ta' mpjieg, huma l-ipproċessar tal-ikel, il-kimika u metallurġija. Huma importanti wkoll il-mekkanika (speċjalment il-kostruzzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u l-assemblaġġ ta' karozzi barranin), il-petrokimika, l-elettronika u elettroteknika, it-tessuti u l-produzzjoni tal-karta. Ix-xogħol fl-injam u fil-ħġieġ (il-fabrika tal-kristall ta' Val Saint-Lambert hi magħrufa sewwa) għandu ċerta importanza u tradizzjoni antika.

X'uħud miċ-ċentri tal-manifattura ewlenin jinsabu f'żoni urbani kbar. L-aktar importanti hi l-agglomerazzjoni ta' Antwerp, li għandha struttura industrijali orjentata lejn setturi li jeħtieġu kapital intensiv kbir u huma marbutin mill-qrib mal-faċilitajiet tal-port (kimika elettronika, ikel). Ix-xogħol tal-ħaġar prezzjuż, tipiku għal din iż-żona hu żviluppat ħafna. It-tieni ċentru industrijali tal-Belġju hu r-reġjun metropolitan ta' Brussell, ibbażat prinċipalment fuq prodotti ta' konsum fil-wisa' u kontenut teknoloġiku għoli. L-istruttura tal-manifattura fl-inħawi ta' Ghent hi magħmula minn qalba antika ta' industrijalizzazzjoni ħafifa (fuq kollox tessuti) u iżjed reċenti ċentru kimiku u l-metallurġiku madwar il-faċilitajiet tal-port tagħha. Ir-reġjuni industrijali l-oħra tal-Belġju, li jinsabu barra ċ-ċentri urbani ewlenin, qegħdin fl-intern tal-Fjandri, b'mod partikolari fl-inħawi ta' Kortrijk li huma karatterizzati b'xibka densa integrata u flessibbli ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (tat-tessuti, għamara, prodotti tal-metall), u fil-Grigal, li għall-kuntrarju dejjem kellu industrija tqila u kapital li fil-parti l-kbira ġej minn barra (assemblaġġ tal-karozzi, kimika).

Bħal fil-pajjiżi żviluppati kollha, is-settur ekonomiku ewlieni tal-Belġju hu s-settur tas-servizzi, li jikkontribwixxi kważi tliet kwarti tal-impjiegi u tal-PGD. Is-servizzi privati (kummerċ, trasport u komunikazzjoni, servizzi finanzjarji u assigurazzjoni, kiri, attivitajiet professjonali) jaqbżu sewwa l-attivitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, sintomu ta' struttura soċjo-ekonomika avvanzata. 

Il-fergħa l-aktar importanti tas-settur tas-servizzi huwa l-kummerċ, li fl-aħħar tas-snin disgħin aktar milli rdoppja meta nqabbluh mal-bidu tas-snin tmenin u jagħti ftit inqas impjieg mill-qasam kollu tal-manifattura. Ta' min jinnota b'mod partikolari li l-kummerċ, speċjalment ma' barra, fl-ekonomija Belġjana, dejjem kien marbut mal-pożizzjoni ċentrali li jokkupa l-pajjiż fir-reġjun l-aktar għani tal-Ewropa u mal-iżvilupp eċċezzjonali tal-infrastruttura tat-trasport. Dawn il-kondizzjonijiet partikolari għamlu l-Belġju pajjiż b'ekonomija estremament miftuħa, li fl-bidu tas-seklu 21 sar l-għaxar qawwa kummerċjali tad-dinja, u kellu sehem ta' 3.2% mill-kummerċ dinji kollu. 

L-oġġetti prinċipali ta' esportazzjoni huma l-makkinarju u t-tagħmir tat-trasport, il-prodotti kimiċi u l-farmaċewtiċi, il-ħaġar prezzjuż, it-tessuti u l-prodotti tal-ikel. Min-naħa l-oħra, it-tagħmir tat-trasport, il-karburanti, il-prodotti kimiċi, l-ikel u t-tessuti jagħmlu l-parti l-kbira tal-importazzjoni. 
Is-sħab kummerċjali ewlenin tal-Belġju huma pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (l-iżjed il-Ġermanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit), li jirrappreżentaw madwar żewġ terzi tal-esportazzjoni u aktar minn 70% tal-importazzjoni.

Il-żona ta' Brussell fiha l-akbar konċentrazzjoni ta' servizzi avvanzati minħabba s-sehem tagħha bħala l-belt kapitali nazzjonali u l-pożizzjoni tagħha f'salib it-toroq tar-relazzjonijiet internazzjonali. Hemm għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom il-banek, il-kumpaniji ta' assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-organizzazzjonijiet supranazzjonali, il-laboratorji tar-riċerka u l-istituzzjonijiet akkademiċi. Fl-inħawi ta' Antwerpen insibu predominanza ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-porti u l-importazzjoni-esportazzjoni. Fir-reġjun tal-Wallonja, id-dgħjufija tas-sistema industrijali u d-dipendenza storika fuq iċ-ċentri finanzjarji u politiċi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li jinsabu fil-belt kapitali, xekklu l-iżvilupp ta' settur tas-servizzi modern, li hawn hu magħmul prinċipalment mill-amministrazzjoni pubblika.

It-turiżmu mhux ta' min iħallih barra. Dan hu kkonċentrat essenzjalment fil-bliet tal-arti, iċ-ċentri tal-għum mal-kosta u fir-reġjuni bl-għoljiet tal-Ardennes.

 
Min-numru ta' stilel li kisbu r-ristoranti Belġjani matul is-snin mill-Gwida Michelin (għalkemm inqas fis-snin reċenti ) naraw li l-kċina Belġjana hi fost l-aqwa fl-Ewropa. Din kisbet dan is-suċċess billi interpretat mill-ġdid il-kċina tradizzjonali tal-ġirien Franċiżi b'mod oriġinali għal kollox, billi adattatha għall-prodotti tipiċi li joffri t-territorju tal-pajjiż. Il-kċina Belġjana fil-fatt għandha ħafna karatteristiċi reġjonali li joffru varjetà wiesgħa ta' riċetti u ingredjenti. 
Fost l-aqwa tal-arti kulinarja Belġjana insibu ċ-ċikkulata, il-birra, il-patata moqlija, il-famużi kbejjeċ ta' Brussell (kaboċċi taz-zokk) u l-wafels (bil-Fjamming) jew Gaufres (bil-Franċiż). 

Mal-Iżvizzera, il-Belġju hu l-pajjiż bl-aqwa t-tradizzjoni għall-produzzjoni taċ-ċikkulata fid-dinja. Dan għandu bħala xhieda l-fatt li l-marki Belġjani bħal Neuhaus, Cote d'Or, Leonidas u Godiva huma magħrufa u apprezzati kullimkien. Il-Belġjani għandhom wkoll l-unur li vvintaw il-pralines, ċikkulatini minn barra jqarmċu u minn ġewwa rotob. Fil-pajjiż hemm aktar minn 2000 ħanut li jispeċjalizza fil-bejgħ dan il-prodott, minn praline mimlija bil-pistaċċi, ġellewż jew frott, saċ-ċangaturi klassiċi kummerċjali.

Fil-Belgu jipproduċu aktar minn 601 tipi differenti ta' birra. Ħafna mill-birra kkunsmata fil-pajjiż tikkonsisti f'lager kummerċjali bħal Jupiler, Maes jew Stella Artois, imma huma wkoll popolari l-ales ukoll kummercali, imma eqreb lejn il-tradizzjoni Belġjana, bħal Leffe, Grimbergen, Hoegaarden u Affligem, li jappartienu kollha għal gruppi industrijali kbar. 

L-aktar prestiġjużi huma l-prodotti artiġjanali tal-birreriji żgħar (hemm madwar 120 minnhom mal-pajjiż). Fosthom hemm it-Trappist magħmula mill-patrijiet, il-Lambic, speċjalità unika tal-Belġju bil-fermentazzjoni spontanja prodotta biss fiż-żona fil-Lbiċ ta' Brussell imsejħa Pajottenland u Deus, Brut des Flanders li hi prodotta mill-birrerija Brouwerij Bosteels ta' Buggenhout (belt żgħir ħdejn Mechelen, fit-tramuntana ta' Brussell) magħmula bl-istess teknika bħax-xampanja: fermentazzjoni fit-tank u “remuage” u “dégorgement”. Dawn il-prodotti eċċellenti jattiraw dilettanti madwar id-dinja.

Il-birra tintuża ħafna fil-preparazzjoni ta' riċetti bbażati fuq il-laħam u l-ħut (pereżempju l- maskli jissajru fil-birra) bħal ma jintuża l-inbid f'ħafna pajjiżi oħra.

Il-Belġjani kburin ħafna bil-patata moqlija tipika li jsajru (frieten jew frites). Għaliha hemm xorta ta' venerazzjuni. Komuni ħafna il-kjoskijiet fit-toroq, fl-istazzjonijiet eċċ. Imsejħa frituur fil-Fjandri u friterie fil-Wallonja.

Bħala l-ewwel kors, il-Belġjani spiss jieklu l-minestra u soppa sħuna (passata tal-ħaxix). Partikolarment popolari huma pereżempju s-soppa tal-kaboċċi, krema u perżut nej u l-krema tal-piżelli, tal-kurrat u tar-rabarbru. Jieklu wkoll torti tipiċi mmelħa, li l-ingredjent bażiku tagħhom jista' jkun il-kbejjeċ ta' Brussell jew ħaxix ieħor.

Għal dak li jirrigwarda d-deżerti, il-Belġjani spiss joffru l-ġobon (hemm ħafna kwalitajiet prodotti lokalment), wara l-ikla u qabel il-ħelu tradizzjonali, fil-manjiera tal-Franċiżi. Imma fost id-deżerti l-aktar famużi, għandhom il-wafels (bil-Fjamming) jew gaufres (bil-Franċiż), ċaldi rotob u sħan servuti pereżempju biċ-ċikkulata mdewba jew bil-krema u frawli. Fost it-torti l-aktar famużi għandhom waħda bil-lanġas u t-tuffieħ u zokkor tal-kannamieli, imma għaliha għandhom bosta riċetti skont it-tradizzjoni u l-festi. Iservu tipi differenti ta' deżerta fil-kolazzjon jew bħala ikla ħafifa, u mhux biss wara l-ikel. Il-Belġju għandu tradizzjoni importanti fil-produzzjoni tal-galettini u jispikka speċjalment f'dawk bil-butir u ħwawar

Nistgħu nitkellmu dwar l-arti Belġjana mill-1830 'l hawn, is-sena tar-rivoluzzjoni u l-indipendenza mill-Pajjiżi l-Baxxi. L-artisti nattivi tal-Belġju tas-sekli ta' qabel jaqgħu taħt l-arti Fjamminga

Fil-Belġju, fl-ewwel nofs tas-seklu 19 kien mifrux in-neoklassiċiżmu tat-tip Franċiż, u warajh fi ftit għexieren ta' snin, ġie r-Romantiċiżmu Pariġin. L-iSkola pajsaġġistika ta' Tervuren fetħet it-triq għall-Impressjoniżmu u l-Fauviżmu Brabantin. Fil-bidu tas-seklu 20 stabbilew ruħhom l-espressjoniżmu, is-simboliżu u il-Modern Style.

Il-Belġju jista' jiftaħar b'ħafna artisti magħrufa mad-dinja kollha, fosthom Peter Paul Rubens, René Magritte, Jan van Eyck Pieter Bruegel il-kbir, Hans Memling, James Ensor, Paul Delvaux, Guy Huygens u Folon Jean-Michel.

René Magritte huwa x'aktarx l-artista Belġjan l-aktar famuż. Flimkien ma' Paul Delvaux, huwa r-rappreżentant ewlieni ta' l-istil surrealista. Fl-arti kontemporanja, ta' min ifakkar is-sehem li ħadu ż-żewġ artisti Belġjani Dotremont u Guillaume Corneille fil-formazzjoni tal-grupp espressjonista COBRA (mill-inizjali ta' Kopenħagen (Copenhague bil-Franċiż), Brussell, Amsterdam)

Fl-arkitettura hu magħruf sew l-isem ta' Victor Horta, wieħed mill-ideaturi tal-arkitettura Art Nouveau, stil li kellu influwenza qawwija fuq l-istili arkitettoniċi tas-20.

Fil-Belġju hemm varjetà kbira ta' mużewijiet u wirjiet. Fost il-mużewijiet ewlenin hemm il-Mużew Irjali tal-Belle Arti f'Antwerpen, li għandu ġabra ta' min jammiraha ta' xogħlijiet ta' Peter Paul Rubens, u l-Mużew Irjali tal-Belle Arti tal-Belġju fi Brussell, li fih ċinema, sala tal-kunċerti, u xogħlijiet minn perjodi differenti.

Il-letteratura Belġjana Fjamminga bdiet mar-rebħa tal-indipendenza, li iffavoriet il-firxa ta' romantiċizmu magħmul minn taħlita ta' nazzjonaliżmu u provinċjaliżmu li mit-temi tagħhom il-kittieba ħadu elementi soċjali u psikoloġiċi biex jistudjawhom u jifluhom. Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, il-letteratura Belġjana kienet influwenzata mil-letteratura Ġermaniża u l-letteratura Olandiża. Iċ-ċentru tagħha kien ir-rivista ambizzjuża u innovattiva, van Nu en Straks (Illum u Għada) li twaqqfet fl-1893. 

Fl-istess snin bdiet tikber il-letteratura bl-ilsien Franċiż, li ċ-ċentru tagħha kien ir-rivista Jeune Belgique (Belġju Żagħżugħ), imwaqqfa minn Max Waller fl-1881. Minn dak il-mument il-letteratura bil-lingwa Franċiża bdiet tassorbi l-innovazzjonijiet kollha introdotti fi Franza, ibda minn naturaliżmu, bit-temi soċjali u psikoloġiċi tiegħu. 

Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u bejn iż-żewġ gwerer il-poeżija Belġjana saret aktarx Dadaista u espressjonista, waqt li l-letteratura Fjamminga resqet dejjem iżjed qrib lejn dik Olandiża. 

Fost il-kittieba l-iżjed magħrufa insibu il-Frankofoni Nathalie Gassel, Maurice Maeterlinck, Amélie Nothomb u Georges Simenon, flimkien ma' Henri Michaux, li kien kittieb u pittur. Il-kittieba kbira Franċiża Marguerite Yourcenar kellha ommha Belġjana. Fost il-kittieba bl-Olandiż hemm Willem Elsschot, Hugo Claus Jef Geeraerts Tom Lanoye Herman Brusselmans u Kristien Hemmerechts.

F'dak li jirrigwarda t-teatru bl-ilsien Franċiż, waqt li fir-Rinaxximent kienet moda t-traġedja, fis-seklu 17 l-iżjed li kien hemm kienu rappreżentazzjonijiet imtellgħin mill-Ġiżwiti bbażati fuq temi reliġjużi, u kien is-seklu 19 li ra l-ewwel tentattivi biex jinħoloq teatru nazzjonali bbażat fuq id-drammmi storiċi. Kienu x-xogħlijiet ta' Maurice Maeterlinck biss fit-teatru Belġjan li laħqu dimensjoni internazzjonali.

It-teatru bl-ilsien Fjamming, kellu evoluzzjoni ftit differenti. Fil-Medju Evu kieu mferrxin ħafna id-drammi fuq ir-rumanzi u rappreżentazzjonijiet sagri ta' mirakli. Matul ir-Rinaxximent l-awturi klassiċi kienu jippredominaw u fis-seklu 19 il-moviment teatrali kollu rċieva spinta qawwija kemm fl-organizzazzjoni u kemm fir-realizzazzjoni.

Antwerpen u Brussell fis-Seklu XV kienu diġà saru ċentri mużikali importanti u ffjorixxew fl-iżvilupp tal-mużika polifonika u l-kontropuntistika, mgħallma mill-Akkademja tal-Mużika. Matul dan il-perijodu, dehru bosta artisti, fosthom Joaquim Déspres.

Fis-sekli li jmiss fuq l-art Belġjana ġew ipperfezzjonati l-kompożizzjoni sagra u l-motett għall-kor doppju maħluq minn Henri Dumont fis-Seklu XVII. 

Adolphe Sax hu magħruf għall-invenzjoni tas-sassofonu fl-1841. 

Fis-seklu XX il-kompożituri Belġjana żviluppaw il-mużika dodekafonika, elettronika u l-mużika ħafifa. 

Jacques Brel huwa l-kantawtur Belġjan l-aktar magħrufa. Django Reinhardt u Toots Thielemans huma fost dawk li kkontribwew għall-fama tal-ġazz fil-Belġju. 

Fil-mużika kummerċjali/alternattiva insibu xi artisti importanti, l-iżjed il-Hooverphonic mill-provinċja ta' Antwerpen, awturi ta' xi albums ta' fama internazzjonali. Il-leader tagħhom, Alex Callier, huwa wkoll kompożitur u produttur importanti ta' livell dinji. 
Id-dEUS, l-Ancient Rites, l-Ocean of Sadness, is- SoulWax u l-K's Choice huma gruppi Belġjani oħra li laħqu ċerta fama internazzjonali.

Il-Belġju hu rappreżentat tajjeb fid-dinja tal-isport. L-isport nazzjonali huwa ċ-ċikliżmu, li fih il-pajjiż għandu r-rekord għall-kampjonati tad-dinja fit-triq (xi 25 midalja tad-deheb). 
Fil-Belġju jiġu organizzati xi wħud mit-tlielaq klassiċi l-iżjed impotranti taċ-ċikliżmu bħar-Ronde van Vlaanderen, il-Flèche Wallonne u l-Liège-Bastogne-Liège. 
Eddy Merckx, wieħed mill-aqwa ċiklisti li qatt kien hemm, hu Belġjan. Dan rebaħ it-Tour de France ħames darbiet, il-Giro d'Italia ħames darbiet, il-Vuelta a España darba, tliet Kampjonati tad-Dinja, żewġ tours tal-Belġju u t-Tour tal-Isvizzera. 
Tom Boonen, ċiklista kbir ieħor Belġjan, rebaħ it-titlu tad-dinja fl-2005, u Philippe Gilbert, fl-2011 rebaħ it-trittiku tal-Ardennes: Amstel Gold Race, Flèche Wallonne, Liège -Bastogne-Liège. 

Il-futbol hu popolari ħafna. It-tim nazzjonali tal-futbol li għandu l-laqam ta' Rode Duivels (jiġifieri x-xjaten ħomor) kien it-tielet fil-Kampjonati Ewropej tal-1972, it-tieni f'dawk tal-1980 u r-raba' fit-Tazza tad-Dinja tal-1986. Bħalissa jokkupa l-it-62 pożizzjoni fil-klasifika tal-FIFA ta' April tal-2011 (). Din il-pożizzjoni tirrappreżenta waqa' vertikali mill-2002, meta kien għadu jokkupa s-16 il-post fil-klassifika. It-tim beda jmur lura fl-2004, u dan deher ċar fl-2006, meta għall-ewwel darba f'28 sena, il-Belġju ma daħalx fit-Tazza tad-Dinja. It-tim nazzjonali tal-futbol Belġjan ma kkwalifikax għall-Euro 2008 u lanqas għat-Tazza tad-Dinja fl-2010. 

Il-Belġju kellu wkoll żewġ champions nisa tat-tennis, il-Fjamminga Kim Clijsters u l-Wallona Justine Henin, Fl-atletika il-Belġjani kellhom bosta nies importanti, fosthom Kim Gevaert u t-tewmin Kevin Borlée u Jonathan Borlée fil-ġiri, u Tia Hellebaut fil-high jump. Kellhom wkoll ċampjins tad-dinja fil-Motocross, (Roger De Coster, Robert Joel Everts Stefen Georges Jobe). Fl-awtomobiliżmu Jacky Ickx, meqjus minn ħafna bħala l-aqwa sewwieq Belġjan li qatt kien hemm, għal naqra ma rebaħx il-Kampjonat Dinji tal-Formula 1 fl-1969 u fl-1970. Kellhom ukoll lil Thierry Boutsen u Bertrand Gachot. Fit-table tennis kellhom lil Jean-Michel Saiveu David Waefelaer u fil-Ġudo Ingrid Berghmans, li ħadet midalja tad-deheb, fil-Kampjonat tad-Dinja fl-1984.




#Article 159: Wolfgang Amadeus Mozart (590 words)


Wolfgang Amadeus Mozart (Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart) kompożitur famuż tal-Mużika Klassika. Il-fama ta' Mozart hija tant kbira li ismu jippersonifika l-mużika klassika tal-punent. Hu meqjus bħala wieħed mill-akbar ġenji mużikali u sa llum għadu ħaj fi qlub il-mużiċisti ta' kull stil u talent. Għalkemm miet ta' eta żgħira, f'ħajtu kkompona madwar 600 xogħol, fosthom il-melodija famuża Eine kleine Nachtmusik, u l-Marċ Tork flimkien ma' 41 sinfonija u kollezzjoni kbira ta' mużika għall-pjanu u mużika vokali.

Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija nhar is-27 ta’ Jannar 1756, Amadeus trabba f’ambjent mużikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-mużika għand missieru, kompożitur u vjolinista tal-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Prinċep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien diġà beda jikkomponi xi bċejjeċ. Ta’ sitt snin flimkien ma’ oħtu Marianne, kien jagħti l-kunċerti f'Munich u Vjenna. Ta' disa' snin kien diġà żar Londra, Pariġi u bliet oħra fejn wera l-kapaċità mużikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, Vjenna, kiteb l-ewwel opra tiegħu La Finta Semplice fuq talba tal-Imperatur Awstrijak. Imma l-opra ttellgħet s-sena ta’ wara f’belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax -il sena Mozart sar Direttur tal-Kunċerti fil-Qorti tal-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xogħlijiet u żar Milan, Ruma u bliet oħra Taljani.

Mozart ma jistagħx jitqies bħala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam mużikali. Il-vjaġġi li għamel qarrbuh lejn l-istili mużikali differenti ta’ żmienu. Billi ħallat dawn l-istili rnexxielu joħloq stil għalih, mużika mmarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjetà ta’ emozzjonijiet.

Fl-1772, miet l-Arċisqof ta’ Salzburg u s-suċċessur tiegħu ftit kien jimpurtah mill-mużika ta’ Mozart, għalhekk wara ħafna tilwim u polemiċi, Mozart ħalla Salzburg u mar Vjenna. Għalkemm beda jirċievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruħu mill-ewwel ġo Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompożitur anzjan Haydn u t-tnejn saru ħbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 iżżewweġ lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha għat-tagħlim tal-mużika, beda jagħti kunċerti ħfief u jikkomponi danzi melodjużi.
 
Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur ieħor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph II impjegah bħala mużiċista fil-palazz tiegħu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Għalkemm dan kien salarju fenominali għal dak iż-żmien xorta baqa’ mċappas bid-djun li kien għamel.

Matul dik is-sena stess f’sitt ġimgħat ikkompona l-aħħar tliet sinfoniji, is-Sinfonia fid-Do maġġuri magħrufa bħala Jupiter, is-Sinfonia fil-Mi bemoll maġġuri u s-Sinfonia fis-Sol minuri. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 biċċa xogħol, dawn ġew irranġati f’ordni kronoloġiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel.

Ix-xogħlijiet strumentali tiegħu wasslu l-mużika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bħala pjanist ċelebri kkompona diversi xogħlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’diversi kunċerti. Kien l-ewwel surmast tal-hekk imsejħa kunċerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonati u xogħlijiet għall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu.

Fl-aħħar sena ta’ ħajtu kkompona l-famuża opra 'il-Flawt Maġiku' u l-Messa de Requiem, xogħol korali li fiha tista’ tgħid antiċipa l-mewt tiegħu stess, minħabba li lanqas laħaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tiegħu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompożitur operistiku ta’ żmienu. Kemm l-opri komiċi u anke dawk klassiċi huma mmarkati b’intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xogħol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar il-5 ta' Diċembru 1791, fl-età żgħira ta’ 35 sena. Bħalma għex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Imma mhux l-istess ġralha l-mużika tiegħu, li baqgħet tiġi apprezzata dejjem iżjed mal-mixja taż-żmien u li għamlet lil Mozart fost l-aqwa kompożituri li qatt dehru taħt il-kappa tax-xemx.




#Article 160: Aristotli (305 words)


Aristotli (Grieg Αριστοτέλης Aristotelēs) (twieled 384 qK f'Stagira, fil-Maċedonja, il-Greċja; miet 7 ta' Marzu, 322 qK f'Chalicis, Euboea, il-Greċja) kien filosfu Grieg. Aristotli bil-Malti hu magħruf ukoll bħala Aristotele, Aristotile u Aristotlu

Ħafna nies huma ta' l-opinjoni li flimkien ma' Platun, Aristotli huwa wieħed mill-iktar filosfi importanti fejn jidħol il-ħsieb tad-dinja tal-Punent. Jingħad li Aristotli kiteb madwar 150 ktieb.

Missier Aristotli, Nicomachus, kien it-tabib tar-re Amyntas tal-Maċedonja. Minn tmintax sa seba' u tletin sena, Aristotli għex Ateni, fejn kien ukoll wieħed mill-istudenti ta' Platun.

Il-filosfi l-kbar tal-Greċja antika kienu Aristotli, Platun, u Sokrate. Platun kien l-għalliem ta' Aristotli, u minn naħa tiegħu, Socrate għallem lil Platun. Dawn it-tliet ħassieba rnexxielhom isawwru l-filosofija tal-Punent kif nafuha llum, mill-filosofija Griega. Aristotli għallem lil Alessandru l-Kbir, li aktar 'il quddiem rebaħ il-Lvant Nofsani kollu.

L-ideat ta' Platun kienu primarjament li t-tagħrif li nieħdu mis-sensi huwa konfuż u mhux pur. L-għerf ġenwin jista' jittieħed biss mir-ruħ, wara li din titgħallem taħseb u jirnexxielha tiċħad id-dinja. Ir-ruħ biss jista' jkollha tagħrif dwar il-Forom, jew aħjar, kif inhuma verament l-affarjiet. Id-dinja m'hija xejn aktar ħlief kopja ta' dawn il-Forom u għalhekk mhix perfetta.

Fuq dan l-aspett, Aristotli kien jaħsibha differenti. Huwa kien tal-fehma li l-għerf li nġibu mis-sensi huwa iktar importanti. Dawn il-ħsibijiet eventwalment saru l-bażi tal-metodu xjentifiku wara mijiet ta' snin. Parti kbira mill-kitbiet ta' Aristotli li għandna f'idejna illum il-ġurnata huma noti tad-diskorsi tiegħu. Xi xogħlijiet importanti tiegħu jinkludu Fiżika, Metafiżika, Etika, Politika, De Anima (Dwar ir-Ruħ), u Poetika.

Ftit li xejn nafu dwar x'sar mix-xogħolijiet ta' Aristotli wara li miet sa l-ewwel seklu qK. Hemm xi leġġendi li jgħidu li l-kollezzjoni sħiħa tal-kitbiet tiegħu tħalliet f'idejn Theophrastus, li kien is-suċċessur tiegħu. Jingħad li dan ta' l-aħħar ħeba x-xogħlijiet ta' Aristotli biex ma jħallix li dawn jinsterqu, jinsterqu jew inkella jiġu distrutti. Dawn kienu reġgħu nstabu fis-sena 70 qK.




#Article 161: Kultura (633 words)


Kultura hija kelma li tintuża biex tispjega il-mod t'għixien tan-nies jew il-mod kif jagħmlu ċerti affarijiet. Grupp ta' nies jitqies li għandu kultura separata meta dan jitbiegħed mill-bqija tan-nies bil-mod kif jaħseb u jagħmel l-affarijiet.

Kulturi huma dawk l-affarjiet li jagħmlu kull pajjiż uniku. Hawn ħafna nies li ma jaqblux ma' l-ispjega jew id=definizzjoni ta' kultura. Għal ħafna din hija l-opinjoni tas-soċjetà intera, li tista' tiġi riflessa fil-lingwa, letteratura, reliġjon, mużika, kostumi, eċċ. Xi soċjetajiet huma għonja kulturalment.

Il-kultura tmur oltrè mill-ġid materjali, ijġifieri l-affarjiet li tuża u tipproduċi l-kultura stess. Il-kultura tkopri ukoll l-fehemiet, it-twemmin u l-valuri tal-poplu f'dik il-kultura.

Reġjuni jew pajjiżi differenti għandhom kulturi differenti. Pereżempju, il-Ġappuniżi għandhom il-kimono u ċ-ċerimonji tat-te. Kumpaniji jew organizzazzjonijiet (gruppi ta' nies) jista' jkollhom kultura separata.

Antropoloġija hija x-xjenza li tistudja n-nies u kif dawn jirrelataw ma' xulxin. L-antropoloġisti jemmnu li n-nies jużaw simboli biex jikkomunikaw u jesprimu l-esperjezni tagħhom - huma min huma, dak li jemmnu, minn fejn ġew. Għall-antropoloġisti dawn is-simbolu huma dik li aħna nafu bħala kultura. Pereżempju, immigrati jistgħu jibqgħu iħaddnu xi ftit mit-tradizzjonijiet tal-pajjiż minn fejn oriġinaw. Billi jżommu il-kultura tagħhom b'dan il-mod, huma jkunu qed jesprimu min huma u minn fejn huma ġejjin.

Fis-seklu dsatax, humanists bħal poeta Ingliż u essayist Matthew Arnold (1822-1888) uża l-kelma kultura biex tirreferi għall ideali ta 'raffinament individwali tal-bniedem, ta l-aħjar li ġie maħsub u qal fid-dinja. [5] Dan il-kunċett tal-kultura huwa komparabbli mal-kunċett Ġermaniża ta 'bildung: ... l-kultura tiġi insegwiment ta' perfezzjoni totali tagħna permezz ta 'jkollna li jkunu jafu, fuq il-materji kollha li jikkonċernaw l-aktar minna, l-aħjar li jkun ġie maħsub u qal fid-dinja. [5]

Fil-prattika, il-kultura msemmija ideali elite u kien assoċjat ma 'attivitajiet bħall-arti, mużika klassika, u l-kċina haute. [6] Kif dawn il-formoli kienu assoċjati mal-ħajja urbane, kultura kienet identifikata ma ċivilizzazzjoni (minn lat. CIVITAS, belt). Aspett ieħor tal-moviment Romantic kien hemm interess fil-folklor, li wassal għall-identifikazzjoni ta 'kultura fost il-għemilhom. Din id-distinzjoni hija ta 'spiss karatterizzati bħala li bejn kultura għolja, jiġifieri dak tal-grupp deċiżjoni soċjali, u kultura baxx. Fi kliem ieħor, l-idea ta 'kultura li żviluppaw fl-Ewropa matul is-sekli 19 18 u kmieni riflessi l-inugwaljanzi fis-soċjetajiet Ewropej [7].

Matthew Arnold kuntrast kultura ma 'anarkija; L-Ewropej oħrajn, wara filosofi Hobbes Thomas u Jean-Jacques Rousseau, kuntrast kultura bi l-istat tan-natura. Skond Hobbes u Rousseau, l-Amerikani Native li kienu qed maħkuma mill-Ewropej mill-sekli 16 fuq kienu jgħixu fi stat ta 'natura; din l-oppożizzjoni kienet espressa permezz tal-kuntrast bejn kelma ċivilizzati u uncivilized. Skond dan il-mod ta 'ħsieb, wieħed jista' tikklassifika xi pajjiżi u nazzjonijiet kif aktar ċivilizzata minn oħrajn u xi nies kif aktar koltivati minn oħrajn. Dan il-kuntrast wassal għat-teorija Herbert Spencer tal Soċjali Darwinism u t-teorija Lewis Henry Morgan ta 'evoluzzjoni kulturali. Hekk kif xi kritiċi argumentaw li d-distinzjoni bejn il-kulturi għolja u baxxa hija verament espressjoni tal-kunflitt bejn għemilhom Ewropej u mhux għemilhom, xi kritiċi argumentaw li d-distinzjoni bejn in-nies ċivilizzat u uncivilized huwa verament espressjoni tal-kunflitt bejn Ewropea setgħat kolonjali u suġġetti kolonjali tagħhom.

Oħra kritiċi seklu 19, wara Rousseau, jkunu aċċettaw din id-differenzazzjoni bejn il-kultura ogħla u aktar baxxa, imma raw l-irfinar u s-sofistikazzjoni tal-kultura għolja kif corrupting u żviluppi mhux naturali li joskuraw u jgħawġu natura essenzjali tan-nies. Dawn il-kritiċi kkunsidrat mużika folk (kif prodotti mill-persuni li jaħdmu ta 'klassi) li onestament jesprimu b'mod naturali tal-ħajja, filwaqt li mużika klassika deher superfiċjali u decadent. Ugwalment, din il-fehma spiss tiġi ppreżentata popli indiġeni bħala savages nobbli jgħixu awtentiċi u qatt ma ġew kundannati, mhux ikkomplikati u uncorrupted mis-sistemi kapitalist ħafna stratifikat tal-Punent.

Fl-1870 Edward Tylor (1832-1917) applikati dawn l-ideat tal-kultura ogħla kontra baxx biex tipproponi teorija ta 'l-evoluzzjoni tar-reliġjon. Skond din it-teorija, ir-reliġjon tevolvi minn aktar polytheistic għal forom aktar monoteistiċi. [8] Fil-proċess, huwa definiti mill-ġdid kultura bħala sett differenti ta 'attivitajiet karatteristiċi ta' kull soċjetajiet umani. Din il-fehma witta t-triq għall-għarfien modern tal-kultura




#Article 162: Adolf Hitler (3026 words)


Adolf Hitler (20 t'April, 1889 - 30 t'April, 1945) kien politiku Ġermaniż, imwieled l-Awstrija, dittatur tal-Ġermanja Nażista u kap tal-Partit Nażista jew il-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż tal-Ħaddiema -(Ġermaniż: Nationalsozialistische Deutsche Arbeiterpartei, abbrevjata NSDAP),. 

Hitler ħa sehem bħala suldat fl-Ewwel Gwerra Dinjija u ngħata unur għall-kuraġġ. Hitler ingħaqad mal-partit li kien il-prekursur tal-Partit Nażista, id-DAP fl-1919 u sar kap tal-NSDAP fl-1921. Attentat ta' kolp ta' stat imsejjaħ il-Putsch tal-ħanut tal-birra falla fi Munich fl-1923, u Hitler spiċċa l-ħabs. Hemm kiteb il-ktieb, Mein Kampf. Kif ħareġ irnexxielu jiġbed in-nies warajh, billi pprietka n-nazzjonaliżmu Ġermaniż, l-anti-semitiżmu, l-anti-kapitaliżmu, u l-anti-komuniżmu, b'oratorija kariżmatika u bil-propaganda. Wara l-elezzjoni tal-1933, inħatar Kanċillier u malajr trasforma r-Repubblika Weimar fit-Tielet Reich, dittatorjat ta' partit wieħed mibni fuq l-ideali totalitarji u awtokratiċi tal-Partit Nazzjonali Soċjalista.

Mill-1934 Hitler sar il-Kap tal-Istat. Hitler immilitarizza l-ekonomija u s-soċjetà Ġermaniża. Il-programm ta' xogħlijiet pubbliċi, ħafna minnhom li kienu diġa nbdew taħt ir-Repubblika ta' Weimar, qatgħu perjodu ta' qagħad li għaddiet minnha il-Ġermanja wara l-Ewwel Gwerra Dinjija ikkawżati minn riċessjoni ġenerali fl-Ewropa wara l-Ewwel Gwerra Dinjija u minn kundizzjonijiet iebsa imposti fuq il-Ġermanja fit-trattat ta' Versailles. Il-gvern ta' Hitler kien għoddu ħakem l-Ewropa kollha, huwa responsabbli tad-deportazzjoni u l-qtil ta' miljuni ta' nies li ġew iddikjarati mhux mixtieqa mill-gvern Nażista; dan huwa magħruf bħala l-Olokawst. Adolf Hitler ikkommetta suwiċidju fl-1945, f'Berlin; hemm min jgħid li Hitler uża pistola filwaqt li oħrajn isostnu li ntuża l-velenu.

Adolf Hitler twieled fi Braunau am Inn, fl-Awstro–Ungerija, ir-raba' wilt minn sitta ta' Alois u Klara. Meta kellu 3 snin il-familja tiegħu marret tgħix f'Passau, il-Ġermanja, u wara Leonding qrib Linz, u Hafeld qrib Lambach, fejn missieru taha għall-biedja u t-trobbija tan-naħal. Adolf beda jmur skola f'Fischlham. Kien iħobb ħafna jilgħab tal-Cowboys and Indians u beda jiffissa fuq il-gwerra meta qara ktieb bl-istampi fuq il-Gwerra Franko-Prussa li sab qalb l-affarijiet ta' missieru. Fil-Mein Kampf kiteb: 

F'Lambach, Hitler attenda skola Kattolika li kienet tinsab f'kunvent Benedittin tas-seklu 11 li fuq il-ħitan tiegħu kien hemm imnaqqxin salib f'forma ta' swastika. Hemm Hitler ta' 8 snin kien ikanta fil-kor tal-Knisja, u jimmaġina lilu nnifsu qassis.

Il-mewt bil-ħosba ta' ħuh iżgħar minnu, Edmund, fl-1900 ġabet bidla f'Adolf. Minn tifel kunfidenti u estrovert li kien isib l-iskola faċli, huwa sar skontruż, maqtugħ, magħluq fih innifsu u dejjem f'konflitt ma' missieru u l-għalliema tiegħu. Hitler kien viċin ħafna t'ommu, imma mhux l-istess ma' missieru, li kien awtoritarju u spiss kien isawtu, speċjalment wara l-fallimenti li l-missier kellu fil-biedja. Alois ried lil ibnu jsir uffiċjal tad-dwana Awstrijak, kif kien hu fiż-żmien u dan ġab konflitt kbir bejniethom. Minkejja li Adolf tkarrablu biex imur fl-iskola klassika biex isir artist, missieru bagħtu fi skola teknika fl-1900. Hitler irribella, u m'għaddiex mill-eżamijiet tal-ewwel sena apposta biex forsi missieru jibdel fehmtu. Imma missieru ma ċediex u Hitler iktar sar ribelluż.

Għal Hitler, in-Nazzjonaliżmu Ġermaniż malajr sar ossessjoni, mod kif jirribella kontra missieru, li dejjem serva bi kburija lill-gvern Awstrijak. Ħafna min-nies li kienu jgħixu mal-fruntiera Ġermano-Awstrijaka kienu jqisu lilhom infushom Ġermano-Awstrijaċi, imma Hitler kien jistqarr biss il-lealtà tiegħu lejn il-Ġermanja. Bi sfida lill-monarkija Awstrijaka u lil missieru, Hitler u sħabu kien jħobbu jużaw it-tislima Ġermaniża Heil, u jkantaw l-Innu Ġermaniż Deutschland Über Alles flok dak Awstrijak.

Wara li missieru miet ħabta u sabta fl-1903, l-imġiba ta' Hitler fl-iskola marret għall-agħar, tant li tkeċċa. Daħal fir-Realschule fi Steyr fl-1904, imma wara t-tieni sena, għamel lejl jiċċelebra ma' sħabu, u kif kien f'sakra ma jarax art qatta' ċ-ċertifikat tal-iskola u użah bħala toilet paper. Meta xi ħadd wera kif spiċċa ċ-ċertifikat lill-kap tal-iskola, dan tah ħasla kbira, probabilment l-iktar esperjenza umiljanti li qatt kellu f'ħajtu. Hitler tkeċċa u qatt ma reġa' daħal iktar fi skola.

Ta' ħmistax-il sena, Hitler għamel l-Ewwel Tqarbina, nhar it-22 ta' Mejju 1904, fil-Katidral ta' Linz. Il-parrinu tiegħu kien Emanuel Lugert, ħabib ta' missieru.

Mill-1905 ’il quddiem, Hitler beda jgħix fi Vjenna bil-flus li kienet tibgħatlu ommu u bl-għajnuna li kienet tingħata lill-iltiema. L-Akkademja tal-Belle Arti ta’ Vjenna (1907–1908), m’aċċettatux darbtejn għax iġġudikatu mhux addattat għall-pittura, u ingħata l-parir li jaqbad it-triq tal-arkitettura. Iżda Hitler ma kellux il-preparazzjoni akkademika meħtieġa biex jidħol fi skola tal-arkitettura. Fl-1907, omm Hitler mietet ta’ 47 sena b’kanċer tas-sider. Ma kinitx faċli l-ħajja tiegħu ta’ pittur fi Vjenna, jipprova jbigħ il-pitturi tiegħu lin-negozjanti u lit-turisti. Spiċċa bla flus u fl-1909, beda jgħix f’rifuġju għal dawk bla dar. 

Hitler jgħid li sar anti-Semita fi Vjenna, li kellha komunità kbira Lhudija, fosthom Lhud Ortodossi li kienu ħarbu mill-massakri tar-Russja. Fi Vjenna kien hemm ħafna razziżmu. Hitler seta’ kien influwenzat mill-ideologu anti-Semita Lanz von Liebenfels, mill-kliem ta’ Karl Lueger, fundatur tal-Partit Kristjan-Soċjali u Sindku ta’ Vjenna u mill-kompożitur Richard Wagner. Hitler seta’ kien influwenzat ukoll minn Martin Luteru u l-ktieb tiegħu Fuq il-Lhud u l-Gideb tagħhom. F’Mein Kampf, Hitler ifaħħar lil Luteru bħala ġellied kbir, statista vera, u riformatur kbir, flimkien ma’ Richard Wagner u Federiku l-Kbir. Madankollu, f’dan iż-żmien, Hitler spiss kien ikun mistieden għall-ikel f’dar nobbli Lhudija, u kien jingwalaha tajjeb man-negozjanti Lhud li kienu jippruvaw ibigħu l-pitturi tiegħu. Iżda iktar ma għadda żmien iktar Hitler beda jara fil-Lhud għedewwa tar-razza Arjana u ħatja tal-kriżi fl-Awstrija. Ra ċerti forom ta’ soċjaliżmu u bolxeviżmu, li kellhom ħafna mexxejja Lhud, ukoll bħala movimenti Lhud. Iktar tard waħħal fil-Lhud għat-telfa tal-Ġermanja fl-Ewwel Gwerra Dinjija u anke l-problemi ekonomiċi li ġew wara. 

Fl-1913 mar jgħix Munich. Hemmhekk għal xi żmien ħarab milli jagħti servizz militari għall-Awstrija imma mbagħad ġie arrestat. Wara eżami fiżiku ma nstabx biżżejjed f’saħħtu u tħalla jmur lura Munich. Iżda meta l-Ġermanja daħlet fil-Gwerra f’Awwissu 1914, talab lir-Re Ludovigu III tal-Bavarja ħalli jkun jista’ jservi fir-riġment Bavariż. It-talba tiegħu ntlaqgħet.

Hitler serva fi Franza u l-Belġju fis-16-il Riġment Bavariż. Kien fuq il-Front oċċidentali, espost ħafna għall-attakki tal-għadu. Ħa sehem f’numru ta’ battalji kbar, fosthom l-Ewwel Battalja ta’ Ypres, il-Battalja ta’ Somme, il-Battalja ta’ Arras u l-Battalja ta’ Passchendaele. Fil-Battalja ta’ Ypres (Ottubru 1914), li saret magħrufa fil-Ġermanja bħala l-Massakru tal-Innoċenti, inqatlu madwar 40,000 suldat tal-infanterija f’20 jum, tant li sa Diċembru t-taqsima ta’ Hitler minn 250 niżlet għal 42. Darbtejn Hitler kien unurat għall-qlubija. Ingħata s-Salib tal-Ħadid, it-Tieni Klassi, fl-1914, u s-Salib tal-Ħadid, l-Ewwel Klassi, fl-1918, imma qatt ma ġie promoss għal Unteroffizier jew kapural. Fl-1916, kien ferut f’siequ fil-Battalja ta’ Somme, imma f’Marzu 1917 irritorna fuq il-Front. Nhar il-15 ta’ Ottubru 1918, Hitler iddaħħal fi sptar tal-kamp tal-gwerra, wara attakk tal-gass mustarda. Hitler jgħid li b’din l-esperjenza ikkonvinċa ruħu l-missjoni ta’ ħajtu kellha tkun dik li jsalva l-Ġermanja.
 
Matul il-gwerra, Hitler sar patrijott Ġermaniż appassjonat, għalkemm dam biex sar ċittadin Ġermaniż sal-1932. Huwa nħasad bil-kapitulazzjoni tal-Ġermanja f’Novembru 1918 anke meta l-armata Ġermaniża kienet għadha tokkupa territorju tal-għadu. Bħan-nazzjonalisti Ġermaniżi l-oħra, kien jemmen li l-armata mhux megħluba fil-kamp tal-battalja, kienet traduta mill-politiċi u mill-Marxisti, iktar tard imlaqqma, il-Kriminali ta’ Novembru. It-Trattat ta’ Versailles ċaħħad lill-Ġermanja minn ħafna territorju, iddemilitarizza r-Renanja, impona sanzjonijiet ekonomiċi, reġa’ ħoloq il-Polonja, u tefa’ t-tort tal-orruri kollha tal-gwerra fuq il-Ġermanja. Dan kollu l-Ġermaniżi rawh bħala umiljazzjoni, u dan kien it-tapit mifrux għall-axxeża ta’ Hitler fil-poter.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, Hitler baqa’ fl-armata u mar lura Munich. Beda jieħu sehem fil-korsijiet tad-Dipartment tal-Edukazzjoni u l-Propaganda tar-Reichswehr taħt il-Kaptan Karl Mayr. F’Lulju 1919, Hitler sar spija tar-Reichswehr, biex jinfiltra partit żgħir, il-Partit tal-Ħaddiema Ġermaniżi (DAP). Waqt li kien qed jispija fuq dan il-partit, Hitler intlaqat mill-ideat anti-semiti, nazzjonalisti, anti-kapitalisti u anti-Marxisti tal-fundatur tad-DAP, Anton Drexler li ried gvern b’saħħtu u soċjaliżmu mnaddaf mil-Lhud. Drexler min-naħa tiegħu ntlaqat mill-ħiliet oratoriċi ta’ Hitler u stiednu jingħaqad mal-partit. Hekk għamel nhar it-12 ta’ Settembru 1919. Sar ukoll is-seba’ membru tal-kumitat eżekuttiv tad-DAP. Hemm Hitler iltaqa’ ma’ Dietrich Eckart, wieħed mill-fundaturi tad-DAP li kien jemmen fil-miġja ta’ “Messija Ġermaniż” u meta’ ltaqa’ ma’ Hitler fl-1919 kien konvint li sabu. Eckart sar il-konsulent speċjali ta’ Hitler, billi għallmu kif jilbes u kif jitkellem, u laqqgħu ma’ ħafna nies. Biex isir iktar jappella, il-partit biddel ismu għal Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż tal-Ħaddiema (Nationalsozialistische Deutsche Arbeiterpartei, abbrevjata NSDAP).

Hitler spiċċa mill-armata f’Marzu 1920 u ntefa’ b’ruħu u b’ġismu fl-attività tal-partit. Sa mill-1921, Hitler kien sar oratur tajjeb quddiem folol kbar. Fi Frar, Hitler tkellem quddiem folla ta’ sitt elef ruħ fi Munich. In-NSDAP kien ibbażat fi Munich, li kienet il-mekka tan-nazzjonalisti anti-Marxisti. F’Hitler raw mod kif jaslu għall-għanijiet tagħhom. Fis-sajf tal-1921 Hitler mar Berlin iżur gruppi nazzjonalistiċi, u fl-assenza tiegħu nqalgħet rivolta fit-tmexxija tal-Partit fi Munich, għax kien hemm min irid ineħħi lil Hitler. Hitler mar jiġri lura Munich, u nhar il-11 ta’ Lulju 1921 ta r-riżenja tiegħu. Meta rrealizzaw li mingħajr Hitler kien se jispiċċa l-Partit, huwa sab ix-xoqqa f’moxtha u ħabbar li kien lest imur lura fil-Partit jekk jieħu post Drexler bħala mexxej, b’poteri illimitati. Għall-bidu il-kumitat eżekuttiv tan-NSDAP irreżista imma kellu jċedi taħt il-pressjoni vjolenti ta’ Hitler u n-nies ta’ madwaru. Il-proposta ta’ Hitler għaddiet b’543 vot favur u wieħed biss kontra. Nhar id-29 ta’ Lulju 1921, Adolf Hitler sar il-Führer tal-Partit Nażista, l-ewwel darba li uża dak it-titlu. Fost l-ewwel segwaċi tiegħu kien hemm Rudolf Hess, l-eks pilota tal-ajru Hermann Göring, u l-kaptan tal-armata Ernst Röhm, li iktar tard sar il-Kap tas-SA (Sturmabteilung), li kienet tipproteġihom waqt il-meetings u tattaka lill-oppożituri. Hitler ġibed ukoll l-attenzjoni tan-negozjanti, u assoċja ruħu mal-Ġeneral anzjan Erich Ludendorff.

Inkoraġġit mill-appoġġ li beda jikseb, Hitler iddeċieda li juża lil Ludendorff f’attentat ta’ kolp ta’ stat li baqa’ magħruf bħala l-Putsch tal-Birrerija. Il-Partit Nażista beda jikkopja lill-Faxxisti Taljani fil-mod kif jilbsu u anke fil-politika tagħhom, u fl-1923, Hitler ried jimita l-“Marċ fuq Ruma” ta’ Benito Mussolini. Hitler u Ludendorff kisbu l-appoġġ ta’ Gustav von Kahr, il-mexxej de facto tal-Bavarja, u persuni influwenti fir-Reichswehr u fil-pulizija. Flimkien kienu qegħdin jippjanaw li jiffurmaw gvern ġdid. Nhar it-8 ta’ Novembru 1923, Hitler u s-SA baqgħu deħlin bi vjolenza waqt laqgħa pubblika immexxija minn Kahr f’birrerija fi Munich. Iddikjara li kien għamel gvern ġdid ma’ Ludendorff u ordna lil Kahr itih appoġġ biex iwaqqgħu l-gvern ta’ Berlin iżda Kahr irtira l-appoġġ tiegħu u mal-ewwel opportunità li ġietu ħarab u ngħaqad mal-oppożizzjoni għal Hitler. 

L-għada, meta Hitler u s-segwaċi tiegħu mmarċjaw mill-birrerija sal-Ministeru tal-Gwerra Bavariż bħala bidu għall-Marċ fuq Berlin, il-pulizija fetħet in-nar fuqhom. Sittax –il membru tal-Partit Nażista nqatlu. Hitler ħarab lejn id-dar ta’ Ernst Hanfstaengl u kkontempla li jneħħi ħajtu; mart Hanfstaengl ipperswadietu ma jagħmilx dan. Ma damx wisq ma ġie arrestat mixli bi tradiment lejn l-Istat. Waqt il-ġuri, Hitler ingħata ħin kemm irid biex jitkellem, u l-popolarità tiegħu splodiet ’il fuq meta fid-difiża tiegħu huwa ta leħen lis-sentimenti nazzjonalistiċi tant diffużi fost il-poplu. Hekk sar figura nazzjonali. Nhar l-1 ta’ April 1924, Hitler ingħata sentenza ta’ ħames snin priġunerija fil-Ħabs ta’ Landsberg. Hitler ingħata trattament preferenzjali mill-gwardjani tal-ħabs u rċieva ħafna ittri ta’ ammiraturi. Tmien xhur ingħata l-maħfra u nħeles mill-ħabs fuq ordni tal-Qorti Suprema Bavariża, nhar l-20 ta’ Diċembru 1924. Jekk wieħed jgħodd iż-żmien li għamel f’kustodja kawtelari, Hitler għamel biss ftit iktar minn sena ħabs.

Fil-ħabs, huwa ddetta ħafna mill-ewwel volum ta’ Mein Kampf (Il-Ġlieda tiegħi, li oriġinarjament kien semmieh Erba’ snin u nofs ta’ Ġlied kontra l-Gideb, l-Istupidità u l-Viljakkerija) lil Rudolf Hess. Il-ktieb li ddedikah lil Dietrich Eckart, kien awtobijografija u espożizzjoni tal-ideoloġija tiegħu. F’Mein Kampf Hitler kien influwenzat minn The Passing of the Great Race ta’ Madison Grant, li Hitler kien isejjaħlu l-Bibbja tiegħi. Ħareġ f’żewġ volumi fl-1925 u l-1926, u nbigħu 240,000 kopja tiegħu bejn l-1925 u l-1934. Sal-aħħar tal-gwerra, madwar 10 miljun kopja nbigħu jew tqassmu - il-miżżewġin ġodda u s-suldati kienu jingħataw kopja b’xejn.

Wara l-falliment tal-putsch il-Partit Nażista u l-organi tiegħu kienu projbiti fil-Bavarja, imma Hitler ikkonvinċa lil Heinrich Held, il-Priministru tal-Bavarja li jneħħi l-projbizzjoni, bil-wegħda li l-Partit kien se jfittex li jikseb il-poter politiku b’mezzi demokratiċi biss. Għalkemm fis-16 ta’ Frar 1925 il-projbizzjoni tneħħiet, Hitler reġa’ qala’ projbizzjoni oħra, din id-darba fuq id-diskors fil-pubbliku, wara diskors xewwiexi li kien għamel. Wara li Gregor Strasser, ħuh Otto u Joseph Goebbels ħolqu fazzjoni iktar xellugija fil-Partit, Hitler iċċentralizza iktar il-Partit. Ma kinux iktar il-gruppi li jagħżlu l-mexxejja tagħhom imma s-superjuri minn fuq għal isfel, u s-sudditi riedu jobdu bla ma jistaqsu.

Il-punt ta’ żvolta politiku għal Hitler seħħ meta l-Great Depression laqtet lill-Ġermanja fl-1930. Ir-Repubblika Weimar kienet attakkata fil-miftuħ mill-konservattivi tal-lemin, il-monarkisti, il-Komunisti u n-Nażisti. Kif il-partiti demokratiċi sabu ruħhom ma jistgħux jaqblu fuq il-kontro-miżuri għall-kriżi, il-koalizzjoni tagħhom spiċċat u ħa posthom gvern ta’ minoranza. Il-Kanċillier il-ġdid, Heinrich Brüning tal-Partit Kattoliku taċ-Ċentru, kien imexxi b’digrieti presidenzjali ta’ emerġenza billi ma kellux maġġoranza fil-Parlament. Il-Parlament hekk ma setax jaħdem u dan witta t-triq għal forma ta’ gvern awtoritarju. F’Settembru 1930 saru elezzjonijiet prematuri. Il-partiti demokratiċi tilfu l-maġġoranza tagħhom u n-Nażisti sparaw ’il fuq bi 18% tal-voti u b’107 siġġijiet. Mid-disa’ l-iżgħar partit saru t-tieni l-ikbar partit.

Ftit wara li Hitler kien ħa l-poter fl-1933 huwa xolja r-Reichstag jew il-Parlament u sejjaħ elezzjonijiet ġodda. Fi Frar ta’ dik is-sena inħaraq parti mir-Reichstag u Hitler waħħal fil-Komunisti biex b’hekk irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni b’maġġoranza żgħira. F’Marzu r-Reichstag ta poteri dittatorjali lil Hitler. B’hekk wara dan il-Parlament ftit li xejn iltaqa’. 

F’Ottubru 1936 Hitler iffirma ftehim ma’ Mussolini. Hitler kien jemmen li l-Ġermanja kellha bżonn tespandi fil-Lvant biex ikollha iktar art għall-biedja u l-industrija. Meta fl-1938  Hitler okkupa l-Awstrija għax qal li l-Ġermaniżi t’hemmhekk kienu qed jiġu ppersegwitati, ħadd ma pprotesta. Sitt xhur wara okkupa ċ-Ċekoslovakkja. Billi l-Ingilterra u Franza beżgħu li tfaqqa’ gwerra qablu mal-Patt ma’ Munich.

Meta r-reġim Nażista tela’ fis-setgħa fil-Ġermanja f’Jannar 1933, mill-ewwel beda jieħu miżuri sistematiċi kontra l-Lhud. Mill-1933 sal-1939, saru sforzi organizzati mill-Partit Nażista biex jeliminaw lil-Lhud mill-ħajja ekonomika. Il-Lhud tkeċċew mill-pożizzjonijiet li kellhom mal-gvern, u l-avukati u tobba Lhud tilfu l-klijenti Ġermaniżi tagħhom. L-intrapriżi Lhudi kienu jiġu likwidati jew jinxtraw b’valur ħafna inqas minn kemm jiswew minn kumpaniji li ma kinux tal-Lhud. Id-dħul li l-Lhud kienu jagħmlu minn bejgħ kif ukoll dak li jġemmgħu, kien suġġett għal taxxa speċjali.

F’Novembru 1938, wara li żagħżugħ Lhudi qatel diplomatiku Ġermaniż f’Pariġi, is-sinagogi kollha fil-Ġermanja ġew maħruqa, it-twieqi tal-ħwienet Lhud tkissru, u eluf ta’ Lhud ġew arrestati. Dal-“Lejl tal-Ħġieġ Imkisser” (Kristallnacht) kien sinjal għal-Lhud fil-Ġermanja u l-Awstrija biex jitilqu malajr kemm jista’ jkun. Mijiet ta’ eluf ta’ Lhud irnexxielhom isibu kenn f’pajjiżi oħra, iżda numru daqstant ieħor kbir ta’ Lhud, ħafna minnhom xjuħ u foqra, baqgħu hemm jistennew destin inċert.

F’Awissu 1939 il-Ġermanja iffirmat patt ma’ l-Unjoni Sovjetika, u f’dan il-patt iż-żewġ pajjiżi bil-moħbi qasmu l-Polonja. Hitler attakka l-Polonja f’Settembru 1939. Il-Pollakki maljar ingħelbu u l-alleati tagħhom, l-Ingliżi u l-Franċiżi, m’għamlu xejn biex jgħinuhom. Fir-rebbiegħa ta’ l-1940 Hitler ħataf id-Danimarka u n-Norveġja u ftit wara l-Olanda , l-Belġju u Franza. Meta Hitler okkupa l-Polonja żied kważi żewġ miljuni Lhud taħt is-setgħa tiegħu. Ir-restrizzjonijiet li saru fuq il-Lhud tal-Polonja kienu eħrex minn dawk fil-Ġermanja.

Il-Lhud fil-Polonja kienu mġiegħla jgħixu f’ghettos imdawra b’ħitan u barbed wire. Il-ghettos kienu bħal bliet magħluqin minn kullimkien. Kull ghetto kellu kunsill Lhudi li kien responsabbli għad-djar, sanità, u produzzjoni. L-ikel li kien jitħalla jidħol fil-ghettos mill-Ġermaniżi kien jikkonisti biss f’qamħ u ħaxix bħal ġdur, karrotti u pitravi. Fil-ghetto ta’ Varsavja, ir-razzjon uffiċjali għal kull abitant ma kienx jaqbeż l-1200 kalorija. Xi ikel li kien jidħol bil-black-market, kien jinbiegħ bi prezzijiet m’għola s-sema, u l-qgħad u l-faqar kienu mferrxa. Id-djar kienu mimlijin nies, b’sitta jew sebgħa min-nies f’kull kamra, u l-marda tat-typhus kienet komuni.

Waqt li kien qed jiġri dan kollu fil-Polonja, f’Ġunju 1941, il-Ġermaniżi invadew l-Unjoni Sovjetika (USSR). L-SS qassmet 3000 gwardja f’unitajiet speċjali fit-territorji Sovjetiċi, biex joqtlu l-Lhud kollha on the spot. Dawn l-action squads kienu nvoluti f’massakri sħaħ, li ħafna drabi kienu jsiru f’fossijiet jew irdumijiet qrib l-ibliet. Xi drabi r-residenti kienu jaraw dawn il-massakri, u aħbarijiet dwar dan ma damux ma bdew jaslu f’diversi kapitali tad-dinja.

Xahar wara dan, it-tieni fit-tmexxija wara Hitler, Hermann Göring, bagħat direttiva lill-kap tal-SS, Reinhard Heydrich, bl-ordni li jorganizza “soluzzjoni finali għall-kwistjoni Lhudija” fl-Ewropa kollha dominata mill-Ġermanja. F’Settembru 1941, il-Lhud tal-Ġermanja riedu jilbsu  badges jew armbands immarkata bi stilla safra. Fix-xhur ta’ wara, għexieren ta’ eluf ġew deportati fil-Polonja u fi bliet maħtufa mill-USSR. Sadanittant kienet qed titħejja innovazzjoni oħra: il-kamp tal-mewt.

Kampijiet attrezzati biex jiggassjaw lin-nies inbnew fuq l-art tal-Polonja okkupata. Ħafna mill-vittmi kellhom jinġiebu mill-ghettos tal-qrib. Mill-ghetto ta’ Varsavja biss, inġiebu iktar minn 300,000. L-ewwel trasporti kienu mimlijien b’nisa, tfal jew xjuħ li ma setgħux jaħdmu; il-Lhud li setgħu jaħdmu kienu jinżammu iżda fl-aħħar kienu jispiċċaw maqtula huma wkoll. L-ikbar deportazzjonijiet seħħew fis-sajf ta’ l-1942. Id-destinazzjoni ta’ dawn it-trasporti ma kinux jiġu mgħarrfa lill-komunitajiet Lhud, iżda rapporti ta’ massakri sħaħ fl-aħħar waslu għand il-Lhud li kienu għadhom ħajjin u għand il-gvernijiet ta’ l-Istati Uniti u l-Ingilterra.

F’April 1943, il-65,000 Lhudi li kien baqa’ Varsavja irreżistew lill-pulizija Ġermaniża li daħlet fil-ghetto, f’battalja li damet sejra tliet ġimgħat. Bejn Lulju u Ottubru 1942 iktar minn 300,000 abitant tal-ghetto ta’ Varsavja ntvagħtu fil-kampijiet ta’ konċentrament u nqatlu. Is-60,000 Lhudi li kien għad baqa’ nqatlu f’din ir-reżistenza erojka.

Fejn kien possibli, il-Ġermaniżi ġabru l-propjetà kollha tad-deportati. Fil-Ġermanja, il-kontijiet tal-bank ġew konfiskati, u minn Franza, Belġju u Olanda okkupati, l-għamara tal-Lhud kienet titwassal il-Ġermanja biex tingħata lil persuni li djarhom kienu ġew ibbumbardjati. It-trasport tal-vittmi lejn il-kampijiet tal-mewt kien isir bil-ferrovija. Il-karrijiet li kienu jwasslu l-Lhud kienu jimxu bil-mod bi skedi speċjali għad-destinazzjoni tagħhom. Ħafna drabi l-morda u x-xjuħ kienu jmutu fit-triq.

Auschwitz, qrib Krakow, kien l-akbar kamp tal-mewt, li b’differenza mill-oħrajn uża l-gass idroġenu li malajr kien iwassal għall-effett mixtieq. Il-vittmi ta’ Auschwitz kienu ġejjin mill-Ewropa kollha: Norveġja, Franza, Olanda, Italja, Ġermanja, ċekoslovakja, Ungerija, Polonja, Jugoslavja, u Greċja. Ħafna priġunieri, Lhud u mhumiex, kienu jitħaddmu; xi priġunieri kienu jintużaw f’esperimenti mediċi, b’mod partikulari għall-isterilizzazzjonijiet. Għalkemm il-Lhud u ż-żingari (gypsies) biss kienu jiġu ggassjati regolarment, mijiet ta’ eluf ta’ priġunieri oħra f’Auschwitz mietu bil-ġuħ, bil-mard jew iffuċillati. Biex jgħattu dnubhom, bnew krematorji kbar biex fihom jinħarqu l-iġsma ta’ dawk li ġew iffuċillati. Fl-1944 il-kamp ġie fotografat mill-ajruplani ta’ l-Alleati li kienu qed ifittxu l-industriji; il-fabbriki ġew ibbumbardjati iżda l-kampijiet le.

Meta l-gwerra ntemmet, miljuni ta’ Lhud, Slavi, żingari, omosesswali, Xhieda ta’ Ġeħova, Komunisti, u oħrajn fil-mira tan-Nażisti, kienu nqatlu fl-Olokawst. Il-Lhud maqtula kienu madwar 6 miljuni: madwar 3 miljuni fil-kampijiet ta’ konċentrament, miljun u nofs iffuċillati, u iktar minn 600,000 fil-ghettos. L-Alleati ġew pressati biex joħolqu art permanenti fil-Palestina għal-Lhud li baqgħu ħajjin. It-twaqqif ta’ Israel, tliet snin wara l-waqgħa tal-Ġermanja kien għalhekk effett ta’ l-Olokawst.

Adolf Hitler ikkommetta suwiċidju fl-1945, f'Berlin; hemm min jgħid li Hitler uża pistola filwaqt li oħrajn isostnu li ntuża l-velenu




#Article 163: Galileo Galilei (210 words)


Galileo Galilei (Pisa, 15 ta' Frar, 1564 – Arcetri, 8 ta' Jannar, 1642) kien astronomu, fiżiku u filosfu Taljan li huwa assoċjat mar-Rivoluzzjoni Xjentifika. 

Galileo huwa kkreditat li tejjeb it-teleskopju sabiex ikun jista' jifli l-stilel u l-pjaneti; infatti huwa rnexxielu jiskopri erba' mill-qmura ta' Ġove. Ta wkoll il-kontribut tiegħu fil-qasam tal-fiżika fejn għamel osservazzjonijiet u titjib dwar l-ewwel , it-tieni , kif ukoll qbil u support mat-teoriji ta' Nikola Koperniku. 

Bħalma għamel Koperniku qablu, Galileo kien stqarr li x-xemx kienet iċ-ċentru tal-galassja u mhux id-dinja, il-Knisja Kattolika Rumana arrestatu u għedditu li tikkundanah għall-mewt fuq bażi ta' tixrid ta' ereżiji. Biex jevita l-piena, Galileo kellu jistqarr li dak li kien qed jgħid, kif ukoll it-tagħlim ta' Koperniku kien kollu gideb. Il-Knisja xorta ġiegħelitu jibqa' maqful ġo daru sakemm miet.

Galileo ġie mogħti t-titlu ta' missier l-astronomija moderna, bħala missier il-fiżika moderna, u missier ix-xjenza. Ix-xogħol u l-esperimentazzjonijiet tiegħu huma meqjusa li jikkumplimentaw il-kitbiet ta' Francis Bacon u għenu mhux ftit biex jistabbilixxu l-metodu xjentifiku. Il-karriera ta' Galileo kienet tikkoinċidi ma' dik ta' Johannes Kepler. Xogħol Galileo huwa kkunsidrat maqtugħ ferm minn dak ta' Aristotli. Barra minn hekk, il-kunflitt tiegħu mal-Knisja Kattolika Rumana huwa meqjus bħala eżempju bikri u sinjifikanti, ta' kunflitt bejn l-awtorità u l-libertà tal-ħsieb, partikolarment fix-xjenza, fis-soċjetà tal-Punent.




#Article 164: Miguel de Cervantes (2986 words)


Miguel de Cervantes Saavedra (Alcalá de Henares, 29 ta' Settembru 1547 – Madrid, 22 ta' April 1616) kien rumanzier, poeta u drammaturgu Spanjol. L-aqwa xogħol tiegħu huwa r-rumanz Don Quixote, rikonoxxut bħala l-ewwel rumanz modern. Ix-xogħlijiet tiegħu huma sikwit meqjusa bħala fost l-iktar importanti fil-letteratura kollha.  L-influwenza tiegħu fuq il-lingwa Spanjola tant kienet kbira li l-Ispanjol kultant jissejjaħ la lengua de Cervantes (Il-lingwa ta' Cervantes).

Aktarx li Miguel de Cervantes twieled Alcalá de Henares. Ma nafux il-jum eżatt meta twieled, imma x'aktarx kien fid-29 ta' Settembru, il-festa tal-arkanġlu San Mikiel, billi kien hemm it-tradizzjoni li jagħtu l-isem tal-qaddis tal-ġurnata lit-trabi li jitwieldu dakinhar. Miguel de Cervantes tgħammed f'Alcalá de Henares (Spanja) fid-9 ta' Ottubru 1547 fil-parroċċa ta' Santa María la Mayor. Fl-att tal-magħmudija nsibu miktub:

Missieru, Rodrigo de Cervantes, kellu antenati minn Cordoba imma kien ġej mill-Galizja, kien kirurgu, professjoni li iżjed tixbaħ 'il dik ta' tabib tal-lum. Skont xi awturi, pereżempju, Américo Castro u Daniel Eisenberg, miż-żewġ naħat tal-familja, Cervantes kellu antenati li kienu Lhud ikkonvertiti għall-Kristjaneżmu. Imma oħrajn bħal Jean Canavaggio ma jaqblux u jgħidu li din id-dixxendenza qatt ġiet ipprovata.

Ommu kienet Leonor de Cortinas Sánchez, li ma nafux wisq fuqha. Ħutu kienu Andrés (1543); Andrea (1544); Luisa (1546), li saret pirjola fil-kunvent tal-Karmelitani; Rodrigo (1550), suldat li kien miegħu meta ġie inkalzrat fl-Alġerija; Magdalena (1554) u Juan, nafu bihom biss għax kienu msemmijin fit-testment ta' missierhom.

Ta' min jinnota li l-isem “Saavedra” qatt ma kien deher f'xi dokument fiż-żgħożija ta' Cervantes u ħutu qatt ma użawh. L-isem li ngħata meta twieled kien “Miguel de Cervantes Cortinas”. Beda juża l-isem “Saavedra” biss wara li ġie lura mill-ħabs tal-Alġerija, forsi biex ismu ma jitħallatx ma' dak ta' ċertu ieħor Miguel de Cervantes Cortinas li kien tkeċċa mill-qorti.

Lejn l-1551, Rodrigo de Cervantes ħa l-familja tiegħu toqgħod Valladolid. Minħabba d-djun li kien jagħmel, bosta drabi mar il-ħabs u ġidu kien ikkonfiskat. Fl-1556, telaq lejn Cordoba sabiex jiġbor il-wirt li kien ħallielu Juan de Cervantes, in-nannu tal-kittieb, u fl-istess ħin jaħrab mill-kredituri.

M'għandniex ħjiel eżatt dwar il-bidu tal-istudji ta' Miguel de Cervantes, li bla dubju, qatt ma waslu sa livell universitarju. Jista' jkun li studja Valladolid, Cordoba jew Sivilja. Però hemm il-possibbiltà li setà studja fil-kulleġġ tal-Kumpanija ta' Ġesù, billi fir-rumanz Id-diskussjoni bejn il-klieb jagħti deskrizzjoni ta' kulleġġ tal-Ġiżwiti li qisha allużjoni għall-ħajja tiegħu ta' student.

Fl-1566 mar joqgħod Madrid. Hemm kien jattendi l-Estudio de la Villa, immexxi mill-professur tal-grammatika Juan López de Hoyos, li fl-1569 ippubblika ktieb fuq il-marda u l-mewt tar-reġina Eliżabetta ta' Valois, it-tielet mara tar-re Filippu II. López de Hoyos inkluda f'dal-ktieb tliet poeżiji ta' Cervantes, “id-dixxiplu għażiż u maħbub tagħna” li huma l-ewwel xogħol lettarju tiegħu li nafu bih. F'dak iż-żmien Cervantes beda jattendi għar-rappreżentazzjonijiet teatrali tal-attur u drammaturgu Lope de Rueda u sar iħobb ħafna t-teatru, kif tenna fit-tieni parti ta' Don Quijote, minn fomm il-persunaġġ prinċipali, se le iban los ojos tras la farándula (hu ħabb id-dinja teatrali).

Għad hemm konservata ordni ta' Filippu II bid-data tal-1569 fejn jikkmanda li jiġi arrestat Miguel de Cervantes, akkużat li fera fi dwell 'il ċertu Antonio Sigura. Jekk dan kien veru l-istess Cervantes, din setgħet kienet ir-raġuni għaliex mar l-Italja. Wasal Ruma f'Diċembru tal-istess sena. Hemmhekk qara' l-poeżiji kavallereski ta' Ludovico Ariosto u d-Djalogi tal-imħabba, ta' ispirazzjoni neoplatonika, miktubin mil-Lhudi seferadita, León Hebreo,  li influwenzaw l-idea tiegħu tal-imħabba. Cervantes tgħallem l-istil tal-arti Taljana u baqa' dejjem jiftakar fiha bil-pjaċir, kif jidher pereżempju, fL-avukat Vidriera, wieħed minn Novelas ejemplares (Novelli Eżemplari) u bosta allużjonijiet fix-xogħlijiet l-oħra tiegħu. Mela daħal fis-servizz ta' Giulio Acquaviva li laħaq  kardinal fl-1570, u li x'aktarx kien sar jafu ġewwa Madrid. Mar miegħu Palermo, Milan, Firenze, Venezja, Parma u Ferrara. Ma damx ma daħal suldat fil-kumpannija tal-kaptan Diego de Urbina, fir-reġiment tal-infanterija ta' Miguel de Montcada u imbarka fuq ix-xini Marquesa. Fis-7 ta' Ottubru 1571 ħa sehem fil-battalja ta' Lepanto, mal-armata tal-Lega Mqaddsa taħt il-kmand ta' Don Juan tal-Awstrija, “bin is-sajjetta tal-gwerra Karlu V, ta' memorja hienja” u nofs-aħwa mar-re. Din l-armata kienet magħmula mill-forzi tal-Papa, Spanja, ir-Repubblika ta' Venezja, ir-Repubblika ta' Genoa, id-Dukat ta' Savoja u l-Kavalieri ta' Malta. F'dokument legali dettaljat ta' tmien snin wara naqraw hekk:
 

Minn dak iż-żmien kien imlaqqam el manco de lepante (l-immankat ta' Lepanto). Għalkemm idu x-xellugija fejn intlaqat ma ġietx maqtugħa, din ma kienx jista' jċaqlaqha għax ċomba kienet qatgħetlu nerv fiha. Dawn il-ġrieħi ma' kinux gravi għax fl-1572, wara sitt xhur fi sptar f' Messina, Cervantes reġa' qabad il-ħajja militari. Ħa sehem fl-ispedizzjonijiet navali ta' Navarino (1572), Corfù, Bizerta, u Tuneż (1573). Kollha kienu taħt il-kmand tal-kaptan  Manuel Ponce de León u fir-reġiment tal-famuż Lope de Figuero li deher fEl alcalde de Zalamea, (Is-sindku ta' Salamea) ta' Pedro Calderón de la Barca. Aktar tard, dar il-bliet ewlenin ta' Sqallija u Sardenja, ta' Genoa u tal-Lombardija. Fl-aħħar qagħad sentejn Napli sal-1575.

Cervantes wara dejjem wera ruħu kburi li ħa sehem fil-battalja ta' Lepanto, li kienet għalih, kif kiteb fid-daħla ta' Don Quijote, 

Fis-26 ta' Settembru 1575, flotta Torka taħt il-kmand ta' Arnaut Mamì ħadu lil Miguel u 'l ħuh Rodrigo priġunieri huma u sejrin minn Napli lura lejn Spanja abbord il-galera Sol. Qabduhom fl-għoljiet ta' Cadaqués de Rosas jew Palamós, li qegħdin fejn illum tissejjaħ Costa Brava u ħaduhom l-Alġerija. Cervantes ingħata lir-renegat Grieg Dali Mamì bħala lsir. Meta nstabu fuqu ittri ta' rakkomandazzjoni minn Don Juan tal-Awstrija u d-Duka de Sessa, dawk li qabduh ħasbu li kien bniedem importanti ħafna u li setgħu jiksbu rahan tajjeb għalih. Għalhekk talbu ħames mitt skud tad-deheb biex jeħilsuh.

Matul il-ħames snin li kien priġunier, Cervantes, ta' raġel kuraġġuż u determinat li kien, ipprova jaħrab erba' darbiet. Biex sħabu priġunieri ma jbatux bir-ritaljazzjoni dejjem ħa r-responsabbiltà hu mal-għedewwa. Dejjem kien jippreferi li jieħu t-torturi milli jikxef lil sħabu. Mis-sorsi uffiċjali u l-ktieb ta' Fra Diego de Haedo Topografija u Storja tal-Alġerija (1612), għandna informazzjoni importanti fuq il-priġunerija tiegħu. Din l-informazzjoni tikkomplementa il-kummiedji Los tratos de Argel u Los baños de Alger u r-rakkont tal-istorja tal-priġunier, inkluż fl-ewwel parti ta' Don Quijote bejn il-kapitli 39 u 41.

Ilu magħruf li x-xogħol li ppubblika Haedo ma kienx miktub minnu kif ammetta hu stess. Skont Emilio Sola, l-awtur kien Antonio de Sosa, Benedittin li kien priġunier ma' Cervantes u kitbu x-xogħol flimkien. Mela x-xogħol ta' Haedo mhux xhieda indipendenti tal-ħajja ta' Cervantes fl-Alġerija, imma l-biċċa l-kbira miktub minn Cervantes stess u għalhekk jisħaq sewwa fuq l-eroiżmu tiegħu.

L-ewwel attentat biex jaħrab ma rnexiex billi l-kompliċi Għarbi li kellu jieħu 'l Cervantes u l-sħabu Waħran, abbandunhom wara l-ewwel jum. Il-priġunieri reġgħu ittieħdu l-Alġerija fejn ġew maqfulin u mgħassa iżjed minn qabel. Sadattant omm Cervantes irnexxielha tiġbor flimkien somma ta' dukati biex tipprova teħles iż-żewġ uliedha. Fl-1577, wara li nnegozjat mal-kalzriera, safa li l-kwantità ta' dukati ma kinux biżżejjed biex teħlishom it-tnejn. Għalhekk Miguel ried li jinħeles ħuh li rritona lejn Spanja. Rodrigo kellu pjan li tlesta minn ħuh biex iħarrbhu ma' erbatax jew ħmistax oħra. Cervantes kellu jinħeba mal-priġunieri l-oħra ġo għar u jistennew galera spanjola li kellha tgħabbihom. Il-galera veru waslet u ppruvat tersaq lejn ix-xatt darbtejn imma fl-aħħar qabduha. L-insara moħbijin ġol-grotta inkixfu minħabba traditur bil-laqam ta' el Dorador (l-induratur). Cervantes allura qal li hu biss kien responsabbli li organizza l-ħarba u li kien ikkonvinċa l-oħrajn biex isegwuh. Is-Sultan tal-Alġerija Azán Bajá, qaflu fil-“banju” jew ħabs, marbut bil-ktajjen, fejn baqa' hemm għal ħames xhur.

It-tielet attentat kien ippjanat minn Cervantes bl-għan li jmorru sa Waħran bl-art. Bagħat hemm Għarbi nisrani b'ittra għal Martin de Cordoba, ġeneral ta' dak il-post fejn spjegalu kif ried jagħmel u talbu li jibgħatlu xi gwidi. Sadattant il-messaġġier inqabad bl-ittri fuqu. L-ittri kienu juru ċar li Miguel de Cervantes kien qiegħed imexxi kollox u għalhekk kien ikkundannat għal elfejn daqqa ta' bastun. Billi ħafna qabżu għalih qatt ma nagħta dan il-kastig.

L-aħħar attentat ta' ħarba kien megħjun minn soma konsiderevoli ta' flus li tah merkant Valenzjan li kien l-Alġerija. Cervantes xtara fregata li setgħet tgħabbi sittin priġunier nisrani. Meta kollox kien sejjer tajjeb, wieħed minn dawn li kienu sejrin jinħelsu, it-tabib Juan Blanco de Paz, li qabel kien patri Dumnikan, kixef il-pjan kollu lil Azán Bajá. Bħala ħlas it-traditur ingħata skud u ġarra xaħam. Allura Azán Bajá qafel lil Cervantes f'ħabs iżjed żgur fil-qalba tal-palazz tiegħu u wara ddeċieda li jieħdu Kostantinopli, minn fejn kien kważi impossibbli li jaħrab. Għal darb'oħra Cervantes ħa r-responsabbiltà kollha.

F'Mejju tal-1580, il-patrijiet Trinitarjani, Fra Antonio de la Bella u Fra Juan Gil marru l-Alġerija (din l-ordni ta' patrijiet kellha bħala għan il-ħelsien tal-priġunieri anki billi jinbidlu huma stess mal-priġunieri). Fra Antonio telaq fuq spedizzjoni ta' ħelsien waqt li Fra Juan Gil, li kellhu f'idejh tliet mitt skud biss, ipprova jeħles lil Cervantes, li għalih kienu qegħdin jitolbu ħames mitt skud. Il-patri għalhekk beda jiġbor s-somma li kienet tonqsu minn fost il-merkanti nsara. Irnexxielu jagħmel dan meta Cervantes, marbut b'żewġ ktajjen, kien diġà fuq il-galera mikrija minn Azán Bajá li kienet sejra lejn Kostantinopli. Bil-ħames mitt skud li nġabru bil-ħniena, Cervantes inħeles fid-19 ta' Settembru 1580. Fl-aħħar, fl-24 ta' Ottubru, wasal lura Spanja ma' żewġ priġunieri oħra meħlusin bl-istess mod. Wasal Denia, minn fejn telaq lejn Valencia. F'Novembru jew Diċembru ngħaqad lura ma' familtu ġewwa Madrid.

F'Mejju tal-1581, Cervantes mar il-Portugall fejn dak iż-żmien kien qiegħed il-qorti ta' Filippu II, bil-ħsieb li jsib xi xogħol biex jerġa' jibda ħajtu mill-ġdid u jħallas id-djun li kienet għamlet il-familja tiegħu biex tipprova tħarrbu mill-Alġerija. Minn hemm intbagħt fuq kummissjoni sigrieta lejn Waħran billi kien jaf sewwa l-kultura u d-drawwiet tal-Afrika ta' Fuq. Għal dan ix-xogħol irċieva 50 skud. Mar lura Liżbona u wara xi sena telaq lejn Madrid. Fi Frar tal-1582, talab mingħajr suċċess biex jieħu post fl-Indji, li kien vakanti. F'dawn is-snin, il-kittieb kellhu relazzjoni ta' mħabba ma' Ana Villafranca (jew Franca) de Rojas, il-mara ta' Alonso Rodríguez, lukandier. Minn din ir-relazzjoni twieldet tifla li ssemmiet Isabel de Saavedra, u li hu rrikonoxxa.

Fit-12 ta' Diċembru 1584, iżżewweġ lil Catalina de Salazar y Palacios fir-raħal ta' Esquivias qrib Toledo. Catalina kienet tfajla ta' inqas minn għoxrin sena li ġabet magħha dota żgħira. Għandna x'naħsbu li daż-żwieġ bla ulied kienu ukoll fallut. Wara li kien miżżewweġ sentejn, Cervantes telaq fuq vjaġġ twil mal-Andalusija.

X'aktarx li l-ewwel xogħol letterarju importanti tiegħu, La Galatea, kitbu bejn l-1581 u l-1583. Kien ippubblikat f'Alcalá de Henares fl-1585. Sa dak iż-żmien kien għadu ppubblika biss xi artikli f'xogħlijiet ta' oħrajn jew f'kollezzjonijiet li jiġbru il-ħidmiet ta' bosta poeti. La Galatea hu maqsum f'sitt kotba, imma “l-ewwel parti” biss inkitbet. Cervantes wiegħed li jkompliha imma qatt ma  ġiet stampata. Fil-prologu, jiddeskrivi x-xogħol bħala eglogu u jisħaq fuq kemm kien iħobb 'l-poeżija. Dan kien rumanz pastorali, forma li kienet diġà dehret Spanja fid-Diana ta' Jorge de Montemayor. Minnha wieħed jista' jaqta' x'kotba kien qara meta kien suldat fl-Italja.

Iż-żwieġ tiegħu ma Catalina ma rnexxiex u hu u l-mara infirdu wara sentejn mingħajr ma kellhom tfal. Cervantes qatt ma semma l-mara tiegħu fit-testi awtobijografiċi, imma kien l-ewwel wieħed li daħħal fil-letteratura Spanjola s-suġġett tad-divorzju permezz tal-entremés L-imħallef tad-divorzji. Naħsbu li ż-żwieġ ma kienx hieni allavolja f'dan l-entremés isostni li más vale el peor concierto / que no el divorcio mejor (aħjar l-agħar qbil / milli l-aħjar divorzju).

Fl-1587, ivvjaġġa mal-Andalusija bħala kummissarju tal-proviżjonijiet għall-Armada Invinċibbli. Fis-snin li għamel bħala kummissarju, reġa' mexa t-triq minn Madrid għall-Andalusija, li tgħaddi minn Castilla-La Mancha. Dan hu l-itenerarju ta' Rinconete u Cortadillo.

Imbagħad mar jogħqod Sivilja fejn aktar tard ħadem bħala kollettur tat-taxxi. Fl-1597 ntbagħat il-ħabs wara li falla l-bank fejn kien iqiegħed il-flus miġburin mit-taxxi. Kien hemm fil-ħabs, skont il-prologu tax-xogħol, li immaġina għall-ewwel darba l-persunaġġ ta' Dun Kixott. Ma nafux jekk riedx jgħid li beda jikteb il-prologu fil-ħabs jew biss li ġietu l-idea hemm. Cervantes isemmi impriġuniment ieħor fil-ħabs ta' Castro del Río (Cordoba) imma dan kien qasir ħafna. Jidher li qatt ma mar fl-għar ta' Medrano, f'Argamasilla de Alba.

Fl-1605, ippubblika l-ewwel parti ta' dak li kien sejjer ikun il-kapulavur tiegħu: In-nobbli inġenjuż Don Quijote de la Manche. Fih waqqa' għaċ-ċajt b'mod l-iżjed pulit il-kilba għall-avventuri romantiċi u kavallereski li kellhom in-nies ta' żmienu. Dan ix-xogħol immarka t-tmiem tar-realiżmu bħala l-forma estetika letterarja aċċettata u ħoloq il-ġeneru tar-rumanz li kien ħa jkollu influwenza tremenda. It-tieni parti, Il-kavallier inġenjuż don Quijote de la Manche, damet ma dehret sal-1615. Din il-parti ħarġet sentejn wara li kienet dehret kontinwazzjoni apokrifa tal-ewwel parti iffirmata mill-misterjuż Alonso Fernández de Avellaneda li skont ċerti storiċi, kien il-kittieb Lope de Vega, jew għall-inqas wieħed mid-dixxipli u ħbieb tiegħu li kien minn Aragona (jista' jkun ukoll li kien grupp ta' ħbieb ta' Lope).

Iż-żewġ xogħlijiet jagħtu lil Cervantes statura fl-istorja tal-letteratura universali li tħabbatha ma' dik ta' Dante Alighieri, William Shakespeare, Michel de Montaigne u Goethe bħala wieħed mill-kolonni tal-letteratura tal-punent.

Fl-1613, bejn iż-żewġ partijiet ta' Don Quijote, dehru n-Novelli eżemplari. Din kienet ġabra ta' tnax-il rakkont qasir miktuba xi snin qabel. Dawn għandhom ispirazzjoni oriġinali u jippruvaw forom narattivi diversi bħas-satira luċjaneska (Id-diskussjoni bejn il-klieb), ir-rumanz pikaresk (Rinconete u Cortadillo), il-miscelánea (L-avukat  Vidriera), ir-rumanz biżantin (L-Ispanjola Ingliża, In-namrat ġeneruż) u r-rumanz pulizjesk (Il-qawwa tad-demm). Għal ċerti minhom, pereżempju l-Estramadurjan għajjur, hemm edizzjonijiet oħra riskoperti fis-seklu 19, bħall-manuskritt ta' Porras de la Cámara. Din il-ġabra kienet biżżejjed biex ittieh statura importanti fil-letteratura Kastiljana.

Il-kritika letterarja tinstab f'ħafna mix-xogħlijiet tiegħu. Tidher fil-Galatea u fDon Quijote u ddedika għaliha il-Vjaġġ lejn Parnażu (1614), poeżija twila f'terzetti inkatinati. Fl-1615 ippubblika Tmien kummidji u tmien entremés ġodda li qatt ma kienu rappreżentati, imma d-dramm tiegħu l-iżjed populari daż-żmien, L-Assedju ta' Numancia, iżjed mit-Trattat tal-Aġerija, baqa' ma' ħariġx sas-seklu 18.

Ir-rumanz  It-Taħbit ta' Persiles u Siġiżmunda ħareġ wara mewtu, u d-dedikazzjoni lill-Konti de Lemos li kien għenu ħafna matul ħajtu u li lilu kien iddedika t-tieni parti ta' Don Quijote u n-Novelli Eżemplari, iffirmaha jumejn biss qabel miet. Dan ir-rumanz Biżantin, li skont l-awtur ipprova jikkompeti mal-mudell klassiku Grieg ta' Eljodoru, fi żmienu kellu bosta edizzjonijiet, imma ntesa u ġie mdellel mit-trijonf indisputabbli ta' Don Quijote. Cervantes uża' grupp ta' persunaġġi prinċipali minflok tnejn. Hekk antiċipa ir-realiżmu maġiku. B'ċertu mod, ikkristjanizza l-mudell oriġinali billi uża t-tema ta' lhomo viator, u laħaq il-quċċata fl-aħħar tax-xogħol bl-anagnoriżi taż-żewġ maħbubin Perjandro u Awristela:

L-influwenza ta' Cervantes fil-letteratura universali hi hekk li l-Ispanjol hu sikwit imsejjaħ il-lingwa ta' Cervantes. Cervantes miet Madrid fit-23 ta' April, 1616.

Filwaqt li kien qiegħed jikteb parodija ta' ġeneru li kien sejjer lura, bħar-rumanz kavalleresk, ħoloq ġeneru ieħor mimli ħajja, ir-rumanz polifoniku, fejn jissovrimporri l-ideat u l-punti di vista li jitħalltu b'mod komplikat mar-realtà stess waqt li jirrikorri wkoll għall-fantażija. F'dik l-epoka, il-poeżija epika kienet tinkiteb ukoll bil-proża, u mix-xogħol ta' qabel ta' Lope de Vega għat-teatru, mingħajr l-ebda rispett għall-mudelli klassiċi, irriżulta r-realiżmu fir-rakkonti li ħareg minn tradizzjoni twila letterarja fi Spanja ġejja minn Cantar del Mío Cid, u li minn hemm infirxet mal-Ewropa fejn Cervantes kellu iżjed dixxipli milli fi Spanja. Ir-rumanz realistiku kollu tas-seklu 19 kien influwenzat min dan il-kapulavur. Min-naħa l-oħra, xogħol importanti ieħor ta' Cervantes, In-Novelli eżemplari juri l-firxa u l-wisa' tal-iskop tiegħu u x-xewqa li jesperimenta bl-istrutturi narrattivi. F'dil-ġabra ta' novelli l-kittieb esperimenta bin-novella biżantina (L-Ispanjola Ingliża), in-novella tal-pulizija (Il-qawwa tad-demm, L-Estramadurjan għajjur), id-djalogu Luċjanesk (Id-diskussjoni bejn il-klieb), il-miscelánea (L-avukat Vidriera), in-novella pikareska (Rinconete u Cortadillo), etc.

Ir-rumanzi ta' Cervantes, f'ordni kronoloġika, huma dawn:

Los trabajos hu l-aħjar xiehda li s-suġġetti tar-rumanz Biżantin kienu għadhom ħajjin imma wkoll li kienu għadhom ħajjin il-forom u l-ideat tar-rumanz Spanjol tat-tieni Rinaxximent. F'dax-xogħol li kien ippubblikat wara mewtu, Cervantes jirrakkonta storja ta' mħabba ideali u t-taħbit li ma jitwemminx ta' koppja li telqu mir-reġjuni Artiċi biex waslu Ruma, fejn isibu tmiem hieni għall-avventuri komplikati tagħhom.

Xi wħud mill-poeżiji tiegħu qegħdin f' La Galatea. Kiteb ukoll Dos canciones a la armada invencible. L-aħjar xogħol tiegħu però jinstab fis-sunetti, l-iżjed fAl túmulo del rey Felipe en Sevilla. Fost il-poeżiji importanti tiegħu jispikkaw il-Canto de Calíope, l-Epístola a Mateo Vázquez, u l-Viaje del Parnaso (Vjaġġ lejn Parnażu), (1614). Dan tal-aħħar huwa l-iżjed xogħol tiegħu ambizzjuż bil-versi, allegorija li l-biċċa l-kbira tikkonsisti minn rivisti ta' poeti kontemporanji.

B'pargun mal-kapaċità tiegħu bħala rumanzier, Cervantes hu sikwit meqjus bħala poeta medjokru, minkejja li hu stess kien dejjem jittamma li jkun rikonoxxut għat-talenti poetiċi tiegħu.

Il-fama tad-drammi ta' Cervantes naqset ukoll, imma tnejn minhom, El trato de Argel u La Numancia, (1582), fil-bidu għamlu impatt kbir u ma kienx hemm bħalhom sakemm deher Lope de Vega.

L-ewwel wieħed minn dawn maqsum f'ħames atti kien ibbażat fuq l-esperjenzi tiegħu meta kien priġunier fl-Alġerija u fih tratta l-ħajja tal-ilsiera nsara fl-Alġerija. Id-dramm l-ieħor, Numancia hi deskrizzjoni tal-assedju ta' Numancia mir-Rumani mimlija traġedji u nieqes għal kollox mill-ħtiġijiet tal-arti drammatika.

Aktar tard Cervantes kiteb 16-il xogħol ieħor għall-palk li fosthom tmienja huma drammi sħaħ: 

Kiteb ukoll tmien fares qosra (entremeses) :

Dawn id-drammi u entremeses huma miġburin fOcho comedias y ocho entremeses nuevos, nunca representados (Tmien kummidji u tmien entermeses li qatt ma kienu rappreżentati) , li dehru fl-1615. L-entremeses ta' Cervantes li l-ordni u d-data tal-kitba tagħhom ma nafuhomx, qatt ma ttellgħu fi żmienu. Fidil għall-ispirtu ta' Lope de Rueda, Cervantes tahom xeħta ta' rumanzi bi trama sempliċi, it-tip ta' deskrizzjoni normalment assoċjata mar-rumanzi u l-iżvilupp tal-karattri. Id-djalogu hu sensittiv u ħafif. 

Cervantes jinkludi xi wħud mid-drammi tiegħu fost ix-xogħlijiet li kien sodisfatt bihom l-iżjed u kien jagħti t-tort lill-pubbliku għan-nuqqas ta' interess fihom. Din l-imġiba xi nies jispjegawha billi jgħidu li hu kien kontrarjuż u oħrajn bil-fatt li kien vanituż. Imma diffiċli nispjegaw kif Cervantes bil-moħħ penetranti u profond li kellu ma ndunax bil-limiti tat-talenti drammatiċi tiegħu, u l-iżjed meta naħsbu fit-traġedja tiegħu Numancia ma nistgħux naħfrulu l-qerq tiegħu innifsu li ma setax jeħles minnu.

Cervantes kellu raġun iqis ruħu mogħni bil-ġenju għall-poeżija drammatika; imma ma żammx l-indipendenza kif messu żamm fil-konflitt kontra dak li kien mixtieq mill-pubbliku Spanjol f'xogħlijiet drammatiċi; u meta tilef din l-indipendenza u ċeda għar-regoli imposti minn ħaddieħor, l-invenzjoni u l-lingwa tiegħu waqgħu għal-livell ta' poeta ta' talent inferjuri. L-intriċċi, l-avventuri u s-sorpriżi, li f'dik l-epoka kkaratterizzaw id-drammi Spanjoli, ma kinux jaqblu mal-ġenju ta' Cervantes. L-istil naturali tiegħu kien profond u eżatt wisq biex jikkonformaw ma' ideat fantastiċi, espressi bil-versi irregolari.




#Article 165: Dante Alighieri (2000 words)


Dante Alighieri (Durante degli Alighieri), poeta, politiku u kittieb Fjorentin (twieled bejn l-14 ta' Mejju u t-13 ta' ĠunjuP. Pecoraro : Id-dati tat-twelied ta' Beatrice u Dante, fi Critica Letteraria, a. 13, vol. XLVI (1985), faxx. 1, pp. 3-18.Richard Kay : Il giorno della nascita di Dante e la dipartita di Beatrice, fi Studi americani su Dante, Milan, Angeli, 1989, pp. 243-265.
  1265 f'Firenze u miet fl-14 ta' Settembru 1321 f'Ravenna).

Dante kien l-ewwel poeta kbir tal-ilsien Taljan, u l-ktieb tiegħu Il-Kummiedja Divina hu meqjus bħala wieħed mill-kapulavuri tal-letteratura universali.

Nafu li l-familja tiegħu kienet familja importanti Fjorentina, li kienet iżżomm mal-partit tal-Gwelfi u li isimha — fil-forma tagħha oriġinali — kien Alaghieri. Missieru, Alighiero di Bellincione, kien Gwelf abjad, imma ma sofriex il-vendetta tal-Gibellini, wara r-rebħa tagħhom fil-Battalja ta' Montaperti, u dan ta ċertu prestiġju lill-familja. Omm Dante kienet Bella degli Abati; Bella hu d-diminuttiv ta' Gabriella, imma jfisser ukoll sabiħa. Mietet meta Dante kellu 13-il sena, fl-1278 (missieru miet 5 snin wara fl-1282). Alighiero kien jgħix għal xi żmien ma' Lapa di Chiarissimo Cialuffi (mhux ċert jekk kinux miżżewġin), u kellu żewġt ulied magħha, ħu Dante, Francesco, u oħtu, Tana (Gaetana).

Meta Dante kellu 12-il sena, fl-1277, ġie miftiehem iż-żwieġ tiegħu ma' Gemma, bint Messer Manetto Donati, u wara żżewwiġha. Iż-żwiġijiet miftehmin f'dawn l-etajiet baxxi ma kinux ħaġa rari u għalihom kienet issir ċerimonja importanti li teħtieġ kuntratti uffiċjali ffirmati quddiem in-nutar. Dante kellu tliet ulied minn Gemma: Jacopo, Pietro u Antonia. Antonia daħlet soru bl-isem ta' Sor Beatrice. Ieħor jismu, Giovanni, kien jgħid li kien bin Dante u akkompanjah fl-eżilju imma m'hemm l-ebda prova li kien ibnu.

Ftit nafu dwar l-edukazzjoni ta' Dante; wieħed jista' jippreżumi li studja d-dar. Għadda xi żmien Bolonja u f'Firenze tgħallem fl-iskola Franġiskana ta' Santa Croce, taħt Remiġju dei Girolami tal-iskola Dumnikana ta' Santa Maria Novella u taħt Brunetto Latini. Iltaqa' ma' poeti u beda ħbiberija soda ma' Guido Cavalcanti. Huwa kważi ċert li studja l-poeżija Toskana, fil-mument meta l-iskola poetika Sqallija, grupp kulturali minn Sqallija, bdiet issir magħrufa fit-Toskana. Minħabba l-interessi tiegħu skopra l-menestrelli, il-poeti Provenzali u l-kultura Latina. Jidher ċar li kellu ammirazzjoni kbira lejn Virġilju Inti l-imgħallem tiegħi u l-awtur tiegħi; inti dak biss li minnu ħadt l-istil sabiħ li għamilli unur., kiteb fil-Kummiedja Divina (L-Infern — Canto I).

Wieħed irid jenfasizza li fil-Medjuevu l-fdalijiet tal-Imperu Ruman kienu saru mifrudin għal kollox, u baqa' xi tużżana stati żgħar, b'mod li Sqallija kienet imbiegħda (kulturalment u politikament) mit-Toskana daqs li din kienet minn Provenza: ir-reġjuni ma kellhomx l-istess lingwa u l-komunikazzjoni kienet diffiċli.

Nistgħu nissoponu li Dante bħan-nies intellettwali ta' żmienu, kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk internazzjonali.

Kien fl-1274 li Dante ltaqa' għall-ewwel darba ma' Beatrice. Isimha veru kien Bice di Folco Portinari, iżżewġet lil Simone de Bardi u mietet fl-1290. Ftit nafu fuq l-istorja tal-imħabba tiegħu għal Beatrice, issublimata fil-Vita Nuova (miktuba bejn l-1292 u l-1294) li fiha ddeskriva l-ewwel laqgħa ma' Beatrice, li dak iż-żmien kellha biss disa' snin. Qabel it-tieni laqgħa għaddew disa' snin oħra (spjega iżjed tard it-tifsira simbolika tan-numru disa', in-numru ta' Beatrice). Fil-Vita Nuova Dante ddeskriva l-imħabba tiegħu u d-disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice. Irrakkonta l-kriżi profonda li qabditu, il-ġiri tiegħu 'l hemm u 'l hawn u l-avventura tiegħu ma' sinjura nobbli (bla dubju allegorija għall-filosofija), u fl-aħhar l-indima tiegħu. Għalkemm il-Vita Nuova hi x'aktarx ispirata mill-ħajja personali ta' Dante, bosta kritiċi għandhom dubju fuq l-eżistenza vera ta' Beatrice, jaraw fiha figura allegorika (xi wħud għadhom tal-fehma sal-lum li fil-Kummiedja Divina, Virġilju jirrappreżenta r-raġuni naturali, u Beatrice t-teoloġija).

Ħolma li kellu Dante, u li daħħalha mal-ewwel poeżija fil-ktieb, tagħtina xi dawl: lil Dante jidhirlu l-alla Mħabba fi sħaba tan-nar u jġib miegħu lil Beatrice għarwiena mdawra b'liżar lewn id-demm. L-alla Mħabba jżomm f'idu l-qalb taqbad bin-nar ta' Dante u jagħtiha 'l Beatrice biex tikolha, imbagħad jitla' lejn is-sema magħha. Din il-ħolma turi r-rikkezza u l-qawwa evokatriċi tal-poeta fil-Vita Nuova, xogħol diffiċli biex ninterpretawh: it-tradizzjoni mistika (is-sħaba tan-nar pereżempju) imħabbla mat-tradizzjoni kortiża (l-istorja tal-qalb li tittikel), is-sejħiet lill-fidili tal-imħabba u l-laqgħat ta' dami jistiednu qari eżoteriku, waqt li l-viżjonijiet u l-ħolm enigmatiku jqiegħed ix-xogħol f'dimensjoni f'l-istess ħin eskatoloġika (il-mewt ta' Beatrice bħala orizzont) u misterjuża. Beatrice ġiet sikwit imxebbħa ma' qaddisa (b'referenza għall-aġjografija Franġiskana b'mod partikulari), u wieħed mill-aħjar manjieri li bihom nistgħu inħarsu lejn din il-figura ta' mara sovrana hi billi nistudjaw l-analoġiji notevoli ma' Kristu. Jekk inwarrbu fil-ġenb id-deskrizzjoni tal-virtujiet u r-rakkonti tal-mirakli li nsibu mferrxin mal-ħajja tal-qaddisin, bħalhom, il-Vita Nuova tiġbor fiha il-misterji ta' Beatrice.

Il-Vita Nuova, li kienet diġà differenti mill-istil ta' dak iż-żmien, id-Dolce Stil Novo, hi magħmula minn xi tletin poeżija, il-biċċa l-kbira sunetti, jixgħelu bi fjamma ta' mħabba u mistiċiżmu fl-istess ħin. Tnejn u erbgħin kapitlu bil-proża jikkumentaw fuq il-versi wieħed wieħed. Dante jagħlaq dan ix-xogħol bi stqarrija qisha viżjoni mis-sema li daħħal wara l-aħħar sunett: Ħa jikteb xi ħaġa li ħadd qatt ma kiteb, biex jgħanni l-glorja tal-maħbuba. Forsi kien diġà ħaseb fil-kapulavur tiegħu, il- Kummiedja Divina.

Dante kellu sehem attiv ħafna fil-ħajja politika ta' Firenze. Fil-ġlied li kien iħarbat l-Italja f'dak iż-żmien, Dante kien Gwelf akanit: indaħal f'bosta espedizzjonijiet kontra l-Gibelllini ta' Arezzo, ta' Bolonja u ta' Piża, u kontribwixxa ħafna bil-qlubija tiegħu għar-rebħa ta' Campaldino (1289) kontra l-Gwelfi ta' Arezzo, kif ukoll tal-kastell ta' Caprona, kontra 'l Piżanin (1290).

Temm b'suċċess għadd kbir ta' missjonijiet politiċi u nħatar prijur ta' Firenze fl-1300, jiġifieri sar wieħed mill-maġistrati supremi tal-eżekuttiv. Imma l-Gwelfi , li kienu jiddominaw Firenze kienu maqsumin f'żewġ partiti: isSuwed, favur il-politika papali ta' Bonifazju VIII, u l-Bojod, li riedu iżjed awtonomija għall-belt. Fl-1300, il-papa Bonifazju VIII ried li l-komuni Toskani jkunu taħt il-ħakma imperjali ta' Ruma. Minn dak il-mument, Dante sar iżomm bil-qawwa man-naħa tal-Gwelfi bojjod, jiġifieri kontra l-indħil tal-papa. F'Ottubru tal-1301, bħala membru tal-Kunsill tal-mija, mar Ruma biex jipprova għall-aħħar darba biex issir konċiljazzjoni. Sadattant, Charles de Valois (1270-1325), jirrapreżenta 'l-papa, mar Firenze u ħataf il-belt bl-għajnuna tal-Gwelfi suwed trijunfanti. Bdew l-akkużi u s-sentenzi. Dante sar jaf fi triqtu lura li kien ikkundannat għal qliegħ illiċtu u insubordinazzjoni lejn il-papa u Charles de Valois. Irrifjuta li jidher quddiem il-qorti. Sentenza oħra li ħarġet fl-10 ta' Marzu 1302 mill-podestà Cante Gabrielli ta' Gubbio, ikkundannatu għall-ħruq. Ġidu kollu ġie kkonfiskat u hu ġie eżiljat ma' Gwelfi bojod oħra u qatt ma mar lura Firenze iżjed.

Fil-bidu tal-eżilju, Dante kien jaħseb biex jassedja l-belt, flimkien ma' Gwelfi u Gibellini eżiljati oħra. Imma malajr abbandunah dan il-ħsieb u beda jiġri minn belt għal belt, jiġġieled kontra l-miżerja u jfittex il-protezzjoni fil-qortijiet tal-Italja ta' fuq: Forlì, Verona, Siena u għal darba oħra Arezzo. Għadda xi żmien Pariġi fejn kien jattendi l-università u fl-aħħar spiċċa Ravenna għand Guido de Polenta, fejn miet bil-malarja fil-lejl tat-13 jew l-14 ta' Settembru 1321, wara li kien ipprova għal xejn imur lura pajjiżu.

Il-qabar veru tiegħu, ordnat mill-kardinal Gonzaga fl-1780, qiegħed Ravenna, fil-pjazza San Francesco, fiċ-ċentru storiku tal-belt. S'issa l-Fjorentini għadhom jixtiequ jieħdu lura l-fdalijiet tiegħu biex iqegħduhom f'sarkofagu fiċ-ċenotafju, mibni minn Luigi de Cambray Digny bl-istatwi ta' Stefano Ricci, li nistgħu naraw fin-navi tal-knisja ta' Santa Croce ta' Firenze, imma Ravenna baqgħet tirrifjuta li tagħti lura 'l din il-belt il-ġisem ta' persunaġġ li keċċiet.

Is-snin tal-eżilju kienu għal Dante perjodu ta' attività intellettwali sfieqa. Fl-1303, ikkonċentra fuq il-kwistjoni tal-lingwa vulgari u kiteb fuqha trattat bil-Latin: De vulgari eloquentia. L-ewwel ktieb kien iddedikat għal-bidu tal-ilsna, u wara għall-analisi tad-djaletti differenti Taljani. Dante wasal għall-konklużjoni li l-ebda lingwa vulgari m'hi aħjar minn oħra. Għalhekk kien jittama li titwaqqaf lingwa vulgari waħda li setgħet tinfirex mal-peniżola Taljana kollha. Fit-tieni ktieb, Dante wera li lingwa vulgari imma kkurata tista' tintuża għas-suġgetti l-iżjed nobbli, u tista' tiġi applikata fl-istil traġiku.

Deher li fl-1305 Dante waqaf mill-kitba ta' De vulgari eloquentia mingħajr ma' lestiha, meta kien kiteb biss żewġ kotba mill-erbgħa li kienu ppjanati fil-bidu. Issa beda jipprattika l-ideat tiegħu billi tefa' ruħu fuq ix-xogħol monumentali tiegħu bid-djalett Toskan: Il Convivio. Fih is-suġġetti li s-soltu kienu jiġu ttrattati bil-Latin bħal: il-ġerarkiji tal-anġli, it-tifħir tal-filosofija u x-xjenza bħala t-triq għall-iżvilupp tal-bniedem, l-eżaltazzjoni tan-nobbiltà bħala valur intellettwali u morali li jikseb l-individwu, etc. Qisu Dante ħa f'idejh il-missjoni li jiftaħ il-bibien tal-kultura u tax-xjenzi antiki u kontemporanji għal numru ikbar. Barra minn hekk, ċerti passaġġi tal-Convivio għandhom l-għan li jiddefendu l-awtur mill-akkużi miġjubin kontra tiegħu. Jgħid fuq l-imrar li kellu f'qalbu minħabba li tkeċċa minn Firenze, belt twelidu li rabbietu fi ħdanha qabel tefgħetu 'l barra. Il Convivio fil-bidu kellu jkun fih ħmistax-il trattat, imma l-ewwel erbgħa biss inkitbu.

Dante reġa' dar għal-Latin biex jesprimi l-opinjonijiet politiċi tiegħu fit-trattat De Monarchia, miktub bejn l-1313 u l-1318. Forsi kienet il-mewt ta' Neriku VII fl-1313 li tagħtu l-idea li jikteb trattat ġdid. In fatti, mal-mewt tar-re għebet għal kollox kull tama li Dante xi jum jara l-awtorità imperjali terġa’ taħkem il-peniżola, għad-dannu tal-ħakma tal-papa. Fl-ewwel ktieb tat-trattat, Dante jfaħħar il-monarkija universali bħala sistema politika ideali biex tiggarantixxi l-paċi u, hekk l-hena tal-bnedmin. It-tieni ktieb jipprova juri li hu l-poplu Ruman li għandu jkollu l-awtorità suprema, għax hu bid-dritt l-eredi tal-Imperu Ruman, jiġifieri skont ir-rieda t'Alla, u mhux biss bil-forza. Fl-aħħar, it-tielet u l-aħħar ktieb jittratta r-relazzjonijiet bejn l-imperatur u l-papa, l-awtorità tat-tnejn ġejja minn Alla, imma kull wieħed għandu jeżerċitaha fil-qasam proprju tiegħu: il-qasam spiritwali għall-papa u l-qasam temporali għall-imperatur. It-trattat kien meqjus bħala eretiku u mqiegħed fuq l-indiċi tal-kotba projbiti fejn baqa' sal-1881.

Dante x'aktarx kien ukoll l-awtur ta' Quaestio de aqua et terra, trattat qasir li jipprova juri li l-isferi tal-ilma u tal-art m'humiex konċentriċi.

Barra mit-trattati, wiritna żewġ egloġi bil-Latin mibnija fuq il-manjiera ta' Virġilju li minn żogħżitu kien jammira bil-qalb. Dawn kienu risposti ndirizzati lil Giovanni del Virgilio li kien jgħallem ir-retorika fl-università ta' Bolonja u kien iċanfar lil Dante talli kien kiteb il-Kummiedja Divina bit-Toskan minflok bil-Latin.

Il-kollezzjoni ta' Le Rime li tiġbor fiha 54 biċċa hija tassew xogħol ta' sperimentazzjoni poetika. Minkejja li l-ġabra u l-organizzazzjoni ta' dawn il-kitbiet saru wara Dante, x'aktarx li hu kien l-awtur tal-parti l-kbira tal-poeżiji. Fost dawn il-kitbiet sperimentali, insibu r-rime petrose li tiġbor fiha żewġ għanjiet li jiddeskrivu ritratt ta' mara b'qalb tal-blat li ma jistgħux ma tjfakkruniex fil-poeżiji tal-trovaturi Provenzali.

Dante beda jikteb il-Kummiedja Divina mill-1306 u x'aktarx baqa' sejjer biha sa mewtu. Ix-xogħol fil-bidu kellu sempliċiment l-isem Commedia, imma wara, il-kummentaturi ewlenin tal-ktieb żiedu l-aġġettiv divina. Ix-xogħol jirrakkonta vjaġġ immaġinarju ta' narratur li jsib ruħu f'daqqa waħda ġo foresta mudlama. Hemm, jiltaqa' ma' Virġilju li jistiednu jidħol ġod-dinja ta' lil hemm. Dante jsegwiħ u jibda' d-dawra tiegħu b'żjara lill-infern u wara lill-purgatorju u fl-aħħar lill-ġenna. Il-vjaġġ sħiħ lil Dante ħadlu l-ġimgħa mqaddsa kollha tas-sena 1300. Immexxi minn Virġilju, niżel id-disa' ċrieki tal-infern, imbagħad tela' s-seba' terrazzi tal-purgatorju sal-ġenna tal-art u fl-aħħar tela' fid-disa' sferi konċentriċi tal-ġenna. Virġilju qdieh bħala gwida sal-bieb tal-ġenna, imma ma setax jidħol ġewwa miegħu għax billi kien twieled qabel il-miġja ta' Kristu, ma setagħx jibbenefika mill-Passjoni tiegħu. Għalhekk kienet Beatrice li ħaditu f'idejha u mexxiet 'l Dante fl-Empirew. Fetħet il-bieb tas-salvazzjoni, imbagħad San Bernard iggwida r-rakkontatur fil-Warda tal-Qaddisin sal-viżjoni suprema.

Ir-rakkont miktub fl-ewwel persuna, hu vjaġġ tassew innovattiv. Matulu, Dante jiltaqa' ma' xi mitt personalità, mill-figuri kbar mitiċi tal-antikità bħall-filosfi sal-personalitajiet lokali kontemporanji ta' Dante. Dan ix-xogħol monumentali nistgħu naqrawh f'bosta manjieri differenti, hu fl-istess ħin rakkont tal-vjaġġ personali ta' Dante, manwal teoloġiku nisrani li jiddeskrivi d-dinja ta' lil hemm, rumanz ta' valur etiku u morali u wkoll riflessjoni fuq it-tfittxija għas-salvazzjoni eterna. Parti mill-ġenju ta' Dante kien f'li kien jaf iħallat il-postijiet immaġinarji ma' esperjenzi konkreti. Minkejja li l-azzjoni ssir f'univers totalment metafiżiku, Dante kien jaf jiddeskrivi dawn l-imkejjen b'mod iddettaljat u jagħnihom b'ħafna realiżmu waqt li għammarhom b'dawn il-figuri kollha famużi u m'humiex. Fl-aħħar ta' vjaġġ għani imma iebes, is-salvazzjoni mogħtija lin-narratur hu messaġġ ta' tama għall-umanità kollha: il-wegħda tas-salvazzjoni għal kulħadd.

I|l-ħajja u x-xogħol ta' Dante kellhom influwenza determinanti fuq it-tiswir tal-identità Taljana u b’mod ġenerali fuq il-kultura moderna. Hemm għadd kbir ta' kittieba u intellettwali li użaw u jkomplu jużaw il-Kummiedja u x-xogħlijiet l-oħra Danteski bħala għajn ta' ispirazzjoni tematika, lingwistika u espressiva. Hawn nagħtu ftit minhom.

Letteratura Taljana tas-seklu 20:

Letteratura dinjija tas-seklu 20:




#Article 166: Adrian Grima (245 words)


Adrian Grima twieled fl-1968 u huwa attivist, kittieb, poeta kif ukoll għalliem tal-letteratura Maltija fl-Università ta' Malta. Speċjalizza fil-metafora u l-preżenza tal-Mediterran fil-letteratura Maltija, żewġ suġġetti li jgħallem fil-Fakultà ta' l-Arti. Kiseb id-Dottorat, taħt is-superviżjoni tal-Professur Joseph A. Buttigieg u l-Professur Oliver Friggieri, b'teżi dwar ħames metafori li sawru l-immaġinarju nazzjonali fil-letteratura Maltija.

F'Mejju ta' l-2005, Dr. Grima nħatar Kap tal-Kumitat Tekniku għal-Letteratura mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti u ħa ħsieb l-organizzazzjoni ta' l-ewwel Festival Internazzjonali tan-Novella li sar f'Diċembru. F'Novembru ta' l-istess sena, mexxa simposju Ewropew dwar il-promozzjoni internazzjonali tal-letteratura li sar f'Malta organizzat minn Inizjamed u Literature Across Frontiers. Adrian Grima huwa l-koordinatur ta' l-inizjattiva kulturali Mediterranja Inizjamed, organizzazzjoni li waqqaf flimkien ma' oħrajn fl-1998.

Fl-1999 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu It-Trumbettier, ġabra ta' poeziji bil-Malti, flimkien mat-traduzzjonijiet tagħhom bl-Ingliż. B'an il-ktieb Grima rnexxielu jasal fit-tieni post fil-Premio Tivoli Europa Giovani għal kotba ta' poeżija ppubblikati fl-Ewropa fl-1999. F'Diċembru ta' l-2005 ippubblika The Tragedy of the Elephant, ġabra ta' poeżiji tradotti għall-Ingliż, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in Translation. It-tieni ktieb ta' Dr. Grima ħareġ f'Mejju, 2006 u jismu Rakkmu, isem imnebbaħ minn poeżija li tinsab fil-kollezzjoni stess. Dan il-ktieb huwa kollezzjoni ta' poeżiji miktuba bejn l-1995 u l-2005.

Uħud mill-poeżiji tiegħu dehru f'pubblikazzjonijiet fl-Italja, Franza, Ċipru, l-Iżrael, l-Olanda, l-Awstrija, il-Ġermanja, u Korsika, u qara x-xogħlijiet tiegħu f'Malta, Belfast, Ċipru, Delfi, Katanja, Ruma u l-Ħag.

Dr. Grima huwa l-editur ta' bosta kotba ta' letteratura kontemporanja bil-Malti. Ipproduċa u ppreżenta wkoll għadd ta' programmi fuq ir-radju.




#Article 167: Maria Grech Ganado (235 words)


Maria Grech Ganado  (Ħal Lija, 1943) hi poetessa bilingwi (Malti u Ingliż) Maltija.

Hija bint Dr Walter Ganado u għalhekk neputija ta' Dr Herbert Ganado, l-awtur ta' Rajt Malta Tinbidel. Biex titħabbar it-twelid ta' Maria lil Dr Herbert Ganado li kien internat inġustament fl-Uganda, peress li ma setgħux jibgħatulu telegrammi, minflok bagħtulu lira f'isem Maria u fehem li kienet twieldet l-ewwel neputija tiegħu. 

Studjat fl-universitajiet ta' Malta, Cambridge u Heidelberg. Kienet l-ewwel mara Maltija li nħatret full-time lecturer fl-Università ta' Malta fl-1971. Iżżewġet fl-1972 lil Louis Grech u għandha tlett itfal, fosthom Xandru Grech. Fl-1995, wara waqfa ta' iżjed minn 20 sena, reġgħet bdiet tgħallem sakemm irtirat fi Frar ta' l-2003. 

Maria hija poetessa bilingwi; tikteb kemm bl-Ingliż u bil-Malti. Il-poeżiji Ingliżi tagħha ġew ippubblikati f'rivisti prestiġjużi fl-Ingilterra u l-Awstralja. Ħarġet erbgħa ġabriet ta' poeżiji bil-Malti, Iżda Mhux Biss (1999), li rebaħ il-Premju Letterarju fis-sena 2000, Skond Eva (2001) u Fil-Ħofra Bejn Spallejha (2005) u Taħt il-Kpiepel t'Għajnejja (2014). Uħud mill-poeżiji tagħha jidhru wkoll f'antoloġiji Maltin kif ukoll Taljani, Franċiżi, Spanjoli, Litwani, Ceki u oħrajn . Fis-sena 2000 ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Grech Ganado kitbet ukoll poeżija ferm populari li jisimha Jum San Valentin. Din il-poeżija hija ddedikata lill-maħbub tagħha li ttradiha u hi kellha issofri ċerta konsegwenzi minħabba dan it-tradiment. Jum San Valentin hija poeżija li bħalissa hawn ħafna studenti li qegħdin jitgħallmuha fl-iskejjel sekondarji. Monografija tal-poeżiji tagħha hi studjata wkoll għall-Livell Avvanzat tal-Matsec.




#Article 168: Norbert Buġeja (331 words)


Norbert Bugeja twieled is-Siġġiewi fl-1980. Huwa għallem il-letteratura Ingliża u l-kritika letterarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela ta' l-Università ta' Malta u ħadem bħala ġurnalist. Kiteb il-lirika għal diversi kanzunetti tal-grupp Etnika u kien attiv fl-organizzazzjoni kulturali Inizjamed sa mill-bidunett taghha. Għal ħames snin kien l-editur letterarju tal-gazzetta IL-GENSillum.

Ix-xogħlijiet letterarji tiegħu kisbu popolarità fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' qarrejja Maltin u dehru f'għadd ta' antoloġiji, ġabriet, ġurnali letterarji (fosthom 'Cadences', ġurnal letterarju ta' l-Università ta' Ċipru) u programmi tar-radju u t-televiżjoni. Qara x-xogħlijiet tiegħu f'għadd ta' festivals letterarji.

Il-poeżija ta' Norbert Buġeja taħfen l-aspetti varji ta' l-urbanità kontemporanja u tagħmel dan b'idjoma għal kollox friska fil-letteratura ta' Malta. Buġeja kontinwament ifittex is-sbuħija fl-ambjenti li ħoqna b'idejna: l-ibliet li fihom tinħma ħjjitna ta' kuljum. L-ibliet li nafu jew ma nafux bihom, it-toroq imdella li nibżgħu minnhom, il-pjazez li niskartaw jew li nfittxu biex nagħmlu frattarija, il-ħwienet fejn ninnegozjaw magħna nfusna, il-bars fejn nidħlu nsegwu lil ħajjitna tixjieħ u tintelaq minn grokk għal grokk. 

Buġeja jfittex metafora ġdida għal-letteratura Maltija, miktuba fi xbihat oriġinali u b'reqqa kbira fit-teknika letterarja, fil-metrika, r-ritmu u l-prosodija. Jinsisti fuq il-modi differenti kif il-poeżija 'tasal' ghand l-udjenza meta tinqara, u ghaldaqstant ifittex li janima l-qari ta' xogħlijietu b'mod li jinvolvi lil min ikun qiegħed isegwi l-poeżija f'intimità akbar max-xogħol.

Norbert Bugeja iggradwa b'summa cum laude fil-Baċellerat u b'Distinction fil-Masters fil-letteratura Ingliża mill-Università ta' Malta. Bħalissa qiegħed iħejji d-dottorat fil-letteratura Ingliża u l-postkolonjaliżmu fl-Ingilterra. L-ewwel ġabra ta' xogħlijiet tiegħu kienet Stay, Fairy Tale, Stay - memoirs of a City Cast Adrift (Midsea Books, 2005. Trad. Maria Grech Ganado). 

Ippubblika għadd ta kitbiet kritiċi u qara diversi papers f'konferenzi akkademiċi, fosthom fl-Istitut Mediterranju u fid-Dipartiment ta' l-Ingliż fl-Universita ta Malta. Fl-2005 qara x-xogħol tiegħu fil-Konferenza EACLALS (European Association for Commonwealth Language and Literature Studies). Il-ġabra l-ġdida ta' poeżiji tiegħu bil-Malti (kitbiet li pproduċa fil-perjodu 1999-2006) mistennija tkun ippubblikata dalwaqt.

F'kumment tieghu dwar il-poeżija ta' Buġeja, Albert Marshall iddeskrivih bħala poeta ewlieni li qed jgħaqqad il-pont tal-poezija Maltija mas-seklu wiehed u ghoxrin.




#Article 169: Clare Azzopardi (116 words)


Clare Azzopardi (5 ta' Lulju, 1977) hija awtriċi Maltija.

Hija temmet l-istudji tagħha fl-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta fl-1999.  Fl-2002 bdiet l-istudji tagħha tal-Masters mal-, l-Ingilterra. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-.

Il-poeżiji u l-istejjer qosra tagħha dehru f'diversi antoloġiji. Il-kitba tagħha nqalbet għall-Ingliż u dehret fIn Focus, Transcript, Words without Borders, West 47, Lettre International (Ungerija) and Kulturas Forms. Fl-2005, Azzopardi ippubblikat Others, Across, żewġ stejjer qosra li nqalbu għall-Ingliż u fl-2006 ippubblikat ġabra ta' novelli, Il-Linja l-Ħadra (The Green Line). Kitbet ukoll, fost testi oħrajn, In-Nisa Jafu Kif, Pretty Lisa u L-Interdett Taħt is-Sodda li nqaleb għall-Franċiż (Éditions Théatrales) u għall-Għarbi (I-ACT).

Ħadet sehem f'diversi festivals letterarji fosthom il-, l-Indja u l-Vrisak Festival ġewwa , il-Kroazja. 




#Article 170: Russja (418 words)


Ir-Russja  (Russu: Россия), magħrufa uffiċjalment bħala l-Federazzjoni Russa (Russu: Российская Федерация), hi pajjiż fit-tramuntana tal-Ewroasja. Hija repubblika federali semi-presidenzjali, li tinkludi 83 suġġett (diviżjoni) federali. Mill-majjistral għal-lbiċ, ir-Russja taqsam fruntiera man-Norveġja, il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja (it-tnejn ma' Kaliningrad Oblast), il-Bjelorussja, l-Ukrajna, il-Ġeorġja, l-Ażerbajġan, il-Każakistan, iċ-Ċina, il-Mongolja, u l-Korea ta' Fuq. Ir-Russja taqsam ukoll fruntiera marittima mal-Ġappun madwar il-Baħar ta' Okhotsk, u l-Alaska madwar l-Istrett Bering. Bi 17,075,400 kilometru kwadru (6,592,800 mi kw), ir-Russja hija l-akbar pajjiż fid-dinja u tkopri aktar minn 12.5% miż-żona tal-art abitata tad-Dinja. Ir-Russja hija wkoll l-aktar nazzjon popolat b'143 miljun ruħ (2012). Testendi mal-Asja tat-Tramuntana kollha u hi mifruxa fuq disa' żoni tal-ħin. Ir-Russja tinkorpora firxa wiesgħa ta' ambjenti.

L-istorja tan-nazzjon bdiet b'dik tas-Slavi tal-lvant, li ħarġu bħala grupp li jintgħaraf fl-Ewropa bejn is-seklu 3 u 8 QK. L-istat medjevali ta' Rus' twaqqaf fis-seklu 9 mill-gwerriera Varanġjani u d-dixxendenti tagħhom li komplew imexxuh. Fis-sena 988, l-istat adotta il-Kristjaneżmu Ortodoss mill-Imperu Biżantini, u hekk bdiet is-sintesi ta' kulturi Biżantini u Slavi li ddefiniet il-kultura Russa għall-millenju li jmiss.Fl-aħħar, Rus' imqasam  f'numru ta' stati żgħar; Il-parti l-kbira mill-artijiet ta' Rus' invażjawhom il-Mongoli u saru tributarji tan-nomadiċi Orda tad-Deħeb. Bilmod, il-Gran Dukat ta' Moska rriunifika l-prinċipalitajiet Russi ta' madwar. B'hekk inkisbet l-indipendenza mill-Orda tad-Deħeb, u beda jiddomina l-wirt kulturali u politiku ta' Rus' ta' Kiev. Sas-seklu 18, in-nazzjon kien kiber ħafna permezz ta' konkwisti, annessjonijiet, u esplorazzjoni u sar l-Imperu Russu, li kien it-tielet l-akbar imperu fl-istorja, jibda mill-Polonja fl-Ewropa sal-Alaska fl-Amerika ta' Fuq.

Wara r-Rivoluzzjoni Russa, ir-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa saret l-akbar kostitwent li twassal għall-Unjoni Sovjetika, l-ewwel stat soċjalist kostituzzjonalment fid-dinja u superpotenza rikonoxxuta, li kellha rwol deċiżiv fir-rebħa alleata fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-era Sovjetika rat xi wħud mill-aktar kisbiet teknoloġiċi sinifikanti fis-seklu 20, inkluż l-ewwel bniedem li mar fl-ispazju. Il-Federazzjoni Russa saret l-istat suċċessur tar-RSFS Russa wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika fl-1991, u hija rikonoxxuta bħala l-personalità legali kontinwa tal-Gvern tal-Unjoni Sovjetika.

L-ekonomija Russa hija klassifikata t-tmiem l-akbar mill-PGD nominali u s-sitt l-akbar mix-xiri tal-parità tas-saħħa. Il-minerali estensivi u r-riżorsi tal-enerġija tar-Russja, huma l-akbar riżervi fid-dinja, kif ukoll għandhom wieħed mill-akbar produtturi taż-żejt u gass naturali globalment. Ir-Russja hija wieħed mill-ħames pajjiżi li għandhom l-istati tal-armi nukleari rikonoxxuta u jippossjedu l-akbar ħażna ta' armi tal-qerda tal-massa. Ir-Russja hija qawwa kbira u membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u membru tal-G8, tal-G20, tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku, tal-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai, tal-Komunità Ekonomika Ewrasjana, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u hija wkoll il-membru prinċipali tal-Istati Indipendenti tal-Commonwealth.




#Article 171: Enrico Mizzi (1156 words)


Enrico Mizzi, magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi (Valletta, 20 ta' Settembru, 1885 – Valletta, 20 ta' Diċembru, 1950) kien politiku Malti li għal ftit serva bħala Prim Ministru ta' Malta. Hu jibqa' l-uniku Prim Ministru li miet fil-kariga, fl-età ta' 65 sena. Kien ukoll l-inqas wieħed li dam Prim Ministru, tliet xhur biss. Kien Kap tal-Partito Democratico Nazionalista l-ewwel u tal-Partito Nazionalista (il-Partit Nazzjonalista tal-lum il-ġurnata) sa mewtu. 

Enrico Mizzi kien iben dak li sejħulu Pater Patriae (Padre della Patria jew Missier il-Patrija) jiġifieri Fortunato Mizzi u Maria Sofia Fogliero de Luna. Missieru kien avukat Għawdxi iben Maġistrat Għawdxi, waqt li ommu kienet mara ta' nazzjonalità Taljana li kienet residenti f'Malta. Fortunato Mizzi miet, fost niket kbir, fl-1905 meta ibnu Nerik kien għad kellu 19-il sena.

Missier Nerik, Fortunato Mizzi, kien patrijott u nazzjonalista kbir. Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi fil-Partito Nazionale (imsejjaħ ukoll Partito Anti-Riformista) ta' Fortunato Mizzi l-antenat politiku ta' dak li kellu jsir il-Partit Nazzjonalista. F'dik l-epoka fejn l-awtoritajiet Imperjali Ingliżi ma kinux idumu jaħsbuha biex jippersegwitawk għal dak li tgħid u tistqarr.

Kienet omm Nerik Mizzi, jew in-nazzjonalità Taljana tagħha, li l-aktar tat problemi lil Nerik Mizzi. Bosta kkunsidraw lil Enrico Mizzi bħala estremista fl-attakkament tiegħu għal-lingwa u l-kultura Taljana ta' Malta. Fil-fatt, bosta kienu jiddeskrivu lil Nerik Mizzi bħala estremista, radikali, idealista, irredentista, Faxxista u saħansitra traditur. L-ewwel erba' aġġettivi kienu jingħadu saħansitra minn bosta Panzavecchiani, li kienu kkunsidrati bħala nazzjonalisti moderati. 

Minkejja li kien studja l-liġi fl-Università ta' Ruma u ta' Urbino, Nerik bilkemm qatt ipprattika l-professjoni legali tiegħu. Huwa kien iħossu aktar miġbud lejn il-politika u l-ġurnaliżmu – li għalihom baqa' magħruf sal-lum il-ġurnata. Il-karriera politika tiegħu tista' tgħid li bdiet f'Novembru tal-1915 meta ħareġ bħala kandidat għal Għawdex – fejn ingħata appoġġ liema bħalu. F'ħidmitu ħadem bis-sħih biex jikseb Kostituzzjoni liberali mill-Ingliżi.
 
F'Mejju tal-1917 ġie arrestat f'daru stess u intbagħat għal sena l-ħabs – liema sentenza inbidlet mill-Gvernatur Methuen f'tbeżbiża serja, minflok ħabs. Waqt l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali, Nerik Mizzi ġie nominat u maħtur Segretarju tal-Assemblea b'vot unanimu. 

Fl-1921 Nerik ifforma l-Partito Democratico Nazionale, li fl-istess sena tella' erba' kandidati fuq Għawdex. Wara l-elezzjonijiet tal-1924 il-partit ta' Nerik ifforma gvern ta' koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese. Fl-1926 dawn iż-żewġ partiti ingħaqdu u saru il-Partito Nazionalista – liema partit eventwalment spiċċa jmexxi  fl-1942.

Mizzi kien magħruf bħala “cavaliere senza macchia e senza paura” – kavallier bla tebgħa u bla biża'. Hu baqa' magħruf għall-patrijottiżmu u nazzjonaliżmu tiegħu, fi żmien fejn Malta kienet taħt il-ħakma Ingliża li kienu jikkuntrastaw mal-kultura nazzjonali Maltija, l-identità xi ftit jew wisq Taljana, il-lingwa Taljana f'Malta u reliġjon Kattolika Rumana. L-imperu kien wieħed fil-maġġoranza tiegħu Protestant, u bosta Nazzjonalisti kienu jemmnu li b'xi mod dawn jinfiltraw din ir-reliġjon f'Malta wkoll, li dak iż-żmien kienet meqjusa bħala “cattolicissima”.  

Mizzi kien qal hekk: Għamiltuli t-tessera, grazzi. Issa la għoġobkom tonorawni, ftakru li l-unur tiegħi kien fil-valuri tiegħi mhux fiċ-ċerimonji. Il-protokoll u ċ-ċerimonji qatt ma kienu l-forte tiegħi. Il-forte tiegħi kienu l-valuri u l-prinċipji, ir-ruħ Nazzjonalista.
 

Mizzi u sħabu kienu jaħsbu li l-Ingliżi riedu jaqtgħu lill-Maltin mill-Ewropa f'kull settur sabiex ikunu jistgħu jikkontrollawh aħjar. Dan kien jinkludi l-proċess biex ikisser il-lingwa Taljana f'Malta, li kienet ilha f'Malta għal bosta sekli f'kull qasam tal-ħajja Maltija. L-Awtoritajiet Imperjali, skont il-Keenan Report li kien ikkummissjonat mill-istess Awtoritajiet Imperjali, bdew jaraw kif il-lingwa Maltija terġa' ssir djalett tal-Għarbi klassiku fi stat pur – u b'hekk jitneħħa kull element rumanz li kien fiha. 

Din kienet biss waħda fost il-proposti kulturali li riedet lill-Maltin eqreb tal-Ingliżi u aktar ‘il bogħod mit-Taljani – kulturalment, lingwistikament u anke politikament. Huwa permezz ta' din il-perspettiva li wieħed jista' jifhem għaliex Mizzi kien magħruf bħala “kavallier bla biża'”, hekk kif kull affinità mat-Taljani kienet meqjusa bħala theddida għall-Imperu Ingliż.

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ, tal-Agrikultura, tas-Sajd, tal-Posta u tal-Edukazzjoni. 

Fit-30 ta' Mejju tal-1940 filwaqt li Mizzi kien il-Malta Printing Press, ġie arrestat u miżmum fil-Fortizza tas-Salvatur. Fi Frar tal-1942, il-Gvernatur Dobbie ħarreġ warrant illegali għad-diportazzjoni ta' 47 Maltin għall-Uganda – fosthom kien hemm Nerik Mizzi wkoll. Waqt l-eżilju tiegħu, Mizzi kien jagħmel dak li jista' biex iżomm aġġornat mas-sitwazzjoni politika f'Malta. Huwa żamm f'kuntatt mal-Membri Nazzjonalisti Eletti l-oħra tal-Kunsill tal-Gvern – Ġorġ Borg Olivier u Giuseppe Schembri.

 
Il-grupp reġa' ddaħħal f'Malta fit-8 ta' Marzu tal-1945, fejn Nerik ma tilef l-ebda minuta u reġa' qabad bil-ħidma politika tiegħu billi jattendi s-Seduta tal-Kunsill fil-15 ta' Marzu. Malli wasal lura, Nerik fittex li jorganizza lill-Partit Nazzjonalista mill-qiegħ. L-ideoloġija tal-Partit Nazzjonalista, l-appoġġ li dan kellu għal-lingwa u għall-kultura Taljana ta' spiss kienet tintuża kontrih minn dawk li kienu jopponuh. Il-gazzetti ta' Strickland, magħruf bħala l-għadu ta' Mizzi kienu jpinġu lil Mizzi bħala traditur, bħala individwu b'simpatija lejn l-Italja Faxxista. 

Ħames snin wara, f'Settembru tal-1950 Nerik Mizzi sar il-Prim Ministru ta' Malta – liema kariga damet biss tliet xhur, hekk kif fl-20 ta' Diċembru tal-1950, Mizzi miet fir-residenza tiegħu fil-Belt Valletta. 

Enrico Mizzi, fuq is-sodda tal-mewt, qal testwalment dawn il-kliem, bil-lingwa Taljana: Chiedo perdono a Dio di tutti i miei peccati. Se questa è la Sua volontà, io accetto volentieri la morte . Dite a tutti che ho fatto sempre il mio dovere e ho la coscienza tranquilla di aver fatto tutto per la Patria. Perdono a tutti come voglio che tutti perdonino a me.

Wara dik il-frażi, dar fuq ibnu, illum il-Mons. Fortunato Mizzi fundatur tal-Moviment Azzjoni Soċjali, u qallu dejjem bit-Taljan: Abbi cura di mamà, combatti per la Religione e per la Patria. (“Ħu ħsieb lil ommok, u ġġieled għar-reliġjon u għall-patrija.”)

Wara l-mewt tal-Prim Ministru Nerik Mizzi, kienet saret seduta tal-Parlament f'ġieħu, li fiha taw l-eloġji tagħhom il-Prim Ministru ġdid Ġorġ Borg Olivier, Pawlu Boffa u Dom Mintoff. Mintoff kellu kliem ta' tifħir għal Nerik Mizzi, fejn fost l-oħrajn talab li ebda bniedem ma jħammġu fil-futur. Mintoff qal hekk dwar Mizzi: ...ahna sibnieh dejjem avversarju nadif, mingħajr odju, mingħajr vendetta...Kien bniedem li wera bil fatti illi l-ideal tiġġieled għalih mhux biss meta r-riħ ikun jonfoħ favur tiegħek imma wkoll fit-tempesti, ukoll fin-niket u fl-għawġ...huwa qatt ma biddel l-opinjonijiet tiegħu imma baqa' ta' karattru sod, baqa' Malti, l-aqwa fost il-Maltin.

Karmenu Mifsud Bonnici jgħid li l-ewwel wieħed li qam joħodlu b'idejh u jifraħ lil Mintoff fis-Sala tal-Arazzi fil-Palazz fejn kien jiltaqa' il-Parlament kien Robbie Borg Olivier, ħu Ġorġ Borg Olivier, li kien għadu kif sar Prim Ministru. 

Nhar id-19 ta' Settembru 1985, Eddie Fenech Adami qal li, Il-karattru u l-valuri ta' Nerik Mizzi jpoġġuh f'livell li għandhom ikunu l-ispirazzjoni tal-Partit Nazzjonalista f'kull żmien għaliex għandhom bażi dejjiema.

Nhar id-19 ta' Diċembru 2010, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi sejjaħlu l-patrijott tal-valuri u l-valuri tiegħu jitqassru fil-motto Nazzjonalista 'Religio et Patria'.

Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill-ewwel żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll biex tamministra l-propjetà, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi.

Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tagħha huwa Richard Muscat, tikkonverti d-dar ta' Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mużew tal-istorja politika f'Malta.




#Article 172: Ideoloġija (267 words)


Il-kelma ideoloġija wettqet l-introduzzjoni tagħha fil-lingwa Maltija permezz ta' l-influss ta' vokabolarju Taljan fl-istess lingwa. Di fatti però l-kelma ideoloġija mhix oriġinarjament Taljana iżda ġiet introdotta mill-filosofu Franċiż Antoine Destutt de Tracy (1754-1836) li uża l-kelma idéologie, li jerġa' hija komposta minn verżjoni Franċiża tal-Grieg idea u s-suffiss Grieg logia. B'hekk ikollna l-kelma effettivament Griega ideologia li hawnhekk hija miktuba bi skritt Latin.

Ġeneralment ideoloġija tirreferi għal sistema konċettwali ta' ideat, suppost internament koerenti, li jispjegaw fost l-oħrajn il-prinċipji u l-pedamenti fil-kuntest ta' ideat u jwasslu għall-miri definiti jekk applikati korrettament. L-ideoloġija, in teorija, tispeċifika l-miri u tispira l-mezzi. Tagħti wkoll limiti ta' azzjoni b'mod ġenerali u għal kwistjonijiet partikolari, u bażikament isservi biex tiggwida l-operat ta' min iħaddanha.

Spiss, ideoloġija u ideoloġija politika huma ikkunsidrati sinonimi, iżda anke jekk bħala drawwa meta ngħidu ideoloġija nassoċjawha direttament mal-politika, jista' ikun hemm ideoloġiji mhux politiċi u anke ideoloġiji li mhux komplessi.

L-ideoloġija hija għodda teoretika utli sabiex wieħed jagħraf jikklassifika ħsieb minn ieħor u speċjalment gruppi ta' ideat assoċjati ma' xulxin f'ideoloġija. Għaldaqstant, l-ideoloġija hija għodda klassifikatorja f'sens passiv iżda kapaċi tkun mezz ta' kif jittrawmu ideat ġodda u ideoloġiji ġodda.

Spiss min jgħid li jħaddan ideoloġija, ma jagħmilx dan b'mod ortodoss u puritan u dan joħloq kunflitti meta mhux biss wieħed iħaddan ideoloġija iżda meta jabbina magħha tikketta li kapaċi ma tapplikax għal ċertu ideat imħaddnin.

Ħafna wkoll iħaddna ideoloġija u lanqas ikunu jafu biha għax ma jkunux ħasbu b'mod strutturali, xjentifiku u għaldaqstant klassifikatorju fil-konfront tal-ħsieb tagħhom.

L-ideoloġiji huma rifless u anke fonti tal-ħsieb ta' kull wieħed minnha, anke dawk li m'għandhomx jew ma jridux ideoloġija.




#Article 173: Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri (111 words)


Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri huwa ktieb ta' poeżiji bil-Malti ta' Immanuel Mifsud li ħareġ fl-2001. Dan il-ktieb huwa ġabra ta' sittin poeżija miktuba bejn l-1989 u l-2001. Id-diżillużjoni bl-imħabba titħallat ma' l-imħabba tas-sabiħ, iċċelebrata l-aktar fil-versi erotiċi.

Anki hawn jinstab il-vjaġġ bħala tema ċentrali, bil-kittieb li jsir il-pellegrin fi tfittixija għal xiħaġa mhijex magħrufa.

Minkejja l-kulur u l-ġmiel, xi poeżiji joħorġu fid-deher aspetti aktar negattivi tal-ħajja tal-kittieb. 

Xi wħud minn dawn il-poeżiji kienu tradotti għall-Ingliż minn Maria Grech Ganado, u nqalbu wkoll għall-Katalan, għas-Slovakk u s-Sloven, fejn inqraw f'festivals tal-poeżiji f'dawn il-pajjiżi.

Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri ta' Immanuel Mifsud ġie fit-tieni post għal-Premju Letteraju ta' l-2002. Dakinhar, l-ewwel premju ma ngħatax.




#Article 174: Michel Foucault (144 words)


Michel Foucault (15 t'Ottubru, 1926 – 25 ta' Ġunju, 1984) kien filosfu Franċiż li kien jokkupa siġġu fil-Collège de France, li huwa stess intitola L-Istorja tas-Sistemi tal-Ħsieb. Il-kitbiet tiegħu kellhom impatt enormi fuq xogħlijiet oħra: l-influwenza ta' Foucault kienet testendi mill-umanitajiet u x-xjenzi soċjali, sa oqsma ta' studju applikat u professjonali.

Foucault huwa magħruf l-aktar għall-kritiċi tiegħu ta' bosta istituzzjonijiet soċjali, l-iktar il-psikjatrija, mediċina, u s-sistema tal-ħabs, kif ukoll għat-teoriji tiegħu dwar l-istorja tas-sesswalità. It-teoriji ġenerali tiegħu li jirrigwardaw il-poter u r-relazzjoni bejn il-poter u l-għerf, kif ukoll l-ideat tieghu riward id-diskors b'relazzjoni ma' l-istorja tal-ħsieb tal-Punent, ġew diskussi u applikati estensivament. Foucault kien ukoll kritiku ta' l-identitajiet implikati mis-soċjetà, mill-identità ta' raġel/mara u l-omosesswalità sa dik kriminali u ta' attivisti politiċi. It-teoriji ta' Foucault dwar l-identità huma spjegati bl-osservazjoni tiegħu illi l-identità omosesswali uriet progress matul is-snin minn att implikat sa identità implikata.




#Article 175: Gwerra Anglo-Żanżibarjana (276 words)


Il-Gwerra Anglo-Żanżibarjana kienet miġġielda bejn ir-renju Unit u Żanżibar fis-27 t'Awwissu 1896. B'ħin kumplessiv ta' 45 minuta biss, din il-gwerra għandha r-rikordju tal-iqsar gwerra fl-istorja.

Il-gwerra faqqgħet wara li s-Sultan Hamad bin Thuwaini, li bil-qalb kollha kien qiegħed jikkoopera mal-amministrazzjoni kolonjali tal-Brittanja, miet fil-25 t'Awwissu, u n-neptui tiegħu, Khalid bin Bargash, ħataf il-poter b'kolp ta' stat. Il-Britanniċi kienu jappoġġjaw kandidat ieħor, Hamud bin Muhammed, għax kienu jemmnu li setgħu jaħdmu u jmorru tajjeb miegħu, u b'hekk taw ultimatum lil Bargash biex jabdika. Bargash irrifjuta u minflok għaqqad armata ta' madwar 2,800 ruħ flimkien mal-jott armat tas-Sultan, l-H.H.S. Glasgow li kien ankrat fil-port. Filwaqt li t-truppo ta' Bargash bdew jiffortifikaw il-palazz, il-Marina Rjali ġabret ħames vapuri tal-gwerra fil-port qudddiem il-palazz (tliet krużers moderni, l-Edgar class krużer armat HMS St George, il-Pearl class krużer protett HMS Philomel, l-Archer class cruiser HMS Racoon, u żewġ gunboats HMS Thrush; HMS Sparrow). Il-Britanniċi wkoll kellhom gruppi ta' Marini Rjali biex jagħtu s-support lill-armata regolari lealista ta' Żanżibar, li kienet tammonta għal 900 ruħ f' żewġ battaljuni mmexxija mill-Ġeneral Lloyd Mathews, li għamel żmien bħala logutenen tal-Marina Rjali.

Allavolja s-Sultan fl-aħħar, iddeċieda li jinneggoza l-paċi permezz tar-rappreżentant tal-Istati Uniti li kien hemm fuq il-gżira, il-vapuri tal-Marina Rjali fetħu n-nar fuq il-palazz fid-9 ta' filgħodu tas-27 t'Awwissu, hekk kif għalaq l-ultimatum. Il-Glasgow ġie mgħarraq fi ftit ħin, u l-palazz waqa'. Kif ra hekk, Bargash irtira malajr lejn il-konsulat Ġermaniż fejn ingħata asylum. Il-bumbardament waqaf wara 45 minuta.

Il-Britanniċi ordnaw lill-Ġemaniżi biex jagħtuhom jeħilsu lis-sultan tagħhom, iżda dan irnexxielu jaħrab bil-baħar fit-2 t'Ottubru. Huwa baqa' jgħix f'eżilju f'Dar es Salaam sakemm inqabad mill-Britanniċi fl-1916. Wara ngħata l-permess biex jgħix f'Mombasa, fejn eventwalment miet fl-1925.




#Article 176: Mikhail Gorbachev (223 words)


Mikhail Sergeyevich Gorbachyov (Russu: Михаи́л Серге́евич Горбачёв), (magħruf l-aktar bil-verżjoni Ingliża ta' Gorbachev), twieled fit-2 ta' Marzu 1931 u kien il-mexxej ta' l-Unjoni Sovjetika mill-1985 sa l-1991. It-tentattivi tiegħu għall-riformi waslu għall-tmiem il-Gwerra Bierda, kif ukoll ikkawżaw tmiem is-supremazija politika tal-Partit Komunista ta' l-Unjoni Sovjetika, (PKUS) u x-xoljiment ta' l-Unjoni Sovjetika. Ġie mogħti l-Premju Nobel għall-Paċi fl-1990

Mikhail Gorbachyov, li tela' fil-poter f'Marzu ta' l-1985, fl-età ta' 54 sena, kien l-aktar mexxej b'talent u dinamiku li r-Russja kienet rat għall-ħafna snin. Kien determinat li jbiddel u jerġa' jagħti l-ħajja lil pajjiż wara s-snin sterili wara l-waqgħa ta' Krushchev. Hu kellu f'moħħu li jagħmel dan billi jimmodernizza lil Partit Komunista bl-ideat ġodda ta' glasnost (ftuħ) u perestroika (ristrutturar - ekonomiku u soċjali).

Dan il-ħsieb ġdid mal-ewwel ħalla impatt fuq il-politika barranija, b'inizjattivi ġodda għal dètente, relazzjonijiet maċ-Ċina, tluq mill-Afganistan u fl-aħħar it-tmiem tal-Gwerra Bierda lejn l-aħħar ta' l-1990.

Gorbachyov wera biċ-ċar x'kien ħażin fl-Unjoni Sovjetika, f'diskors li għamel waqt Konferenza tal-Partit fl-1988. Hu qal li s-sistema kienet wisq ċentralizzata u għalhekk ma ħallietx spazju għall-inizzjattiva individwali lokali. Kienet ibbażata kompletament fuq kontroll u tmexxija mill-istat u indirizzata wisq lejn id-difiża u industriji kbar u b'hekk kien hemm nuqqas ta' ġid lejn il-konsumatur.

Gorbachyov ma riedx itemm il-Komuniżmu; ried ibiddel is-sistema preżenti, li kienet għada wisq Stalinista, ma waħda soċjalista li kienet umana u demokratika.




#Article 177: The Beatles (149 words)


The Beatles kienet band popolari tas-sittinijiet. Il-membri tal-band kienu John Lennon, Paul McCartney, George Harrison, u Ringo Starr. L-oriġini tal-band kienu f'Liverpool, l-Ingilterra. 

Il-band eventwalment saret popolari mad-dinja kollha, u jitqiesu bħala waħda mill-iktar bands influwenti fl-istorja tal-mużika. Għall-bidu Alan Williams kien il-maniġer tagħhom, u iktar 'il quddiem postu ħadu Brian Epstein. George Martin kien il-produttur ta' bosta mill-albums tagħhom.

Kellhom 13-il album u numru ta' films. Biegħu il-fuq minn biljun (1,000,000,000) rekord, inklużi albums u singles.

Fl-1970, l-istress u l-fama għamlu tagħhom u The Beatles sfaxxaw u ma baqgħux idoqqu iktar flimkien. L-erbgħa li huma iżda, bdew karrieri ta' solisti. John Lennon ġie assassinat fl-1980, imma t-tliet Beatles l-oħra ingħaqdu fis-snin 1990 u ħarġu żewġ rekords oħra. Dawn kienu Free As A Bird u Real Love. Il-vuċi ta' John intużat f'dawn id-diski, għaliex il-Beatles l-oħra żiedu l-mużika fuq xi wħud mit-tejpijiet antiki tiegħu.

Xi diski popolari tal-Beatles huma:




#Article 178: AIDS (248 words)


AIDS huwa l-akronimu ta' Acquired Immune Deficiency Syndrome jew, aħjar bil-Malti, Sindrome ta' immunodefiċjenza akkwiżita u tiddefinixxi is-sindrome sseħħ minħabba n-nuqqas ta' linfoċiti T (T lymphocytes). Fost il-manifestazzjonijiet insibu infezzjonijiet rikorrenti minn mikroorganiżmi li normalment ma jkunux patoġeniċi (ċioè, ma jikkawżawx mard jew ħsara), kif ukoll żieda drastika fin-numru ta' tumuri, kemm dawk ta' natura komuni, kif ukoll dawk karatteristiċi ta' pazzjenti immunokompromessi (li għandhom sistema immunitarja difettuża) u wkoll tumuri partikolari u rari li jimmanifestaw ruħhom biss f'din is-sindrome, bħal ngħidu aħna Kapsosi sarcoma. Illum il-ġurnata nafu li l-AIDS hija kkawżata mill-virus HIV. 

 Attwalment is-sindrome hija inkurabbli, jiġifieri mhux possibbli li jiġi eradikat totalment il-virus mill-ospite. Iżda t-terapija eżistenti, li hija ħafna iktar aħjar u tollerata minn dik użata fis-snin '80, jirnexxila tnaqqas il-viremja b'mod effettiv ħafna. L-andament kliniko-patoloġiku tas-sindrome huwa estermament varjabbli bejn l-individwi affettwati, u dan minħabba l-fatt li l-progressjoni ta' l-infezzjoni tiddependi fuq fatturi ġenetiċi kemm tal-virus (Campbell et al., 2004; Campbell et al., 2005; Senkaali et al., 2005) kif ukoll ta' l-ospite (Clerici et al., 1996; Morgan et al., 2002a; Tang et al., 2003), u tiġi wkoll affettwata mill-kundizzjonijiet iġeniċi u ko-infezzjonijiet (Morgan et al., 2002b; Lawn et al., 2004).

Fil-pajjiżi fejn il-kura anti-retrovirali u anti-neoplastika, kif ukoll kura għall-infezzjonijiet opportunistiċi, huma disponibili, il-mortalità ta' l-AIDS tiġi ridotta ħafna (Palella et al., 1998). Dawn però għandhom ħafna effetti kollaterali (Montessori et al., 2004), u hemm ċans li l-pazzjenti jiżviluppaw reżistenza għall-farmaċi jew inkella ma jkollhomx aċċess għal din it-tip ta' mediċina.

Ara wkoll 




#Article 179: Dun Ġorġ Preca (5791 words)


Il Qaddis Malti
Dun Ġorġ Preca (1880-1962), jew San Ġorġ Preca, kien saċerdot Kattoliku Malti u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l-MUSEUM jew Mużew. Magħruf fost il-Maltin sempliċiment bħala Dun Ġorġ. Kien pijunier tal-appostolat tal-lajċi fil-Knisja Kattolika, ħamsin sena qabel il-Konċilju Vatikan II, u fost l-ewwel li ta l-Bibbja f'idejn il-lajċi u ġie kanonizzat mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta' Ġunju 2007.

Bin Vinċenz, li hu spettur sanitarju mill-Belt, u Natalina imwielda Ceravolo, għalliema mill-Belt, Ġorġ Preca twieled hu ukoll il-Belt Valletta fit-12 ta' Frar, 1880, f'53, Triq il-Punent, fil-Parroċċa ta' San Duminku. Is-seba' tifel fost disa' aħwa - erbgħa subien u ħamsa bniet. L-ewwel Priministru ta' Malta, Joseph Howard kien imħallat sewwa mal-familja Preca, kien ir-raġel tal-kuġina ta' ommu. Ma kinux foqra, tant li kellhom seftura. Tgħammed fis-17 ta' Frar minn Patri Vinċenz Cousin, Dumnikan fil-Knisja ta' Porto Salvo.

Ta' 5 snin kien se jegħreq fil-Port il-Kbir imma salvah barklor. Meta kellu 6 snin marru joqogħdu B'Kara u ftit wara l-Ħamrun. Irċieva l-Griżma fit-2 t'Awissu 1888 minn idejn l-Isqof Anton Maria Buhagiar, fil-Knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Daħal abbati. Fra Diegu kien profetizzalu Ġorġ, meta tikber int għad issir qassis u għad tiġi tqaddes f'dan l-istitut (Fra Diegu).  

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun. Ta' 12-il sena ta l-eżami għal-Liċeo u għadda mat-tieni darba, f'Settembru 1892. Kienu għaddew 51 minn 131. Kuljum kien jimxiha mill-Ħamrun għal-Liċeo li kien il-Belt, u lura. Kien tajjeb fil-lingwi. Studja l-Latin, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ingliż. Ħa premju wkoll għall-kalligrafija.

Ta' 14-il sena qara Thejjija għall-Mewt ta' San Alfons Maria de Liguori.

Fiż-żmien tal-Liċeo sab ruħu mħallat ma' numru ta' żgħażagħ li kienu fit-triq tas-saċerdozju. Fl-1896 daħal is-Seminarju jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Fost dawk li kienu seminaristi fi żmienu nsibu lil Mikiel Gonzi, li iktar tard sar Arċisqof, Dun Furt Ellul u Dun Anton Buhagiar (li sar Kappillan San Pawl il-Baħar)

Għall-ħabta tal-1897, meta kellu madwar 17-il sena, iltaqa' ma' wieħed mill-għalliema tiegħu tal-Liceo, Dun Ercole Mompalao, ħdejn il-Mall tal-Furjana.  Dun Ercole għamillu din il-profezija: “Preca, int għad tikber u nies li jirrispetaw ‘l Alla jidħlu fil-familjarità miegħek u inti magħhom.  Int għad issib xortik permezz tagħhom u huma għad isibu xortihom permezz tiegħek”.

Fit-8 ta' April 1905 miet Dun Alwiġ Galea li għal ħafna snin kien il-konfessur ta' Ġorġ.  Preca kien jirrakonta li ftit wara mewtu Dun Alwiġ deherlu u qallu: “Lilek Alla għażlek biex tgħallimlu l-poplu tiegħu”.

Fl-istess żmien indiehes ma' grupp ta' żgħażagħ li kienu jiltaqgħu f'għalqa quddiem il-Knisja ta' San Gejtanu. Mill-ewwel beda jkellimhom fuq Alla. Fosthom kien hemm Ewġenju 'Ġeġè' Borġ, ħaddiem tat-Tarzna. Dun Ġorġ tah attenzjoni speċjali u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissirlu l-ħajja ta' Ġesu Kristu skond l-Evanġelju ta' San Ġwann. Ġeġè kellu jkun l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.

Il-Kjeriku Ġorġ Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin biex jibgħatha lill--Papa San Piju X  għall-approvazzjoni.  Kellu l-ħsieb li fil-parroċċi kollha jkun hemm djar b'sebgha rġiel ordnati djakni, megħjunin minn awżiljari lajċi, li xogħolhom kellu jkun li jgħallmu lit-tfal u l-kbar.
  
Ftit qabel l-ordinazzjoni saċerdotali Dun Ġorġ kien kawżi ser imut b'marda li ħakmitu, probabilment it-tuberkolożi.  It-tabib Nerik Meli qata' qalbu minnu, iżda għalkemm kellu pulmun minnhom niexef, Ġorġ rkupra bl-interċessjoni ta' San Ġużepp.

Dun Ġorġ ġie ordnat saċerdot flimkien ma' 13-il saċerdot ieħor fit-22 ta' Diċembru 1906 mill-Isqof Pietru Pace. Meta l-Isqof ġie biex jidlek idejn Ġorġ Preca iż-żejt spiċċalu u kellu jinġieb il-ġdid. Iċċelebra l-ewwel quddiesa solenni fil-Parroċċa ta' San Gejtanu, l-Ħamrun, nhar il-Milied.  Għal xi ġimgħat wara l-ordinazzjoni saċerdotali kien joħrog biss mid-dar biex  iqaddes.  Kien jibqa' miġbur fil-kamra ta' fuq il-bejt jitlob u jimmedita.

Minkejja li kien ġej minn familja tat-tajjeb, Dun Ġorġ kien jgħix f'faqar kbir. Minn kulma jiddobba kien iżomm biss dak li hu meħtieġ biex jgħix, il-bqija jqassam kollox. (Wara li waqqaf il-MUSEUM kien jgħin ħafna lill-Mużewijiet tal-bniet, li xi wħud minnhom ma kienx ikollhom biex iħallsu l-kera.) Il-kamra li fiha Dun Ġorġ għadda l-biċċa l-kbira ta' ħajtu, kienet kamra żgħira ħafna. Kien fiha sodda b'saqqu kollu ħotob, mejda naqra kbira bil-kotba fuqha, għax lanqas librerija tiegħu ma kellu. Kellha tieqa waħda li quddiemha kien hemm ħajt iswed u għoli. L-art tal-kamra kienet ħarxa u t-tibjid qadim. Lanqas elettriku ma kellu fid-dar u li kieku s-Soċjetà ma bagħtitx soċju biex jagħmillu d-dawl kieku lanqas qatt ma kien iħabbel rasu biex ikollu l-elettriku.

Iż-żjara tal-Papa Benedettu XVI, f'April 2010, wasslet ukoll il-karatteristika ta' San Ġorġ Preca bħala Saċerdot, proprju fis-sena ddedikata lis-Saċerdot. Kemm meta wasal fl-ajruport ta' Malta, kif ukoll fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa rrefera għal San Ġorġ Preca. Fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa ppreżenta lil San Ġorġ Preca bħala “rigal għażiż tas-saċerdozju” u ddeskrivieh bħala “saċerdot ta' umiltà kbira, ta' tjubija, manswetudni, ġenerożità, bniedem ta' talb u b'passjoni biex jikkomunika l-veritajiet tal-Vanġelu”. Fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 21 ta' April fil-Vatikan, il-Papa eżorta biex San Ġorġ Preca jservi ta' mudell u ta' ispirazzjoni lis-Saċerdoti fil-ħidma tagħhom biex itemmu l-missjoni li rċevew biex jitimgħu il-merħla tal-Mulej.

Darba minnhom, Dun Ġorġ Preca kien għaddej fil-knisja ta' San Gejtanu u sema' lis-sagristan jgħallem id-duttrina lit-tfal. Tifel staqsa lis-sagristan: “Lil Alla, min ħalqu?” U dak wieġbu: “Alla sar waħdu.”, meta kellu jwieġbu Alla kien minn dejjem. Dun Ġorġ intebaħ li hemm bżonn li jsir xi ħaġa sabiex lin-nies jingħatalhom tagħlim Nisrani kif xieraq. 

Għall-ħabta tal-aħħar ta' Jannar 1907 Dun Ġorġ sejjaħ mill-ġdid lill-grupp taż-żgħażagħ u nhar it-2 ta' Frar iltaqgħu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Ħamrun, għal lezzjoni tiegħu.  Nhar is-7 ta' Marzu ltaqgħu għall-ewwel darba f'post ċkejken li kienu krew f'n. 6, Triq Fra Diegu, l-Ħamrun.  Dawn iż-żewġ dati jimmarkaw it-twaqqif tas-Societas Doctrinae Christianae (Soċjetà tad-Duttrina Nisranija): grupp ta' żgħażagħ lajċi iffurmati fil-ħajja tar-ruħ u fil-prinċipji tar-reliġjon kattolika, mibgħuta biex jgħallmu l-poplu.  Għall-bidu, Dun Ġorġ sejjaħ l-għaqda tiegħu Societas Papiduum et Papidissarum jew “Xirka ta' Ulied il-Papa” għaliex ried jisħaq fuq il-lealtà lejn il-Papa.  Intant, soċju, Salvu Muscat issuġġerixxa l-isem “Mużew” u biż-żmien dan l-isem qabad u baqa'.  Dun Ġorġ fassal akronimu mill-kelma “MUSEUM” bil-Latin:  Magister utinam sequatur Evangelium universus mundus! (Mgħallem, li kien id-dinja kollha timxi fuq l-Evanġelju!!!).
  

Il-fergħa tan-nisa bdiet ir-Raħal Ġdid fl-1910 bl-għajnuna ta' Ġannina Cutajar li wara saret l-ewwel Superjura Ġenerali.
Dak iż-żmien Dun Ġorġ kien idur l-oqsma tal-Museum tas-subien u meta kien ikun Raħal Ġdid kien jgħaddi għand il-familja Cutajar. Ta' spiss kien jitkellem magħhom fuq il-ħolma tiegħu li jwaqqaf Sezzjoni tal-Museum għall-bniet. It-tfajla Ġannina kienet toqgħod tisma'. Dun Ġorġ, l-ewwel ma kellem lil ħuha Karmenu li kien soċju tal-Museum u wara kellem lilha. Wara li fehemha xi xtaq mingħandha, hi intlaqtet mill-ħolma tiegħu u aċċettat. Nhar l-10 ta' Jannar 1910 infetħet l-ewwel dar tal-MUSEUM għall-bniet f'Raħal Ġdid. Ġannina, li kellha madwar 15-il sena, ġabret magħha tnax-il tfajla oħra u flimkien setgħu jgħallmu f'dan l-ewwel Qasam. Kienu jiltaqgħu f'maħżen li tahulhom missier Ġannina. Iżjed tard, meta bdew jinfetħu iżjed Oqsma, Dun Gorġ għażilha bħala l-ewwel Superjura Ġenerali.

Is-Sezzjoni Femminili bdiet f'Għawdex qabel dik Maskili. Filfatt bdiet fin-Nadur nhar is-16 ta' Settembru 1915, bis-Superjura Rakela Camilleri li Dun Ġorġ kien isejħilha Superjura Djoċesana f'Għawdex. Fl-Arkivji tas-Soċjetà tal-MUSEUM jeżistu ħafna ittri li Dun Ġorġ kien jibgħat lis-Superjura Rakela Camilleri biex jagħtiha pariri dwar id-diffikultajiet li kien ikollha. Dawn huma xi wħud mill-isbaħ ittri ta' Dun Ġorġ. Is-Sezzjoni Maskili damet biex bdiet f'Għawdex sas-sena 1941, meta Emanuel Bianco, soċju minn Malta, intbagħat jaħdem Għawdex u kien hu li beda l-ewwel qasam fir-Rabat. Aktar tard ingħaqad miegħu ukoll Willie Buhagiar, soċju ieħor minn Malta.

Fil-bidu tas-seklu 20, f'Malta bdew jinxterdu ħafna ideat rivoluzzjonarji, fosthom dawk ta' Manwel Dimech, u għalhekk il-Knisja kienet toqghod b'seba' ghajnejn fuq kull attività jew organizzazzjoni gdida, bezghana minn xi taghlim gdid li seta' jtebba' t-tradizzjoni Nisranija tal-gzira. Ghalhekk, meta l-kelma waslet f'widnejn l-Isqof, li grupp ta' zghazagh kien qed jiltaqa' regolarment biex jitkellem fuq Alla, il-biza' ma setax jonqos. Tant nies kienu qed jingabru biex jisimghu lil dan il-qassis u s-segwaci tieghu jitkellmu fuq Alla b'mod semplici u car. Mhux kulħadd fehem mill-ewwel x'ried jagħmel Dun Ġorġ u kien hemm min saħansitra fehmu ħażin. Il-Bibbja u t-teoloġija f'idejn lajċi ħaddiema kienet ħaġa ġdida u kienet wisq aktar ġdida li dawn il-lajċi joħorġu fit-toroq u l-pjazez ixandru l-Kelma t'Alla lil kulħadd. Fl-1909, il-Vigarju Mons. Salv Grech ordna lil Dun Ġorġ jagħlaq l-Oqsma tal-Mużew li kien laħaq fetaħ.  Dun Ġorġ obda.

Numru ta' kappillani nsistew biex din l-ordni tal-Vigarju Ġenerali tiġi revokata. Kien għall-ħabta tal-1910 li Dun Ġorġ kellu esperjenza mistika qawwija li hu kien isejjah “il-famuża dehra ta' Ġesù Tfajjel”.  Kien għaddej ħdejn is-Salib tal-Marsa meta jilmaħ tfajjel ta' madwar tnax-il sena jimbotta karetta b'qoffa demel.  It-tifel ikkmandah: “Aghtini l-ghajnuna!”  Kif Dun Ġorġ medd idejh biex jagħtih l-għajnuna, ħass ħlewwa li ma bhalha u ma setax isib tarf  ‘il fejn hu u t-tifel marru bil-karretta.  Wara li rrifletta, Dun Ġorg intebaħ li t-tifel kien Ġesù, u d-demel jew fertilizzant ifisser it-tagħlim.

Bejn l-1914 u l-1915 bdew jidhru fil-ġurnali lokali xi artikli kontra l-M.U.S.E.U.M. li kienu mimlijin disprezz u nġurji. Dun Ġorġ impona fuq il-membri tiegħu il-vot jew wegħda tal-manswetudni li biha ntrabtu li jaħfru mill-qalb lil min ikasbarhom u kien jinsisti magħhom biex “iħobbu d-disprezzi” u ma jħallux li dawn itelfulhom il-paci ta' qalbhom.  Fl-1916 l-Isqof Mauro Caruana ordna li ssir inkjesta dwar is-Socjetà. Kellhom jgħaddu 25 sena mit-twaqqif tagħha sabiex fit-12 t'April 1932, l-Isqof ta' Malta, Dom Maurus Caruana OSB approva r-Regola u s-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.

Id-Djar għat-tagħlim nisrani bdew jiftħu waħda wara l-oħra fil-parroċċi. Inħass il-bżonn kbir tal-edukazzjoni reliġjuża tal-poplu għax il-ħajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq is-sagramenti u d-devozzjonijiet bla ma kien hemm għeruq sodi fit-tagħlim tal-Knisja. It-tfal bdew jiġu kuljum fid-Djar ta' Dun Ġorġ għax hemm sabu nies dedikati li jgħinuhom jikbru, mhux biss fil-ħinijiet tat-tagħlim iżda wkoll waqt il-logħob.

Sa mill-bidu nett, Dun Ġorġ obbliga lill-katekisti tal-MUSEUM li kuljum, wara li jkunu temmew jgħallmu liż-żgħar u lill-kbar, jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' formazzjoni (L-Assenjatur).

Il-kariżma tiegħu li jgħallem għadha ħajja u l-vokazzjonijiet fis-Soċjetà tiegħu dejjem jiżdiedu. Fi żmienu, Dun Ġorġ innifsu bagħat sitt membri biex jevanġelizzaw fl-Awstralja. Bħalissa s-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. għandha wkoll Djar tat-tagħlim u skejjel fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija, u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba.

Dun Ġorġ(1880-1962) waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) fi żmien ta' injoranza reliġjuża kbira. Fi żmienu l-kotba bil-Malti kienu ftit. Kieku ma kinitx il-ħeġġa ta' għadd ta' saċerdoti, fosthom Dun Ġorġ, li bdew jibnu librerija reliġjuża bil-Malti, il-poplu Malti qajla kellu x'jaqra bl-ilsien tiegħu stess. Fl-istess żmien saru diversi traduzzjonijiet u kotba ta' mogħdija ta' żmien minn awturi bħal Alfons Marija Galea u Annibale Preca. Imma, fil-qasam tat-teoloġija ( ma kien hawn kważi xejn. Dun Ġorġ kiteb madwar 150 ktieb, li jvarjaw fid-daqs, kollha fuq suġġetti reliġjużi. Kiteb għadd kbir ta' kotba ta' tagħlim dwar it-Teoloġija Dommatika, il-Morali u l-Ispritwalità.  Ikkompona għadd kbir ta' libretti ta' talb, kemm għall-użu privat tas-Soċjetà Museumina, u kemm għad-devozzjoni popolari.  Kien appostlu tal-Kelma ta' Alla, speċjalment tal-Evanġelju li kien isejjaħlu “Leħen il-Maħbub”.  Kien jinsisti li s-soċji u l-poplu jitgħallmu siltiet qosra mill-Evanġelu bl-amment. Barra minn hekk Dun Ġorġ ħadem ħafna biex il-Bibbja tkun f'idejn il-poplu bl-ilsien tiegħu. Hu nnifsu ttraduċa xi siltiet minnha iżda fuq kollox kien tal-akbar appoġġ għall-Prof Pietru Pawl Saydon li qaleb il-Bibbja kollha mill-ilsna oriġinali għall-Malti u li b'rikonoxxenza ħalla d-drittijiet tal-istampa lis-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.

Fost l-aqwa kotba ta' Dun Ġorġ Preca nsibu Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta' Kristu, Il-Ġinnasju Spiritwali, Il-Ktieb il-Kbir, Il-Ktieb tal-Mezzi u tas-Sinjali u Ittra Popolari fuq il-Manswetudni.Dun Ġorġ qatt ma ried li jidher ismu fil-ħafna kotba li kiteb, anzi meta xi ħadd kien ifaħħarlu l-kotba tiegħu kien jgħid li dawk kienu “kotba minn kotba” u mhemm xejn oriġinali fihom.

Dan il-ktieb, li filfatt huwa żewġ kotba f'wieħed, huwa miktub bl-istil popolari ta' sentenza sentenza minflok paragrafi, fis-serje ta' kotba miktuba minn Dun Ġorġ biex igħallem lill-poplu bi kliem sempliċi u b'messaġġ li jidħol dritt fil-qalb. Tagħlim li għandu l-bażi tiegħu fl-Vanġelu u fil-kotba tal-qaddisin u l-axxeti u, għalhekk, hu sinteżi tal-ħajja qaddisa li għaliha hu msejjaħ kulħadd. Dan l-istil ta' kitba kien ħafna għal qalb Dun Ġorġ. Hu nnifsu kien jemmen li l-bniedem jitħajjar jaqra iżjed ftit sentenzi qosra mimlijin sugu u li jista' faċilment iżommhom f'moħħu għal tul taż-żmien. Dun Ġorġ kien ħsiebu biss biex iwassal it-tagħlim tal-ħajja eterna lil ħutu Maltin. Dan il-ktieb huwa xhieda oħra tal-moħħ versatili ta' Dun Ġorġ li kien dejjem joħroġ ktieb wara l-ieħor biex il-messaġġ tal-Vanġelu jasal b'mod li jiftiehem mill-poplu kollu. Dan ukoll hu dokument importanti li juri s-sentimenti nobbli tal-qalb ta' Dun Ġorġ - qalb imfawra bl-imħabba tiegħu lejn Alla u lejn il-bnedmin.

Wieħed mill-iżjed kotba magħrufa li kiteb Dun Ġorġ Preca, miktub qabel is-snin għoxrin meta kien għadu fl-aħjar tiegħu. Il-ktieb kien maħsub biex jinqara u jiġi meditat biss mis-Soċji tal-MUSEUM. Maż-żmien, iżda, il-ktejjeb ġie f'idejn xi ħadd li lil Dun Ġorġ ikkonvinċieh li joħroġ din il-kitba għall-pubbliku in ġenerali. Għalhekk, dik li qabel sejħilha “Ittra Privata fuq il-Manswetudni” ħariġha mill-ġdid bl-isem “Ittra Popolari fuq il-Manswetudni”. Sa mill-ewwel snin tat-twaqqif tal-MUSEUM, Dun Ġorġ ried li s-soċji jintrabtu b'vot ta' manswetudni, jiġifieri li l-imġiba tas-soċji bejniethom tkun dejjem waħda ta' mħabba, ħlewwa u ġentilezza. Għal Dun Ġorġ manswetudni kienet tfisser ‘ġentilezza u paċenzja filli wieħed isofri bla ma jiħrax jew jiqliel', u fuq kollox li wieħed jaħfer minn qalbu lill-għedewwa tiegħu fuq l-eżempju ta' Kristu li miet jaħfer lil dawk li sallbuh. Dun Ġorġ ried li s-soċji jaqraw din l-'Ittra' mill-bidu sa l-aħħar kull nhar is-26 ta' Diċembru, il-festa ta' San Stiefnu, il-Qaddis li miet jaħfer lil min qatlu.
Dan il-ktejjeb baqa' popolari tant li saru ħafna edizzjonijiet tiegħu, b'kollox sitta. Fl-1990 ħarġet traduzzjoni tiegħu bl-Ingliż. L-‘Ittra Popolari fuq il-Manswetudni' fiha tlettax-il Kapitolu li jitkellmu fil-qosor dwar it-tagħlim morali u spiritwali ta' din il-virtù. Din il-kitba tibqa' l-ewwel dokument importanti mill-pinna ta' Dun Ġorġ 

Il-Gabinetti huma aktarx fost l-aktar kitbiet magħrufa ta' Dun Ġorġ, li hu nnifsu ħa ħsieb li jistampahom għall-ewwel darba f'fuljetti fl-istamperija Vox Press tal-Ħamrun u fl-Istamperija Museumina tas-Soċi Interni, Ħaż-Żebbuġ. Il-Gabinetti, ġew stampati individwalment f'diversi rivisti u publikazzjonijiet, u dehru miġburin flimkien għall-ewwel darba f'edizzjoni tal-1991. Fi kliem Dun Ġorġ innifsu

Dawn huma ftit eżempji ta' gabinetti ta' Dun Ġorġ:

Ktieb kurjuż dan ta' Dun Ġorġ. Kitbu fis-snin ħamsin iżda li baqa' ma ppubblikahx f'ħajtu. Ħareġ l-ewwel darba f'forma stensiljata fl-1980 u mbagħad fl-1997 ħareġ bħala ktieb. L-Isptar ta' Kristu hu miktub bil-għan li n-nisrani, kif jgħid Dun Ġorġ innifsu fid-Daħla  għall-Ktieb, jista' fl-immaġinazzjoni tiegħu jidħol fl-“isptar” ta' Kristu fejn isib it-“tabib” li jagħtih il-kura li tkun taqbel għall-marda tar-ruħ tiegħu biex jista' jfiq minnha u jkollu l-paċi. It-Tabib tas-Sema, li hu Ġesu Kristu, mhuwiex f'dan l-isptar għax siefer 'il bogħod u se jdum ma jiġi lura. Minfloku iżda, hu ħalla tobba oħra mħarrġin minnu stess u mgħallmin l-istess duttrina tiegħu, u għalhekk kapaċi jikkuraw il-marid bla ma l-pazjenti għandhom għalfejn jiddubitaw minnhom. Il-morda għandhom jiftħu qalbhom ma' dawn it-tobba u jqisuhom bħala ħbieb. F'dan l-isptar il-kura tal-mard hija mingħajr ħlas. L-Isptar li qed jitkellem fuqu Dun Ġorġ hija l-Knisja li lilha Ġesu afda l-fejqan spiritwali u s-saħħa ta' dawk kollha li jemmnu fih u jersqu lejha. Il-mard imsemmi hawn huma l-vizzjijiet li jista' jaqa' fihom il-bniedem, il-ġibdiet ħżiena, u ġrieħi oħra spiritwali li jnikktu lill-bniedem. Meta l-marid imur f'dan l-isptar partikolari joqgħod jistenna fil-waiting room fejn jista' jaħseb fit-tul fuq l-aħħar ħwejjeġ, in-novissimi (mewt, ġudizzju, infern u ġenna), bl-għajnuna ta' erba' inkwadri kbar. Imbagħad it-tabib isejjaħlu u jistaqsih x'inhi l-marda tar-ruħ tiegħu. Kif il-marid jgħidlu minn xiex qiegħed ibati, it-tabib iwasslu lejn is-sala mħejjija għal dik il-marda. F'dik is-sala t-tabib jagħti l-injezzjoni skond il-marda. Din tikkonsisti filli t-tabib jagħmillu lezzjoni qasira billi jurih il-kruha tal-vizzju jew il-marda tiegħu u jgħidlu x'mezzi għandu juża biex ifiq. Wara jagħtih kaxxa injezzjonijiet biex jista' jkompli l-kors għal tul xahar, flimkien ma' sentenza spiritwali biex joqgħod jaħseb fuqha. L-aħħar kliem li jgħidlu t-tabib huwa “Is-Sinjur Alla jkun dejjem miegħek.” Imbagħad isejjaħ il-purtinar biex jakkumpanja l-pazjent sal-bieb. F'L-Isptar ta' Kristu Dun Ġorġ jitratta 22 suġġett, li huma ż-żina, l-korla, l-għira, l-mibegħda, x-xeħħa, s-suppervja, s-serq, il-gidba, l-vanaglorja, d-dagħa, t-tlablib, l-ambizzjoni, l-ikel u xorb żejjed, il-vendetta, l-qtigħ il-qalb, il-bruda, l-iskrupli, il-ġlied, il-fittaġni, il-kurżità, l-għażż u n-nuqqas ta' fidi. Jidher li Dun Ġorġ kellu l-ħsieb li jżid xi suġġetti oħra qabel ma jippubblikah bħalma huma s-supersitizzjoni u t-tfittxija għall-kumdità.

Il-Malti ta' Dun Ġorġ kien marbut xi ftit iżżejjed mat-Taljan, l-iktar fl-ewwel kotba tiegħu. Aktar ma għadda ż-żmien, aktar sab min jgħinu fil-libsa letterarja tal-kotba. Qabel jistampa xi ktieb kien jgħaddih lil xi membru tal-Museum biex jiktibhulu bil-“Malti tal-Għaqda” jiġifieri bl-alfabett tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, li ġie magħruf uffiċjalment fl-1932. Għalkemm Dun Ġorġ kien jagħmel tajjeb li kieku evita xi kelmiet taljanizzati żżejjed, hu fatt li ma tantx kien possibli li jaħrab l-użu ta' xi espressjonijiet, meta niftakru li hu kien qed jaqleb għall-Malti kliem tekniku fit-teoloġija li sal-lum, għadna nsibu diffikultà biex nagħtuh il-forma Maltija. U wkoll, ħafna mill-kliem li kienu jevitaw il-puristi u li Dun Ġorġ kitbu, illum sar parti mill-ilsien Malti.

  Prof Oliver Friggieri, 1974

Mons. Lawrenz Cachia, studjuż ieħor tal-Malti kiteb hekk:
 

Dwar il-kontenut tal-kotba ta' Dun Ġorġ, il-Prof Peter Serracino Inglott  kiteb:

It-talb tiegħu, li minnu waslilna ħafna u fuq bosta suġġetti, jikxef li Dun Ġorġ kien ruħ mistika medhija tfittex lil Alla biss. Mhux ta' b'xejn li kien konfessur imfittex ħafna għall-pariri, u jidher li Alla saħansitra nqeda bih biex fejjaq lil xi wħud. Il-Misteri tad-Dawl li huma meħudin minn talb privat li Dun Ġorg kien ta lis-soċji biex jingħad minnhom privatament b' xi tibdil żgħir ġew miżjuda mal-misteri l-oħra tar-Rużarju mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-2002.

Dun Ġorġ mhux darba u tnejn li fil-kitbiet tiegħu, minflok l-isem tiegħu kien iniżżel 'Patri Franku'.  Dan huwa l-isem li Dun Ġorġ kien ħa bħala Terzjarju Karmelitan, meta nkiteb Terzjarju fl-1918, u pprofessa fl-1919. Ktieb tiegħu jismu proprju Il-Pulptu ta' Patri Franku, li kitbu fis-snin ħamsin, meta kien diġà xjieħ. Kull kapitlu ta' dal-ktieb huwa stedina, imbagħad taħdita żgħira, u fl-aħħar konklużjoni. B'kollox Dun Ġorġ jikteb 113-il Pupltu jew aħjar 113-il Taħdita jew Konferenza. San Ġorġ Preca jidher bħala għalliem għall-poplu f'kull taħdita u jinħass li qiegħed jappella lill-moħħ biex il-qarrej jifhem, u aktar minn hekk, jappella lill-qalb biex il-bniedem dispost li jisma' jitqanqal u jaġixxi u fejn ikun hemm bżonn jikkonverti bis-serjetà. F'Pulptu Nru. 53 li jittratta d-dinjità tal-bniedem, Dun Ġorġ jikteb hekk:

Dun Ġorġ stinka ħafna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Sa mill-1917 beda jqanqal il-qima lejn il-kliem mill-Evanġelju ta' San Ġwann, “Verbum Dei caro factum est” (Ġw 1, 14). Ried li s-Soċji jilbsu badge b'dan il-kliem.

Mill-1920 ħa ħsieb li f'kull raħal u belt, lejlet il-Milied, tiġi organizzata “Dimostrazzjoni ad unur ta' Ġesù Bambin”, użanza li daħlet sew fost id-drawwiet sbieħ tal-Milied Malti. Ix-xewqa tiegħu kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom id-dar, grotta b'Ġesù Tarbija.

Fl-1920, Dun Ġorġ kien ġabar lis-soċji tal-MUSEUM tal-Ħamrun biex jaqsam magħhom xewqa li kellu: li ssir dimostrazzjoni bil-Bambin tal-Milied fejn it-tfal u s-soċji f'lejlet il-Milied joħorġu mat-toroq tal-Ħamrun jgħajtu l-aħbar li Ġesù Bambin twieled għalina. Ix-xewqa tiegħu kienet li dawn joħorġu bħal f'purċissjoni bix-xemgħa f'idejn it-tfal u l-weraq tal-palm u ż-żebbuġ, iduru mat-toroq kollha tal-Ħamrun u jkantaw innijiet tal-Milied. Riedhom ukoll li jgħidu lil xi rġiel biex jiġu jimxu magħhom. Kellhom bżonn Bambin, u dan issellfuh mill-Belt, mill-Knisja tal-Franġiskani. Minn dakinhar, il-purċissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma' Malta u Għawdex u fl-artijiet l-oħra fejn hemm il-MUSEUM: l-Awstralja, il-Kenja, il-Perù, l-Ingilterra, il-Polonja u l-Albanija. Il-qofol tal-purċissjoni hu bambin imdaqqas f'maxtura, bandalora bil-kliem Verbum Dei factum est, fanali tal-mantell biex jagħtu d-dawl u fanali bl-arkett bi kliem relattiv mal-ġrajja tal-Milied. Matul il-purċissjoni x'aktarx li jitkantaw għanjiet tradizzjonali. L-istrumenti kienu, u għadhom jintużaw f'xi nħawi, accordion u vjolini. Il-Purċissjoni tal-Bambin issir f'madwar 66 lokalità f'Malta, fil-parti l-kbira lejlet il-Milied. F'xi postijiet, l-iktar fejn il-MUSEUM, minbarra l-Qasam prinċipali, ikollu fergħa jew tnejn fejn isir it-tagħlim, issir purċissjoni fit-23 ta' Diċembru biex il-membri mill-fergħat differenti fl-istess lokalità jgħinu lil xulxin billi l-purċissjoni titlob ftit xogħol mhux ħażin biex tiġi organizzata.

Jidher li d-devozzjoni ta' Dun Ġorġ lejn il-Pjagi bdiet wara li qara r-rivelazzjonijiet privati ta' Swor Marija Marta Chambon (1841-1907). Jingħad li Ġesù deher kemm-il darba lil din is-soru u urieha l-valur tal-Pjagi tiegħu u talabha biex ixxerred id-devozzjoni lejhom. Fl-1929 Dun Ġorġ irriforma l-ktieb tat-talb tal-Membri msejjaħ l-Arloġġ Museumin u beda regolament jinkludi l-offerta tal-Pjagi kważi f'kull talba li kiteb. Dun Ġorġ ġieli stqarr mas-soċji li kien iħossu persważ li lilu Ġesù għażlu biex 'jgħin' lil Swor Marija Marta Chambon fil-propagazzjoni tad-devozzjoni lejn il-Pjagi ta' Kristu. Iżda Dun Ġorġ mar 'l hemm mir-rivelazzjonijiet privati u sab il-pedament ta' din id-devozzjoni fil-Vanġeli. Fil-Pjagi kien jilmaħ l-eċċess tal-imħabba li wera Ġesù meta ħalla ħajtu għalina fuq is-Salib - tema li taqbel ma' Ġesù kurċifiss, il-Ktieb il-Kbir, li tant kien jimmedita fuqu Dun Ġorġ.

Dun Ġorġ ried li s-soċji u t-tfal kollha li jattendu l-MUSEUM jinkitbu fil-Labtu tal-Karmnu. Dun Ġorġ innifsu kien Terzjarju Karmelitan. Meta sar Terzjarju, Dun Ġorġ għażel l-isem Franku, għall-Beatu Karmelitan minn Siena. Dun Ġorġ kien juża dan l-isem, Patri Franku, f'bosta kitbiet tiegħu.
Permezz tal-kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ, dan il-qaddis spiċċa mhux biss biex ikun l-ewwel Malti ikkanonizat, imma wkoll l-ewwel Terzjarju Karmelitan dikjarat qaddis.

Kellu wkoll devozzjoni specjali lejn il-Madonna tal-Bon Konsill, devozzjoni li kien irrikmandalu l-konfessur tiegħu. Spiss kien jitlob quddiem kwadru tagħha li kellu f'kamartu: Omm tal-Parir it-Tajjeb, itlob għalija. 

Xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża u xtaq li l-Knisja tad-Dar Ċentrali fil-Blata l-Bajda tkun iddedikata lilha.

Darba kien hemm mara fil-knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun li ntlaqtet minn ragel b'siggu waqt li dan kien qieghed iġorr waqt li kienet qieghda titlob ir-Ruzarju b'devozzjoni kbira. Din il-mara sahnet bil-kbir izda Dun Gorg gibdilha l-attenzjoni li fil-Qaddisa kienet tghid li ahna midinbin. U b'daħka kkonkluda: “U jekk wiehed huwa midneb, x'jixraqlu jekk mhux daqqa fuq rasu.”

Raġel kien dieħel Bieb il-Belt isuq ħmar li kellu karettun baxx, u Dun Ġorġ kien mimdud fuq il-karettun. Wieħed raġel, xħin rah f'dik il-qagħda, qallu: “Kieku jarak l-isqof!” Dun Ġorġ wieġbu b'leħen artab u qallu: “Mela l-isqof ibeżża' n-nies!”

Darba pulizija qal ħafna gideb fuq Dun Ġorġ f'ħanut mimli nies. Meta dan mar iqerr il-konfessur qallu li kien jeħtieġ igiddeb ruħu quddiem min semgħu. Billi ra bi kbira, il-konfessur tah il-parir li jmur għand Dun Ġorġ innifsu u jitolbu jaħfirlu. Dun Ġorġ ħafirlu minn qalbu u bagħtu fil-paċi.

Darba wieħed kien għamel lil Dun Ġorġ azzjoni ħażina u waqt li kien qiegħed iqaddes, propju waqt il-Missierna, Dun Ġorġ ftakar fil-persuna li weġġgħetu. ħares, jitbissem lejn l-ostja, u qal il Ġesu: Sinjur, għar-rispett tiegħek naħfirlu.

Darba Dun Ġorġ kien miexi ma' qassis ieħor fi Strada Rjali. F'daqqa waħda għolla idu u b'leħen għoli qal: Stenna boy! U b'pass ħafif telaq biex jgħin tifel li kien qed jistenna 'l xi ħadd jgħinu jerfa' fuq spalltu xkora tqila bid-demel li kienet fl-art.

Darba, ġie mistieden ibierek magna ġdida u jqaddes fil-laundry tal-Ingliżi, il-Marsa. F'nofsinhar kulħadd tela' biex jara lil Dun Ġorġ. Meta ntebaħ li wieħed Ingliż kien ser jeħodlu ritratt, Dun Ġorġ kien pront bagħat jgħidlu: “The Father hates photos.”

Wieħed qassis żagħżugħ kien ra lil Dun Ġorġ jitlob b'idejh miftuħin ħafna. Billi daż-żagħżugħ deherlu li kien fetaħhom wisq, qallu ‘Dun Ġorġ, idejk għandek tiftaħhom hekk' waqt li urieh kif. Dun Ġorġ flok ma ħa għalih qallu: ‘Mela għallimni ibni, għax jien ma naf xejn.

Darba Dun Ġorġ kien sejjer Tas-Sliema bil-lanċa. Raġel li kien quddiemu tella' saqajh ma' wiċċ Dun Ġorġ u beda jiddisprezzah. Dun Ġorġ baqa' sieket u kif waslu x-xatt, tbaxxa u bieslu riġlejh. Ir-raġel staħa minnu u kif niżlu l-art, baqgħu mixjin flimkien lejn knisja u hemm qerr f'riġlejn Dun Ġorġ.

Xi żgħażagħ kienu fil-Pjazza ta' Fra Diegu l-Ħamrun meta lemħu saċerdot riesaq mill-bogħod. Wieħed minnhom dar fuq sħabu u qallhom: “Ara x'wirdiena ġejja!”. Meta qorob indunaw li kien Dun Ġorġ u ż-żagħżugħ talbu l-benedizzjoni. “Il-wirdien ma jberikx, tafx!” wieġbu Dun Ġorġ. Iż-żgħżagħ baqgħu imbellhin kif seta' semagħhom meta kien tant imbiegħed. Iż-żagħżugħ skuża ruħu ma' Dun Ġorġ. “Ma jimpurtax, ma jimpurtax,” wieġbu Dun Ġorġ. Dak il-lejl dak iż-żagħżugħ ma setax jorqod. L-għada reġa' mar isir lil Dun Ġorġ, reġa' talbu skuża u qerr.

Darba Dun Ġorġ kien qed jistrieħ xi ftit wara nofsinhar għax kien għajjien. Iħabbat il-bieb u minkejja li f'ħin mhux adattat, Dun Ġorġ qam u laqa' għandu mara li kienet ġiet min-Naxxar fejn ħalliet lil binha mejjet u kienet marret għandu biex ifarraġha. Dun Ġorġ kien qal lis-soċji “Mur ibgħatha d-dar, mara mnikkta bħal dik, għax ma kienx ħin addattat, meta b'bitfa ta' kelma bniedem tista' tnat tfarrġu u sserraħlu qalbu!”

Is-Soċjetà tal-MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. Dun Ġorġ dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel. Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Fl-1946 is-soċju, Toni Agius li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna mar ikellem lil Dun Ġorġ fuq it-taraġ tal-Knisja ta' San Gejtanu u qallu:

Dun Ġorġ feraħ ħafna u talbu jinżel għarkupptejh ħa jbierku. Għall-ewwel l-Iskola St. Michael kienet f'dar jisimha Villa Violette, il-Marsa. Iżda erba' snin wara, fl-1951 is-Soċjetà akkwistat biċċa art kbira fl-inħawi ta' Fleur-de-Lys. Nhar id-19 ta' Mejju 1951, Dun Ġorġ imdawwar mis-soċji, għalliema u tfal, bierek l-ewwel ġebla tal-iskola, iddedikata lil San Mikiel, li lejh Dun Ġorġ kellu devozzjoni kbira u kien isejjaħlu d-Difensur tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Ta' din l-okkażjoni jeżisti filmat super 8 mm film ta' Dun Ġorġ, l-uniku wieħed bil-kulur. Dan il-filmat intwera diversi drabi fuq TVM. Xahrejn u nofs wara, nhar il-5 t'Awissu saret funzjoni iktar solenni. It-tberik sar mill-Arċisqof Gonzi u kien hemm preżenti l-Priministru Borg Olivier. Dun Ġorġ baqa' jinteressa ruħu fil-bini tal-iskola u kien imur sikwit. Kien jgħid li kienet l-għaxqa ta' qalbu. Fl-aħħar snin ta' ħajtu rari kien iqaddes barra minn daru imma fl-Iskola St Michael kien jaċċetta li jqaddes fiha bil-qalb.

Dun Ġorġ qatt ma kien fil-politika tal-Partiti. Lis-soċji għamlilhom regola biex lanqas huma ma jkunu fil-politika jew joħrorġu għall-elezzjonijiet. Fl-1940, ħuh Albert kien ġie internat għal ftit żmien mill-Ingliżi għax kien hemm suspett fuqu li kellu sentimenti filo-Taljani. Kien hemm min akkuża anke lil Dun Ġorġ b'din il-ħaġa. Lejn l-aħħar ta' ħajtu, fi żmien il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża, ħafna pressawh, iżda mingħajr suċċess, biex iħalli s-soċji joħorġu għall-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1962, l-aktar Herbert Ganado, Kap tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista u George Ransley, Kap tal-Partit Demokratiku Nisrani.
Dun Ġorġ kien imnikket għax il-kriżi pulitka u reliġjuża tas-sena 1960 kienet fl-aqwa tagħha. Huwa kien ifaħħar lil Toni Pellegrini li kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista imma rriżenja u għamel Partit ieħor - il-Partit tal-Ħaddiema Insara, li fl-elezzjonijiet tal-1962 ġab 10% tal-voti, b'4 siġġijiet fil-Parlament. Wara d-disfatta fl-elezzjoni ta' wara, dan il-Partit kien sfaxxa ftit ftit.

Manwel Dimech (1860-1921) kien għalliem, awtur u patrijott Malti li fl-1911 kien ġie skumnikat mill-Isqof Pietru Pace minħabba t-tagħlim perikoluż tiegħu. Fl-istess żmien is-soċji tal-MUSEUM kienu ssuspettati minn kulħadd, u Manwel Dimech fl-istess żmien ifaħħarhom u jirreferi għalihom bħala appostli.

Id-Dumnikan, Dr. Mark Montebello jikteb hekk:
 

Dr. Ronald Sultana, Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta, u ex-soċju tal-MUSEUM, iddedika l-ktieb tiegħu Inside/Outside Schools: Towards a Critical Sociology of Education in Malta lil Dun Ġorġ u lil Manwel Dimech għax fi kliemu 

 
F'Marzu 2007, l-ex Priministru Alfred Sant kien mistieden mill-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassali biex jagħmel għeluq qasir għall-forum li organizzat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista fil-Ħamrun, dwar dun Ġorġ Preca. Ftit wara ntalab jikteb artiklu għar-Rivista Dun Ġorġ li fih xebbah lil Dun Ġorġ ma' Dimech:

Inqas minn xahar wara, f'April 2007, Alfred Sant f'diskors fl-anniversarju mill-mewt ta' Dimech, qal li Dimech kien jagħmel parti minn kurrent ewlieni fis-soċjetà tagħna li kien iħares lejn saffi ta' ħaddiema u nies inqas ixxurtjati biex fihom irawwem l-imħabba għat-taghlim. Miegħu kien hemm protagonisti oħrajn fosthom ħaddiema, qassisin, ħassieba u filantropi li ipprovaw ixettlu l-istess ħsieb. Hawnhekk Sant ħareġ parallelizmu bejn l-attivita ta' Manwel Dimech u l-attività reliġjuża ta' Dun Ġorġ Preca – anki jekk wieħed safa skumnikat u ieħor ġie kanonizzat qaddis. Skond Sant, kemm Dimech kif ukoll Dun Ġorġ Preca bnew il-ħidma tagħhom madwar il-ħtieġa tal-komunikazzjoni u madwar it-tagħlim. Ghat-tnejn li huma l-għerf kien iċ-ċavetta biex saffi popolari tas-socjetà jfasslu ħajjithom u joħolqu realtà aħjar.

Dun Ġorġ miet fis-26 ta' Lulju 1962 f'Santa Venera, fejn qatta l-aħħar xhur ta' ħajtu, u kien assistit mill-Kappillan ta' Santa Venera Patri Kilian Azzopardi, Karmelitan. Il-funeral tiegħu sar jumejn wara. Kien wieħed mill-akbar funerali li qatt saru f'Malta. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Isqof Emanuel Galea fil-Knisja ta' San Gejtanu. Fil-Korteo kien hemm ukoll l-Aġent Priministru. Bi ftehim mal-United Motion Pictures ta' Londra, inġibed film ta' nofs siegħa bit-titlu MIET DUN ĠORĠ. F'Mejju 2007, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ dan il-filmat storiku f'forma ta' DVD biex jinxtara mill-pubbliku. Fil-fatt dan kien l-ewwel dokumentarju li xxandar meta twaqqaf il-Malta Television (MTV) fl-1962.

Il-ġisem ta' Dun Ġorġ indifen ħdejn id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà, il-Blata l-Bajda. Nhar is-7 ta' Lulju 2000, il-ġisem tiegħu nstab kważi intatt 38 sena wara mewtu. Illum il-ġisem tiegħu jinsab fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża taħt statwa tax-xama' li tirraffigurah.

Fl-1963 kienet saret talba kemm mis-Soċjeta tal-MUSEUM kif ukoll mis-saċerdoti tal-Christus Rex biex tinfetaħ kawża ta' beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca. Din inbdiet fit-13 ta' Marzu 1975 meta l-Papa Pawlu VI ffirma d-dokument li bih awtorizza lill-Arċisqof ta' Malta joħroġ id-digriet għall-ftuħ tal-kawża u s-setgħa li jitwaqqaf tribunal biex jibda l-proċess. It-Tribunal infetaħ sena wara taħt il-presidenza ta' Mons. Ġużeppi Mercieca, dak iż-żmien Vigarju ġenerali u ngħalaq f'Ġunju 1988 meta l-atti kollha tal-proċess intbagħtu Ruma lill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin. Il-miraklu approvat għall-beatifikazzjoni kien sar f'Raħal Ġdid nhar it-3 ta' Frar 1964 meta Charles Zammit Endrich fieq f'daqqa minn distakk tar-retina wara li qiegħed taħt rasu relikwa ta' Dun Ġorġ. Dun Ġorġ Preca ġie bbeatifikat fid-9 ta' Mejju, 2001 flimkien mal-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani, mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fil-Quddiesa tal-Beatifikazzjoni fuq il-fosos tal-Furjana. Dakinhar stess filgħaxija l-Papa żar il-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda u talab quddiem il-korp sant ta' Dun Ġorġ. Wara indirizza lis-soċji tal-MUSEUM fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali.

Il-Kanonizzazzjoni ġiet iċċelebrata f'San Pietru fil-Vatikan nhar il-Ħadd 3 ta' Ġunju 2007.  Attendew mal-ħamest elef Malti għal din iċ-ċelebrazzjoni fejn, taħt xita ma taqta' xejn, raw lil Dun Ġorġ jiġi ddikjarat qaddis.
il-Papa Benedettu XVI iddikjara bil-Latin li 

F'omelija bit-Taljan prinċipalment fuq it-Trinita Qaddisa, għax dakinhar kienet is-Solennita tagħha, il-Papa Benedittu XVI fisser kif San Ġorġ Preca, 

Fi kliem il-Papa, San Ġorġ Preca huwa eżempju ħaj ta' kif għandha tkun ħajja qaddisa. Il-Papa semma l-frażi tant għażiża għall-membri tal-Museum “Verbum Dei caro factum est” u qal li dan kien il-motto li mexxa lil San Ġorġ Preca fil-ħajja kollu tiegħu, u dan wasslu biex iwaqqaf ‘la Società della Dottrina Cristiana', il-MUSEUM. Permezz tal-MUSEUM, qal il-Papa, San Ġorġ Preca ta lill-parroċċi tal-gżejjer Maltin “servizz kwalifikat ta' katekisti preparati, tajbin u ġenerużi. 

U għal dan il-Papa rringrazzja lis-soċji tal-MUSEUM: 

Il-Papa qal ukoll li San Ġorġ Preca kien saċerdot mistiku mimli mħabba għal Ġesù, il-Verġni Marija u l-qaddisin, u rrefera għat-talba li ta' spiss kien jgħid San Ġorġ Preca u li l-Papa ħeġġiġna ngħiduha aħna wkoll u nagħmluha tagħna “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla”. Fl-aħħar il-Papa talab lil San Ġorġ Preca biex jgħin lill-Knisja tkun l-eku fidil tal-vuċi ta' Kristu, il-Verb Inkarnat.

Kien mument emozzjonanti għall-Maltin meta fi tmiem il-quddiesa, il-Papa Benedittu XVI tkellem bil-Malti. Qalilna, 

Fl-1993 Dun Ġużepp Camilleri kien wieħed minn grupp ta' sitta li marru għall-missjoni fil-Gwatemala, fl-Amerika Ċentrali. Dan il-qassis trabba minn ċkunitu l-Museum tax-Xewkija u kellu żewġ zijiet tiegħu (Salvu u Manwel Camilleri) membri tal-Museum. Il-kanonizzazzjoni ta' San Ġorġ Preca nhar it-3 ta' Ġunju 2007 fil-Gwatemala setgħu jarawha minn fuq it-televiżjoni fis-2.00 ta' filgħodu minħabba li hemm qegħdin 8 sigħat wara l-ħin ta' Malta. Dak in-nhar stess fil-għaxija Dun Ġużepp Camilleri ddedika l-parroċċa ta' Pajonal (tinqara Pahonal), villaġġ li qiegħed fuq muntanja, lil San Ġorġ Preca billi dik il-parroċċa kien għad ma kellhiex il-qaddis patrun tagħha. Din kienet bla dubju l-ewwel parroċċa ddedikata lill-ewwel qaddis kkanonizzat Malti. Għal din l-okkażjoni, Dun Ġużepp Camilleri ġab inkwadru kbir ta' San Ġorġ Preca, saret purċissjoni u kant bil-latin li kiteb l-istess qaddis Malti. Il-qassis Għawdxi Dun Ġużepp Camilleri qaleb għall-Ispanjol (il-lingwa uffiċjali tal-Gwatemala)  ħafna talb ta' San Ġorġ Preca u ta' sikwit isemmi lil dan il-qaddis Malti fil-priedki tiegħu fil-parroċċa fejn qiegħed jagħmel il-ħidma missjunarja tiegħu. 

Mons. Arċisqof Pawl Cremona stabbilixxa z-Zona Awtonoma tas-Swatar bħala Parroċċa taħt it-titolu ta' San Ġorġ Preca, b'seħħ mit-8 ta' Novembru 2008.

Nhar it-2 ta' Ottubru 1952, il-Papa Piju XII ħatar lil Dun Gorg bħala Kamrier Sigriet bit-titlu ta' Monsinjur.  Dun Gorg tnikket ħafna minħabba din l-onorifiċenza.  Huwa baqa' Monsinjur sitt snin sakemm miet il-Papa Pacelli fl-1958.
 

Nhar it-12 t'April 1980 il-Posta ta' Malta ħarġet l-ewwel bolla li tirrafigura lil Dun Ġorġ, fis-sena taċ-Ċentinarju minn twelidu. Din il-bolla ta' 2c5 kienet disinn ta' Raymond Pitrè.

Biex l-avveniment tal-Kanonizazzjoni ta' Dun Gorg jibqa' mfakkar kif jixraq, fl-2007, is-Socjetà tal-MUSEUM ipproduċiet elfejn midalja tal-fidda.  Fuq il-faċċata tagħhom hemm ix-xbieha ta' Dun Gorg filwaqt li fuq wara tidher l-emblema tas-Socjetà bil-kelmiet Verbum Dei Caro Factum Est.  
Il-Bureau Filateliku tal-kumpanija Maltapost ħareg bolla replika tal-fidda li turi lil Dun ĠorĠ Preca u bil-kappella tas-Soċjetà tal-Mużew fl-isfond.  Din kienet l-ewwel darba fl-istorja postali ta' Malta li nħarġet bolla tal-fidda. Minbarra din il-bolla unika, il-Bureau Filateliku ħareġ ukoll sett ta' żewġ bolli li juru l-istess xbieha ta' Dun Ġorġ – waħda tat-tmien centezmi u ohra tal-lira, iddisinjati minn Edward Pirotta.  Il-Maltapost ippubblikat ukoll tliet bolol oħra replika tad-deheb, wahda biex tingħata lill-Papa Benedittu 16, oħra biex tinżamm mal-kollezzjoni tal-Maltapost filwaqt li t-tielet waħda se tingħata lid-Dar tal-Providenza biex isir irkant tagħha fost il-pubbliku. Il-Lombard Bank ħareġ edizzjoni limitata ta' ingott tal-fidda, 2,000 waħhda.  

Nhar il-Ħamis, 17 ta' Diċembru 2009, wara Quddiesa ta' Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona,  ġiet inawgurata l-istatwa l-ġdida ta' San Ġorġ Preca, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, l-Ħamrun.  F'din il-Knisja Dun Ġorġ għex bħala tifel u qeda lill-Poplu ta' Alla bħala saċerdot.  L-istatwa tpoġġiet fil-post fejn Dun Ġorġ kien iqarar.  L-istatwa tal-bronz tal-iskultur Malta Ġanni Bonnici saret f'Caggiati, ġewwa Parma, l-Italja. Fi kliem il-Kappillan tal-Ħamrun, Dun Henry Balzan, għalkemm Dun Ġorġ ma kienx ikun jixtieq monumenti, u lanqas għandu bzonnhom, il-Poplu Ħamruniz ried juri l-gratitudni tiegħu lejh u jibqa' jfakkru għal dejjem.

Nhar is-Sibt, 20 ta' Frar 2010, il-Maltin Awstraljani f'Melbourne kixfu bust ta' San Ġorġ Preca fiċ-ċentru tal-komunità tal-Maltin f'Parkville. Il-bust inkixef u kien imbierek mill-Isqof Malti Mons Joseph Grech, DD, li kkonċelebra quddiesa tal-okkażjoni flimkien ma' saċerdoti Maltin.

L-Oratorju Dun Ġorġ! inkiteb mill-Professur Oliver Friġġieri fuq mużika tal-Professur Charles Camilleri. Ittella' fil-Kon Katidral ta' San Ġwann nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ġunju 2007 taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta. L-Orkestra u l-Kor tal-Collegium Musicum li pparteċipaw fl-oratorju kienu taħt id-direzzjoni ta' Maestro Dr Dione Buhagiar, b'Mario Bisazza bħala Leader tal-Orkestra. Ipparteċipaw ukoll is-Sopran Claire Caruana, is-Sopran Claire Massa u t-Tenur Charles Vella Zarb.   

Lino Grech kiteb id-dramm Agħtini l-Għajnuna fuq il-ħajja ta' Dun Ġorġ Preca. Grech kitbu fuq xewqa ta' Dun Ġorġ Dalli, direttur tal-Istitut Kattoliku, lura fis-snin tmenin. Għall-ewwel Grech raha biċċa xogħol ftit jew wisq diffiċli. Imma aktar tard dahal ghal din l-isfida u ikkonsulta mal-1200 pagna tat-tliet volumi dwar il-hajja ta' Dun Gorg ta' Patri Alexander Bonnici. Id-dramm ittella' fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku, is-Sibt u l-Ħadd 26 u 27 ta' Mejju 2007 mill-kumpanija Teatrali Karattri. L-attur Anthony Ellul interpreta lill-Qaddis Ġorġ Preca.

 




#Article 180: Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (1578 words)


Il-M.U.S.E.U.M. hija soċjeta fi ħdan il-Knisja Kattolika, imwaqqfa minn   Dun Ġorġ Preca, iffurmata kollha kemm hi minn lajċi, irġiel u nisa li ma jiżżewġux iżda li lanqas mhuma qassisin jew sorijiet. Is-Soċjetà hija magħmula minn żewġ sezzjonijiet distinti, waħda tal-irġiel u l-oħra tan-nisa. L-għan ewlieni li fuqu tinbena s-Soċjetà huwa l-qdusija tal-membri (jew kif jissejħu soċji) tagħha u t-tieni għan huwa t-tixrid tal-kelma ta' Alla kif imfissra u mgħallma mill-Knisja Kattolika. Is-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija tagħraf bħala Patrun tagħha lil San Ġwann Battista.

Biex wieħed isir soċju tal-M.U.S.E.U.M. irid ikun għalaq 18-il sena, jgħix ħajja ċelibi, jaf jaqra u jikteb bil-lingwa tal-pajjiż, ta' kondotta tajba u għamel kors ta' thejjija msejjah responsorju.

Is-Soċjetà rat il-bidu tagħha fl-ewwel xhur ta' l-1907, fil-Ħamrun, f'post fqir minn kollox iżda għani fl-imħabba lejn il-proxxmu u t-tagħlim. Illum f'Malta u f'Għawdex, kważi kull raħal għandu Dar tal-MUSEUM (Qasam, kif isibuha s-soċji. Is-Soċjetà għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl-Awstralja, fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija, u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba.

Għall-ħabta tal-1906, Dun Ġorġ, li kien għadu ma sarx saċerdot kien beda jiltaqa’ ma’ xi żgħażagħ f’għalqa quddiem il-knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Hemm saru ħbieb u kien joqgħod ikellimhom u jgħallimhom. Minn fost dawn  iż-żgħażagħ li kienu jiltaqgħu fil-għalqa, Dun Ġorġ darba ġibed fil-ġenb lil Ewġenju Borg, żagħzugħ fuq ruħu, u qallu: “Nhar il-Ħadd wara nofs in-nhar immorru passiġġata flimkien. Ġib miegħek biċċa ħobż, basla, biċċa ġobon u flixkun inbid.” Qallu wkoll iġib miegħu l-Bibbja u fthiemu dwar il-ħin. Il-Ħadd wasal u xħin iltaqgħu, qabdu t-triq tar-raba’, in-naħa ta’ Santa Venera, daħlu f’għalqa, sabu siġra tal-ħarrub u poġġew taħtha jistrieħu fuq blata. Hemmhekk, Dun Ġorġ qagħad jispjega l-Bibbja lil Ewġenju Borġ. U dawn il-laqgħat komplew isiru. Kienu fost l-ewwel laqgħat li minnhom żviluppat is-Soċjeta’ tal-Museum.

Ftit wara li Dun Ġorġ Preca sar saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ l-1906, mar iqerr għand il-konfessur tiegħu, Dun Alwiġ Attard. Kif kien lesta mill-qrar u rċieva l-assoluzzjoni, Dun Ġorġ talab parir lil Dun Alwiġ u qallu bil-pjanijiet li kellu biex jibda soċjeta’ tat-tagħlim Nisrani. Dun Alwiġ ħares lejh u wieġbu: “Mur u iftaħ u agħmel il-mezzi.” U Dun Ġorġ hekk għamel. Kien jgħid li li kieku Dun Alwiġ qallu: “Tagħmel xejn” hu kien jobdih. Kien it-Tnejn 4 ta’ Marzu 1907 meta ż-żgħażagħ li soltu kienu jiltaqgħu ma’ Dun Ġorġ saru jafu li Dun Ġorġ kien kera post għalihom. Il-Ħamis ta’ wara, 7 ta’ Marzu 1907 kera mezzanin, numru 6 Triq Fra Diegu l-Ħamrun u bdew jiltaqgħu hemm, jitgħallmu minn Dun Ġorġ. Dan il-post kienu jgħidulu n-‘Numru Sei’.

Dun Ġorġ kien iħobb jirrakkonta din id-dehra li kellu: Jgħid li darba kien għaddej  minn ħdejn is-salib tal-Marsa u hemm jara tifel ta’ tnax-il sena qed jiġbed b’ħabel isfar karru b’roti baxx iżda sodi li fuqu kellu qoffa mimlija żibel. It-tifel resaq lejn Dun Ġorġ u b’ton ta’ kmand qallu: “Agħtini l-għajnuna.” U Dun Ġorġ, kollu umilta’, la qagħad iqis li kien bis-suttana u bil-kappell ta’ qassis u lanqas x’jistgħu jgħidu n-nies fuqu, medd idu u beda jinbotta. U dak il-ħin ħakmitu ħlewwa tas-sema li ma setax ifisser u fl-għaxija sab ruħu d-dar bla ma jaf fejn wassal lit-tifet li kien jinbottalu l-karru, jekk hux Ħal Qormi, il-Ħamrun jew band’oħra. Biss, meta qagħad jaħseb fuq dil-biċċa, Dun Ġorġ beda jgħid: “Dak it-tifel ta’ tnax-il sena kien bħal Ġesu’ ta’ tnax-il sena jiddisputa fit-tempju; iż-żibel hu mxebbah minn Kristu mat-tagħlin bħalma d-demel ikabbar il-pjanti it-tagħlim ikabbar lir-ruħ. Il-ħabel isfar hu l-għaqda mal-Papa u l-karru b’roti baxxi iżda sodi ma tistax tkun ħaġ‘oħra ħlief is-soċjeta’ tal-Museum. Jien ninbotta l-karru u Ġesu’ jimxi quddiem. Hu jgħaddina minn fuqiex irid - fjuri jew tajn! Għalhekk fid-diffikultajiet hu Kristu li qed imexxi u jien u s-soċi ninbuttaw il-karru tiegħu!”

Fl-ewwel sitt xhur tas-Soċjetà, minn Frar sa Lulju 1907, is-Soċjetà kienet għadha bla isem, u bejniethom iż-żgħażagħ kienu jirreferu għaliha bħala n-Numru Sei, għan-numru tal-bieb tad-dar fejn kienu jiltaqgħu. 

Meta Dun Ġorġ Preca ried jagħti isem lis-Soċjetà tiegħu, wieħed mill-ewlenin soċji, Salvu Muscat, issuġġerixxa l-isem Mużew għax fih wieħed isib tagħlim siewi li jagħti l-paċi lil qalb il-bniedem. Sħabu, kollhom entużjażmu għollewh fuq l-ispallejn, ħarġuh barra u b’qoxra ta’ rummiena kiteb fuq il-koxxa tal-bieb ta' barra il-kelma “MUŻEW”. Ftit wara Dun Ġorġ ta tifsira aktra xierqa lill-kelma Mużew, u ħareġ bl-akronimu bil-Latin M.U.S.E.U.M. għal Magister, Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus, li bil-Malti tfisser: Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju. La Mużew u lanqas MUSEUM mhu l-isem uffiċjali tas-Soċjetà imma għall-poplu kollu ta' Malta u Għawdex dan kellu jkun il-veru isem tas-Soċjetà u l-membri tagħha għadhom magħrufa sal-lum bħala tal-Mużew. Ċentru jew dar, li iktar tard beda jissejjaħ Qasam, beda jissejjaħ ukoll mużew. Biż-żmien anke l-katekiżmu mgħallem minn nies oħra li mhumiex membri tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. beda jissejjaħ minn ħafna mużew tant kemm l-isem qabad.

L-Isqof Pietru Pace, li kien Isqof bejn l-1889 u l-1914, ried ineħħi l-isem MUSEUM għax ma kienx jogħġbu. Dun Ġorġ jgħid li ma rnexxilux għax l-isem kien laħaq qabad wisq:

Fl-ewwel Regola jew Kostituzzjonijiet tas-Soċjetà li nkitbu qabel l-1917, Dun Ġorġ ma jsemmi mkien l-isem Mużew jew M.U.S.E.U.M. imma sejħilha L-Għaqda tal-Papidi u l-Papidissi jiġifieri L-Għaqda ta' Ulied Papa biex, fi kliemu, inżommha mbiegħda minn kull suspett ta' ereżija.

Meta fl-1916, Kummissjoni maħtura mill-Isqof Mawru Caruana li nvestigat lis-Soċjetà, din issejħet Institum S. Joannis Praecursoris, billi dan huwa l-Qaddis Patrun tagħha, għalkemm il-Kummissjoni ssejħet Commissione riguardante i così detti 'Musei'.

Wara l-approvazzjoni tas-Soċjetà mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi fl-1932, Dun Ġorġ beda jsejħilha Soċjetà tad-Duttrina Nisranija kif jidher fl-Assenjatur ta' April 1933 bit-titlu SOCIETÀ DELLA DOTTRINA CRISTIANA, volgarmente detta M.U.S.E.U.M.

Dawn jinsabu l-Blata l-Bajda, f'post fejn qabel kien cimiterju tal-kolera. L-art li fiha madwar 500 qasba kwadru beda t-tħaffir għalihom fil-15 ta’ Awissu, 1954. Mid-Dar Ġenerali joħorġu d-direttivi u l-amministrazzjoni tal-fergħat kollha tas-Soċjetà tal-MUSEUM ta’ Malta u Għawdex. Fl-auditorium kbir tad-Dar Ġenerali issir il-Laqgħa ta' kull nhar t'Erbgħa għas-soċji u l-kandidati kollha ta' Malta. L-ewwel ġebla tal-Kappella tqiegħdet fit-23 ta’ Frar,1958, mill-Arcisqof Gonzi u tbierket u nfetħet ufficjalment mil-istess Isqof fit-13 ta’ Mejju, 1964. Din il-kappella li hi ddedikata lil-Madonna tal-Midalja Mirakuluża fuq stil klassiku modern u tesa’ 320 ruħ, għandha l-għamla tal-kappella ta’ Sarria tal-Furjana. Saret fuq id-disinn ta' Ġuże’ Damato. Fl-1962, fuq il-bieb tal-kappella minn barra tqiegħdet statwa tal-Madonna bilqiegħda filwaqt li sena wara ittellgħet fuq l-antenna ta’ din il-kappella, statwa tal-bronż ta’ Ġesu Feddej. F’din il-kappella insibu ukoll għal qima tal-pubbliku, statwa tax-xama’ ta’ San Ġorġ Preca, kif ukoll id-demm ta’ dan il-qaddis li kien ħadlu t-Tabib Lawrance Spiteri. Taħt l-istatwa tax-xama' jinstab il-fdal ta’ San Ġorġ Preca.

Nhar is-17 ta’ Ottubru 1960, il-Knisja f’Malta approvat il-Fergħa tal-Kooperaturi fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM, fuq xewqa tal-Fundatur San Ġorġ Preca. Hija fergħa li għandha wkoll l-istorja tagħha, xi drabi mqallba, l-aktar fil-bidu sakemm saret parti mis-Soċjetà tal-Museum. Imma Dun Ġorġ berikha, u anke meta kienet għadha mhijiex parti mis-Soċjetà, Dun Ġorġ qatt ma fixkilha. Fl-1952, lil Patri Mikiel Fsadni kien kitiblu, “Jiena lill-Arċisqof infurmajtu fuq il-fedeltà tagħhom biex ma jimpedixxihomx. Għedtlu li jinġabru biex ma jitilfux it-tagħlim li ħadu mill-Mużew, u ma ddiżapprovahomx.” Fl-1956, lil Lewis Endrich, ex-soċju li ħames snin qabel beda dan il-proġett, Dun Ġorġ kitiblu hekk: “Jiena ġejt fit-tagħrif ta’ din il-kongregazzjoni u approvajtha. Mhux biss, iżda rrikmandajtha lis-Soċjetà, biex hija tista’ tingħata l-għajnuna. Alla bierek lil din l-għaqda...” Mill-istess ittra lil Endrich jidher ċar li Dun Ġorġ ma riedx li din l-għaqda tkun biss għall-ex-soċji, iżda riedha: “kongregazzjoni li tħaddan kull membru mifrud mis-Soċjetà, u ta’ rġiel oħra, biex it-tagħlim li inti xrobt mis-Soċjetà... ma jmurx mar-riħ, iżda jibqa’ kkultivat.” Il-Kooperaturi rġiel ilaħħqu mija u tletin membru u jiltaqgħu l-Furjana kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Sibt. Huma attivi wkoll il-Ħamrun, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, iż-Żejtun, Għawdex u anke l-Awstralja. Il-Kooperaturi nisa jiltaqgħu darba f’xahar il-Gudja, Ħal-Għaxaq, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, u Ħal-Qormi, u jkollhom laqgħa ġenerali tliet darbiet f’sena l-Blata l-Bajda. Nirringrazzjaw lil Alla għal din il-Fergħa tal-Koperaturi u nkomplu nitolbu għalihom, filwaqt li nibqgħu nfittxu modi ġodda kif nilħqu iktar u iktar nies.

Is-Soċjetà tal-MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. Dun Ġorġ Preca dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel. Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Illum l-Iskola St. Michael, skola sekondarja tal-Knisja immexxija mill-MUSEUM, li twaqqfet fl-1946 minn Toni Agius, magħruf bħala s-Sur Agius, li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna tilqa' fiha 340 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f'Malta, li għandhom bejn 11 u 16-il sena. Sal-2005 l-impjegati tal-Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal-MUSEUM. Illum dan jgħodd biss għat-Tim Amministrattiv, għalkemm fl-2010 minn 30 għalliem nofshom huma wkoll soċji tal-MUSEUM. Ħames soċji li kienu għalliema f'St. Michael illum huma missjunarji tas-Soċjetà tal-MUSEUM f'pajjiżi oħra, fl-Albanija, fil-Peru, fil-Kenja, u fil-Polonja.

Il- fil-Blata l-Bajda twaqqfet fl-1973 mis-Soċjetà tal-MUSEUM biex tagħti servizz lill-membri tagħha stess fit-taħriġ, preparazzjoni u mezzi ta’ għajnuna għall-kateketika, bħalma huma visual aids, katekiżmi, kotba ta' qari spiritwali, u rigali reliġjużi. Aktar ’il quddiem, din kibret u estendiet is-servizz tagħha lill-pubbliku inġenerali. Fiha wieħed isib għażla vasta ta’ materjal kemm bħala qari kif ukoll għal rigali u tifkiriet oħra. Dawn jinkludu CDs, DVDs, enċikliki, kotba għat-tfal ta’ età primarja, għall-pre-adolexxenti, żgħażagħ, għarajjes, koppji, trobbija ta’ tfal, anzjani, posters, bookmarks, u ħafna oħrajn. Qabel il-qligħ, l-għan prinċipali tal-Librerija Preca hu li l-messaġġ reliġjuż jinxtered u jidħol fid-djar Maltin.

Is-Soċjetà ilha snin tippubblika xogħlijiet ta' natura reliġjuża, speċjalment, għalkemm mhux biss, bil-Malti. Is-Soċjetà għandha stamperija għall-użu tagħha stess, il-, li wkoll tispeċjalizza fl-istampar ta' xogħlijiet reliġjużi, fost oħrajn. 

Sal-2009, is-Superjur Ġenerali kien ukoll is-Superjur Reġjonali ta' Malta. Dan ma baqax hekk wara r-riżenja ta' Delicata fl-2009.




#Article 181: Demm (408 words)


Id-demm huwa tessut likwidu li jiċċirkola fil-ġisem tal-annimali u li għandu rwol prinċipali għall-għixien tal-ġisem. Id-demm huwa kompost minn għadd ta' ċelluli (iċ-ċelluli ħomor, iċ-ċelluli bojod u l-pjastrini) jgħumu f'likwidu magħruf bħala plażma

Termini mediċi relatati mad-demm ħafna drabi jkunu jibdew bil-prefiss emo- li hija koruzzjoni tal-kelma Griega haima li tfisser demm, jew inkella jispiċċaw bis-suffiss -emja jew -emija. B'hekk pereżempju naraw kliem bħal emoraġija (telf ta' demm mill-ġisem), anemija u viremija.

Il-funzjoni prinċipali tad-demm hija li jwassal u jissupplixxi nutrienti (primarjament l-ossiġnu u l-glukosju) kif ukoll elementi oħra lit-tessuti, u fl-istess ħin ineħħi l-isktart metaboliku tal-ġisem (diossidu tal-karbonju u aċtu lattiku). Id-demm ukoll iservi ta' sistema ta' trasport kemm għaċ-ċelloli (lukoċiti, ċellolari abnormali minn xi tumur) kif ukoll għall-sustanzi differenti (amino aċidi, lipidi, ormoni) bejn it-tessuti u l-organi tal-ġisem. Problemi bil-kompożizzjoni jew biċ-ċirkolazzjoni tad-demm, jistgħu iwasslu għall-problemi fil-funzjoni normali tat-tessuti (jew aħjar disfunzjoni).

Id-demm jiċċirkola madwar il-pulmun u l-ġisem kollu minħabba t-taħbit tal-qalb.

Bniedem adult iġorr madwar 5 litri ta' demm. Id-demm magħmul minn 55% plażma u l-bqija jinqasam f'madwar 96% ċelluli ħomor, 3% ċelluli bojod u 1% tromboċiti (bl-Ingliż: ). 

Għal kull 600 ċellula ħamra hemm 40 tromboċita u ċellula bajda waħda. Iċ-ċelluli l-bojod huma ħafna ikbar miċ-ċelluli l-ħomor filwaqt li t-tromboċiti huma iżgħar.

Ix-xogħol tad-demm huwa li jġorr is-sustanzi li għandu bżonn il-ġisem għall-għixien tiegħu u fl-istess ħin iġorr ukoll l-affarijiet li l-ġisem irid jeħles minnhom. Iċ-ċelluli l-ħomor jieħdu ħsieb li jġorru l-ossiġnu (O2) lejn iċ-ċelluli l-oħra tal-ġisem. Il-plażma iġġorr il-glukosju u s-sustanzi l-oħra kollha li jitimgħu ċ-ċelluli filwaqt li jġorr ukoll id-CO2 sabiex jintrema 'l barra mill-pulmun.

Sabiex l-ossiġnu u s-sustanzi ta' ġod-demm jilħqu ċ-ċelluli tal-ġisem kollu, hemm bżonn li d-demm idur mal-ġisem. Għal dan il-għan hemm il-qalb li taħdem bħala pompa u ddawwar id-demm minn ġol-vini u l-arterji. Id-demm minn ġol-qalb jiġi ppumpjat l-ewwel ġol-pulmun u jimtela bl-ossiġnu filwaqt li l-plasma jarmi l-arja l-ħażina. Minn hemm jerġa' jidħol fil-qalb u jerġa' jiġi ppumpjat fil-bqija tal-ġisem. Hekk kif id-demm jgħaddi minn madwar l-istonku u l-imsaren jiġbor fih ukoll is-sustanzi tal-ikel.

Jeżistu 4 gruppi ta' demm, l-A, il-B, l-AB u l-O. Kull wieħed minn dawn jista' jkollu karatteristika oħra, l-Rh. Jekk id-demm ikollu dil-karatteristika u hu tal-grupp 'A', jissejjah 'A+' filwaqt li jekk ma jkollux jissejjaħ, 'A-'. Dat-tipi ma jaqblux kollha bejniethom u meta persuna tingħata d-demm jingħatalha biss minn dak li jaqbel magħha. Jekk ma jsirx hekk, il-ġisem jista' jaħseb li hemm xi ħaġa ħażina u jipprova joqtol id-demm il-ġdid billi jagħmel reazzjoni miegħu.




#Article 182: Saħara (570 words)


Is-Saħara fl-Afrika ta' Fuq, hu wieħed mill-ikbar deżerti tad-dinja. L-Antartika hi wkoll deżert u hi ikbar. 

Hu mdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Muntanji Atlas, il-Baħar Mediterran, il-Baħar l-Aħmar, u r-reġjun ta' Saħel. Ġo fih hemm partijiet minn ħafna pajjiżi, fosthom il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer, Ċad, l-Eritrea, is-Saħara tal-Punent u s-Sudan. Il-parti l-kbira tiegħu mhux abitabbli imma xi nies jirnexxilhom jgħixu fil-postijiet fejn hemm l-ilma.

Id-Deżert Saħara fih xi 9,065,000 kilometru kwadru. Kien hemm żmien meta kien ikbar u żmien meta kien iżgħar. Wara l-aħħar Żmien is-Silġ sar iżjed fertili, imbagħad reġa' nixef. Hu l-isħan post fid-dinja, imma mhux l-iżjed nixef. L-iżjed nixef hu d-Deżert Atacama fl-America ta' Fuq. Is-Saħara bejn wieħed u ieħor hu daqs l-iStati Uniti f'daqqa.

L-ogħla muntanja hi ta' 3415-il metru, u hi l-Emi Koussi f'Ċad. Xi quċċati tal-muntanji huma miksijin bil-borra anki fis-sajf. Il-katina tal-muntanji ewlenija hi tal-Muntanji Atlas fl-Alġerija. L-iżjed post baxx hu l-għammieq tal-Qattara fl-Eġittu, li hu xi 130 metru taħt il-livell tal-baħar. Witjiet bir-ramel u duni jagħmlu xi 25% tas-Saħara. Il-bqija hu muntanji, steppi b'ħafna ġebel u oażi.

Hemm bosta xmajjar li jgħaddu mis-Saħara. Però, kollha jinxfu fis-sajf barra x-Xmara Nil u x-Xmara Niġer.

Il-minerali metalliċi huma importanti ħafna għall-pajjiżi Saħarin. L-Alġerija u l-Mawritanja għandhom bosta depożiti kbar tal-ħadid. Hemm ukoll depożiti tal-uranju, imma n-Niġer għandha l-iżjed minn dawn. Hemm ħafna fosfati fil-Marokk u fis-Saħara tal-Punent. Fl-Alġerija l-iżjed li hemm żejt. Iż-żejt hu importanti għall-pajjiż kollu. Waqt bl-estrazzjoni taż-żejt l-ekonomija tas-Saħara kibret, ftit għenet lill-popolazzjoni indiġena, billi ħaddiema tas-sengħa jinġiebu minn pajjiżi oħra. 

L-iġmla dromedarji u l-mogħos huma l-annimali mansi li nsibu l-iżjed spiss fis-Saħara. Id-dromedarju hu l-favorit tan-nomadi minħabba kemm jiflaħ ix-xemx u l-ħila tiegħu fil-ġiri. 

L-iskorpjun isfar (Leiurus quinquestriatus) jista' jkun 10ċm twil. Dan hu perikuluż ħafna u l-velenu tiegħu fih ħafna agitoxin u scyllatoxin. Però tingiża minn dan l-iskorpjun rari toqtol adult f'saħħtu. 

Hemm bosta speċi ta' volpi li jgħixu fis-Saħara, fosthom il-vulpes zerda, vulpes pallida u l-vulpes rueppellii. L-Addax nasomaculatus, antelopa kbira bajda, tista' tgħaddi kważi sena fid-deżert mingħajr ma tixrob. L-għażżiela dorcas hi għażżiela tal-Afrika ta' fuq li wkoll tista' tgħaddi ħafna żmien mingħajr ilma.

Il-geparda tas-Saħara (Acinonyx jubatus hecki) tgħix fl-Algerija, Togo, in-Niġer, Mali, Benin, u Burkina Faso. Baqa' inqas 250 geparda adulta, li huma kawti u jaħarbu kull preżenza tal-bniedem. Il-geparda tevita x-xemx minn April sa Ottubru u tisken taħt l-arbuxxelli bħall-balaniti u l-akaċji. Is-soltu jkunu ta' kulur ċar.

Fost l-annimali l-oħra hemm il-varanidi, l-iraċi, is-sriep Cerastes, u numru żgħir ta' likawuni (Lycaon pictus) forsi f'14-il pajjiż biss u n-nagħam.

Jgħixu annimali oħra fis-Saħara (għasafar l-iżjed) bħal-lonkura tal-munqar fiddi (Lonchura cantans) u l-gardell ta' wiċċu iswed (Lagonosticta larvata), fost l-oħrajn. Hemm ukoll kukkudrilli tad-deżert żgħar (Crocodylus suchus) fil-Mawritanja u fix-xagħri għoljin ta' Ennedi ta' Ċad.

Is-Saħara ċentrali hi stmata li fiha ħames mitt speċi ta' xtieli, li hu numru baxx għall-estent enormi tal-erja. Xtieli bħas-siġar tal-akaċja, palm, sukkulenti, arbuxxelli bix-xewk, u ħaxix adattaw ruħhom għall-kondizzjonijiet nixfin.

Minn xi erba' miljun ruħ li jgħixu fis-Saħara, il-parti l-kbira jgħixu fil-Mawritanja, Is-Saħara tal-Punent, l-Alġerija, il-Libja u l-Eġittu. Iż-żewġ gruppi dominanti huma is-Saħrawin u t-Twareg. L-ikbar belt hi Nouakchott, il-belt kapitali tal-Mawritanja. Il-bliet importanti l-oħra huma Tamanrasset fl-Alġerija, u Sebha u Ghat fil-Libja.
Mis-Saħara kollha 200,000 km² biss huma oażi fertili. Fihom ikabbru t-tamal, qamħ u frott. Dawn il-ftit reġjuni għammiela jissaqqew minn xmajjar u għadajjar taħt l-art. Ħafna mill-oażi tas-Saħara jinstabu f'ħofor (art taħt il-livell tal-baħar) u l-ilma jitla' fil-wiċċ minn ġibjuni naturali taħt l-art; bjar arteżjani.




#Article 183: Kolera (179 words)


Kolera (magħrufa wkoll bħala Kolera Ażjatika) hija marda ikkawżata mill-batterju Vibrio cholerae, li normalment jispiċċa fil-ġisem wara li persuna tixrob ilma kontaminat, jew inkella tiekol ħut jew frott tal-baħar li ma jkunx imsajjar tajjeb. Din il-marda ġiet deskritta għall-ewwel darba b'mod xjentifiku minn tabib Portugiż Garcia de Orta fis-Seklu XVI.

Is-sintomi jinkludu dawk is-sintomi ta' infezzjoni tat-tratt GI: dijarea akuta (eż. 1 L feċi/siegħa), uġiegħ fiż-żaqq, deni, nawżja u rremetar. Apparti dawn, hemm sintomi oħra relatati mad-diżidratazzjoni, kawża tat-telf kbir ta' likwidi mill-ġisem: għatx, bukgħawwieġ fil-muskoli, għajja u nuqqas ta' saħħa, tikmix tal-ġilda, metabolic acidosis severa flimkien ma' potassium depletion, anurja, circulatory collapse u cyanosis. Dawn kollha jwasslu għall-xokk ipovolemiku (telf massiv ta' fluwidi u electrolytes mill-ġisem), li jista' jwassal għall-mewt fi ftit sigħat.

Ix-xjenzjati li taw l-akbar kontribuzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kolera kienu John Snow, li skopra l-ħolqa bejn il-marda tal-kolera u x-xorb ta' l-ilma fl-1854, u Robert Koch, li identifika l-V. cholerae bħala l-baċillu li jikkawża l-marda. Il-batterju kien ġie iżolat xi 30 sena qabel mill-anatomiku Taljan Filippo Pacini, iżda r-riżultati tiegħu ma kienux wisq magħrufa madwar id-dinja.




#Article 184: Antropoloġija (173 words)


L-Antropoloġija (mill-kelma Grieka: ἄνθρωπος, antropos, bniedem; u λόγος, logos, taħdit litt. li titkellem dwar il-bnedmin) hija l-istudju ta' l-umanità. L-antropoloġija tnisslet mix-xjenzi naturali, l-istudji umanistiċi, u x-xjenzi soċjali. Dan it-terminu ġie użat l-ewwel darba minn François Péron meta iddiskuta l-inkontri tiegħu ma' l- Aboriġini ta' Tasmania. L-Antropoloġija hija l-istudju tal-karatteristiċi fiżiċi, soċjali u kulturali ta' l-umanità. L-Etnografija tirreferi kemm għal waħda mill-metodi ewlenin ta' l-antropoloġija u kemm għat-test li jinkiteb bħala riżultat tal-prattika ta' l-antopoloġija u l-elementi tagħha. 

Minn żmien ix-xogħol ta' Franz Boas u Bronisław Malinowski fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, l-antropoloġija bdiet tiddistingwixxi ruħha minn xjenzi soċjali oħra minħabba l-enfażi fuq l-eżaminazzjoni fil-fond tal-kuntest, ipparagunar bejn kulturi differenti, u l-importanza li tefgħat fuq l-osservazzjoni parteċipattiva, jew immersjoni esperementali, fit-tul fiż-żona tar-riċerka. L-antropoloġija, partikolarment dik kulturali, enfasizzat ir-relattivita kulturali u l-użu ta' sejbiet mir-riċerka biex issir kritika kulturali. Din kienet partikolarment prominenti fl-Istati Uniti, mill-argumenti ta' Boas kontra l-ideoloġija razzjali tas-seklu 19, għall-ġlieda ta' Margaret Mead għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liberazzjoni sesswali, sal-ktirika kurrenti ta' l-oppressjoni post-kolonjali u l-promozzjoni tal-multikulturaliżmu.




#Article 185: Jean Parisot de la Valette (415 words)


Jean Parisot de Valette (Parisot, 1494 – Malta, 21 ta' Awwissu 1568) kien il-Gran Mastru tal-Ordni Militari Sovran ta' Malta li mexxa d-difiża ta' Malta Fl-Assedju l-Kbir tal-1565.

Twieled fl-1494 fix-Château de Labro f'Parisot (Tarn-et-Garonne) fir-Rouergue, Franza. Kien it-tieni tifel ta' Guillot jew Guillaume de la Valette-Cornusson (miet 1513), Kavallier, Sinjur ta' Cornusson u ta' Boismenon, Ġentlom ordinarju tal-Kamra tar-Re, u ta' Jeanne de Castres. (mietet 1548).

Meta kellu 20 sena daħal fl-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm. Fl-1522, flimkien ma' 159 kavallier ieħor u l-Gran Mastru Philippe de Villiers de L'Isle-Adam], ħa sehem fid-difiża ta' Rodi fl-assedju mill-Ottomani. L-armata kbira ta' Suliman il-Manjifiku kienet wisq għalihom u l-gżira waqgħet f'idejn l-Ottomani. De la Valette mal-ftit Kavallieri li baqgħu ħajjin tħallew imorru r-renju ta' Sqallija.  Fl-1541 qabduh il-pirati ta' Barberija taħt il-kmand ta' Turgut Reis li ħaduh bħala lsir tal-galeri għal sena.

Fl-1554 de la Valette ġie elett Kaptan Ġenerali tal-galeri tal-Ordni. Dan kien unur kbir għal-lingwa ta' Provenza, billi matul il-parti l-kbira tal-istorja tal-Ordni, il-pożizzjoni ta' Gran Ammiral kienet tmur għand il-Lingwa tal-Italja. F'dik il-kariga sar famuż u f'dak iż-żmien ta' kmandanti tal-baħar kbar kien meqjus fl-istess livell tal-Kavallier Mathurin Romegas - wieħed mill-ikbar kmandanti tal-baħar Insara. Fl-1557, meta miet il-Gran Mastru Claude de la Sengle, il-Kavallieri, li kienu nwitati bl-attakk li żgur kien ġej fuqhom, għażlu lil de la Valette bħala Gran Mastru.

Kien il-mexxej tad-difiża ta' Malta fl-assedju tal-1565 mit-Torok. L-assedju dam tliet xhur u l-forza tal-Ottomani kienet ħafna ikbar min dik tal-Insara. L-Ottomani kellhom 'il fuq minn 30,000 suldat, fosthom il-Ġannizzeri, kif ukoll flotta ta' 193 frejgata. Fit-18 jew l-24 ta' Mejju, it-Torok assedjaw il-Forti Sant'Iermu li kienet difiża minn 130 kavalier li waqgħet fit-23 ta' Ġunju. Minkejja dan fit-8 ta' Settembru l-Insara irnexxilhom ikeċċu t-Torok u bis-saħħa ta' din ir-rebħa de la Valette kiseb prestiġju kbir fl-Ewropa,  imma rrifjuta l-offerta li jsir kardinal biex jibqa' indipendenti mill-Papa. Ħafna attribwew din ir-rifjuta għall-modestà u l-umiltà tiegħu bħala suldat reliġjuż.  Filippu II ta' Spanja, biex jgħaraf il-kuraġġ tiegħu bagħat stallet tad-deħeb bil-kitba plus quam valor Valetta valet.
 

 
Fl-1566, il-Gran Mastru reġa' bena l-Forti Sant'Iermu u beda l-bini tal-belt Valletta li ġġib ismu fuq l-għolja ta' Xiberras fejn ħafna mit-Torok kienu mietu fl-attakk ta' Sant'Iermu. Qiegħed l-ewwel ġebla hu nnifsu. Il-belt il-ġdida

Jean Parisot de la Valette miet fil-paċi fl-1568 qabel ma tlestiet il-belt. Il-qabar tiegħu (forma ta' sarkofagu) jinstab fil-kripta tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, fil-belt Valletta. L-iskrizzjoni fuq il-qabar komposta mis-segretarju tal-Latin, Oliver Starkey, l-aħħar kavallier tal-Lingwa Ingliża waqt l-assedju, tgħid bil-Latin:




#Article 186: Psikoloġija (122 words)


Il-Psikoloġija (Grieg antik: psyche = ruħ jew moħħ, logos/-oloġija = studju ta) hija xjenza akkademika u applikata li tinvolvi l-istudju tal-menti, tal-moħħ u tal-imġiba, kemm dik umana u le. Il-psikoloġija tapplika dan l-għerf f'bosta oqsma tal-ħajja tal-bniedem, bħal ngħidu aħna, fil-problemi li jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum u fit-trattament ta' mard mentali.   

Il-psikoloġija hija differenti mis-soċjoloġija, antropoloġija, ekonomija u x-xjenzi politiċi għax tinvolvi l-istudju tal-proċessi mentali u l-imġiba ta' individwi (kemm waħidhom kif ukoll fi gruppi) minflok l-imġiba tal-gruppi innifishom. Il-psikoloġija hija differenti wkoll mill-bijoloġija u n-newroxjenza għax hija konċernata primarjament ma' l-interazzjoni bejn proċessi mentali, l-imġiba u l-proċessi tas-sistema, mhux sempliċiment il-proċessi bijoloġiċi jew newroloġiċi innifishom (avolja il-fergħa newropsikoloġija tgħaqqad l-istudju tal-proċessi newroloġiċi ma' l-istudju ta' l-effetti mentali li dawna joħolqu).




#Article 187: Djalett Grieg-Kalabriż (186 words)


Id-djalett Grieg-Kalabriż jew Grieg-Boveżjan huwa l-verżjoni ta' Grieg Taljanizzat użat fir-reġjun Taljan tal-Kalabrija, kuntrarju tal-idjoma Italo-Griega mitkellma fil-Greċja Salentina. Dawn iż-żewġ lingwi huma ħafna drabi magħquda flimkien bħala Italjot Grieg (Katoitaliótika) jew Greċjaniku jew ukoll Griko, imma huma żewġ verżjonijiet differenti li żviluppaw b'mod differenti tul l-istorja.

Il-Grieg-Kalabriż huma mniżżel fil-Ktieb l-Aħmar (Red Book) ta' l-UNESCO bħala lingwa li qiegħda fil-periklu li tintilef , flimkien mal-Greċjaniku. Barra minn hekk, l-Euromosaic isostni  li din hija lingwa minoritarja ta' l-Unjoni Ewropea li qiegħda f'periklu.

Dan id-djalett huwa msemmi wkoll mill-Ethnologue bħala djalett tal-Grieg Modern . Il-konklużjoni li ħareġ biha l-Ethnologue hija pjuttost dubjuża għaliex din il-lingwa kellha żvilupp separat u paralleli mill-Grieg Biżantin (jew saħħansitra mill-Grieg antik) sal-Grieg Modern, u għaldaqstant dan id-djalett jista' jitqies ħu l-Grieg modern iktar milli ferħ dirett.

Jekk wieħed iżomm dawn il-punti f'moħħu, ikun iktar korrett li jħares lejn il-Grieg-Kalabriż bħala verżjoni djalettali tal-Grieg-Biżantin Medjevali iktar milli djalett tal-Grieg Modern.

Però, din il-verżjoni tal-lingwa Griega qatt ma wriet żvilupp estensiv tul l-istorja tagħha, u kienet tintuża biss għall-komunikazzjoni u d-diskors ta' kuljum mingħajr qatt ma kellha rwol sinjifikanti fl-oqsma amministrattivi, letterarji jew ekkleżjastiċi. 




#Article 188: Patri Feliċjan Bilocca (628 words)


Patri Feliċjan Bilocca twieled il-Furjana nhar l-1 ta' Ġunju, 1914 minn Ġużeppi u Elena mwielda Agius. Kien it-tielet wild minn familja ta' tlettax.  Il-ġenituri tiegħu kienu joqogħdu fi Triq il-Miratur, il-Furjana. Il-ġenituri meta twieled tawh l-isem ta' Karmenu.  Il-figura ta' l-omm ħalliet impatt kbir fuqu u sa mewtha ħabbha b'imħabba kbira.  Anki meta kiber baqa' jieħu l-pariri tagħha. Ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Floriana.  Studja l-Model School il-Belt u minn hemm inkiteb fl-iskola ta' l-Inġinerija Nixon School. 

Kienu għadu lanqas temm il-kors meta għamel it-talba biex jissieħeb mal-Kapuċċini. Fit-22 ta' Settembru, 1929 beda n-novizzjat u snin wara ġie ordnat saċerdot minn idejn Monsinjur Mikiel Gonzi. Mar jistudja fl-Università Gregorjana ta' Ruma minfejn kiseb dottorat fit-Teoloġija Dommatika u diploma fis-Soċjoloġija u l-Ekonomija Soċjali. Felicjan Bilocca kien wiehed mill-ewwel għalliema tas-Soċoloġija f'Malta u ma naqasx li jikteb dwarha kemm fil-kotba kif ukoll l-artikli tiegħu.  Ibbaża priedki sħaħ minn dik il-lenti.

Aktarx li l-iktar fażi eċitanti ta' ħajtu kienet meta kien kappillan il-Marsa. Dan kien bejn l-1949 u l-1958. Lill-Marsin ħabbhom u għenhom kemm felaħ.  Mhux biss bhala kappillan imma stinka biex il-Marsa tikseb dinjità u titjib fiżiku. Bena l-Knisja tal-Madonna tad-Dmugħ fil-Marsa, illum Marija Reġina.  Skond ma ħalla miktub fid-djarji tiegħu minħabba dan il-pass is-superjuri tiegħu keċċewh minn kappillan u bagħtuh fil-kunvent tal-Furjana f'ċella viċin il-kamra tal-banju.

Kien magħruf ghall-karattru sod li kellu u l-fehmiet tiegħu ggwidaw għadd ta' studenti tiegħu li wara laħqu patrijiet.  Sa hemm min isostni li kien ħalla hafna influwenza fuq l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Aspett li spikka hafna f’hajtu kien il-ġurnaliżmu.  Kiteb ghadd enormi ta’ artikli li dehru f'gurnali bhall-Lehen is-Sewwa u l-orizzont.  L-ahhar artiklu deher ftit jiem biss qabel ma miet. L-artikli ta’ qabel l-1971 huma artikli li ddefendew il-pozizzjoni tal-Knisja.  Dak kien zmien l-interdett u s-sittinijiet ma kinux facli ghal Malta.  

Feliċjan għalkemm kellu tendenzi xellugin imma mhux eċċesivi kien daħal għad-difiża tal-knisja b'ruħu u ġismu.  Kien protagonist ewlieni fit-twaqqif tal-Partit tal-Ħaddiema Nsara li kien jitmexxa minn Toni Pellegrini.  Hu nnifsu kien mar ifittex il-kandidati ghall-elezzjonijiet. Wara li tela' l-Gvern Laburista fl-1971 u ftit qabel kien saret il-paċi mal-Knisja, Feliċjan biddel it-ton u minn għadu tal-Partit Laburista sar ħabib kbir u intimu.  Per eżempju, għall-Feliċjan id-deċiżjoni ta' Dom Mintoff li jifforma gvern wara l-elezzjoni ta' l-1981 kienet tajba (għax kienet kompletatment skond il-Kostituzzjoni li kienet tgħid li min ikollu l-maġġoranza tas-siġġijiet fil-parlament ikollu d-dritt li jifforma gvern. Tant dan kien minnu li l-gvern Laburista kien rikonoxxut mid-dinja kollha. Fatt interessanti ieħor kien li fl-1971 minkejja li l-Partit Laburista ġab madwar 5000 vot iktar mill-pn, li ma' kienx għal-ħames (5) voti kien jerġa jispiċċa fl-oppożizzjoni! Kien bis-saħħa ta' emendi li għadda gvern Laburista li mbagħad ġiet irranġata l-Kostituzzjoni biex min iġib l-ikbar ammont ta' voti jiggverna. Ironikament din tal-voti spiċċat dejjem ħadmet kontra l-istess Partit Laburista għax qatt ma rriflettiet l-ammont ta voti li ġab iktar kull meta ħa l-gvern fl-1996,2013, u fl-2017).  

L-artikli ta' din il-ħabta wieżnu l-politika Laburista u saħħansitra ħa pożizzjonijiet kontra l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca biex jiddefendi l-politika Laburista li kienet politika favur il-fqir u l-ħaddiem kif suppost tgħallem il-knisja kattolika. Uża ghadd kbir ta' nome de plumes.  L-iktar popolari Baruk, Don Camillo u Von Galen.  Kienu bosta dawk li attribew lilu n-nome de plume Gladiator imma hemm xhieda biżżejjed li tikkontradixxi lil min jgħid hekk. Patri Felicjan hu wkoll l-awtur ta' għadd ta' kotba. Il-patri rabat ismu max-xandir u bosta jiftakruh fil-programm Djalogu li kien isir fuq l-MTV u Zmienna li kien jixxandar fuq ir-radju nazzjonali.  Tista’ tghid li tkellem dwar ghadd ta’ suggetti taht il-kappa tax-xemx.  Ma kienx jiddejjaq jitkellem fuq suggetti bhas-sess li dik il-habta ma tantx kienu popolari. Bis-saħħa tiegħu, is-soċjetà tal-M.U.S.U.E.M. kisbet l-art li nafu biha llum biex setghet tibni l-kwartieri taghha.  Minflok darba kien hemm ċimiterju abbużat.

Bilocca miet nhar it-Tlieta, 5 ta' Mejju, 1987.




#Article 189: Oċeanja (163 words)


L-Oċeanja hija reġjun, ġeografiku, u wkoll ġeopolitiku magħmul minn bosta artijiet - l-iktar gżejjer, u ħafna drabni jinkludi l-Awstralja – fl-Oċean Paċifiku u l-viċinanzi. Il-firxa eżatta tal-Oċeanja għandha varjetà ta' definizzjonijiet, b'xi interpreatzzjonijiet li jinkludu l-Awstralja, New Zealand, l-Indoneżja u Timor tal-Lvant.

L-użu primarju tat-terminu Oċeanja huwa li jiddeskrivi reġjun makroġeografiku li jinsab bejn l-Ażja u l-Ameriki, bil-kontinent Awstraljan bħala l-ikbar landmass u li jikkonsisti f'mdawar 10,000 gżira fil-Paċifiku. L-isem Oċeanja huwa wżat għax, kuntrarju għall-raggrupamenti reġjonali oħra, huwa l-oċean u l-baħar iktar milli kontinent li jgħaqqad dawn l-artijiet flimkien.

L-isem ta' dal-kontinent ġie ivvintat mill-esploratur Franċiż Dumont d'Urville fl-1831, u tradizzjonalment, l-Oċeanja kienet maqsuma fil-Mikroneżja, il-Melaneżja, il-Polineżja, u l-Awstralażja. 

Il-parti l-kbira ta' l-Oċeanja hija magħmula minn nazzjonijiet-gżejjer żgħar. L-Awstralja hija l-unika pajjiż kontinentali; Timor tal-Lvant u Papua New Guinea huma l-uniċi pajjiżi b'fruntieri ma' pajjiżi oħra, f'dan il-każ mal-Indoneżja.

Il-lista li qed tiġi riprodotta hawn taħt tinkludi il-pajjiżi u t-territorji li huma kklassifikati bħala parti mill-Oċeanja mill-UNESCO. 

New Zealand

Melaneżja

Mikroneżja

Polineżja




#Article 190: Tuberkulożi (246 words)


It-tuberkulożi (magħrufa u mqassra bħala TB) hija marda ikkawżata minn infezzjoni tal-batterju Mycobacterium tuberculosis, li komunement taffettwa l-pulmun iżda tista' wkoll taffettwa s-sistema nervuża ċentrali (meninġitè), is-sistema limfatika, is-sistema ċirkulatorja, is-sistema ġenito-urinarja, l-għadam u l-ġogi.

It-tuberkulożi hija waħda mill-iktar mardiet infettivi komuni u qattiela li nsibu llum il-ġurnata u tinfetta madwar żewġ biljun ruħ, jew terz () tal-popolazzjoni tad-dinja. Kull sena, jkun hawn madwar 9 miljun każ ġdid li jirriżultaw fil-mewt ta' kważi żewġ miljun ruħ (ħafna minnhom f'pajjiżi li qed jiżviluppaw). Però, pajjiżi żviluppati m'humiex eżenti mill-piż ta' dil-marda. Hemm numru dejjem jikber ta' nies fil-pajjiżi żviluppati li jinħakmu minn dil-marda minħabba li jkollhom is-sistema immunitarja kompromessa, tipikament minħabba drogi immunosopressivi jew HIV/AIDS. Dawn huma l-iktar nies f'riskju li jkunu infettati u jimirdu bit-TB.

Daqs 90% ta' dawk infettati għandhom infezzjoni latitanti asimptomatika (LTBI; latent TB infection). Hemm ċans ta' 10% li l-LTBI tipprogressa lejn TB li, jekk ma tiġix ikkurata, toqtol iktar minn 50% ta' dawk infettati. It-TB hija waħda mit-tliet mardiet infettivi l-aktar qerrieda fid-dijna: it-TB toqtol maż-2 miljun ruħ u l-malarja toqtol madwar miljun ruħ.  

In-nuqqas ta' programmi ta' kontroll tat-TB, HIV/AIDS u immigrazzjoni ikkawżaw qawmien tat-tuberkulożi. Qed ikun hawn ħafna varjanti tal-batterju tat-TB li huma reżistenti għall-bosta mediċini (MDTB; Multiple drug resistant strains of TB) u (XDR-TB; Extreme Drug-Resistance in Tuberculosis). Fl-1993, il-World Health Organization iddikjarat it-TB bħala emerġenza globali għas-saħħa u l-i ipproponiet Pjan Globali biex Titwaqqaf it-Tuberkulożi li huwa mmirat sabiex isalva 14-il miljun ruħ bejn l-2006 u l-2015.




#Article 191: Malarja (138 words)


Malarja, li hija korruzzjoni ta' male aria (li tfisser arja ħażina bit-Taljan), hija marda infettiva li tolqot madwar 350-500 miljun ruħ u tikkawża bejn 1.3-3 miljun mewt fis-sena , partikolarment fit-tropiċi. 85-90% ta' dawn l-imwiet iseħħu fl-Afrika Sub-Saħarjana.  Ir-rata ta' mwiet hija mistennija li tirdoppja fl-għoxrin sena li jmiss.  L-istatistiċi eżatti m'humiex magħrufa sew għaliex ħafna drabi dawn il-każijiet iseħħu f'inħawi rurali fejn in-nies ma jkollhomx aċċess għal sptarijiet u/jew il-mezzi neċessarji sabiex jirċievu l-kura medika. Konsegwentement, ħafna każijiet jispiċċaw biex jiġu ttrattati fid-djarijiet tal-pazzjenti u għaldaqstant ma jiġux dokumentati.

Il-malarja hija kkawżata minn parassita protozoiku tal-genus Plasmodium (phylum Apicomplexa), u l-vettur li jitrażmetti l-parassita hija n-nemusa Anopheles mara. Il-P. falciparum huwa varjetà ta' dal-parassita li jikkawża daqs 80% tal-każijiet u 90% ta' l-imwiet. Tfal taħt il-ħames snin u nisa tqal huma l-iktar vulnerabbli għad-diversi forom ta' malarja. 




#Article 192: Inkwiżizzjoni Spanjola (167 words)


L-Inkwiżizzjoni Spanjola kienet qorti kostitwita legalment taħt Fernandu u Iżabella ta' Kastillja fl-1478 biex twaqqaf l-ereżiji fi ħdan il-Knisja Kattolika.  Wara sfrozi biex il-Lhud u l-Musulmani jikkonvertu għall-Kristjaneżmu - b'pressjonijiet soċjali u ekonomiċi, kif ukoll b'eventi speċjali bħal Disputation at Tortosa fl-1413 - il-monarkija Spanjola indunat illi ħafna minn dawk konvertiti baqgħu fidili lejn it-tradizzjonijiet u l-prattiċi oriġinali tagħhom. L-Inkwiżizzjoni ġiet formulata, taħt il-kontroll tal-monarkija Spanjola, bħala mezz biex jiġu identifikati u puniti dawn il-konvertiti.

Fl-istorja ta' l-Inkwiżizzjoni Kattolika, l-Inkwiżizzjoni Spanjola hija probabbilment l-iktar waħda magħrufa, partikolarment l-auto de fe (mt: att ta' fidi), ta' Musulmani, Lhud, u Illuminati konvertiti. L-Inkwiżizzjoni tat ukoll bidu għall-Inkwiżizzjoni Peruvjana u l-Inkwiżizzjoni Messikana, li komplew anke wara li dawn il-pajjiżi nfirdu minn ma' Spanja.

L-Inkwiżizzjoni ġiet xolta taħt Napuljun fl-(1808ndash;1812), imma riinstitwita meta Ferdinandu VII ta' Spanja ħa t-tron. L-Inkwiżizzjoni ġiet uffiċjalment imtemma fil-15 ta' Lulju 1834. Is-Surmast ta' l-iskola Cayetano Ripoli, maqtul f'Valencia fis-26 ta' Lulju 1826 (allegatament għax għallem prinċipji Deisti), kien l-aħħar persuna li ġie maqtul mill-Inkwiżizzjoni Spanjola.




#Article 193: Wikimedia Commons (655 words)


Il-Wikimedia Commons (jew sempliċiment Commons) hija repożitorju ta' kontenut ħieles ta' stampi, awdjo u riżorsi multimedja oħra. Huwa hu proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia, liema fajls imtella' fuq din is-sistema jistgħu jiġu użati fuq il-proġetti kollha tal-Wikimedia f'kull lingwa, fosthom il-Wikipedija, il-Wikitbiet u l-Wikibarijiet, jew jitniżżlu għall-użu mhux fuq l-internet, hekk kif il-kontenut jew hu fid-dominju pubbliku jew rilaxxat taħt il-liċenzji ħielsa bħal-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU. Sa Marzu tal-2009, ir-repożitorju għandu iktar minn 4.1 miljun fajl multimedjali.

Il-proġett kien ġie propost minn Erik Möller f'Marzu tal-2004 u beda l-funzjon tiegħu fis-7 ta' Settembru, 2004. Il-motiv prinċipali wara l-iffurmar ta' repożitorju ċentrali kienet ix-xewqa li jitnaqqsu d-duplikati tal-isforzi fi ħdan il-proġetti u l-lingwi tal-Wikimedia, hekk kif l-istess fajl kellu jiġi mtella' separatament ħafna drabi fuq wikis differenti qabel ma l-Commons ġie maħluq. Kien f'Ottubru tal-2004 li d-dettal tekniku li fajl fuq Commons jista' jiġi użat fuq kwalunkwe proġett tal-Wikimedia, ġie implimentat, li wassal għal aktar użu ta' Commons bħala repożitorju. Il-logo tal-proġett sar minn Reid Beels, li għall-bidu kien bagħtu f'konkors tal-logo għall-Wikibarijiet. Dan il-logo daħal fil-kompetizzjoni għal-logo ta' Commons, li eventwalment rebħaha, u kien adottat uffiċjalment f'Novembru 2004.

F'April tal-2005, Directmedia Publishing, kumpanija minn Berlin li wkoll tippublika edizzjoni tal-Wikipedija bil-Ġermaniż fuq DVDs, għamlet għotja ta' 10,000 riproduzzoni ta' pitturi pubbliċi lill-Wikimedia Commons, li ġew mtella' flimkien bil-metadati fuq l-arti u l-kreaturi tagħha.

Fl-24 ta' Mejju, 2005, il-Wikimedia Commons laħaq il-100,000 fajl multimedjali (esklużi l-eluf ta' stampi tat-temp u tas-swieq għall-Wikibarijiet). Fit-30 ta' Novembru, 2006, il-proġett laħaq il-miljun fajl li ttella' fuq is-sistema. Biex jiġi mfakkar dan l-avvinement hekk prestiġjuż, l-edituri tas-sit għamlu logo ta' mużajk tal-Fondazzjoni Wikimedia.

Hekk kif iż-żmien kompla jgħaddi, ġew miżjuda funzjonijiet oħra li tejjbu l-interfaċċa tal-Wikimedia Commons mal-proġetti l-oħra tal-Wikimedia. Daniel Kinzler kiteb xi applikazzjonijiet li l-użu tagħhom kellu jkun li jinstabu kategoriji approprjati għall-fajls li jiġu mtella' (CommonSense), li jiġi ddeterminat l-użu tal-fajls fuq il-proġetti tal-Wikimedia l-oħra (CheckUsage), jiġu lokalizzati stampi li m'għandhom ebda informazzjoni fuq il-copyright (UntaggedImages), u għal informazzjoni fuq azzjonijiet amministrattivi bħal tħassir fuq il-wikis (CommonsTicker). Il-websajt għandha wkoll mutur ta' tfittxija aktar iffukat fuq it-tfittxija tal-istampi, bl-isem ta' .

Diversi għodda biex wieħed ikun jista' jtella' fajls b'aktar faċilità ġew ikkreati, bħal Commonist, li dan iservi biex jissimplifika l-proċess ta' tlugħ ta' numru kbir ta' fajls. Ħafna proġetti tal-Wikimedia għadhom iħallu li jiġu mtellgħin fajls fuq il-wiki biss u li ma jistgħux jiġu użati fuq proġetti jew lingwi oħra, imma din l-għażla tintuża' primarjament għal materjal li huwa permess mill-proġett lokali, imma li ma jiġi permess skont il-politika tal-copyright ta' Commons, bħall-kontenut għal użu ġust. Wikimedia Commons stess ma tħallix li jiġu mtella' fajls taħt liċenzji li ma jħallux użu ġust, li jinkludu liċenżji li jillimitaw użu kummerċjali ta' materjali jew ma jħallux xogħlijiet derivattivi. Liċenzji li huma aċċettati jinkludu l-GNU Free Documentation License, il-Creative Commons Attribution u liċenzji ShareAlike, u d-dominju pubbliku.

Il-lingwa awtomatika ta' Commons hi l-Ingliż, però l-utenti reġistrati jistgħu jippersonalizza l-interfaċċa tagħhom biex jużaw traduzzjoni disponibbli għall-interfaċċa tal-utent. Diversi paġni ta' kontenut, partikularment il-paġni tal-politika u l-portali, ġew ukoll tradotti f'diversi lingwi. Fajls fuq il-Wikimedia Commons huma kategorizzati taħt is-sistema ta' kategorija tal-MediaWiki.

Dan is-sit għandu tliet mekkaniżmi biex jagħraf il-kwalità tax-xogħol. Waħda hi magħrufa bħala , fejn xi xogħlijiet jiġu nominati u l-membri tal-komunità jivvutaw biex jiddeċiedu jekk jaċċetawx jew le n-nominazzjoni. Dan il-proċess beda f'Novembru tal-2004. Proċess ieħor hu  li beda f'Ġunju 2006, u għandu proċess eħfef ikkumparat ma' dak ta' Stampi fil-vetrina. Stampi ta' kwalità jaċċetta biss nominazzjonijiet minn tat-tielet partiti bħan-NASA. Proġett ieħor tal-assesjar tal-istampi, magħruf bħala , beda fl-1 ta' Ġunju, 2008 bl-għan li jirrikonoxxi l-aktar illustrazzjonijiet valurarizzati tat-tip tagħhom, f'kuntrast maż-żewġ proċessi l-oħra li jassessjaw l-istampi prinċiparjament fuq il-kwalità teknika.

F'Jannar 2007, is-sit inawgura l-kompetizzjoni ta' L-Istampa tas-Sena, għas-. Kull stampa li dehret fil-vetrina matul l-2006 kienet eleġibbli għal votazzjoni mill-utenti tal-Wikimedia, liema votazzjoni kienet maqsum f'żewġ rawnds. L-istampa rebbieħa kienet stampa ta' Awrora qalb ambjent tas-silġ, li ġiet meħuda minn membru tal-Forzi Armati tal-Istati Uniti.




#Article 194: Kamra tad-Deputati ta' Malta (147 words)


Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta il-Kamra tad-Deputati, flimkien mal-President tar-Repubblika, tikkostitwixxi il-Parlament, l-organu leġislattiv tal-Istat Malti.

Skont is-Sezzjoni 65(1) tal-Kostituzzjoni il-Kamra, flimkien mal-President tar-Repubblika, tista' tagħmel liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi mar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment assunti bit-trattat ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ffirmat f'Ateni fis-16 t'April, 2003.

Il-Kamra trid tkun magħmula minn għadd farradi ta' Deputati magħrufa bħala Membri Parlamentari elett minn għadd ta' Distretti fejn kull Distrett jeleġġi l-istess għadd ta' Deputati. Minbarra dawn, meta l-iSpeaker jiġi magħżul minn barra l-Kamra dan ukoll jitqies bħala membru tal-Kamra. Fl-X Leġislatura li bdiet fl-2003 l-għadd ta' Deputati kien ta' 65 eletti minn 13-il Distrett li naqsu b'wieħed meta l-iSpeaker, Anton Tabone, ġie appuntat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet l-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn li l-iSpeaker ġie maħtur minn fost il-membri tal-Kamra.




#Article 195: Fortifikazzjonijiet ta' Żmien l-Ingliżi f'Malta (400 words)


Fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax il-gvern Ingliż ħadem bis-sħiħ biex itejjeb id-difiża tal-gżejjer Maltin. Fl-1828 il-Kaptan Jones ippreżenta lill-gvern kolonjali rapport ta’ kif kellhom jittejbu s-swar ta’ Malta. Fost affarijiet oħra huwa kien tal-fehma li s-swar tal-Kottonera għandhom jinqasmu f’partijiet separati permezz ta’ ħitan ġodda biex ikun hemm iktar kontroll militari f’każ ta’ xi invażjoni.

Ix-xogħol li għamlu l-Ingliżi f’dak li għandu x’jaqsam ma' bini jinqasam f’żewġ setturi differenti. Il-bini ta’ fortizzi u linji ta’ difiża għal kontra xi attakki mill-barrain u l-immodernizzar u żviluppi arkitettoniċi ta’ fortijiet diġa’ esistenti. Infatti bosta bini għadda minn xogħlijiet arkitettoniċi qawwija biex jiġi armat bl-aħħar armi u kanuni.

Fi żmien l-Ingliżi sar il-bini tal-Forti Verdala u t-trunċiera ta’ San Klement, biex jekk l-għadu jaqbeż il-linji tal-Kottonera ma jkollux fejn jimraħ u jkun jista’ jiġi mwaqqaf u attakkat. Żdiedu n-numru ta’ fortizzi qrib il-baħar, minħabba li l-Franċiżi setgħu jerġgħu jiġu bil-flotta kbira tagħhom u jattakkaw il-flotta Ngliża. Din il-biża’ kompliet żdiedet meta nfetaħ il-kanal tas-Swejs u allura Malta saret pajjiż strateġiku iktar minn qatt qabel. Eżempju ta’ dan huwa Forti Laskri li  nbena biex iħares it-tarzna u l-parti ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir. Fost l-ewwel kostruzzjonijiet ta’ difiża kienu dawk ta’ San Leonardu, San Rokku, u l-batterija tal-ponta ta’ tas-Sliema. Fortijiet fuq bajjiet oħra kienu id-disa’ batteriji biex iħarsu l-port ta’ Marsamxett (u l-Port il-Kbir fl-istess ħin) fosthom Ta’ Spinola u ta' Sant’ Iermu.

Fost l-iktar fortijiet importanti li nbnew kienu dawk ta’ Cambridge, ta’ Pembroke u ta’ tas-Sliema (fuq ix-xellug tal-Port il-Kbir) u ta’ Santu Rokku, San Anard u tar-Rinella (fuq il-lemin tal-Port il-Kbir), li xogħolhom kien li jħarsu d-daħla tal-port. Inġiebu żewġ kanuni Armstrong tal-100 tunnellata l-wieħed, li ġew armati f’Forti Cambridge u l-ieħor f’Forti Rinella. Illum ta’ Forti Rinella biss għadu jeżisti.

Biss ma nbnewx fortizzi u batteriji biss. L-Ingliżi ħasbu wkoll għal-linji ta’ difiża. Tkompla l-bini tal-linji ta’ Santa Margerita u l-Kottonera, filwaqt li nbnew is-swar ta’ Kordin biex iħarsu l-Isla u t-tarzna. L-akbar biċċa xogħol li saret kien il-bini tal-Victoria lines u l-erba' fortizzi ta’ magħhom. Dawn huma ta’ Binġemma u l-Mosta, flimkien ma’ tal- Madliena u Pembroke.

Nsibu ħafna bini li ġie użat fit-tieni gwerra dinjija. Fost l-oħrajn dawn jinkludu l-Widna, l-bosta beach-posts u pill-boxes (eżempju ta’ Għajn Tuffieħa), kif ukoll Forti Chambray f’Għawdex. Il-perjodu kolonjali ġie fi tmiemu fl-1964 meta Malta ħadet l-Indipendenza u saret awtonoma mill-Imperu Ngliż. Illum ħafna minn dan il-bini jintuża għal-skopijiet oħra, fosthom ta’ ristoranti.




#Article 196: Fortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'Malta (352 words)


Meta nitkellmu fuq Malta fil-perjodu tal-Kavallieri ma nistgħux nonqsu milli nsemmu l-ħitan u s-swar li nbnew biex jiddefendu l-gżejjer fi żmien ta’ għawġ. Qabel mal-Kavallieri ġew Malta fl-1530, kienu diġa konxji li Malta kienet fqira fejn hi ikkonċernata d-difiża. Kienu jafu wkoll li l-Imdina qatt ma setgħet taqdihom fid-difiża minħabba li tinsab ‘il bogħod mill-baħar, u li l-għolja Xebb ir-Ras kellha tiġi mħarsa tajjeb permezz ta’ belt-fortizza.

Il-Kavallieri kienu mbeżżġħa li t-Torok setgħu jerġgħu jattakkaw lil Malta. Bosta inġiniera taw l-opinjonijiet tagħhom dwar kif dan seta’ jsir, fosthom Ferromolinio u l-Ispanjol Pardo. Sant’Anġlu ġie ffortifikat aħjar sabiex l-armamenti li kien hemm fih setgħu jħarsu aħjar il-Port il-Kbir. Barra minn hekk Ferromolino ħaffer foss li jifred il-Birgu minn dan il-forti. Dan il-foss kien ta’ użu kbir waqt l-Assedju l-Kbir u kien ta’ protezzjoni tajba għall-vapuri ta’ l- Ordni. Pardo iddisinja Forti San Mikiel li ġie mibni aktar tard. 

Fuq suġġeriment tiegħu ukoll, nbena Sant’iermu fuq l-għolja Xebb ir-Ras. L-użu ta’ din il-fortizza kellu jkun biex iħares aħjar il-Port il-Kbir u biex ibiegħed lil għadu milli jidħol fil-Port ta’ Marsamxett. Dawn iż-żewġ fortizzi komplew jissaħħu iktar tard permezz ta’ swar sekondarji. iktar tard inbena Forti Ricasoli li kellhu jħares il-bokka tal-port. Xi fortizzi oħra ta’ siwi kienu Forti San Luċjan, it-torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn u t-torri ta’ Wignacourt.

Barra dawn it-torrijiet ta’ l-għassa, fi żmien il-Kavallieri nbnew ir-ridotti bħal tal-Mistra u Louvier. Dawn kienu l-ewwel binjiet ta’ difiża fil-postijiet fejn it-truppi tal-għadu setgħu jiddisimbarkaw.

Il-bini tal-belt il-ġdida ġie deċiż fil-Kunsill ta’ l-Ordni eżatt wara l-Assedju Kbir, meta l-Kavallieri neħħew kull tama li jitilqu minn Malta. Franceso Lapparelli u warajh Ġirolmu Cassar, fasslu l-pjan tal-Belt, li huwa forma ta’ gradilja. Inbnew ukoll il-ħitan ta’ Firenzuola (Magħrufa wkoll bħala Margerita lines), li madankollu, bħal ħafna proġettti tal-Kavallieri baqgħu ma tlestewx.

Fi żmien Martin de Redin inbnew ukoll numru ieħor ta’ torrijiet, magħrufa bħala d-‘De Redin towers’. B’kollox kien hemm 13. Il- Kavallieri ħadu ħsieb il-kostruzzjoni ta’ trunċieri, bħal f’Birżebbuġa u l-Mellieħa li kienu twal ħafna. Madankollu qatt ma kien hemm biżżejjed nies biex dawn jintużaw. Inbnew għadd kbir ieħor ta’ fortizzi mill-Gran Mastru Lascaris. 




#Article 197: Arkitettura f'Malta (481 words)


L-epoka medjevali hija dik l-epoka li fiha Malta għaddiet minn storja mqallba, u għal ħafna żmien kienet il-ġugarell ta’ bosta ħakkiema barranin: l-Għarab, in-Normanni, l-Anġuvini u l-Aragoniżi. L-Għarab damu ħafna hawn Malta iżda minkejja l-preżenza b’saħħitha tal-kultura Musulmana, tajjeb ngħidu li f’Malta u Għawdex ma nsibu l-ebda xhieda ta’ bini ta’ żmien l-Għarab bħal Moskej. Għalkemm ma fadal l-ebda bini tal-perjodu Għarbi, wieħed għadu jista’ jara xi fdalijiet ta’ influwenza arkittetonika Għarbija f’xi bini Medjevali fl-Imdina u anke f’xi ftit irħula Maltin. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi s-siqifah, li kien bħal pajġġ mgħotti b’arkata pjuttost ippuntata. Nsibu wkoll il-miglis, li hija kamra bi stil orjentali fejn kienu jintlaqgħu in-nies, id-dukkien (bankijiet tal-ġebel) u fl-aħħarnett il-muxrabija, li kienet kaxxa tal-ġebel jew tal-injam fil-faċċata ta’ xi dar biex is-sid ikun jista’ jittawwal għal barra mingħajr ma jkun qiegħed jidher. Bosta rħula Maltin, kif juri l-prefiss Ħal bħal f’Ħal Kirkop, probbabilment żviluppaw fil-perjodu Għarbi.

Ir-Rinaxximent ġie wara l-epoka Medjevali, fil-ħmistax u fis-sittax -il seklu. Ir-rinaxximent ma affettwax ħafna lil Malta fl-arkittetura iżda xorta nsibu dan l-element fil-bieb tal-Berġa ta’ Kastilja, l-Forti Sant’Anġlu u fl-istatwa tal-Magħmudija ta’ Kristu li tinsab fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, flimkien ma' bini ieħor sekondarju.

Il-Barokk jintrabat ħafna mal-perjodu li fih Malta kienet taħt il-Kavallieri. Dan huwa stil li jenfasizza l-pompożità u l-grandjożità fl-arti u fl-arkitettura. Huwa ż-żmien ta’ Carapecchia, Michelangelo Merisi de Caravaggio, Mattia Preti u ħafna artisti famużi oħrajn. Il-faċċati tal-bini Barokk huma normalment imżejna b’ħafna motivi skulturali f’diversi partijiet tagħhom. Dan ġab miegħu ukoll il-chiaroscuro, teknika li permezz tagħha l-artist joħloq kuntrast bejn id-dawl u d-dlam fil-kompożizzjoni tiegħu. Il-kon-katidral, minkejja l-faċċata ta’ stil Mannerista, huwa l-aqwa eżempju tal-Barokk f’Malta. Dan jikkonsisti f’ħafna affreski, figuri allegoriċi ta’ nies fl-Ordni kif ukoll mawsolea ċelebri.

Fis-seklu dsatax l-Ewropa ġiet influwenzata minn xejriet ġodda ta’ arti. Il-Barokk ġie fi tmiemu għal kollox, u l-arti ġiet imnebbħa minn movimenti ġodda ta’ espressjoni. Iktar milli l-pompożità, beda l-enfasi fuq in-nostalġiku u r-romantiċiżmu. Dawn ix- xejriet ġejjin mill-istil Klassiku ntużat fil-Greċja u dak Gotiku rispettivament. Meta Malta u Għawdex saru kolonja Ingliża daħlu dawn iż-żewġ stili ukoll, u mit-tieni nofs tas-seklu dsatax nibdew naraw bini Neo-Klassiku/Neo-Gotiku bħall-Knisja tal-Mosta, il-monument ta’ Sir Alexander Ball, il-Katidral Protestant ta’ San Pawl u wkoll it-Teatru Rjal (li twaqqa’ fil-gwerra) li kien jinstab fid-daħla tal-Belt. In-Neo Klassiku ftit li xejn intuża fi knejjes minħabba li kien assoċjat mal-paganiżmu. In-Neo Gotiku kien ta’ bixra aktar Kristjana, u filfatt nsibu bosta knejjes bħal tal-Karmelitani fil-Balluta, u l-kappella u d-daħla taċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata mibnija b’dan l-istil.

Mis-seklu għoxrin 'il quddiem l-arkittetti Maltin bdew jesperimentaw. Nibdew insibu elementi Neo-Romaneski bħall-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, u element Sikulo-Normann fil-Knisja tal-Ktajjen f’Birżebbuġa. L-arkittettura kontemporanja hija iktar u iktar moderna. Insibu stili konvenzjonali f’ħafna djar u appartamenti, li iktar milli jsebbħu arkitettonikament qegħdin biex jaqdu l-bżonnijiet tal-bniedem. Fl-aħħarnett insibu bini ieħor iktar arkittettoniku bħall-Knisja tal- Karmnu fil-Fgura u ta’ Buġibba. Arkitett modern Malti huwa Richard England.




#Article 198: Għaqda tal-Malti – Università (988 words)


L-Għaqda tal-Malti – Università twaqqfet bil-ħidma ta’ żewġ studenti tal-Mediċina, Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fis-26 ta’ Jannar 1931 li bdew joħorġu l-Leħen il-Malti fl-istess sena. Matul is-snin mexxew l-Għaqda l-Prof. Pietru Pawl Saydon, il-Prof. Ġużè Aquilina, il-Prof. Dun Karm Sant u l-Prof. Oliver Friggieri.

Fl-1988 it-tmexxija għaddiet f’idejn l-istudenti u fost il-ħidma li twettqet matul is-snin insibu l-ewwel Kungress Letterarju Malti (1993), it-twaqqif tal-mafkar lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana (2000), inħawi fl-Università msemmija għall-kittieba Maltin magħrufa (Sala Pietru Pawl Saydon, Sala Temi Zammit, Sala Erin Serracino Inglott, Pjazzetta Dun Karm u l-Atriju Vassalli), korsijiet speċjalizzati, tnedijiet ta’ kotba, il-pubblikazzjoni tas-Sensiela Vassalli u l-organizzazzjoni tal-konferenzi f’ġieħ Dun Karm u Mikiel Anton Vassalli.

Dawn huma l-għanijiet ewlenin tal-Għaqda:

ittrAħbar (ċirkulari 2006-2017);

Nhar il-21 ta’ Novembru 2005 saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja li għaliha attendew għadd ta’ studenti universitarji b’ħeġġa u determinazzjoni li l-Malti jarawh jikber, jisseddaq u jieħu postu fl-oqsma kollha fil-ħajja Maltija. U bir-raġun, għax il-Malti għadu mhux ilsien nazzjonali kif xieraq li jkun, minkejja l-libsa uffiċjali li għandu fil-Kostituzzjoni tagħna u minkejja l-għarfien li kiseb mill-Unjoni Ewropea.

Ftit xhur wara, fis-26 ta’ Jannar 2006 l-Għaqda għalqet 75 sena mit-twaqqif tagħha. F’dik l-istess sena ħabat għeluq iċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Rużar Briffa, il-ko-fundatur tagħna, u bl-inizjattiva tal-Għaqda l-Maltapost ħarġet timbru postali fis-16 ta’ Jannar, jum twelidu. Jum qabel, l-Għaqda organizzat korteo fiċ-ċimiterju tal-Addolorata sa fuq qabru u ftit ġimgħat wara, nhar it-22 ta’ Frar 2006 – jum mewtu – lill-poeta kkommemorajnieh b’serata organizzata bejn l-Għaqda u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol fis-Sala Robert Samut, il-Furjana.

Fl-1 ta’ Marzu 2006 saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja oħra din id-darba biex l-istatut jingħata bixra aħjar u aktar xierqa għal żminijietna. Fost oħrajn, l-Għaqda żżejnet b’emblema ġdida.

Ħidma importanti ħafna li saret mill-kumitat kienet il-bini ta’ websajt ġdida, aċċessibbli u tassew vetrina għal kull min irid jikseb tagħrif fuq l-Għaqda u l-Malti. Il-websajt tagħna llum iżuruha numru kbir ta’ studenti li jkunu qed jirriċerkaw xi qasam jew ieħor tal-Malti. Bdejna noħorġu ċirkulari ġdida, din id-darba elettronika, bl-isem ittrAħbar biex inżommu lill-membri tagħna (u anke dawk li mhumiex imsieħba magħna) aġġornati bl-attivitajiet tal-Għaqda.

F’Marzu u April organizzajna t-taħditiet fis-sensiela Il-Kotra u Jien. F’dawn it-taħditiet ħadu sehem uħud mill-aqwa esponenti tal-letteratura tagħna: Rev. Prof. Peter Serracino Inglott, Prof. Joe Friggieri, Prof. Joseph M. Brincat, Dr Marco Galea, Dr Charles Briffa, Dr Rena Balzan, Frans Sammut, Achille Mizzi, Vincent Vella, Maria Grech Ganado, Alfred Buttigieg u Ġużè Stagno.

Nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju 2006 l-Għaqda tal-Malti nidiet il-ktieb Frans Sammut Dwar The Da Vinci Code fir-Radisson Baypoint Resort bis-sehem tal-Professur Peter Serracino Inglott, Dun Norbert Ellul-Vincenti u s-Sur Charles Flores. L-Għaqda nidiet ktieb ieħor nhar l-20 ta’ Novembru 2006 – il-ktieb bil-poeżiji miġbura ta’ Sir George Borg, Viator Errans, tnedija li saret bi sħab mal-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda Poeti Maltin. It-tnedija, patronizzata mir-Rettur tal-Università saret fil-Bibljoteka tal-Università, Tal-Qroqq.

Fis-27 ta’ Ottubru 2006 inżamm l-appuntament ma’ attività importanti li ssir kull sentejn: il-Konferenza Vassalli, din id-darba b’sejbiet ġodda fuq Missier l-Ilsien Malti mill-istoriku Karmenu Bonavia bis-sehem ta’ Merga u l-Gukulari Ensemble. Jumejn wara ħadna sehem fiċ-ċerimonja ta’ Jum Dun Karm li saret fid-29 ta’ Ottubru biswit il-mafkar fil-Furjana.

L-appuntament tagħna fil-Fiera tal-Ktieb tal-2006 kien mill-ġdid marbut ma’ Mikiel Anton Vassalli bil-ktieb ta’ Frans Sammut Għajdun il-Għaqal, Kliem il-Għerf u Qwiel Maltin – it-traduzzjoni tal-Motti, Aforisimi e Proverbii Maltesi (1828). Dan sar fis-17 ta’ Novembru 2006 bis-sehem tal-Prim Imħallef Emeritus Prof. Giuseppe Mifsud Bonnici u Prof. Manwel Mifsud flimkien mat-traduttur.

Matul is-sena 2006 tajna sehemna wkoll fil-ħruġ tas-CD ta’ Walter Micallef, fil-Mafkar ta’ Karmenu Vassallo u Patri Ġużè Delia u Thomas Pace ħa ħsieb il-verżjoni Maltija tal-websajt tal-Kunsill Studenti Università (KSU). Ħadna sehem ukoll fil-funeral ta’ Ġużè Chetcuti, benefattur tal-Għaqda tagħna u ħabib intimu tal-kofundatur tagħna, Ġużè Bonnici.

F’għadd 31 ta’ Leħen il-Malti, jidher id-diskors ta’ Marcel Zammit Marmarà li nstema’ dakinhar tal-kxif tal-mafkar f’ġieħ Karmenu Vassallo u ppubblikajna wkoll l-omelija ta’ Mons. Victor Grech fil-funeral ta’ Ġużè Chetcuti. Minn din il-ħarġa ħsibna li nagħtu libsa ġdida lir-rivista u l-kitbiet ikunu magħżula f’żewġ taqsimiet: kitbiet letterarji u kitbiet akkademiċi. Din il-ħarġa tiċċelebra ċ-ċentinarji li semmejna b’taħdita li saret mill-Prof. John Rizzo Naudi dwar il-karriera medika ta’ Rużar Briffa nhar it-22 ta’ Frar 2006 u l-istudju ta’ Dr Charles Briffa fuq Lejn ix-Xemx, l-aħħar rumanz li kiteb Ġużè Bonnici. Il-qarrejja jsibu wkoll kitba interessanti fuq Ġużeppi Pulis Montebello li flimkien ma’ Franġisku Vella tana l-ewwel żewġ kotba kompletament bil-Malti. F’dawn il-folji hemm ukoll il-ġenesi tar-rumanz It-Tfal Jiġu bil-Vapuri mill-awtur stess. Prof. Oliver Friggieri jaqsam magħna x’wasslu jikteb rumanz li fil-wiċċ jidher sempliċi iżda fil-fatt jixtarr temi mill-aktar eżistenzjali.

It-taqsima letterarja tiftaħ b’dawk li nemmnu li huma l-aħħar poeżiji li baqgħu mxerrdin ta’ Dun Karm, fosthom bl-Ingliż u aktarx l-unika poeżija tiegħu bl-Esperanto. Dawn jikkumplimentaw l-aħħar pubblikazzjoni tal-Prof. Oliver Friggieri b’rabta mal-poeta nazzjonali – il-ġabra sħiħa ta’ poeżiji bit-Taljan, Dun Karm – Le Poesie Italiane (2007). Ix-xogħlijiet l-oħra li qed nippreżentaw huma xhieda ta’ kontinwità minn ġenerazzjonijiet differenti.

Fil-bidu tas-sena 2007 bdejna naħdmu għall-kommemorazzjoni ta’ Ġużè Bonnici f’għeluq il-100 sena minn twelidu. It-tifkira tal-ko-fundatur tagħna bdiet sewwasew fl-14 ta’ Awwissu 2007 meta l-Bureau Filateliku tal-Maltapost ħareġ it-timbru postali f’ġieħu f’jum twelidu fuq inizjattiva kollha kemm hi tagħna. Ħsibna wkoll biex niġbru n-novelli kollha ta’ Ġużè Bonnici li kienu baqgħu mxerrdin u nippubblikawhom mill-ġdid fi ktieb. Inġabru l-fondi meħtieġa u wara xhur sħaħ ta’ ħidma bla waqfien, riċerka u konsultazzjoni saret it-tnedija tal-ktieb fit-18 ta’ Novembru 2007 fil-Fiera tal-Ktieb, f’Dar il-Mediterran taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol. Dan il-ktieb jinkludi wkoll studju tal-Prof. Oliver Friggieri u għall-ewwel darba dehret Il-Miġnuna – it-traduzzjoni tan-novella La Pazza, maqluba għall-Malti minn Dott. Mark A. Sammut.

L-Għaqda għamlet żjara ta’ kortesija lill-President Emeritus, Sir Anthony Mamo li jinsab rikoverat f’Dar l-Arkati, Il-Mosta. Din saret fis-26 ta’ Jannar 2007, f’jum it-twaqqif tal-Għaqda u fiha Sir Anthony Mamo għoġbu jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu fl-ewwel kumitat ma’ Ġużè Bonnici u Rużar Briffa li flimkien ma’ sħabhom waqqfu l-Għaqda tagħna 76 sena ilu.

Ħafna mill-informazzjoni ġiet miġbura minn Joseph P. Borg 03.06.2012




#Article 199: Skanderbeg (103 words)


George Kastrioti Skanderbeg (bl-Albaniż: Gjergj Kastrioti Skënderbeu; Krujë, 1403 – Lezhe, 17 ta' Jannar 1468) kien sinjur Albaniż tas-seklu 15, ikkunsidrat bħala eroj nazzjonali għar-reżistenza tiegħu għal iktar minn żewġ deċennji kontra l-Imperu Ottoman.

Missieru Gjon Kastrioti kien sinjur tal-Albanija li kien jagħmilha ta' vassal mal-Ottomani. Gjergj Kastrioti, wara karriera militari b'servizz lejn l-Imperu Ottoman, irrifjuta l-Iżlam u rritorna għall-fidi Nisranija. Hu rnexxielu jqajjem rewwixta kontra l-Ottomani, fejn ippreżenta lilu nnifsu bħala difensur tal-Kristjaneżmu fil-Balkani.

L-isem Skanderberg huwa laqam ta' nisel Tork; l-Ottomani kienu jsejħulu Iskender bey li tfisser Sinjur Alessandru, bħala referenza għall-abbiltajiet bħala kmandant militari li kien jirrifletti lil Alessandru l-Kbir.




#Article 200: Madonna tal-Karmnu (132 words)


Madonna tal-Karmnu huwa t-titlu lill-Verġni Marija b'rabta mal-patrijiet Karmelitani. Il-patrijiet Karmelitani bdew jgħixu bħala eremiti ħdejn l-Għajn ta' Sant'Elija, fuq l-għoljiet tal-Karmel fl-Art Imqaddsa lejn l-aħħar tas-seklu 12. L-għolja tal-Karmel hija l-għolja tal-Profeta Elija, għax hemm għammar il-Profeta madwar 800 sena qabel Kristu. Bejn is-snin 1206 u 1214, il-Patrijarka ta' Ġerusalemm San Albert kitbilhom Għamla ta' Ħajja, li aktar tard saret Regula. L-istess Patrijarka ġabar f'komunità lill-aħwa ta' fuq il-Karmelu. Ir-rabta tal-Karmelitani mal-Verġni Marija bdiet sewwa sew bid-dedikazzjoni tal-kappella li l-aħwa karmelitani kellhom fuq il-Karmel, liema kappella ddedikawha lill-Verġni Omm Alla, għax fiha raw id-dixxiplu perfett tal-Mulej li jista' jgħinhom fil-mixja tagħhom lejn il-Mulej Ġesù. Huwa minn hawn li l-Karmelitani jissejħu 'l-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmel'. Titli lill-Verġni Marija għal qalb il-karmelitani huma 'Verġni l-Aktar Safja', 'Omm il-Karmelitani' u 'Patruna tal-Karmelu'.




#Article 201: Anastasju Cuschieri (182 words)


Stampa:AnastasjuCuschieri.jpg|thumb|lemin|200px|Anastasju Cuschieri bil-korteżija tal-
Anastasju Cuschieri (Valletta 27 ta' Jannar 1876 -25 ta' Lulju 1962) kien patri, senatur, professur tal-filosofija u awtur.

Huwa ħa l-voti reliġjużi bħala Patri Karmelitan nhar it-28 ta' Awwissu 1891. Patri Anastasju wara l-istudji tiegħu f'Malta kiseb Dottorat fil-Filosofija fl-Universita Gregorjana ta' Ruma. Fl-1902 sar Professur tal-Filosofija. Kitbiet tiegħu dehru fir-Rivista di Filosofia Neo-Scolastica ta’ Milan. Lura Malta, Patri Anastasju sar membru tal-Kunsill tal-Università, fejn ippresieda fuq il-Fakultà tax-Xjenza u kien eżaminatur tal-istudenti fit-Taljan. Huwa kien kien elett darbtejn bħala Pirjol Provinċjali tal-Ordni Karmelitan f'Malta.

Anastasju Cuschieri kien ukoll Senatur f'isem il-gradwati tal-Università fl-ewwel żewġ legislaturi ta' Gvern Malti, dawk tal-1921 u tal-1932. Kien membru tal-Partit Nazzjonalista, u matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Gvern Kolonjali Ingliż kien żamm għajnejh fuqu minħabba t-twemmin politiku tiegħu.

Huwa magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna, għall-ħafna poeżiji tiegħu fuq il-Madonna, li huma fost l-aqwa fil-letteratura Maltija. Huwa poeta Romantiku (fil-kontenut) u klassiku (fil-metrika).

Il-Kelma Maltija hija waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu:

Wara marda kiefra li damet tliet snin u kważi pparalizzatu, Anastasju Cuschieri miet nhar il-25 ta' Lulju 1962, jum qabel il-mewt ta' San Ġorġ Preca.




#Article 202: Francesco Buhagiar (124 words)


Francesco Buhagiar (Qrendi, 7 ta' Settembru 1876 – Rabat, 27 ta' Ġunju 1934), iben Michele Buhagiar u Filomena mwielda Mifsud, kien it-tieni Prim Ministru ta' Malta fejn serva bejn l-1923 u l-1924. Buhagiar ħa l-lawrja ta' Avukat mill-Università Rjali ta' Malta fl-1901. Kien membru tal-Unione Politica Maltese (Partit ta' Panzavecchia) u ġie elett fl-Ewwel u t-Tieni Leġislatura: 1921 u 1924. Kien Ministru tal-Ġustizzja bejn Ottubru 1922 u Settembru 1924, Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet bejn Ottubru 1923 u Awwissu 1924. Kien it-tieni Prim Ministru fil-Gvern Awtonomu Malti bejn Ottubru 1923 u Settembru 1924. Wara li rriżenja minn Prim Ministru sar Imħallef. Iċ-ċajta fis-snin għoxrin kienet li dan ħares fil-mera u lix-xbiha ta’ quddiemu qalilha “minn għada, int Imħallef”!  Miet ir-Rabat fis-27 ta’ Ġunju 1934.




#Article 203: Papa Benedittu XVI (6007 words)


Benedittu XVI (Latin: Benedictus PP. XVI; Taljan: Benedetto XVI; Ġermaniż: Benedikt XVI.; imwieled Josef Aloisius Ratzinger nhar is-16 ta' April 1927) kien il-265 Papa, Isqof ta' Ruma, Kap tal-Knisja Kattolika, u s-Sovran tal-Istat tal-Vatikan. Preżentament huwa Papa Emeritu. Kien elett Papa nhar id-19 ta' April 2005, iċċelebra l-Quddiesa Inawgurali tiegħu bħala Papa ħamest ijiem wara, u ħa pussess tal-Katidral tiegħu, il-Bażilika ta' San Ġwann Lateran, nhar is-7 ta' Mejju 2005. 

Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien ser jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar.  Fil-ġurnata magħzula, il-Papa abdika. Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala il-Qdusija Tiegħu, u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni.

Josef Aloisius Ratzinger, twieled fir-raħal ta' Marktl am In, fil-Bavarja Djoċesi ta’ Passau, fil-Ġermanja, nhar is-16 ta’ April, li kien Sibt il-Għid, 1927. Tgħammed dak inhar stess. Missieru, li kien pulizija, kien ġej minn familja ta’ bdiewa min-naħa t’isfel tal-Bavarja. Ommu kienet bint artiġġjani minn Rimsting fuq ix-xatt tal-Għadira Chiem u qabel iżżewġet ħadmet ta’ koka f’bosta lukandi. Kellu żewġ ħutu oħra, Georg ikbar minnu li huwa saċerdot ukoll u oħtu Marija.  

Qabel it-Tieni Gwerra Dinija. Il-Papa qatta' tfulitu fir-raħal ta' Traunstein raħal żgħir qrib il-fruntiera Awstrijaka, daqs tletin kilometru bogħod minn Salzburg. F’dan l-ambjent, li hu kien iqisu ‘Mozartjan’, hu kiseb il-formazzjoni tiegħu Nisranija, kulturali, u umana. Attenda l-iskola primarja ta' Aschau am Inn, li fl-2009 issemmiet għalih.  

Anedott tat-tfulija jgħid li darba meta ċ-ċkejken Josef ra lill-Kardinal ta’ Munich Faulhaber, kien qal: “anki jien nixtieq insir kardinal.” Ftit jiem qabel, iżda, jirrakkonta ħuh Georg, it-tfajjel Joseph ”waqt li kien qiegħed jara lil bajjad jizbogħilna d-dar, kien qal li la jikber xtaq isir bajjad!” Jum wiehed f’Aschau am Inn, waqt li kien qed jilgħab fil-ġnien tad-dar biswit għadira, it-tfajjel Josef kien kważi se jegħreq.  

Ta' 12-il sena daħal student fis-Seminarju Minuri ta' Traunstein. Imdorri fl-ambjent żgħir tal-familja, fl-ewwel żmien tiegħu is-seminarju, Ratzinger kien iqis il-lezzjonijiet u l-ħin tal-istudju ma’ madwar sittin student ieħor bħala “tortura.” Ukoll ma kienx jista’ għall-ħin tal-isport. Fis-seminarju, l-aħwa Ratzinger kienu mlaqqma ‘Orgel Ratz’ (Ratzinger tal-orgni – Georg) u Bücher Ratz (Ratzinger tal-kotba - Joseph). Fi kliem wieħed mill-lecturers tiegħu, it-teologu Alfred Lapple, “Joseph kien qisu sponża xotta dejjem lest biex jixrob l-ilma tat-tagħlim u meta jiskopri xi ħaġa ġdida, jintefa’ b’ruħu u ġismu fuqha u jfittex il-ħin u l-mument biex jirrakkontha lill-oħrajn.  

Bħala seminarista kien iħobb jikteb poeżiji fuq il-hajja ta’ kuljum u dwar in-natura. Kien student timidu u sensittiv u distakkat minn sħabu. 

Fit-tletinijiet ir-reġim Nażista beda jattakka lill-Knisja Kattolika. Iż-żagħżugħ Josef ra b'għajnejh lin-Nażisti isawtu bla ħniena lill-Kappillan qabel ma bdiet il-Quddiesa. Fl-1941, Ratzinger kien sfurzat jidħol bħaż-żgħażagħ l-oħra kollha tal-età tiegħu - ta' 14-il sena - fiż-Żgħażagħ ta' Hitler il-Hitlers Youth, għalkemm ma kienx jieħu pjaċir imur. Missieru kien anti-Nażista. Fl-1941, kuġin tiegħu bis-Sindromu ta' Down inqatel mir-reġim Nażista. Fl-1943, meta kien għadu s-Seminarju, inqabad bil-lieva fil-programm Luftwaffenhelfer, korp tal-armata ta’ kontra l-ajruplani. Meta f'April 1944 bagħtuh fuq il-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ungerija, Ratzinger ħarab. Meta spiċċat il-gwerra, huwa spiċċa priġunier tal-Amerikani għal ftit xhur sakemm reġa' rritorna d-dar.

Fl-1945, iż-żewġ aħwa reġgħu daħlu s-Seminarju ta' Traunstein, u wara fil-Herzogliches Georgianum fl-Università ta' Munich. Nhar id-29 ta' Ġunju 1951 ġie ordnat saċerdot. It-teżi tiegħu kienet fuq Santu Wistin, bl-isem Il-Poplu u d-Dar t’Alla fid-Duttrina tal-Knisja skont San Wistin. Fl-1957 huwa kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija u sena wara sar Professur fl-istess kulleġġ. F’Bonn, f’Münster, f’Tübingen u f’Regensburg, Ratzinger kien fost l-iżjed lecturers popolari, u spiss għal-lezzjonijiet tiegħu kienu jattendu mijiet ta’ studenti, iżjed milli jkun hemm reġistrati ghall-kors. Sena minnhom, għal kors ta’ 350 student kienu jattendu 600 u nbiegħu 850 kopja tan-noti stampati tiegħu. 

Kemm fl-Università ta’ Bonn, u eventwalment f’Münster u fl-lokalitajiet oħra, inkluż f’Ruma fi żmien il-Koncilju, Joseph Ratzinger kien normalment jivjaġġa bit-trasport pubbliku, bil-mixi, bir-rota, jew jiddobba lift minghand xi student. Kien jintgħaraf ġej mill-bogħod bil-berittin li kien jilbes.

Ratzinger kien iħaddan ideat progressivi u anke kien perit tal-Konċilju, jiġifieri kunsulent teoloġiku tal-Kardinal Frings ta' Cologne fil-Konċilju Vatikan II, u kien viċin teologi bħal Hans Küng u Edward Schillebeeckx, sakemm tard fis-snin sittin huwa ddarras bil-protesti tal-movimenti tal-istudenti universitarji b'tendenzi Marxisti u sekularisti. Fl-1972, flimkien ma’ Hans Urs von Balthasar, Henri de Lubac, u teologi oħra ta’ fama, Ratzinger, waqqaf il-ġurnal teoloġiku “Communio.” 

Fl-24 ta' Marzu 1977 huwa nħatar Arċisqof ta' Munich u xahar wara, il-Papa Pawlu VI ħatru kardinal. Il-motto episkopali tiegħu kien: ‘Ko-operaturi tal-verità.” Din l-għażla Ratzinger fissirha hekk: “Fuq naħa waħda rajtha bħala r-relazzjoni bejn il-ħidma li kelli qabel ta’ professur u l-missjoni l-ġdida fdata f’idejja. Għalkemm fiż-żewġ każi l-mod kif wieħed imexxihom huwa differenti, madankollu l-qofol ta’ kollox hu li wieħed jimxi mal-verità u li jkun ta’ servizz. Min-naħa l-oħra għażilt dan il-‘motto’ għaliex fid-dinja tal-lum it-tema tal-verità hi mwarrba kważi għal kollox, meqjusha bħala xi ħaġa kbira wisq għall-bniedem, u fl-istess waqt jekk il-verità titwarrab kollox jisfuma fix-xejn.”

Fil-25 ta' Novembru 1981 il-Papa Ġwanni Pawlu II ħatru president tal-Kummisjoni Teoloġika Internazzjonali u prefett tal-Kummissjoni Biblika Pontifiċja. Fil-15 ta' Frar 1982 huwa rriżenja minn Arċisqof ta' Munich u ftit wara nħatar isqof kardinal ta' Velletri Segni u fit-30 ta' Novembru 2002, ta' Ostja fl-Italja. Ratzinger kien ikkunsidrat bħala l-id il-leminija ta' Ġwanni Pawlu II u wieħed mill-aktar ħbieb tiegħu u fl-aħħar żmienijiet ta' ħajtu minħabba l-mard, Ratzinger kien jippresiedi f'bosta funzjonijiet li kien jagħmel il-predeċessur tiegħu bħala mexxej tal-Knisja Kattolika.

Josef Ratzinger kemm-il darba kien qal li xtaq jirtira f'xi raħal fil-Bavarja u jiddedika ħajtu għall-kitba iżda qabel ma laħaq Papa huwa kien qal lil xi ħbieb tiegħu li kien lest jaċċetta kull kariga li Alla jista' jagħtih. Wara l-mewt ta' Ġwanni Pawlu II, Ratzinger ma baqax aktar Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u meta wasal biex jibda l-Konklavi huwa kien l-aktar wieħed favorit li jilħaq mexxej tal-Knisja.

Josef Ratzinger laħaq il-265 Papa biex imexxi l-Knisja Kattolika, nhar it-Tlieta 19 ta' April tas-sena 2005 għall-ħabta tas-sitta neqsin għaxra. Huwa għazel l-isem ta' Benedittu XVI. Għamel l-ewwel dehra tiegħu bħala Papa għall-ħabta tas-sebgħa u nofs u ħames minuti, billi ħareġ isellem lill-folla preżenti fil-pjazza tal-Vatikan, minn ġol-gallarija tal-Bażilika ta' San Pietru fejn qal nafda lili nnifsi f'idejn it-talb tagħkom. Benedittu XVI huwa l-ewwel Papa Ġermaniż minn meta Vitor II serva Papa bejn l-1055 u l-1057. L-għada tal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, fl-ewwel messaġġ tiegħu lill-Kulleġġ tal-Kardinali fil-Kappella Sistina stqarr hekk:

Fil-Quddiesa Inawgurali tiegħu qal hekk:

Ratzinger għażel l-isem Benedittu li ġej mill-kelma Latina li tfisser ‘l-imbierek’ bħala tislima lill- Papa Benedittu XV u San Benedittu ta’ Norcia. Papa Benedittu XV kien il-Papa waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija fejn ħadem bla qies biex ikun hemm il-paċi fost in-nazzjonijiet li kienu qegħdin f’konflitt. Min-naħa l-oħra, San Benedittu kien il-fundatur tal-Monastiċiżmu (ħafna monasteri fil-Medju Evu kienu tal-ordni Benedittina). Huwa kiteb ukoll ir-Regola li għandha l-aktar kitba importanti dwar il-ħajja monastika tal-Kristjaneżmu tal-Punent. Il-Papa Benedittu XVI spjega l-għażla tal-isem tiegħu fl-ewwel Udjenza Ġenerali li saret fi Pjazza San Pietru fis-27 ta’ April 2005:

Il-Papa Benedittu għamel bosta bidliet fl-Istemma Papali. Il-Papa neħħa t-tiara papali bi tliet saffi u flokha għażel il-mitra u l-pallju (stola maħduma mis-suf tal-ħaruf b’ħames slaleb suwed li tissimbolizza l-irwol tal-Isqof bħala ragħaj tal-merħla tiegħu).It-tarka tal-Papa turi l-arma tiegħu bħala Arcisqof ta’ Munich u Freising u hija maqsuma fi tliet pannelli, kull wieħed bis-simbolu rispettiv tiegħu. 

L-element tan-nofs u li qiegħed fuq sfond aħmar hu frotta tal-baħar ta’ kulur dehbi. Din tirreferi għal Santu Wistin(354-430)li dwar il-kitbiet tiegħu l-Papa Benedittu XVI għamel id-dottorat tiegħu. Tradizzjoni magħrufa tgħid li Santu Wistin lemaħ tifel qed jipprova, b’arzella, jiġbor il-baħar kollu u jitfgħu f'ħofra fir-ramel… biċċa xogħol impossibbli li l-għaref Duttur tal-Knisja qabbilha mal-biċċa xogħol kbira teoloġika li kien qed jagħmel hu dwar is-Santissima Trinità. Din l-istess arzella tal-frott tal-baħar tfakkar ukoll fid-dehra li l-Konċilju Vatikan II ta lill-Knisja hi u tilħaq l-għan tagħha bħala l-Poplu Pellegrin ta’ Alla.

Il-pannell tan-naħa ta’ fuq tax-xellug tat-tarka turi l-“Mor ta’ Freising” jew il-caput ethiopicum. Din ix-xbieha ilha tidher fl-arma araldika tal-Isqfijiet ta’ Freising sa mill-1316. Skond l-awtobiografija tal-Papa stess din tissimbolizza l-universalità tal-Knisja, li ma tagħżel qatt bejn klassi u razza, għax aħna lkoll ta’ Kristu.

Fuq in-naħa ta’ fuq, fil-lemin, għandna ors kannella mgħobbi b’tagħbija fuq dahru. Dan l-ors hu marbut mal-leġġenda Bavariża dwar l-ewwel Isqof, padrun qaddis tad-Djocesi ta’ Freising, San Korbinjanu (missjunarju fil-Bavarja l-Qadima fis-Seklu 8). L-ors hu s-simbolu tal-umanità mhix mifdija li ġiet immansata mill-grazzja ta’ Kristu biex wara saret il-pedament ta’ kultura kbira. It-tagħbija li għandu fuqu l-ors hu simbolu tat-toqol li jġorr miegħu l-uffiċċju ta’ isqof.

Papa Benedittu kiteb tliet enċikliċi:

L-Enċiklika hi maqsuma f’żewġ taqsimiet kbar. L-ewwel taqsima, intitolata: “L-unità tal-imħabba fil-ħolqien u fl-istorja tas-salvazzjoni,” hi riflessjoni filosofika u teoloġika dwar l-“imħabba” fid-diversi forom tagħha: “eros,” “philia,” u “agape”, b’enfasi fuq ċerti aspetti vitali tal-imħabba ta’ Alla għall-bniedem u r-rabtiet li din l-imħabba għandha mal-imħabba umana. It-tieni taqsima, imsejħa: “L-Prattika tal-imħabba mill-Knisja bħala ‘Komunità ta’ mħabba’,” titkellem fuq l-implimen¬tazzjoni konkreta tal-kmandament tal-imħabba tal-oħrajn.

L-Ewwel Taqsima

Il-kelma “mħabba,” – kelma fost l-aktar użati u abbużati fid-dinja tallum, – għandha firxa kbira ta’ tifsiriet: hemm l-imħabba għall-patrija, imħabba bejn il-ħbieb, imħabba tal-ġenituri għal uliedhom, imħabba għall-professjoni, imħabba (namra) għall-kaċċa, eċċ. Fost din il-varjetà ta’ tifsiriet, b’danakollu, il-mudell tipiku tal-imħabba hu dak li jseħħ bejn raġel u mara: imħabba li fil-Greċja tal-qedem kienu jsejħulha: “eros.” Fil-Bibbja l-kunċett tal-“imħabba” hu aktar irfinut, kif jidher mill-fatt li l-kelma “eros” darbtejn biss tidher fit-Testment il-Qadim u xejn fil-Ġdid, li min-naħa tiegħu, jippreferi l-kelma “agape,” li tfisser ‘imħabba li tingħata’. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jinqeda wkoll bil-kelma “philia” (imħabba ta’ ħbiberija) b’tifsir aktar profond biex turi r-relazzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu.

Din it-tendenza li tevita l-kelma “eros” u l-imħabba tingħata viżjoni ġdida bil-kelma “agape,” influwenzat il-mentalità nisranija dwar l-imħabba b’tali mod, li f’ambjenti sekolari sikwit hi kkritikata b’mod negattiv għax, jgħidu, din tiċħad l-“eros” u dak kollu relatat mal-ġisem. Hekk, il-filosfu Friedrich Nietzsche qal li r-reliġjon nisranija ivvelenat l-eros li min-naħa tiegħu, għalkemm ma ċediex għal kollox, iddeġenera f’vizzju. Il-filosfu Ġermaniż kien jesprimi l-idea ta’ ħafna: ma kenitx il-Knisja, bil-kman¬damenti tagħha, qed tibdel fi mrar ħaġa daqshekk prezzjuża fil-ħajja? Ma kenitx qisha referee li jsaffar is-suffara meta l-pjaċir (rigal tal-Ħallieq) ikun beda jdewwaq ftit minn dak li hu divin?

Għalkemm fl-imgħoddi fil-Knisja ġieli kien hemm tendenzi bħal dawn, it-tifsira tal-iżvilupp fl-użu tat-termini bibliċi, hi differenti. L-“eros,” tqiegħed fil-bniedem mill-Ħallieq, u għalhekk hu tajjeb; iżda, biex id-dinjità oriġinali tiegħu ma tintilifx u ma jiddeġenerax f’sess waħdu u f’sempli¬ċi prodott ta’ pjaċir, jinħtieġ li dan ikun iddixxiplinat, imsoffi u jitħalla jimmatura.

Il-Fidi nisranija minn dejjem qieset lill-bniedem bħala ħolqien li fih l-ispirtu u l-materja jintisġu flimkien: nisġa li lill-bniedem tagħtih nobbiltà ġdida. Jista’ jingħad li l-isfida tal-“eros” tintrebaħ meta ġisem u ruħ il-bniedem huma f’armonija perfetta. Imbagħad, iva, l-imħabba ssir “estasì,” imma mhux estasi fis-sens ta’ ewforja (stat ta’ min iħossu qiegħed fis-seba’ sema), imma bħala ħruġ permanenti mill-“Jien” magħluq fih innifsu, għal-libertà ta’ min jagħti ruħu biex isib lilu nnifsu, jew aħjar, biex isib ’l Alla. Hekk l-“eros” jista’ jerfa’ ’l-bniedem “f’estasì” lejn id-Divin.

Fl-aħħar mill-aħħar jinħtieġ li l-“eros” u l-“agape” qatt ma jinqatgħu għall-kollox minn xulxin; anzi, aktar ma t-tnejn – għalkemm fi gradi differenti – isibu bilanċ bejniethom, aktar isseħħ in-natura awtentika tal-imħabba. GĦalkemm l-“eros” għall-ewwel tibda b’xenqa, hi u tersaq lejn il-parti l-oħra, tibda tistaqsi inqas u inqas dwarha nfisha u tfittex iżjed u iżjed l-hena tal-parti l-oħra; hi tagħti ruħha lill-parti l-oħra u tibda tixtieq “tkun hemm” minħabba l-parti l-oħra. Hekk naħa ssir parti mill-parti l-oħra; u dan ikun il-mument tal-“agape.”

F’Ġesù Kristu, li hu l-Imħabba ta’ Alla inkarnata, l-“eros-agape” tilħaq il-forma l-aktar radikali tagħha. F’mewtu fuq is-salib, hu wera mħabba l-iktar sublimi meta ingħata għall-fidwa u l-qawmien tal-bnedmin. Bit-twaqqif tal-Ewkaristija Hu assigura li jibqa’ jagħti ruħu taħt l-ispeċi ta’ ħobż u nbid: jibqa’ jingħata bħala manna ġdida li tgħaqqad ’il-bnedmin ħaġa waħda miegħu. Bis-sehem tagħna fl-Ewkaristija, aħna nsiru parti mill-qawwa dinamika tal-għotja tiegħu. U aħna u ningħaqdu miegħu, inkunu ningħaqdu wkoll ma’ kull wieħed li hu jgħaqqad miegħu, u hekk insiru lkoll “ġisem wieħed.” B’dan il-mod l-imħabba ta’ Alla u l-imħabba tal-proxxmu jsiru ħaġa waħda. U hekk, bis-saħħa tal-laqgħa ma’ Alla, l-“agape,” il-kmamdament doppju tal-imħabba ma jibqax iktar impost fuqna: l-imħabba setgħet tkun ikkmandata lilna għaliex qabel hi nfisha ingħatat lilna.

IT-TIENI TAQSIMA

L-imħabba għall-oħrajn, b’għeruqha mxenxla fl-imħabba ta’ Alla, barra milli hi dmir ta’ kull nisrani, hi wkoll dmir il-komunità ekkleżjali kollha li, fil-ħidmiet karitevoli tagħha trid tirrifletti l-imħabba Trinitarja. L-għarfien ta’ dan id-dmir kellu importanza fundamentali fil-Knisja sa mill-bidu tagħha, hekk li ma damitx ma nħasset il-ħtieġa għal ċertu grad ta’ organizzazzjoni biex dawn il-ħidmiet isiru aħjar.

Hekk, fl-istruttura fundamentali tal-Knisja, nibet id-“djakonat” bħala servizz ta’ mħabba għall-oħrajn: imħabba mħarrġa flimkien u b’mod ordnat, servizz konkret, iżda wkoll spiritwali. Meta l-Knisja bdiet tixtered, il-prattika tal-karità beda jitqies bħala wieħed mill-elementi essenzjali tagħha. Il-ħidma tal-Knisja kienet għalhekk definita prinċipalment bħala dmir tripliku: it-tħabbir tal-Kelma (“kerygma-martyria”), iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti (“leiturgia”), u s-servizz tal-karità (“diakonia”). Dawn id-dmirijiet huma marbuta flimkien u ma jistgħux jinfirdu.

B’danakollu, mid-dsatax-il seklu ’l hawn bdiet titqajjem oġġezzjoni fundamen¬tali kontra l-ħidma karitatevoli tal-Knisja. Ħidma bħal din, bdew jgħidu, tmur kontra l-ġustizzja u tispiċċa biex il-ħwejjeġ jibqgħu bla jitranġaw. Meta l-Knisja twet¬taq atti singoli ta’ karità, ikomplu jargumentaw, hi tkun tiffavorixxi li s-sistema nġusta attwali tibqa’ kif inhi, billi b’xi mod tkun tirrendi s-sistema sopportabbli u hekk tmewwet l-irvell kontriha, li waħdu jista’ jittransfor¬maha f’dinja aħjar.
GĦaliex, kif nafu, il-Marxiżmu fittex juri li r-rimedju waħdieni għall-mard soċjali kollu kien jinsab biss f’rivoluzzjoni dinjija: ħolma li minn dak in-nhar ’l hawn sfumat fix-xejn. Kien il-Maġisteru Kattoliku – ibda mill-Enċiklika “Rerum novarum” ta’ Ljun XIII (1891), imbagħad Quadragesimo Anno (1931) ta’ Piju XI, Mater et Magistra (1961) ta’ Ġwanni XXIII, Populorum Progressio (1967) ta’ Pawlu VI, u t-tlett Enċikliċi ta’ Ġwann Pawl II: “Laborem exercens” (1981), “Sollicitudo rei socialis” (1987), u “Centesimus annus” (1991) – li għarbel il-kwestjoni soċjali b’attenzjoni dejjem ikbar, żviluppa duttrina socjali tassew kumplessa, u ssuġġerixxa linji ta’ gwida li jgħoddu wkoll għal ambjenti ’l hinn mill-konfini tal-Knisja.

Il-Knisja ma tistax u m’għandhiex tieħu fuqha l-impenn politiku li toħloq u trawwem l-iktar soċjetà ġusta possibbli. Dan hu xogħol l-Istat, u l-Knisja m’għandniex teħodlu postu. Fl-istess ħin lanqas ma’ tista’ u m’għandha tibqa’ gallarija fil-ġlieda għall-ġustizzja. Il-parti tagħha hi li tinjetta l-enerġija spirit¬wali li mingħajrha l-ġustizzja, li dejjem titlob is-sagrifiċċju, la tista' żżomm u lanqas tiġi ’l quddiem. L-imħabba tibqa’ dejjem meħtieġa: l-ebda liġi tal-Istat, ġusta kemm tkun ġusta, ma tista’ teħdielha postha. Stat li jrid jipprovdi għal kollox, isir magna burok¬ratika, bla ħila li jiżgura u jipprovdi dik l-għajnuna li l-bniedem tant jeħtieġ: id-dedikazzjoni u l-imħabba personali. Min ifittex li jeqred l-imħabba, ifittex li jeqred lill-bniedem.

Effett pożittiv iżda ta’ wkoll sfida tal-globalizazzjoni ta’ żmienna hu li din tipprovdi mezzi kif l-għajnuna umanitarja titwassal lil min jeħtieġha, ukoll f’pajjiżi mbiegħda: fatt li kien ġa osservat mill-Konċilju Vatikan II: “Fost is-sinjali ta’ żmienna, ta’ min jinnota b’mod partikolari, is-sens jikber dejjem bla ħadd iżommu, ta’ solidarjetà bejn il-popli.”  Strutturi statali u assoċjazzjonijiet umanitarji kollha jgħinu, kulħadd bil-mod tiegħu, is-solidarjetà murija fis-soċjetà ċivili, fejn nibtu għadd ta’ organizzazz¬jonijiet filantropiċi u ta’ karità. Dan ġara wkoll fil-Knisja Kattolika. Wieħed jittama li jkun hemm kollabo¬razzjoni effettiva bejn dawn l-elementi diversi. Madanakollu huwa importanti li l-attività kreattiva tal-Knisja ma tintilifx fl-isfond ta’ karità organizzata hekk varjata u ssir sempliċi waħda mill-alternattivi. GĦal kuntrarju, fiha trid tibqa’ tilma l-essenza tal-karità nisranija.

GĦalhekk:

a)Il-ħidma karitevoli nisranija, minbarra li tkun professjonalment kompetenti, trid tkun ibbażata fuq l-esperjenza ta’ laqgħa personali ma’ Kristu, li mħabbtu misset il-qlub ta’ dawk li jemmnu u nisslet fihom imħabba għall-oħrajn.

b)Il-ħidma karitevoli nisranija ma tridx tkun dipendenti la minn partiti u lanqas minn ideologiji. Il-programm tan-nisrani, bħal dak tas-Samaritan it-Tajjeb – jiġifieri, l-prog¬ramm ta’ Ġesù, – hu “qalb li tara fejn hemm il-ħtieġa tal-imħabba, u taġixxi skond il-ħtieġa.”

c)Barra min hekk, il-ħidma karitevoli nisranija m’għandhiex tkun skuża għal dak li llum jissejjaħ proselitiżmu. L-imħabba tingħata b’xejn u ma tingħatax għal skopi¬jiet ulterjuri. Dan ma jfissirx, b’danakollu, li l-ħidma nisranija għandha tħalli ’l Alla u lil Kristu fil-ġenb. L-insara għandhom ikunu jafu meta hu l-waqt li titkellem dwar Alla, u meta jaqbel li tibqa’ sieket u tħalli l-imħabba titkellem weħedha. L-innu lill-imħabba ta’ San Pawl irid ikun il-“Magna Charta” tal-qadi kollu tal-Knisja, u jħarsu milli jiddiġenera f’sempliċi attiviżmu.

F’dan il-kuntest u quddiem is-sekulariżmu imminenti li jipperikola wkoll li jiskoraġġixxi lil ħafna nsara mogħtija għal xogħol ta’ karità, irridu naffermaw mill-ġdid l-importanza t-talb. Ħajja mgħixa f’kuntatt ma’ Kristu tiżgura li l-skjera immensa ta’ ħtiġiet li jitolbu rimedju, imqabbla mar-riżorsi limitati għal dan ix-xogħol karitevoli, ma taqtagħlniex qalbna. Fl-istess ħin lanqas tħallina nitkaxkru minn ideoloġiji immirati li jibdlu b’mod drastiku d-dinja. Hi “l-fidi li taħdem permezz tal-imħabba” (Gal 5:6) ta’ Kristu li trid tqanqalna għall-imħabba ta’ għajrna: “L-imħabba ta’ Kristu trossna” (2 Kor 5:14). Il-ħsieb li fi Kristu Alla ingħata għalina saħansitra sal-mewt, għandu jqanqalna biex ngħixu mhux iktar għalina nfusna, imma għalih, u miegħu, ngħixu għall-oħrajn.

Min jitlob ma jkunx jaħli ħinu, għalkemm is-sitwazzjoni tkun qisha titlob azzjoni weħedha; lanqas ma jkun ifittex li jibdel jew jikkoreġi l-pjan ta’ Alla. Għal kuntrarju, fuq l-eżempju ta’ Marija u l-qaddisin, hu jkun ifittex jikseb minn Alla d-dawl u l-qawwa tal-imħabba, li tegħleb kull dalma u egoiżmu preżenti fid-dinja.

Ħafna mill-kanonizzazzjonijiet tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, iċċelebrahom fix-xahar ta' Ottubru, minbarra fl-2007.

Il-Papa Benedittu XVI iċċelebra l-ewwel kanonizzazzjonijiet tiegħu fit-23 ta' Ottubru 2005 fi Pjazza San Pietru meta kkanonizza lil Josef Bilczewski, Alberto Hurtado SJ, Zygmunt Gorazdowski, Gaetano Catanoso, u Felice da Nicosia. Dawn immarkaw l-għeluq tas-Sinodu tal-Isqfijiet u s-Sena tal-Ewkaristija. 

Il-Papa kkanonizza lill-Isqof  Rafael Guizar y Valencia, Madre Theodore Guerin, Filippo Smaldone, u Rosa Venerini fil-15 ta' Ottubru 2006.
 
Matul iż-żjara tiegħu fil-Brażil fl-2007, il-Papa kkanonizza lil Frei Galvão fil-11 ta' Mejju, filwaqt li l-Malti Dun Ġorġ Preca, fundatur tal-M.U.S.E.U.M., Szymon ta' Lipnica, Charles ta' Mount Argus, u Marie-Eugénie de Jésus kienu kkanonizzati fil-Vatikan fit-3 ta' Ġunju 2007. Preca huwa l-ewwel qaddis Malta kanonizzat. 

F'Ottubru 2008 ġew ikkanonizzati: Santa Alfonsa tal-Indja, Gaetano Errico, Narcisa de Jesus Martillo Moran, u Maria Bernarda Bütler. 

F'April 2009 kkanonizza lil Arcangelo Tadini, Bernardo Tolomei, Nuno Álvares Pereira, Geltrude Comensoli, u Caterina Volpicelli. F'Ottubru tal-istess sena  kkanonizza lil Jeanne Jugan, Jozef Damian de Veuster, Zygmunt Szczęsny Feliński, Francisco Coll Guitart u Rafael Arnáiz Barón.
 
Fis-17 ta' Ottubru 2010, kkanonizza lil André Bessette, Stanislaw Soltys, Giulia Salzano, Camilla Battista da Varano, Candida Maria de Jesus Cipitria y Barriola u Mary MacKillop.
 
Fit-23 ta' Ottubru 2011, ikkanonizza lil Bonifacia Rodriguez y Castro, l-Isqof Guido Maria Conforti, u Luigi Guanella.
 
Fil-21 ta' Ottubru 2012 se jikkanonizza lil Kateri Tekakwitha, l-ewwel qaddisa Amerikana Indjana, Marianne Cope, soru li ħadmet mal-lebbrużi tal-Hawaii, Giovanni Battista Piamarta, Jacques Berthieu missjunarju Franċiż u martri fl-Afrika, Carmen Salles y Barangueras, Peter Calungsod, katekist martri fil-Filippini, u Anna Schaffer.

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-użu tal-kondom huwa aċċettabbli f’ċerti każi, l-iktar biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bl-HIV. Dawn il-kummenti u oħrajn jinsabu fi ktieb li kien ippubblikat fit-23 ta' Novembru 2010, intitolat ‘Id-dawl tad-Dinja:Il-Papa, il-Knisja u S-Sinjali taż-Żminijiet’ – ktieb ibbażat fuq serje ta’ intervisti li l-Papa ta lill-ġurnalist kattoliku Ġermaniż, Peter Seewald, li jingħad li hu eks komunista u li kkonverta għall-Kristjaneżmu wara laqgħat mal-Papa Ratsinger. Siltiet mill-ktieb kienu ppubblikati fil-gazzetta tal-Vatikan L’Osservatore Romano fil-ħarġa tal-20 ta' Novembru 2010. Meta kien mistoqsi direttament jekk il-Knisja Kattolika hix fundamentalment kontra l-użu tal-kondom, il-Papa qal li l-użu tal-kondom jista’ jkun ġustifikat skont il-każ partikolari, u dan partikolarment fil-prevenzjoni ta’ tixrid tal-mard bħall-HIV u l-AIDS. Fisser li l-Knisja, fil-kondom ma tarax soluzzjoni reali u morali. Żied li f’ċerti każi, fejn l-intenzjoni hi li jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni, jista’ jkun l-ewwel pass lejn ieħor, lejn sesswalita’ aktar umana.

Dwar prevenzjoni kontra mard trasmess sesswalment, il-Vatikan dejjem tkellem dwar astinenza. Gruppi kattoliċi li jaħdmu biex tkun missielta l-HIV laqgħu pożittivament il-kummenti tal-Papa. Lura għal Marzu 2009 waqt żjara fl-Afrika, kummenti tal-Benedittu XVI kontra t-tqassim tal-kondoms kienu ġabu reazzjonijiet madwar id-dinja kollha. Sadanittant, Papa Ratzinger saħaq li l-użu tal-kondom biss, mhux se jsolvi l-problema tal-HIV u l-AIDS. Qal li hemm iktar xi jsir.

Intant, il-ktieb, li kien tradott f’madwar 18-il lingwa, jindirizza kwistjonijiet oħra wkoll, li jinkludu l-iskandli marbuta ma’ abbużi sesswali minn membri tal-kleru, ċ-ċelebat u l-ordinazzjoni saċerdotali tan-nisa.

Fil-messaġġ ta’ Jum il-Paċi fil-bidu tas-sena ġdida 2010, bl-isem Jekk trid il-paċi ħares il-ħolqien, il-Papa stqarr li l-paċi dinjija hi mhedda min-nuqqas ta’ rispett li għandu jkollna lejn in-natura. Huwa jgħid li l-kriżi ekoloġika qiegħda tikber u tkun imġiba irresponsabbli li wieħed ma jiħux bis-serjetà din is-sitwazzjoni:

Wara li semma s-sintomi tal-problemi marbutin mal-ambjent, il-Papa jgħid li dan kollu jitlob reviżjoni profonda u fit-tul tal-istil tal-ħajja tal-bnedmin. Il-bnedmin iridu jiskopru mill-ġdid dawk il-valuri li jistgħu jservu ta’ sisien sodi għall-bini ta’ ġejjieni isbaħ għal kulħadd. Għax hu jgħid li l-kriżijiet preżenti kollha – ekonomiċi, ambjentali, f’rabta mal-ikel jew soċjali – kollha huma fl-aħħar mill-aħħar kriżijiet morali u kollha għandhom rabta bejniethom. Benedittu XVI igħid li l-bnedmin fehmu ħażin il-kmand li tahom Alla biex “jaħkmu l-art”. Huma sfruttaw il-ħolqien bix-xewqa li jkollhom ħakma assoluta fuqu. Iżda t-tifsira vera tal-kmand oriġinali t’Alla ma kienx sempliċi għotja t’awtorità imma iżjed sejħa għar-responsabbiltà. Il-bniedem ma kellux ikun tirann fuq in-natura imma kellu d-dmir li jħaddem amministrazzjoni responsabbli fuq il-ħolqien, jieħu ħsiebu u jaħdmu.

Jidher ċar li l-isfruttar ambjentali qed jipperikola serjament l-ammont ta’ riżorsi naturali mhux biss għall-ġenerazzjoni preżenti imma fuq kollox għal dik tal-ġejjieni. Il-qasam ekonomiku jrid iqis il-fatt li “kull deċiżjoni ekonomika għandha konsegwenza morali” u għalhekk irid jintwera rispett dejjem ikbar għall-ambjent. Il-kriżi ekoloġika turi l-ħtieġa ta’ solidarjetà, għax din il-kriżi ġejja b’riżultat tar-responsabbiltà storika tal-pajjiżi industrijalizzati waqt li l-pajjiżi inqas żviluppati mhumiex eżenti mir-responsabbiltajiet tagħhom dwar il-ħolqien, għax il-ħtieġa ta’ passi ambjentali effettivi torbot lil kulħadd.

Il-Papa jgħid li hu qed jipproponi li jibda jseħħ mudell ta’ żvilupp mibni fuq iċ-ċentralità tal-persuna umana, fuq l-attenzjoni u s-sehem fil-ġid komuni, fuq ir-responsabbiltà, fuq il-ħtieġa ta’ stil mibdul ta’ ħajja, u fuq il-prudenza, il-virtù li tgħidilna x’hemm bżonn isir illum b’rabta ma’ dak li jista’ jiġri għada. Fir-rabta tal-bniedem mal-ambjent għandu jkun inkoraġġit it-tiftix fil-mod effettiv kif tista’ titħaddem l-enerġija tax-xemx u kif tinstab soluzzjoni għall-problema dinjija tal-ilma li hija ta’ importanza primarja għall-ħajja fid-dinja.

Hawn tidħol it-teknoloġija li dwarha l-Papa kien qal band’oħra li “it-teknoloġija qatt mhi sempliċiment teknoloġija. Hija turi x’inhu l-bniedem u x’inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħu għall-iżvilupp; hija tfisser it-tensjoni interna li twasslu biex bilmod jegħleb il-limitazzjonijiet materjali. It-teknoloġija f’dan is-sens hija tweġiba għall-kmand t’Alla biex jaħdem u jaħkem l-art fdata f’idejn il-bniedem u għandha sservi biex issaħħaħ il-patt bejn il-bnedmin u l-ambjent, patt li għandu jkun mera tal-imħabba ħallieqa f’Alla.”

Ir-reviżjoni tal-istil tal-ħajja jitlob li jkunu eżaminati l-mudelli preżenti ta’ konsum ta’ produzzjoni, li ħafna drabi mhumiex sostenibbli mill-aspett soċjali, ambjentali u anke ekonomiku. Il-Papa jitkellem fuq l-edukazzjoni għall-paċi. Din l-edukazzjoni trid tibda b’deċiżjonijiet kbar min-naħa ta’ individwi, familji, komunitajiet u stati. Aħna lkoll responsabbli għall-ħarsien u l-kura tal-ambjent. Din ir-responsabbiltà ma għandhiex fruntieri. Huwa importanti li kulħadd fil-livell proprju tiegħu jagħti sehmu biex jitrażżnu l-interessi partikolari.F’din l-edukazzjoni għandhom post speċjali l-gruppi differenti preżenti fis-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu b’determinazzjoni u ġenerożità għat-tixrid tar-responsabbiltà ekoloġika, responsabbiltà li trid tkun dejjem iżjed ankrata mar-rispett għall-“ekoloġija umana”. Anke l-mezzi ta’ komunikazzjoni jridu jagħtu sehemhom billi joffru mudelli pożittivi li jservu ta’ ispirazzjoni. Irid isir sforz komuni għax jekk parti mid-dinja naturali titgħarraq, l-effett tagħha jinħass minn kulħadd. U hawn tidħol ukoll is-sejħa lill-komunità internazzjonali biex ikun żgurat id-diżarm progressiv ħalli jinħoloq ambjent ħieles mill-armi nukleari għax il-preżenza tagħhom thedded il-ħajja tad-dinja u l-iżvilupp sħiħ tagħha issa u għal li ġej.

Il-Knisja għandha responsabbiltà fejn jidħol il-ħolqien, biex ikunu mħarsin l-art, l-ilma u l-arja bħala doni t’Alla għal kulħadd, u fuq kollox biex issalva l-bniedem mill-periklu li jeqred lilu nnifsu. Ma nistgħux ninsew il-fatt importanti li ħafna nies iġarrbu l-paċi u t-trankwillità, it-tiġdid u s-saħħa meta jiġu qrib il-ġmiel u l-armonija tan-natura. Ħaġa tmur mal-oħra: meta nieħdu ħsieb in-natura, nintebħu li Alla, bin-natura, jieħu ħsiebna. Fit-tagħlim tagħha dwar l-ambjent il-Knisja żżomm it-triq bilanċjata – waqt li l-Ħallieq ta lill-bniedem il-post ta’ amministratur b’responsabbiltà għall-ħolqien, qallu biex din ir-responsabbiltà la jista’ jabbuża minnha u lanqas jaħrab minnha. Li jħares l-ambjent naturali biex jibni dinja ta’ paċi huwa dmir ta’ kulħadd. Hija sfida urġenti; hija wkoll opportunità providenzjali biex ngħaddu lil ta’ warajna ġejjieni aħjar għal kulħadd. “Jalla dan ikun ċar għall-mexxejja dinjija u għal dawk f’kull livell li huma responsabbli mill-ġejjieni tal-bnedmin: il-ħarsien tal-ħolqien u s-seħħ tal-paċi huma marbutin b’rabta fil-fond!”

Il-ġurnalist Kattoliku Amerikan, John Allen, kiteb li f’intervista li l-Kardinal Ratzinger f’Novembru 2002 kien stqarr li l-media qed tonfoħ il-problema tal-iskandli sesswali fil-Knisja. Madankollu, fis-snin ta’ wara, il-Kardinal Ratzinger biddel kompletament l-atteġġjament tiegħu u kien determinat li jnaddaf il-ħmieġ fi ħdan il-Knisja, atteġġjament li ssokta kemm ilu li laħaq Papa. Minħabba r-retiċenzi f’bosta livelli tal-Knisja fir-rigward tal-abbużi sesswali, l-istess Kardinal Ratzinger kien għamel pressjoni biex il-każi kollha ta’ abbuż sesswali jibdew jaqgħu taħt il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Fil-fatt, qabel Mejju tal-2001, tali każijiet kienu jiġu trattati minn dipartimenti differenti tal-Kurja Romana. Dan il-Papa li għamel ħafna aktar mill-predeċessuri tiegħu biex jeqred l-abbużi sesswali fost membri tal-kleru, kif jidher mill-każ tal-Leġjonarji ta’ Kristu.

Fil-każ tal-iskandlu tal-pedofilija fl-Irlanda, il-Papa Benedittu XVI wera ruħu rrabjat quddiem is-skiet tal-isfqijiet fil-kwistjoni tal-pedofilija, u bagħat għall-isqfijiet tas-26 djoċe­si tar-Repubblika Irlandiża u meta resqu quddiemu tahom ittra li kiteb hu biex tinqara lill-poplu nisrani ta’ dak il-pajjiż, u semma “proċeduri mhux xierqa biex ikunu mistħarraġa l-kandidati għas-­saċer­dozju u għall-ħajja reliġjuża: formazzjoni umana, morali, intellettwali u spiritwali nieqsa fis-seminarji u fil-novizzjati; tendenza fis-soċjetà li tiffavorixxi l-kleru u nies oħrajn t’awtorità, iżjed milli attenzjoni għall-isem tajjeb tal-Knisja. U semma x’kien ir-riżultat: “Id-dawl tal-Evanġelju nxteħet fuqu dell li qatt ma nxteħetlu tul mijiet ta’ snin ta’ persekuzzjoni!” Il-Papa indirizza hekk lill-vittmi tal-pedofilja ta’ xi saċerdoti: “Wieħed jifhimha li intom ssibuha bi tqila biex taħfru u tinħabbu mill-ġdid mal-Knisja. F’isimha nfissrilhom fil-beraħ il-mistħija u r-rimors li aħna lkoll inħossu. Fl-istess ħin nit­lob­kom biex ma titilfux it-tama.” Lill-ġenituri tal-vittmi qallhom li hu jagħraf “kemm intom diżappuntati fil-fond meta tafu bil-ħwejjeġ tal-waħx li ġraw f’dak li messu kien l-ambjent l-iżjed żgur.” Għas-saċerdoti ħatjin, Bene­dittu XVI kellu dan il-kliem qawwi: “Intom ittradejtu l-fid­uċ­ja mqegħ­da fikom minn tfal inno­ċenti u mill-ġenituri tagħ­hom. Intom tridu tagħtu kont ta’ dan quddiem Alla li jista’ kollox, kif ukoll quddiem il-qrati magħmulin apposta. Intom tlif­tu l-istima tan-nies fl-Irlanda u tfajlu l-mistħija u diżunur fuq sħabkom. Dawk fostkom li huma saċerdoti ksirtu l-qdusija tas-sagrament tal-ordni sagri li fih Kristu juri ruħu preżenti fina u fl-għemejjel tagħna.”

Il-Papa kellu kelma anke lis-saċerdoti u reliġjużi onesti li fl-opinjoni pubblika weħlu mal-ħatjin u jinsabu ttentati bl-iskoraġġiment: “Naf li f’għajnejn ċerti nies intom dhertu ħatjin għax assoċjawkom mal-ħatjin, u li b’xi mod intom responsabbli tal-iżbalji ta’ ħaddieħor. F’dan il-waqt ta’ tbatija, jien rrid nixhed għad-dedikazzjoni tal-ħajja saċerdotali u reliġjuża tagħkom u tal-ħidma tagħkom, jien nistedinkom biex tistqarru mill-ġdid il-fidi tagħkom fi Kristu.” Lill-isqfijiet tal-Irlanda l-Papa qalilhom: “Saru żbalji gravi fid-deċiżjonijiet u nuqqasijiet fit-tmexxija. Dan kollu hedded serjament il-kredibiltà u l-ħila tagħkom… Ikkoperaw mal-awto­ritaijiet ċivili u ftakru li l-popolazzjoni Irlandiża tistenna minnkom bir-raġun li tkunu bnedmin t’Alla, li tkun qaddisin.” Lill-Kattoliċi kollha Irlandiżi l-Papa għamlilhom sejħa: “Il-ħsieb tiegħi hu li nħeġġiġkom ilkoll, bħala poplu t’Alla li jinsab fl-Irlanda, biex tirriflettu fuq il-ġerħat li ġarrab il-ġisem ta’ Kristu, fuq ir-rimedji, xi drabi dolorużi, meħtieġa biex jittaffu u jitfejqu, u fuq il-ħtieġa ta’ għaqda, ta’ mħabba u t’għajnuna lil xulxin fil-proċess twil ta’ qawmien u tiġdid fil-Knisja.”

F’ittra lis-seminaristi kollha tad-dinja f'Ottubru 2010, il-Papa Benedittu XVI tkellem fuq il-każi ta’ abbużi sesswali u kif dawn ma jnaqqsux il-valur tal-saċerdozju. Il-Papa Benedittu enfasizza li l-mewġa ta’ akkużi li għaddiet minnhom dan l-aħħar il-Knisja, ħallew impatt negattiv. Il-Papa qal li minkejja li kien hemm xi qassisin li ma rrispettawx il-ministeru tagħhom u wettqu abbużi sesswali fuq tfal u adolexxenti, madankollu l-azzjonijiet tagħhom ma jistgħux jinfirxu fuq ix-xogħol li jwettqu ħafna qassisin oħrajn madwar id-dinja. Tkellem ukoll fuq kif ħafna qassisin huma kapaċi jgħixu ħajja fiċ-ċelibat u kapaċi jagħtu xiehda ta’ umanità pura u matura. Lis-seminaristi, huwa qalilhom biex jieħdu ċ-ċelibat bis-serjetà ħafna għaliex dan jinvolvi l-integrazzjoni sesswali fil-personalità sħiħa. Meta dan ma jseħħx, is-sesswalità, skont il-Papa, issir banali u distruttiva. Fl-istess waqt, il-Papa għaraf li fid-dawl tal-każi ta’ abbużi sesswali, il-Knisja għandha tiftaħ aktar għajnejha u toqgħod attenta meta tevalwa l-vokazzjonijiet.

Il-Papa ġa għamel bosta Missjonijiet Appostoliċi kemm fl-Italja kif ukoll f’pajjiżi oħra: darbtejn fil-Ġermanja u Spanja, u darba l-Polonja, Franza, it-Turkija,  il-Brażil, l-Awstrija, l-Amerika, l-Awstralja, Kamerun, Angola, il-Lvant Nofsani, Repubblika Ċeka, Malta, il-Portugal, Ċipru u l-Ingilterra.

Nhar is-Sibt 17 t'April 2010 il-Papa Benedittu għamel l-ewwel żjara qasira tiegħu f'Malta. Fl-ewwel diskors tiegħu fl-Ajruport ta' Malta il-Papa għamel sejħa qawwija favur iż-żwieġ u l-familja. Hu qal li pajjiżna għandu jibqa’ jappoġġja l-għaqda taż-żwieġ bħala istituzzjoni kemm naturali u kemm sagramentali, u n-natura vera tal-familja, bl-istess mod li tappoġġja l-qdusija tal-ħajja umana mill-konċepiment sal-mewt naturali, u r-rispett xieraq dovut lil-libertà reliġjuża b’modi li jwasslu lill-individwi u lis-soċjetà għal żvilupp integrali awtentiku. Qal li Malta għandha ħafna x’tikkontribwixxi fuq kwistjonijiet tant diversi bħat-tolleranza, reċiproċità, immigrazzjoni, u kwistjonijiet oħrajn li huma kruċjali għall-futur tal-Ewropa. Semma kif Malta għandha rabtiet mill-qrib mal-Lvant Nofsani, mhux biss f’termini kulturali u reliġjużi iżda saħansitra lingwistiċi. 

Filgħaxija l-Papa żar il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat, fejn għamel mument ta’ riflessjoni u talb. Wara, fid-diskors li għamel fil-Pjazza tar-Rabat qal li 

Nhar il-Ħadd 18 t'April 2010 il-Papa kkonċelebra Quddiesa  fuq il-Fosos tal-Furjana. Fl-omelija tiegħu, il-Papa qal li sa mill-wasla tiegħu nhar is-Sibt filgħaxija, ingħata l-istess merħba mill-qalb li l-antenati Maltin taw lill-Appostlu San Pawl fis-sena 60. Filwaqt li qal li San Ġorġ Preca għandu jservi bħala mudell għall-poplu Malti, il-Papa ħeġġeġ lill-Maltin biex ikomplu jgħożżu l-fidi u l-valuri li kienu mwassla lilhom minn San Pawl. L-iktar aħbar li ġibdet l-attenzjoni tal-media lokali u internazzjonali, kienet il-laqgħa li l-Papa kellu, ftit wara l-Quddiesa, mal-allegati vittmi ta’ abbuż sesswali minn saċerdoti Maltin, li fiha l-Papa assigurahom li l-Knisja kienet se tkompli tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u wiegħed li jimplimenta miżuri meħtieġa biex jiggarantixxi li każijiet simili ma jerġgħux iseħħu. 

Wara nofsinhar il-Papa kellu laqgħa maż-żgħażagħ fil-Valletta Waterfront. Fis-5.40 p.m. l-Papa mill-Kalkara rikeb il-katamaran “San Pawl”, akkumpanjat minn żewġ ‘patrol boats’ li wasslu sal-Valletta Waterfront. Meta wasal ħden il-moll, il-katamaran għadda viċin tal-art fejn il-Papa beda jsellem liż-żgħażagħ. Ħdejh kien hemm fost oħrajn grupp ta’ żgħażagħ li qagħdu ħdejh tul il-vjaġġ ta’ 20 minuta mill-Kalkara kif ukoll l-isqfijiet Maltin. Kif wasal sar diskors mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u wara indirizzi qosra minn numru ta’ żgħażagħ. F’diskors li għamel, Benedittu XVI qal li s-soċjetà Maltija hi mgħaddsa fil-fidi u l-valuri Nsara, u qal li ż-żgħażagħ għandhom ikunu kburin li Malta hija pajjiż li jiddefendi t-trabi li għadhom ma twildux u ħeġġeġ ħajja tal-familja stabbli billi l-Maltin jgħidu le għall-abort u d-divorzju. Iż-Żjara waslet fi tmiemha għall-ħabta tat-8.15 p.m meta l-Papa telaq b’titjira lejn Ruma mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fost id-diversi kotba tiegħu nsibu “Introduzzjoni għall-Kristjaneżmu” (1968), ġabra ta’ diskorsi li kien ta fl-Università dwar il-Kredu tal-Appostli; “Domma u Predikazzjoni”(1973) antoloġija ta’ esejs, priet ki u riflessjonijiet ta' xeħta pastorali, Ir-Rapport Ratzinger (1985)ktieb forma ta’ intervista dwar il-qagħda tal-Fidi, u “Melħ tal-Art” (1996) u Ġesù ta' Nazaret (2007).

Fil-kelmtejn ta’ qabel tal-ktieb, il-Papa jagħmilha ċara li l-punt li fuqu hu mibni l-ktieb hu li “Mingħajr rabta ma’ Alla l-persuna ta’ Ġesù tidher dell irreali u ma titfissirx”.  Hu jittratta lil Ġesù min-naħa tal-għaqda mal-Missier, li hija ċ-ċentru tal-personalita’ tiegħu, u mingħajrha wieħed ma jifhem xejn, fil-waqt li permezz tagħha Ġesù jsir preżenti fostna llum. B’Ġesù, Alla daħal tabilħaqq fl-istorja reali. Jekk inwarrbu din l-istorja, il-fidi Nisranija fiha nfisha tispiċċa fix-xejn u tinbidel f’forma oħra ta’ reliġjon. Il-Papa jkompli jgħid li huwa pprova jippreżenta lil Ġesù tal-Vanġeli bħala Ġesù l-veru, Ġesù tal-istorja fis-sens uniku. Ġesù tal-Vanġeli huwa figura storikament bis-sens u konvinċenti. Il-Papa jgħid li dan il-ktieb huwa frott tal-istudju personali tiegħu fuq “il-wiċċ” tal-Mulej” (S 27:8), li ilu sejjer is-snin. Huwa jkompli jgħid li billi ma jafx kemm sa jingħata żmien u saħħa, iddeċieda  li jippublika l-ewwel għaxar kapitli, dawk mill-Magħmudija fil-Ġordan sa l-istqarrija ta’ Pietru u t-Trasfigurazzjoni, bħala l-ewwel ktieb. Fit-tieni parti bi ħsiebu jittratta t-tfulija ta’ Ġesù imma deherlu  li kien aktar urġenti li jippreżenta l-figura u l-messaġġ ta’ Ġesù fl-attivita’ pubblika tiegħu, biex jgħin lill-qarrejja ikabbru relazzjoni ħajja miegħu.

Ħuh Georg jirrakkonta li sa minn ċkunitu, Joseph kien iħobb in-natura u l-annimali. L-istess bħall-bqija tal-familja tiegħu, Joseph Ratzinger iħobb il-mużika. Anki bħala Papa, fil-vakanzi tiegħu jqatta’ ħin idoqq il-pjanu. Missierhom kien iħobb jigbor il-familja kollha madwaru biex ikantaw waqt li huwa kien idoqq iċ-ċetra. F’Marktl am Inn kien hemm banda maghrufa li kienet taffaxxina lil Joseph u lil ħuh. Georg kompla jistudja l-muzika u eventwalment sar direttur tal-kor ta’ Domsplatzen f’Regensburg. Il-kompozituri preferiti tal-Papa huma Mozart u Bach. Benedittu XVI ihobb jimxi hafna. Minn meta kien elett Papa, kellu jnaqqas il-mixi, izda xorta wahda, ta’ kuljum, filghaxija jmur jimxi fil-gonna tal-Vatikan. Il-Papa jhobb hafna l-ikel tal-Bavarja, fosthom soppa tal-ghagina, il-gulash u l-ispazle. Meta fl-2005, ftit wara l-elezzjoni tieghu bhala Papa, Benedittu XVI zar id-dar tieghu ta’ Pentling, fil-Bavarja, flimkien ma huh Georg sajru u kielu flimkien kif kienu soltu jaghmlu, izda ma hallewhomx jahslu l-platti!

Meta kien Kardinal, Ratzinger spiss kien jagħmel prietki fil-Knisja Ġermaniża f’Campasanto Teutonico biswit il-Bażilika ta’ San Pietru f’Regensburg, imma l-iktar diskussjonijiet li kien ikollu jkunu għal qalbu kienu dawk li kienu jsiru wara li kien iqaddes. Konrad Baumgartner, il-Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija fl-Università ta’ Regensburg, stqarr li darba minnhom kien għamel żjara f’din il-Knisja. “Wara hu mar fiċ-ċimiterju l-antik wara l-Knisja. Kienet mimlija qtates, u meta ħareġ, huma lkoll ħarġu jiġru lejh,” stqarr Baumganter. “Kollha kienu jafuh u kienu jħobbuh,” żied jgħid Baumgartner. “Hu qagħad hemm, imelles xi wħud minnhom u jkellimhom għal żmien pjuttost twil,” żied jgħid Baumgartner.“Kien iżur il-qtates kull meta żar il-Knisja. L-imħabba tiegħu għall-qtatas hi pjuttost magħrufa.”
Dan wassal lil Benedittu XVI biex fl-2007 jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ktieb tat-tfal li jirrakkonta l-istorja ta’ ħajtu mil-lenti ta’ qattus.
Il-ktieb, li ngħata t-titlu ta’ “Joseph u Chico”, inkiteb minn Jeanne Perego mill-Milan. Il-ktieb jirrakkonta l-ħajja tal-Papa mill-għajnejn ta’ Chico, qattus ġinġri ta’ disa’ snin. F’44 paġna, Chico jirrakkonta l-memorji taż-żgħożija ta’ Joseph Ratzinger waqt li kien qed jikber f’familja fir-reġjun tal-Bavarja fl-era tal-Ġermanja taħt il-ħakma ta’ Adolf Hitler.
Il-ktieb isegwi wkoll l-ewwel snin tiegħu fis-saċerdozju u jintemm bil-ħatra ta’ Ratizger bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika fit-18 ta’ April 2005.
Fil-fatt, Chico jiżvela kif waqt Milied minnhom kien attakka lill-Kardinal Ratzinger u ħallielu bosta grif f’wiċċu. “Ħafirli minnufih,” stqarr Chico fil-ktieb. Ironikament, l-awtriċi tal-ktieb qatt ma ltaqgħet mal-Papa. Iżda l-ktieb tagħha hu mimli dettall, tpinġijiet, kif ukoll xi messaġġ nisrani.
L-introduzzjoni għall-ktieb inkitbet minn Dun Georg Ganswein, is-Segretarju Personali tal-Papa. Dan ifisser li l-Papa aktarx li qara l-ktieb innifsu jew inkella ta l-permess tiegħu għall-pubblikazzjoni tiegħu. Fl-introduzzjoni Dun Georg fisser kif dan il-ktieb kien “storja unika” tal-Papa Benedittu XVI.

Wara vjaġġ ta’ 20 siegħa fil-bidu taż-żjara pastorali fl-Awstralja f’Mejju 2008, għall-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, il-Papa Benedittu XVI ingħata qattus missellef mingħand xi ħadd u pjanu ntunat biex jistrieħ mit-tul tal-vjaġġ. Il-Papa għamel ġurnata għall-mistrieħ f’post għall-irtir Kattoliku f’Sydney biex jikseb lura l-konċentrazzjoni tiegħu wara vjaġġ pjuttost twil. Danny Casey, kelliem għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, kien ikkonferma li l-organizzaturi kienu saħansitra ssellfu qattus biex iżomm kumpanija lill-Papa. “Ridna nagħmluha dar verament li tilqgħek għall-Papa u biex tkun post fejn hu seta’ jiċċarġja l-batteriji tiegħu wara l-itwal vjaġġ li qatt għamel,” Casey kien qal lil stazzjon ta’ radju privat fl-Awstralja.

Nhar il-11 ta' Frar 2013, huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Papa fit-28 tal-istess xahar, xi ħaġa li kienet ilha ma tiġri mill-1415 meta Papa Girgor XII kien irriżenja wara talba mill-Konċilju ta' Kostanza. L-iktar Papa magħruf li abdika kien Papa Ċelestinu V fl-1294 wara biss 4 xhur.  Il-Papa ser jibqa' jilbes il-libsa bajda mingħajr Mozzetta. Madankollu, mhux ser jibqa' jilbes il-kappa u ż-żarbun aħmar, u minflok għażel li jilbes żarbun kannella. 

Fid-data magħżula, il-Papa abdika u b'hekk ġie ddikjarat żmien ta' Sede Vacante, espressjoni li tfisser li s-siġġu tal-Papa issa huwa vakanti.

Bħala Papa Emeritu, Benedittu baqa' jissejjaħ bħala il-Qdusija Tiegħu, u baqa' jilbes il-libsa bajda ta' Papa. Huwa rari jidher fil-pubbliku. Il-ftit drabi li deher, ħafna minnhom għamilhom fil-preżenza tas-suċċessur tiegħu, Papa Franġisku, u qatt ma esprima ideat kuntrarji għal tiegħu. Franġisku min-naħa tiegħu dejjem semmieh b'tifħir u b'rispett f'kull okkażjoni.




#Article 204: Ludwig van Beethoven (4099 words)


Ludwig van Beethoven (; Bonn, 17 ta' Diċembru 1770 – Vjenna, 26 ta' Marzu 1827) kien kompożitur Ġermaniż li x-xogħol tiegħu jinfirex mill-perjodu klassiku sal-bidu tar-Romantiċiżmu.

Bħala l-aħħar rappreżentant tal-klassiċiżmu Vjenniż (wara Gluck, Haydn u Mozart), Beethoven ħejja t-triq għall-evoluzzjoni lejn ir-romantiċizmu fil-mużika u influwenza l-mużika tal-Punent matul parti kbira tas-seklu 19. Kien inkomparabbli (Tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b'ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ qallu Haydn qrib l-1793) u esprima l-arti tiegħu fil-forom kollha tal-mużika. Minkejja li l-mużika sinfonika kienet il-kawża prinċipali tal-popularità universali tiegħu, kienet il-kitba pjanistika u l-musica da camera li għamlu l-ikbar impatt.

Bil-qawwa tar-rieda tiegħu rebaħ fuq it-tiġrib li ġabitlu t-traġedja tat-truxija u ċċelebra fil-mużika tiegħu t-trijonf tal-eroiżmu u l-ferħ waqt li d-destin tah biss iżolament u miżerja. Għaldaqstant, kien tassew jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta dan tal-aħħar wasal biex qal: Hu l-aqwa fost l-aqwa mużiċisti. Hu l-forza l-iżjed erojka fl-arti moderna. Ix-xogħlijiet ta' Beethoven, li għalih il-kreazzjoni mużikali kienet att ta' bniedem ħieles u independenti, u espressjoni ta' ottimiżmu u ta' fiduċja soda fil-bniedem, jagħmluh wieħed mill-figuri l-iżjed importanti fl-istorja tal-mużika.

Ludwig van Beethoven twieled Bonn fis-16 ta' Diċembru jew fis-17 ta' Diċembru 1770, minn familja umli li kellha tradizzjoni mużikali ta' mill-inqas żewġ ġenerazzjonijiet. Nannuh min-naħa ta' missieru, Ludwig van Beethoven ix-xiħ (1712-1773), kien ġej minn familja ordinarja fjamminga minn Mechelen (il-partiċella van m'għandhiex x'taqsam man-nobbiltà). Dan kien raġel rispettat u mużiċista tajjeb li mar joqgħod Bonn fl-1732 u sar Maestro di Cappella tal-Prinċep-Elettur ta' Kolonja. Missieru, Johann van Beethoven (1740-1792), kien mużiċista u tenur fil-Qorti tal-Elettur, bniedem medjokri, kiefer u magħruf bħala xurban, li rabba 'l-uliedu taħt dixxiplina kbira. Ommu, Maria-Magdalena van Beethoven, imwielda Keverich (1746-1787), kienet bint kok tal-Elettur ta' Trier. Kienet mara qalba tajba imma depressiva, maħbuba minn uliedha imma dejjem tibqa' lura. Ludwig kien wieħed fost seba' wlied li minnhom tlieta biss laħqu l-età adulta: hu stess, u ż-żewg ħutu iżgħar minnu, Kaspar-Karl (1774-1815) u Johann (1776-1848).

Johann van Beethoven ma damx ma ntebaħ bid-don mużikali ta' ibnu u induna kemm seta' jaqla' minnu. Ftakar fiċ-ċkejken Mozart, muri f'kunċerti madwar l-Ewropa xi ħmistax-il sena qabel, u mill-1775 ħa l-edukazzjoni mużikali ta' Ludwig f'idejh biex fl-1778 ħadu jdoqq il-pjanu quddiem udjenzi mar-Rheinland kollha, minn Bonn sa Kolonja. Imma kontra Léopold Mozart, minflok ma pprova juża' l-pedagoġija ma' ibnu, Johann van Beethoven kien kapaċi biss juża l-awtortità u l-ħruxija u din l-esperjenza sfat bla frott u ma ttennitx darba oħra, ħlief dawra waħda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-1781. Flimkien ma' edukazzjoni ġenerali, li kien jafha fil-parti kbira lill-benevolenza tal-familja von Breuning u lill-ħbiberija mat-tabib Franz-Gerhard Wegeler, li baqgħet għal ħajtu kollha, it-tfajjel Ludwig sar l-istudent ta' Christian Gottlob Neefe (pjanu, orgni, kompożizzjoni), u bejn l-1782 u l-1783 ikkompona għall-pjanu, id-Disa' Varjazzjonijiet fuq marċ ta' Dressler, u t-tliet Sonatini msejjħa lill-Elettur li mmarkaw simbolikament il-bidu tax-xogħol mużikali tiegħu.

Fl-1784, Beethoven nħatar organista fil-Qorti tal-Elettur il-ġdid Max-Franz li sar il-patrun tiegħu. Hemm induna bih il-Konti Ferdinand von Waldstein li l-għajnuna tiegħu kienet kruċjali għall-mużiċista żagħżugħ. Ħa 'l Beethoven Vjenna għall-ewwel darba f'April tal-1787, u fiż-żjara kellu laqgħa qasira ma' Mozart. F'Lulju tal-1792, von Waldstein ippreżenta ż-żagħżugħ Ludwig lil Joseph Haydn li kien għadu ġej minn dawra mal-Ingilterra u waqaf Bonn. Haydn impressjona ruħu ħafna meta qara' l-mużika ta' kantata komposta minn Beethoven (jew Nhar il-mewt ta' Ġużeppi II jew Nhar il-miġja ta' Leopoldu II) u stiednu jkompli jistudja Vjenna taħt id-direzzjoni tiegħu. Beethoven kien jaf li l-opportunità li jitgħallem taħt mużiċista tal-fama ta' Haydn ma kinitx ta' min jitlifha, u fl-istess ħin kważi ma kienx għad baqagħlu aktar irbit mal-familja (ommu kienet mietet bit-tuberkulożi f'Lulju tal-1787, u missieru kien dejjem fis-sakra u ma kienx kapaċi jmantni 'l-familja). Għalhekk Beethoven aċċetta u fit-2 ta' Novembru tal-1792 telaq ir-Renu biex qatt ma' jerġa lura. Waldstein (Novembru 1792) kien qallu hekk:

Fl-aħħar tas-seklu 18, Vjenna kienet il-kapitali tal-mużika Oċċidentali u kienet tirrapreżenta l-aħjar ċans biex wieħed jirnexxi fil-karriera mużikali. Meta wasal hemm fl-età ta' 22 sena, kien diġà kkompona ħafna, però fil-verità l-ebda waħda mill-kompożizzjonijiet sa dak iż-żmien kienet imporanti wisq, u kien għadu lura milli jilħaq il-maturità artistika. Dan jiddistingwih fundamentalment minn Mozart. Fil-fatt kien bħala pjanista virtuoso li xtaq isir famuż, qabel ma jagħmel isem bħala kompożitur. Rigward it-tagħlim minn Haydn, minkejja li kien mill-aktar prestiġjuż, kien ukoll diżappuntat minn xi aspetti. Minn naħa minnhom, Beethoven malajr daħħalaha f'rasu li l-għalliem tiegħu kien jgħir għalih, waqt li min-naħa l-oħra Haydn ma damx ma beda jiddejjaq bin-nuqqas ta' dixxiplina u l-awdaċja mużikali tal-istudent tiegħu. Minkejja l-istima li kellhom lejn xulxin, imfakkra bosta drabi, missier is-sinfonija qatt ma kellu ma' Beethoven l-istess ħbiberija profonda li kellu ma' Mozart, ħbiberija li wasslet għat-twelid ta' emulazzjoni li tat ħafna frott.
Haydn, lejn l-1793 qallu:

Matul dan iż-żmien Haydn kellu influwenza profonda u twila fuq ix-xogħol ta' Beethoven, u iżjed tard dan kien se jirrikonoxxi dak li kien jaf lill-għalliem tiegħu. Wara li Haydn reġa' mar Londra (Jannar 1794), Beethoven kompla l-istudji tiegħu sporadikament sal-bidu tal-1795 ma' bosta għalliema oħra fosthom il-kompożitur Johann Schenk u tnejn oħra mill-epoka Mozartina: Johann Georg Albrechtsberger u Antonio Salieri. Meta temm l-apprentistat tiegħu, Beethoven iddeċieda li jibqa' Vjenna. It-talenti tiegħu bħala pjanista għamluh magħruf u apprezzat mid-dilettanti tal-mużika tal-aristokrazija Vjenniża li fosthom insibu bosta ismijiet li baqgħu sal-lum marbutin mad-dedikazzjonijiet ta' ħafna mill-kapulavuri tiegħu, bħall-Baruni Nikolaus Zmeskall, il-Prinċep Carl Lichnowsky, il-Konti Andrei Razumovsky, il-Prinċep Joseph Franz von Lobkowitz, u aktar tard l-Arċiduka Rodolfu tal-Awstrija. Wara li ppublika l-ewwel tliet trii tiegħu għall-pjanu, vjolin u vjolinċell, taħt in-numru opus 1, imbagħad l-ewwel Sonati għall-pjanu tiegħu, Beethoven ta l-ewwel kunċert pubbliku fid-29 ta' Marzu 1795, fejn daqq il-kreazzjoni tiegħu Kunċert għall-pjanu nru. 2 (li fil-fatt kien ikkompona l-ewwel meta kien għadu Bonn).

Fl-1796 Beethoven għamel sensiela ta' kunċerti li ħaduh minn Vjenna sa Berlin u għadda minn Dresden, Leipzig, Nuremberga u Praga. Waqt li l-pubbliku
faħħar il-virtuosità u l-ispirazzjoni tiegħu fuq il-pjanu, il-kritiċi l-iżjed konservazzjonisti laqgħu l-entużjażmu tiegħu b'ċertu xettiċiżmu.

Il-qari tal-klassiċi Griegi, ta' Shakespeare u tal-mexxejja tal-moviment politiku-letterarju Sturm und Drang li kienu Goethe u Schiller, xaqleb it-temperament tal-mużiċista b'mod permanenti lejn l-idealiżmu. Dan l-idealiżmu kien imsaħħaħ ukoll mill-ideat demokratiċi tal-Illuminiżmu u r-Rivoluzzjoni Franċiża li dak iż-żmien kienu nfirxu mal-Ewropa. Fl-1798 Beethoven kien sikwit iżur l-ambaxxata ta' Franza fi Vjenna fejn iltaqa' ma' Bernadotte u mal-vjolinista Rodolphe Kreutzer, li fl-1803 iddedikalu is-Sonata għall-vjolin nru. 9 li ġġib ismu. Waqt li l-attività kreattiva tiegħu intensifikat (kompożizzjoni tas-Sonati għall-pjanu, Sonata għall-pjanu nru. 5 sa Sonata għall-pjanu nru. 7, l-ewwel Sonati għall-vjolin u pjanu), sa madwar l-1800, il-kompożitur kien għadu jieħu sehem fil-konkorsi mużikali li kienu popolari ħafna fis-soċjetà Vjenniża u li għamluh l-aqwa virtuoso ta' Vjenna, għad-detriment għal pjanisti ta' fama bħal Clementi, Cramer, Gelinek, Hummel u Steibelt.

L-aħħar tas-snin 1790 kien ukoll l-epoka tal-ewwel kapulavuri: l-Kunċert għall-pjanu nru. 1 (1798), l-ewwel sitt kwartetti għall-arki (1798-1800), is-Settett għall-arki u nifsijiet (1799-1800) u fix-xogħlijiet li jaffermaw bl-iżjed mod ċar il-karattru tal-mużiċista li kien qiegħed jissawwar: is-Sonata għall-pjanu nru. 8 (msejħa Patetika) (1798-1799) u s-Sinfonija nru. 1 (1800). Minkejja li l-influwenza tal-aħħar sinfoniji ta' Haydn kienet għadha tidher ċara fihom, din tal-aħħar kienet diġà stampata bil-karattru Beethovenjan (b'mod partikulari fl-ischerzo tat-tielet moviment) u diġà kien hemm fiha ż-żerriegħa tal-wegħda ta' suċċessi ikbar. L-Ewwel Kunċert u L-Ewwel Sinfonija indaqqu b'suċċess kbir fit-2 ta' April f'kunċert li Beethoven iddedika għax-xogħlijiet tiegħu. Bl-għajnuna tar-renti li kienu jtuh il-patruni tiegħu, Beethoven, li l-fama tiegħu kienet qiegħda tikber anki barra mill-fruntieri tal-Awstrija, kien jidher f'dak il-mument ta' ħajtu li kien garantit ħajja fil-karriera ta' kompożitur u interpretu glorjuż tal-mużika.

Czerny, lejn l-1840 qal:

Is-sena 1802 kellha tkun ta' bidla kbira fil-ħajja tal-kompożitur. Mingħajr ma qal lil ħadd, mill-1796 Beethoven beda jinduna bit-truxija tiegħu, li kienet se tibqa' sejra għall-agħar mingħajr fejqan sakemm fl-1820 ittarrax għal kollox. Għalhekk inqata' min-nies kollha u ngħalaq fis-solitudni minħabba l-biża' li jkollu jammetti fil-pubbliku li kien qiegħed ibati b'din il-marda terribbli. Allura Beethoven ħa l-fama ta' misantropu u sofra din il-fama fis-silenzju sa mewtu. Billi kien jaf l-marda tiegħu kienet xi darba se twaqqfu milli jaħdem bħala pjanista u forsi anki milli jikkomponi, għal mument daħallu f'rasu li joqtol ruħu b'idejh, imma malajr iddispjaċieh, neħħa din l-idea minn moħħu u esprima l-fiduċja fl-arti tiegħu f'ittra li baqgħet tissejjaħ it-Testment ta' Heiligenstadt, li qatt ma ntbagħtet u kien biss wara mewtu li din instabet.

Beethoven fis-6 ta' Ottubru 1802 kiteb:

Fortunatament il-vitalità kreattiva tiegħu ma battietx. F'dan il-perjodu ta' kriżi morali, wara l-kompożizzjoni tas-sonata ġentili, Sonata għall-vjolin nru. 5, imsejħa Ir-rebbiegħa (Frühlings, 1800) u tas-Sonata għall-pjanu nru. 14, imsejħa Dawl ta' Qamar (1801), ikkompona s-sinfonija mhux magħrufa wisq, mimlija ferħ, it-Tieni Sinfonija (1801-1802) u l-kunċert iżjed ta' swied il-qalb, il-Kunċert għall-pjanu nru. 3 (1800-1802) fejn feġġet b'mod ċar, permezz tal-kjavi ta' do minuri, il-personalità karatteristika tal-kompożitur.

Fil-5 ta' April 1803, dawn iż-żewġ xogħlijiet intlaqgħu tajjeb, imma għal Beethoven kienet ħa tinqaleb il-folja; minn dak iż-żmien il-karriera tiegħu kienet se tieħu direzzjoni oħra. Miċħud mill-possibbiltà li jesprimi t-talent tiegħu kollu u milli jaqla l-għajxien bħala interpretu tal-mużika, kien sejjer jintefa' b'ruħu u ġismu fuq il-kompożizzjoni b'kuraġġ u qawwa ta' karattru li ħadd ma kien stennihom. Fit-tmiem tal-kriżi tal-1802 feġġ l-eroiżmu trijonfanti tat-Tielet Sinfonija.

Beethoven fl-1802 qal hekk:

It-Tielet Sinfonija (l-Erojka), kienet pass importanti fix-xogħol ta' Beethoven, mhux biss minħabba l-qawwa espressiva u t-tul tagħha li sa dak iż-żmien kienet ħaġa ġdida għalih, imma wkoll għax tat il-bidu għal sensiela ta' xogħlijiet brillanti, notevoli għat-tul tagħhom, u l-enerġija tagħhom, karatteristiċi tal-istil tal-perjodu tan-nofs ta' Beethoven, imsejjaħ stil erojku. Il-kompożitur għall-ewwel kellu l-ħsieb li jiddedika din is-sinfonija lill-Ġeneral Napuljun Bonaparti li kien iqisu bħala s-salvatur tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Imma meta sema' bil-proklamazzjoni maħruġa mill-Imperu Franċiż (Mejju 1804), tant irrabja li qatta' d-dedikazzjoni. Fl-aħħar, il-kapulavur ingħata t-titlu ta' Sinfonija Kbira Erojka b'tifkira ta' bniedem kbir. Il-kompożizzjoni tas-sinfonija ħadet mill-1802 sal-1804 u meta nstemgħet fil-pubbliku fis-7 ta' April 1805, qajmet reazzjoni kbira u l-biċċa kbira tan-nies ħasbuha twila wisq. Beethoven ma ħabbilx rasu u qal li din is-sinfonjia jarawha qasira meta jkun ikkompona oħra ta' iżjed minn siegħa, u sal-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija baqa' jqis l-Erojka bħala l-aħjar sinfonija tiegħu.

Fil-kitba pjanistika, l-istil evolva wkoll: fl-1804 is-Sonata għall-pjanu nru. 21 iddedikata lill-Konti Waldstein u msemmija għalih, laqtet 'il-pjanisti li daqquha bil-virtuosità tagħha u b'kemm kienet teħtieġ mill-istrument. Is-sonata grandjuża Sonata għall-pjanu nru. 23 imsejħa Appassionata (1805), ħarġet mill-istess forma u ftit żmien warajha l-Kunċert Tripplu għall-pjanu, vjolin, vjolinċell u orkestra (1804). F'Lulju tal-1805, il-kompożitur iltaqa' ma' Luigi Cherubini u ma ħebiex l-ammirazzjoni li kellu għalih.

Ta' ħamsa u tletin sena, Beethoven beda jaħdem fil-forma mużikali li għaliha Mozart kien l-iżjed famuż, l-opra lirika. Fl-1801 għoġbu ħafna l-librett Léonore ou l'amour conjugal tal-Franċiż Jean-Nicolas Bouilly, u fl-1803 beda l-abbozz tal-opra Fidelio, li fil-bidu kienet iġġib it-titlu tal-eroina Léonore. Imma kellu xi diffikultajiet li ma stennihomx. Din fil-bidu ma ntgħoġbitx mill-pubbliku (kellha tliet rappreżentazzjonijiet biss fl-1805) u Beethoven beda jaħseb li kien hemm konfoffa kontra tiegħu. Fidelio kellha tgħaddi minn tliet verżjonijiet (1805, 1806 u 1814) u kien biss wara t-tielet waħda li fl-aħħar l-opra kellha r-rikoxximent li xerqilha. Beethoven kien ikkompona xogħol importanti tar-repertorju liriku imma din l-esperjenza ħallietu b'togħma qarsa u qatt ma reġa' ħadem f'dil-forma ta' mużika, allavolja ħaseb fi proġetti oħra, fosthom MacBeth ispirat mix-xogħol ta' Shakespeare u fuq kollox Faust ta' Goethe, fl-aħħar ta' ħajtu.

Wara l-1805, minkejja l-problemi ta' Fidelio li tefgħuh lura, il-qagħda ta' Beethoven reġgħet marret għall-aħjar. Reġgħet ġiet lura fih il-vitalità kreattiva, deher li kien aċċetta t-truxija tiegħu u reġa' sab, għall-inqas għal xi żmien, ħajja soċjali sodisfaċenti. Minkejja diżappunt sentimentali ieħor għall-mużiċista fil-ksur tar-relazzjoni intima li kellu ma' Joséphine von Brunsvik, is-snin bejn l-1806 u l-1808 kienu l-iżjed fertili għall-kapulavuri li ħoloq: is-sena 1806 biss rat il-kompożizzjoni tal-Kunċert għall-pjanu nru. 4, ta' tliet kwartetti għall-arki, nru. 7, nru. 8 u nru. 9 iddedikat lill-Konti Razumovsky, tar-Raba' Sinfonija u tal-Kunċert għall-vjolin. Fil-ħarifa ta' dik is-sena Beethoven mar joqgħod mal-patrun tiegħu, il-Prinċep Carl Lichnowsky, fil-palazz tiegħu fis-Sleżja u kien waqt li kien qiegħed hemm li wera bl-iżjed qawwa kemm ried ikun indipendenti. Lichnowsky hedded li jarresta 'l Beethoven jekk dan iwebbes rasu u jirrifjuta li jdoqq il-pjanu quddiem xi uffiċjali Franċiżi li kienu stazzjonati fil-palazz tiegħu (is-Sleżja kienet ilha okkupata mill-armati ta' Napuljun mill-Battalja ta' Austerlitz), u l-kompożitur telaq il-prinċep wara ġlieda vjolenti u bagħatlu nota li m'għandhiex bżonn kummentarju (Ottubru 1806) :

Minkejja l-gwaj li ġab fuqu bit-telfa tar-renti mill-patrun ewlieni tiegħu, Beethoven irnexxilu li jistabilixxi ruħu bħala artista independenti u jeħles simbolikament mill-patrunaġġ aristokratiku. Minn hemm l-istil Erojku beda tiela lejn il-quċċata tal-perfezzjoni. Beethoven mexa max-xewqa tiegħu li jaqbad id-destin minn għonqu kif qal 'il Wegeler f'Novembru tal-1801 u beda jaħdem fuq il-Ħames Sinfonija. Permezz tal-famuż motiv ritmiku ta' erba' noti li jinstema' fl-ewwel battuta u jinfirex max-xogħol kollu, il-mużiċista ried jesprimi t-taqbida tal-bniedem mad-destin u r-rebħa finali tiegħu. L-ouverture Korjolanu, li bħalha hi fuq il-kjavi ta' do minuri, ġejja mill-istess epoka. Imma allavolja kienet komposta fl-istess żmien bħall-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija Pastorali hi differenti għal kollox. Michel Lecompte iddeskriviha bħala l-iżjed serena, l-iżjed mistrieħa, l-iżjed melodika mid-disa' sinfoniji u fl-istess ħin l-inqas tipika. Hi tislima lin-natura minn kompożitur li kien iħobb ħafna l-kampanja, fejn minn dejjem sab il-kalma u l-ħemda li jispirawh. Din tħabbar verament ir-romantiċiżmu fil-mużika, il-Pastorali għandha bħala sottotitlu din il-frażi ta' Beethoven: Espressjoni ta' sentiment iżjed minn pittura u kull moviment fiha għandu indikazzjoni deskrittiva: kienet twieldet is-sinfonija programmatika.

Il-kunċert mogħti minn Beethoven fit-22 ta' Diċembru 1808 kien bla dubju ta' xejn wieħed mill-ikbar fl-istorja (ma' dak tas-7 ta' Mejju 1824). Fih indaqqu għall-ewwel darba l-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija pastorali, il-Kunċert għall-pjanu nru. 4, il-Fantasija korali għall-pjanu u orkestra u żewġ innijiet mill-Quddiesa fid-Do maġguri li kien ikkompona għall-Prinċep Esterházy fl-1807. Wara l-mewt ta' Haydn f'Mejju tal-1809, minkejja li kien għad baqa' avversarji determinati, ma kien jinstab ħadd fid-dinja li seta' jikkontesta l-post ta' Beethoven fil-panteon tal-mużiċisti.

, imma sab biss indifferenza maħsuba. Jikkumenta fuq Beethoven, il-poeta kiteb: Għadni qatt ma rajt artista b'iżjed konċentrazzjoni qawwija, iżjed enerġetiku, iżjed interjuri (…) Sfortunatament għandu personalità bla kontroll ta' xejn.

Fl-1808, Beethoven kellu offerta mingħand Jérôme Bonaparte, li ħuh kien tah it-tron tal-Westfalja, biex isir maestro di cappella fil-Qorti tiegħu f'Kassel. Jidher li għal mument ġietu l-ħajra li jaċċetta dan l-impieg prestiġuż li, minkejja li kieku ddeċieda li jaċċetta kien iwarrab l-indipendenza tiegħu li tant kien iġġieled għaliha, din il-pożizzjoni kienet tiżguralu aktar kumdità. Imma fl-1809, kien hemm reazzjoni patrijotika mill-aristokrazija Vjenniża. Biex ma jħallux il-mużiċista nazzjonali tagħhom jitlaq, l-Arċiduka Rodolfu, il-Prinċep Kinsky u l-Prinċep Lobkowitz marru jiżguraw 'l Beethoven, li jekk jibqa' Vjenna, jkollu ħlas għal ħajtu ta' 4000 florin fis-sena, somma konsiderevoli għal dik l-epoka. Beethoven aċċetta u qata' xewqtu li żgur ma jerġax ikun fil-bżonn. Imma fir-rebbiegħa tal-1809 il-gwerra bejn Franza u l-Awstrija, li reġgħet bdiet, ħassret kollox. Il-familja imperjali kienet imġiegħla tħalli 'l Vjenna li kienu qed jokkupaw. Il-kriżi gravi ekonomika li laqtet 'l-Awstrija wara l-Battalja ta' Wagram u t-Trattat ta' Schönbrunn impost minn Napuljun Bonaparti, irvinat l-aristokrazija u l-kuntratt ma' Beethoven safa fix-xejn. Sa mewtu s-sitwazzjoni baqgħet tant ħażina li kellu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu kważi fil-faqar.

Madankollu, il-lista ta' kompożizzjonijiet baqgħet titwal: is-snin 1809 u 1810 raw il-kompożizzjoni ta' sensiela ġdida ta' kapulavuri, mill-kunċert brillanti, Kunċert għall-pjanu nru. 5, li ndaqq għall-ewwel darba minn Karl Czerny, il-Kwartett għall-arki nru. 10 msejjaħ l-Arpi, għall-musica di scena għal Egmont ta' Goethe. Meta l-istudent u ħabib tiegħu, l-Arċiduka Rudolf, l-iżgħar tifel tal-familja imperjali, kien imġiegħel jitlaq, Beethoven ikkompona s-Sonata Saħħiet. Bla dubju, is-snin 1811 u 1812 raw il-kompożitur jilħaq l-quċċata tal-ħajja kreattiva tiegħu. It-Triju tal-Arċiduka u s-Seba' Sinfonija kienu ħa jkunu l-ogħla punt tal-perjodu erojku.

Fil-ħajja personali, Beethoven kien imweġġa profondament meta fl-1810 kien se jiżżewweġ lil Thérèse Malfatti, li lilha ddedika l-famuża Ittra lil Eliża, u t-tieġ tħassar. Il-bijografi kitbu ħafna fuq il-ħajja sentimentali ta' Beethoven. Il-kompożitur innamra ma' bosta nisa sbieħ, sikwit miżżewġin, imma qatt ma wasal għaż-żwieġ ħlief ma' Malfatti. Ir-relazzjonijiet ma' Giulietta Giucciardi (li kienet l-ispirazzjoni għas-Sonata Fid-dawl tal-qamar), ma' Thérèse von Brunsvik (li ddedikahla s-Sonata għall-pjanu nru. 24), Maria von Erdödy (li kitbilha żewġ Sonati għall-vjolinċell opus 102) u ma' Amalie Sebald ma damux wisq. Barra t-tħassir ta' daż-żwieġ, il-ġrajja l-oħra importanti fl-imħabba tal-mużiċista kienet il-kitba fl-1812 tal-ittra emottiva, Ittra lill-Maħbuba immortali li għadna ma nafux lil min kitibha, imma l-ismijiet ta' Joséphine von Brunsvik u fuq kollox ta' Antonia Brentano jispikkaw l-iżjed mill-istudju tal-koppja Massin. u ta' Maynard Solomon.

Ix-xahar ta' Lulju 1812, li fuqu għandna ħafna kummenti mill-bijografiċi tal-mużiċista, wassal għal taqliba kbira fil-ħajja ta' Beethoven. Waqt li kien qiegħed jieħu l-kura termali fir-reġjun ta' Teplice u ta' Karlovy Vary, kiteb l-ittra enigmatika, Ittra lill-maħbuba immortali, u kellu laqgħa li ma tat ebda frott ma' Goethe bil-medjazzjoni ta' Bettina Brentano. Għal raġunijiet li ma nafux sew x'kienu, dan kien il-bidu għal perjodu twil ta' nixfa fil-ħajja kreattiva tal-mużiċista. Nafu li s-snin ta' wara l-1812 kienu mimlijin ġrajjiet drammatiċi fil-ħajja ta' Beethoven, ġrajjiet li kellu jħabbat wiċċu magħhom waħdu billi ħbiebu kollha jew kważi kollha kienu telqu minn Vjenna minħabba l-gwerra tal-1809, imma xejn ma jista' jispjega għal kollox dan il-waqfien wara għaxar snin ta' kreatività inkredibbli.

Minkejja li l-pubbliku għoġbitu ħafna s-Seba' sinfonija u r-Rebħa ta' Wellington (Diċembru 1813) u minkejja li r-rappreżentazzjoni tal-aħħar verżjoni tal-Fidelio kienet suċċess trijonfali (Mejju 1814), Beethoven ftit ftit beda jitlef il-popolarità mal-Vjenniżi li kien għad għandhom nostalġija tal-qatt minsi Mozart u bdiet togħġobhom il-mużika iżjed frivola ta' Rossini. Il-konferenza li saret fil-Kungress ta' Vjenna fejn Beethoven ġie maħtur bħala mużiċista nazzjonali,, ma ħebiex għal żmien twil il-fatt li kien qiegħed jitwarrab. Min-naħa l-oħra, id-dittatorjal iktar iħrax ta' Metternich poġġieh f'sitwazzjoni delikata billi l-pulizija Vjenniża ma damitx ma ntebħet bil-konvinzjonijiet demokratiċi u rivoluzzjonarji li kellu l-kompożitur u li kien beda jaħbi inqas u inqas. Mil-lat personali, l-ikbar ġrajja kienet il-mewt ta' ħuh Kaspar-Karl fl-1815. Beethoven kien wegħdu li jieħu ħsieb l-edukazzjoni ta' ibnu Karl u kellu jħabbat wiċċu ma' sensiela bla tarf ta' kawżi kontra l-mara ta' ħuh – Johanna Reis – biex jikseb it-tutela esklussiva tiegħu, li fl-aħħar rebaħ wara s-sentenza tat-tribunal maħruġa nhar it-8 ta' April, 1820. Minkejja r-rieda tajba li kien iħaddan u l-ħerqa tal-istess kompożitur, dan in-neputi kien se jkun għalih, sa lejliet mewtu, kawża ta' nkwiet bla heda. Minn dawn is-snin imdallma, meta sar trux għal kollox, ħarġu biss xi kapulavuri rari: is-Sonati għall-vjolinċell nru. 4 u 5 iddedikati lill-ħabiba tiegħu Maria von Erdödy (1815), is-Sonata għall-pjanu nru. 28 (1816) u ċ-ċiklu kommoventi ta' lieder Lill-maħbuba mbegħda (An die ferne Geliebte, 1815-1816), fuq il-poeżiji ta' Alois Jeitteles.

Bejn l-1816 u l-1817, waqt li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu bdiet sejra aktar għall-agħar, Beethoven marad gravi u deher li ried joqtol ruħu b'idejh. Imma l-forza morali tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu reġgħu rebħuh. Hu dar lejn l-introspezzjoni u l-ispiritwalità li wrewh l-importanza ta' dak li kien għad baqgħalu jikteb fiż-żmenijiet li ġejjin, sab il-qawwa biex jirbaħ fuq dan it-tiġrib biex jibda l-aħħar perjodu kreattiv tiegħu fejn x'aktarx kellu l-ikbar ispirazzjoni. Disa' snin qabel il-ħolqien tad-Disa' Sinfonija, Beethoven ġabar fi frażi waħda il-ħsieb li kien ħa jkun miegħu fix-xogħol kollu ta' ħajtu (1815) :

Beethoven reġa' ġie f'tiegħu fl-aħħar tal-1817, meta kiteb sonata ġdida biex tindaqq fuq il-pjanu-forte l-iżjed modern (Hammerklavier bil-Ġermaniż). Hu ried li din tkun l-iżjed vasta minn dawk kollha li kien ikkompona sa dak iż-żmien. Fiha uża sal-aħħar, il-kapaċità kollha tal-istrument, għal kważi ħamsin minuta. Imma din is-sonata, is-Sonata Kbira għall-Hammerklavier opus 106 intlaqgħet b'indifferenza mill-pjanisti kontemporanji ta' Beethoven għax dehrilhom li ma tistax tindaqq u li t-truxija tal-mużiċista għamlitu mhux kapaċi li jqis eżattament il-possibbilitajiet tal-istrument. Barra mid-Disa' Sinfonija, ġara l-istess għall-aħħar sensiela ta' xogħlijiet tiegħu. Però hu stess kien jaf li kienu avvanzati wisq għal żmienhom. Madankollu ma tantx kien jagħti każ tat-tgergir tal-pjanisti u fl-1819 lill-editur tiegħu qallu: Din is-sonata se tħabbat 'il-pjanisti meta jdoqquha ħamsin sena oħra. Min dak iż-żmien, billi kien ittarrax għal kollox, kellu jikkomunika man-nies ta' madwaru permezz tal-pitazzi tal-konverżazzjoni li allavolja l-parti kbira minhom intilfu jew inqerdu, illum ituna xhieda imprezzabbli tal-aħħar perjodu ta' ħajtu.

Beethoven minn dejjem kien jemmen, mingħajr ma kien prattikant ħerqan, imma l-ħerqa tiegħu għall-Kristjaneżmu żdiedet sewwa fis-snin diffiċli kif jixhdu bosta noti reliġjużi li kkopja fil-pitazzi tiegħu mill-1817 'l hemm.. Madankollu, kellu xi rabtiet mal-mażunerija li setgħu jġibulu Skomunika.

Fir-rebbiegħa tal-1818 Beethoven ġietu l-idea li jikteb xogħol reliġjuż importanti u għall-ewwel kellu f'moħħu quddiesa għall-inkoronazzjoni tal-Arċiduka Rodolfu li xi ftit xhur wara kien se jsir Arċisqof ta' Olmütz. Imma l-quddiesa kolossali, Missa Solemnis fir-Re maġġuri ħaddittlu erba' snin ta' xogħol bla waqfien (1818-1822) u l-quddiesa damet ma kienet ġiet ippreżentata lil Rodolfu sal-1823. Waqt li kien qiegħed jikkomponi l-Missa Solemnis, li għal bosta drabi stqarr li kienet l-aħjar u l-ikbar xogħol tiegħu, studja fit-tul il-quddies ta' Bach u Il-Messija ta' Haendel. Fl-istess ħin li kien qiegħed jaħdem fuq il-quddiesa ikkompona l-aħħar tliet Sonati għall-pjanu  (nru. 30, nru. 31 u nru. 32). Din tal-aħħar, l-opus 111, bl-ispiritwalità għolja li laħqet setgħet kienet l-aħħar testment tiegħu għall-pjanu. Imma kien għad baqagħlu jikkomponi kapulavur pjanistiku ieħor: l-editur Anton Diabelli fl-1822 stieden il-kompożituri ta' żmienu biex jiktbu varjazzjoni fuq valzer sempliċi ħafna li kien ikkompona hu. Għall-ewwel Beethoven ma ħadux bis-serjetà, imma wara għamel ħafna iżjed milli kienet talbet il-proposta u ħareġ ġabra ta' 33 Varjazzjoni li Diabelli stess qabbel mal-famużi Varjazzjonijiet Goldberg ta' Bach, komposti tmenin sena qabel.

Il-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija inbdiet l-għada li kienet lesta il-Missa Solemnis. Imma dan ix-xogħol kellu bidu estremament kompless li biex nifhmuh ikollna mmoru lura għaż-żgħożija ta' Beethoven, li minn qabel telaq minn Bonn kellu l-ħsieb li jikteb il-mużika għall-Għanja lill-ferħ ta' Schiller. Permezz tal-finale li min jisimgħu qatt ma jinsiegħ, fejn introduċa l-kor, l-innovazzjoni fil-kitba sinfonika tad-Disa' sinfonija dehret, fuq l-istess linji tal-Ħames, bħala evokazzjoni mużikali tat-trijonf tal-ferħ u l-fraternità fuq id-disperazzjoni, u ħadet id-dimensjoni ta' messaġġ umanista u universali. Is-sinfonija ndaqqet għall-ewwel darba fl-7 ta' Mejju 1824 quddiem pubbliku entużjasta u biha Beethoven reġa' sab is-suċċess. Is-sinfonija kellha l-ikbar suċċess fil-Prussja u l-Ingilterra, fejn il-fama tal-mużiċista kienet ilha kif xeraqlu l-ġenju tiegħu. Kien mistieden bosta drabi biex imur Londra bħal Joseph Haydn, u Beethoven lejn l-aħħar ta' ħajtu kien tħajjar imur l-Ingilterra li kien pajjiż li hu kien jammira minħabba l-ħajja kulturali u d-demokrazija tiegħu imqabbel mal-frivolità tal-ħajja Vjenniża, imma qatt ma żar il-pajjiż fejn kien joqgħod Haendel li kien l-idolu ta' Beethoven. L-influwenza ta' Haendel tidher l-iżjed fil-perjodu tal-aħħar ta' Beethoven, li bejn l-1822 u l-1823 kkompona l-ouverture Il-konsagrazzjoni tad-dar fl-istil tiegħu.

L-aħħar ħames Kwartetti għall-arki (nru. 12, nru. 13, nru. 14, nru. 15, nru. 16) itemmu għal kollox il-ħidma mużikali ta' Beethoven. Bil-karattru viżżjonarju tagħhom magħqud ma' forom antiki (fil-Kwartett nru. 15 Beethoven uża l-mod mużikali lidju), dawn juru r-riżultati tal-esperimentazzjoni ta' Beethoven fil-qasam tal-“musica da camera”. Il-movimenti kbar bil-mod u drammatiċi (il-Cavatina tal-Kwartett nru. 13, u l-Heiliger Dankgesang, l-għanja qaddisa ta' ħajr, tal-Kwartett nru. 15) iħabbru l-wasla tar-Romantiċiżmu. Ma' dawn il-ħames kwartetti, komposti fil-perjodu ta' bejn l-1824 u l-1826, irridu nżidu wkoll il-Fuga Kbira fis-Si bemoll maġġuri, opus 133, li kienet fil-bidu l-moviment tal-għeluq tal-Kwartett nru. 13 imma Beethoven firidha minnu fuq it-talba tal-editur tiegħu. Fl-aħħar tas-sajf tal-1826, kif lesta il-Kwartett nru. 16, Beethoven beda jaħseb f'għadd ta' xogħlijiet oħra: L-Għaxar Sinfonija, li xi abbozzi minnha għadhom jeżistu; ouverture bl-isem ta' Bach; Faust ispirata mid-dramm ta' Goethe; oratorju fuq it-tema ta' Sawl u David, u ieħor fuq it-tema tal-Elementi u quddiesa Requiem. Imma fit-30 ta' Lulju 1826, neputih Karl ipprova joqtol ruħu b'idejh. Dan qajjem skandlu u Beethoven inkwetat mar joqgħod ma ħuh Johann f'Gneixendorf fir-reġjun ta' Krems an der Donau, fejn neputih kien qiegħed jistrieħ. Kien hemm li kkompona l-aħħar xogħol tiegħu, moviment allegro biex jieħu post il-Fuga Kbira bħala finale tal-Kwartett nru. 13.

Meta Beethoven mar lura Vjenna f'Diċembru tal-1826, qabditu pulmonite doppja li ma setax ifiq minnha: l-aħħar erba' xhur ta' ħajtu kienu mimlijin uġigħ u sofferenza, u saħħtu dejjem kienet sejra lura bħal granċ. Skont l-aħħar tabib tiegħu, Andras Wawruch, il-kawża diretta tal-mewt tal-mużiċista tidher li kienet dekompensazzjoni ta' ċirrożi epatika. Imma l-ispjegazzjoni l-iżjed riċenti, ibbażata fuq l-analisi ta' xagħru u frammenti ta' għadmu, hi li kien marid ħajtu kollha, barra mit-truxija, b'saturniżmu kronku flimkien ma' defiċjenza ġenetika li żżomm 'il-ġisem milli jeħles miċ-ċomb li wieħed jassorbi (u għalhekk kien jilmenta regularment b'uġigħ addominali u problemi f'għajnejh).

Sal-aħħar, il-kompożitur kien imdawwar bil-ħbieb tal-qalb, l-iżjed Karl Holz, Anton Schindler u Stephan von Breuning. Xi ġimgħat qabel mewtu kellu żjara minn Franz Schubert, li ma kienx jafu u li ddispjaċieh li sar jaf bih hekk tard. L-aħħar ittra tal-kompożitur kienet lil Ignaz Moscheles, promotur tal-mużika tiegħu f'Londra, fejn reġa' wiegħed lill-Ingliżi li jikkomponilhom sinfonija ġdida biex jirringrazzjahom għall-appoġġ tagħom. Imma kien tard wisq. Fis-26 ta' Marzu 1827, Ludwig van Beethoven miet, fl-età ta' sitta u ħamsin sena. Minkejja li n-nies ta' Vjenna ma tawx każ ta' mewtu għal xi xhur, fil-funeral li sar fid-29 ta' Marzu 1827, inġabret purċissjoni impressjonanti ta' iżjed minn għoxrin elf ruħ. Beethoven indifen fiċ-ċimiterju ta' Vjenna.

Schubert fl-1827 qal:




#Article 205: Joseph Howard (186 words)


Joseph Howard (Valletta, 1862 – 20 ta' Mejju 1925) kien l-ewwel Prim Ministru ta' Malta.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u wara siefer biex ikompli jistudja bħala uffiċjal fl-Akkademja Militari Franċiża. Industrjalista u f'Malta żviluppa l-industrja tat-tabakk. Kien maħtur f'diversi kumitati u kummissjonijiet tal-Gvern imwaqqfin għall-iżvilupp tal-Kummerċ u l-Industrja. Għal diversi snin kien President tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. Kien ukoll għal xi żmien Konslu ta' Malta għall-Ġappun. Fl-1912 kien elett bħala membru tal-Kunsill tal-Gvern wara li kien nominat mill-Comitato Patriottico. Fl-1921 issieħeb mal-Unione Politica Maltese u fl-istess sena kien elett Senatur fl-ewwel Parlament Malti. Peress li Mons. Injazju Panzavecchia, li kien il-mexxej tal-UPM, ma kienx aċċetta li jkun il-Prim Ministru, il-Gvernatur Plumer offra l-kariga ta' Prim Ministru lil Joseph Howard. Fil-fatt dan mexxa l-ewwel Gvern Malti bejn is-26 ta' Ottubru, 1921, u t-13 ta' Ottubru, 1923.

Howard baqa' magħruf għas-sens ta' tolleranza u esperjenza amministrattiva li kellu. Kien għal xi żmien ukoll President tal-Banda Filarmonika La Valette u fil-Kumitat tal-Konservatorju Vincenzo Bugeja. Kien onorat uffiċjalment bit-titlu ta' O.B.E., mir-Re tal-Ingilterra. Huwa miet fl-20 ta' Mejju, 1925.

Mart Joseph Howard kienet kuġina ma' omm San Ġorġ Preca.




#Article 206: Ugo Pasquale Mifsud (369 words)


Sir Ugo Mifsud (Valletta, 12 ta' Settembru 1889 – 11 ta' Frar 1942) kien politiku Malti, li serva għal darbtejn bħala Prim Ministru ta' Malta, bejn l-1924 u l-1927, u mill-1932 sal-1933.

Iben l-imħallef Gio Batta Mifsud u Philomena Marianna Muscat, Ugo Mifsud studja l-Liċeo u wara l-Università ta' Malta. Fl-1910 kiseb il-lawrja ta' avukat. Hu beda l-karriera professjonali tiegħu u għamel isem speċjalment fi żmien il-Gwerra l-Kbira meta kellu ħafna xogħol fil-Qorti tal-Kummerċ. Sir Ugo kiteb ħafna fuq id-Dritt Internazzjonali f'rivisti ta' natura ġuridika bħall-International Law Notes. 

Kien elett membru tal-International Law Association u ħa sehem f'bosta konferenzi ta' din l-assoċjazzjoni. Kien ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv u anki Viċi-President ta' din l-Assoċjazzjoni. Fl-1928, fil-konferenza li saret f'Varsavja, Sir Ugo ġie elett President tal-Aerial and Radio Law Committee. 

Inħatar Viċi-President fl-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni fil-Konferenza Internazzjonali li kienet saret f'Oxford fl-1932 u fl-1934 intgħażel ukoll President għall-konferenza li kienet saret f'Budapest. Fl-1928, Sir Ugo rrappreżenta lil Malta fil-laqgħat tal-Empire Parliamentary Association li saret fil-Kanada.

Sir Ugo kien ġie elett Segretarju ta' xi Seduti tal-Assemblea Nazzjonali li ġiet imlaqqgħa fl-1919 fuq proposta ta' Sir Filippo Sciberras. Kien ta sehem kbir fit-tħejjija tal-Kostituzzjoni li ressqet l-Assemblea Nazzjonali quddiem il-Gvern Ingliż. Fl-1926, flimkien ma' Nerik Mizzi kien il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista u baqa' sakemm miet fl-1942. Fl-1921 ikkontesta l-elezzjoni taħt il-Kostituzzjoni Amery-Milner u ġie elett membru tal-Assemblea Leġislattiva.

Ingħata l-ħatra ta' Ministru tal-Industrija u Kummerċ. Fl-elezzjoni tal-1924, wara r-riżenja ta' Dott. Francesco Buhagiar minn Prim Ministru, Sir Ugo sar it-tielet Prim Ministru fl-età ta' 35 sena, l-iżgħar Prim Ministru tal-Imperu Brittanniku f’dak iż-żmien. Bejn l-1927 u l-1930 kien Kap tal-Oppożizzjoni u reġa' nħatar Prim Ministru bejn Ġunju 1932 u Novembru 1933, meta l-Kostituzzjoni tal-1921 ġiet irtirata.

Meta, fl-1932, kien qiegħed imexxi delegazzjoni Maltija  f'Londra, ippreżenta memorandum lis-Segretarju tal-Istat tal-Kolonji li fih saret talba formali biex Malta tingħata Kostituzzjoni li tpoġġiha fid-Dominion Office fost il-membri indipendenti tal-Commonwealth. Fl-1939 Sir Ugo ġie elett membru tal-Kunsill tal-Gvern. Fid-9 ta' Frar, 1942, waqt laqgħa tal-Kunsill, meta kienet qiegħda tiġi diskussa d-deportazzjoni ta' personalitajiet Maltin, fosthom dik tal-Avukat Nerik Mizzi, Sir Ugo Mifsud ħassu ħażin. Hu kien qiegħed jiddefendi b'argumenti sodi d-dritt ta' dawn il-Maltin li ma jiġux deportati minn pajjiżna. Jumejn wara, fil-11 ta' Frar, Sir Ugo Mifsud miet.




#Article 207: Gerald Strickland (222 words)


Sir Gerald Strickland (Valletta, 24 ta' Mejju 1861 ndash; Ħ'Attard, 22 ta' Awwissu 1940) kien il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali u r-raba' Prim Ministru ta' Malta. Imwieled il-Belt Valletta minn Walter Strickland u Louisa Bonici Mompalao, huwa għamel l-istudji tiegħu f'Malta, l-Italja u l-Ingilterra. Ħadem fis-Servizz Pubbliku tal-Imperu Brittaniku taħt il-Prim Ministru, Joseph Chamberlain.

Fl-1887 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u fis-sena ta' wara kien nominat Chief Secretary. Huwa baqa' jokkupa din il-kariga sa l-1902 meta kien nominat Gvernatur ta' Leeward Islands u anki Gvernatur tat-Tażmanja, fl-Awstralja tal-Punent u New South Wales. Fl-1917 reġa' lura Malta u waqqaf l-Anglo-Maltese Party li ftit wara ngħaqad mal-Maltese Constitutional Party u sar il-Partit Kostituzzjonali taħt it-tmexxija tiegħu. Huwa kien Kap tal-Oppożizzjoni bejn l-1921 u l-1927 – tliet leġislaturi. Wara l-elezzjonijiet tal-1927 il-Partit tiegħu flimkien mal-Partit Laburista kellhom il-maġġoranza, sar il-ftehim tal-Compact u Strickland inħatar Prim Ministru bejn Awwissu 1927 u Ġunju 1930. Tul din il-leġislatura Strickland kellu l-inkwiet mal-membri tas-Senat u aktar tard qamet ukoll il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Dawn wasslu għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1930.

Ħeles minn attentat fuq ħajtu meta persuna ppruvat tassassinah minn ftit passi 'l bogħod minnu, iżda ma laqtitux. Sir Gerald Strickland kien ukoll Ministru tal-Ġustizzja bejn April 1929 u Ġunju 1932 u Novembru 1933, Kap tal-Oppożizzjoni. Wara l-għoti mill-ġdid tal-Kostituzzjoni fl-1939, Strickland kien il-mexxej tal-maġġoranza fil-Kunsill tal-Gvern. Huwa miet fid-dar tiegħu f'Ħ'Attard, fit-22 ta' Awwissu, 1940.




#Article 208: Qlugħ (178 words)


Il-Qlugħ u bażikament biċċa drapp jew materjal ħafif u artab ieħor li jintrama ma' xi arblu ta' dgħajsa, xini jew għamar ieħor sabiex ir-riħ jaħbat miegħu u jimbotta d-dgħajsa fid-direzzjoni tar-riħ. Qabel l-invenzjoni tal-magni, id-dgħajjes kienu jaħdmu biss jew bl-imqadef jew bil-qlugħ.

Sa ftit ta' żmien ilu, hawn Malta kien għad hawn min juża l-qlugħ latin fuq il-frejgatini. Kien hawn ukoll min kien itellaq bihom u dawn kienu dehra komuni madwar ħamsin sena ilu, jew aktar (illum 2006) fil-bajjiet ta' Birżebbuġa, l-Isla u il-Gżira. Milli jidher u minn ritratti li jeżistu, kienu jkunu avvenimenti akkaniti, u l-frejgatini kienu jinbnew għal tal-apposta, aktar mislutin u mhux ċanelli, b'antenna twila ukoll sa xi 27 pied.

Żgur kienu joffru xena majestuża, dawk il-frejgatini kollha, fir-riħ qawwi u bil-qlugħ miftuħin.

Il-qlugħ x'aktarx kien magħmul minn tajjar Eġizzjan (Egyptian Cotton)li kien jinħadem fi strixxi twal minn fuq għal isfel tal-qlugħ.

Illum rari tara frejgatina bil-qlugħ tal-latin, jekk mhux ta' xi ħadd, bħal f'Birżebbuġa akkanit għalihom. Ta' min jerġa' jqajjem dan id-delizzju li jorbot mat-tradizzjoni Maltija ta' l-ibbordjar, jekk mhux f'sens agonistiku, f'sens kulturali.




#Article 209: Banda Lourdes (1762 words)


Meta niġu biex nitkellmu dwar it-tieni paroċċa ta’ dan is-subborg progressive u kif wieħed jista’ jaħseb post bħal ma huwa Raħal Ġdid bilfors li kien hemm il-ħtieġa ta’ paroċċa oħra għax kif għidna, minkejja l-għadd ġmielu ta’ knejjes u kappelli li jeżistu fih il-popolazzjoni baqgħet dejjem tiżdied u għalhekk l-istess Arċisqof Mikiel Gonzi, nhar il-15  ta’ Awissu tas-sena 1963, poġġa u bierek l-ewwel ġebla ta’ knisja li hi taħt it-titlu tal-Madonna ta’ Lourdes. Il-knisja l-ġdida jew il-paroċċa l-ġdida għandha għamla ta’ mrewħa b’artal wieħed u hi ppjantata fuq stil modern u tesa’ aktar minn 800 ruħ.

U għalkemm f’Malta hemm min jaħseb li l-festi qed imorru lura u l-għaqdiet tal-baned spiċċa żmienhom, jidher u jinħass il-kontra għax kulma jmur il-festi qed jiżdiedu u jitkabbru u ħafna minn dawn huma dovut għall-ħidma li ssir minn ħafna nies dedikati li l-maġġoranza tagħhom tinsab f’xi każin tal-banda. U dan jidher ukoll f’dan is-subborg li llum m’għandux biss żewġ parroċċi iżda tlett għaqdiet filarmoniċi. u dan xi ftit jew wisq wieħed jistennih għax tista’ tgħid f’ħafna każi fejn tinbet parroċċa ġdida jinbet ukoll każin tal-banda minkejja li llum iż-żmienijiet m’għadhomx bħal ta’ dari u l-finanzi meħtieġa huma xi ħaġa li tista’ forsi żżomm lil dak li jkun lura biex jilħaq dan il-għan. iżda dan ma kienx il-każ mal-Kavallier Lorenzo DePasquale li mit-twaqqif tal-paroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes ġieħ il-ħsieb li jsib minn jgħinu biex tiġi mwaqqfa soċjeta’ filarmonika oħra f’Raħal Ġdid.

Il-bidu ma kienx wieħed faċli iżda bl-għajnuna ta’ xi ħbieb fosthom is-Sinjuri Joseph Fabri u Ernest Micallef ix-xewqa u l-proġett tal-Kavallier Lorenzo DePasquale bdew jieħdu l-forma u fl-20 ta’ April tas-sena 1977, tliet snin wara t-twaqqif tal-paroċċa ġdida, seħħ it-twelid tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes. Għall-bidu l-laqgħat bdew isiru f’kamra fil-knisja jew f’xi dar private ta’ wħud mill-membri sakemm wara ħafna taħbit il-kumitat ta’ din l-Għaqda akkwista l-post 83 Ditch Street.

Tista’ tgħid li l-istatut ta’ kull Għaqda Mużikali juri l-għan li jxerred it-tagħlim tal-mużika u jżid ir-rikreazzjoni tal-membri. Imam huwa żgur ukoll li għalkemm forsi ma jidhirx miktub fl-istatut hemm ukoll l-iskop li tikber u tiżdied il-ħidma biex issir isbaħ il-festa titulari, u l-Banda Madonna ta’ Lourdes insibuha minn ta’ quddiem fil-paroċċa l-ġdida biex tkabbar il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Infatti fis-sena 1978, sena wara mit-twaqqif tagħha organizzat għall-ewwel darba l-marċ ta’ filgħodu għal-festa. Illum il-banda tikkonferma is-sehem qawwi tagħha fil-festa titulari fejn minbarra li tagħmel marċ tas-Sibt u dak tal-Ħadd li issa sar tradizzjonali, ftit snin wara biss wara dawn iż-żewġ servizzi li semmejna, ħadet ħsieb biex tagħmel servizz ieħor il-Ġimgħa filgħaxija u Progamm vokali u Strumentali għall-ħruġ tal-vara min-niċċa. sadattant f’dawn is-snien ta’ ħajja tagħha l-Banda Madonna ta’ Lourdes għamlet diversi servizzi oħra barranin fosthom f’egħluq il-ħamsin Sena mit-twaqqif tal-Hibernians F.C.,fl-Imnarja fil-ġonna tal-Buskett, fil-Festa tar-Rebbiegħa fil-Belt Valletta u fil-ġonna ta’ l-Argotti l-Furjana, fil-festi ta’ Santa Venera,f’San Ġorġ - Ħal-Qormi, San Girgor f’tas-Sliema, f’Marsaxlokk fil-festa tal-Madonna ta’ Pompei, f’Santu Wistin il-Belt Valletta, fil-festa ta’San Ġużepp il-Karkarra, fil-Festa ta’ Kristu Sultan f’Raħal Ġdid u,f’Santa Marija Ħat-Attard u fil-festa ta’ Marrija Annunzjata f’Ħal-Balzan. Dawn huma ftit serviżżi minbarra in-nummru kbir ta’ Programmi u numru kbir tar-Rekordings.

Fis-Sena 1987 fl-okkazzjoni ta’ 10 Anniversarju tal-Banda, il-Kumitat għamel statwa tal-Madonna ta’ Lourdes. Dina kienet ħaga sabieħa ħafna meta tara li kien l-ewwel ka\in ġo Raħal Ġdid li kellu l-vara tijow. Dina il-vara kienet inħadmet mill-Liskultur il-Kavallier Alfred Camilleri Cauhi. Dina l-vara għandha devozjoni kbira fil-paroċċa dawn jixħduħ in-nies li jitpaxxew meta dina l-vara tintrama fil-festa titulari. Dina l-vara giet iffinanzjata mill-poplu pawlist bl-għajnuna tas-Sur.Salvu Meli li kien benifattur kbir tal-paroċċa u tas-Soċjeta’dina l-istatwa gabar għalija il-Kavallier Lorenzo DePasquale.

Fis-sena 2002 saru festi kbar biex is-Soċjeta’ tiċċelebra l-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tagħa. Dawk kien jingludu quddisa fil-paroċċa Madonna ta’ Lourdes, Programm quddiem il-każin, fejn il-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale kixef irħama li tfakkar dan l-anniversarju. is-soċjeta kompliet tiċċelebra dawn il-festi, fil-festa tal-patruna tas-soċjeta’ l-Madonna ta’ Lourdes billi inawgurat zewg irħamiet waħda ta-Presidenti tas-soċjeta’ u oħrat as-Surmastrijiet tas-soċjeta’. Il-festi ta’ dan l-anniversarju komplow bi program vokali u strumentali fejn il-banda tellet program fit-teatru tas-Salesiani f’tas-Sliema, u s-Soċjeta’ rat il-ħatra tat-tielet Direttur Mużikali tahha l-Prof.Josef Grech.

Is-Soċjeta’ tikkomprendi fiha nnifisha madwar 150 membru u numru kbir ta’ alliev li bħalissa qegħdin jitgħallmu l-arti mużikali taħt idejn  id-Direttur Mużikali l-Profs Grech. Meta illum iż-żgħażagħ għandhom tant affarijiet biex jalljenawhom tieħu gost tisma li din l-għaqda għandha wkoll numru kbir ta’ allievi. Il-banda bit-tħabbrik tal-kumitat u bl-għajnuna ta’ xi benefatturi mill-ewwel ħadet ħsieb biex tixtri strumentatura u rigali oħra lill-banda huma dejjem apprezzat, imam żgur li jkun apprezzat meta l-Ambaxxatur Ġermaniż għal-Malta Dr.Schmitt fis-sena 1984 kien ippreżenta kurunetta ġdida lill-Kavallier Lorenzo DePasquale. Il-Kavallier DePasquale flimkien ma’ xi wħud mill-membri tal-kumitat minn dejjem kellhom ambizzjonijiet kbar għall-futur fosthom dak ta’ xiri ta’ local ieħor akbar. Sa fl-aħħar il-ħolma tal-kumitat waslet. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju, 1985 quddiem in-nutar Dr.Gerald Spiteri Maempel għall-ħabta ta’ l-10.45a.m. il-Kavallier Lorenzo DePasquale u s-Sur Ernest Micallef bħala President u Kaxxier rispettivament għan-nom tas-Soċjeta’ ffirmaw il-kuntratt ta’ xiri tal-każin il-ġdid flimkien mal-werrieta tal-fond Nru. 21, f’New Street, Raħal ġdid. Fis-sena 1998 il-kumitat ġie quddiemu proġett ieħor tal-każin, dan kien il-bini u tisqif tal-btieħi f’sala waħda bħala ċentru ta’ attivita, wara li sar studju l- Kavallier Lorenzo DePasquale,qabgħad il-Perit L. Mintoff  biex jgħamel l-pjanti meħtiega bix fiż-żmien qasir irnexxilu jiftaħ il-partijiet kollha u bhekk is-soċjeta kellha iktar spazzju fejn taqdi id-dmirijiet taħa. Wara tmexxija ta’ 27 sena mill-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale  fis-sena 2004 inħatar is-Sur.Carmelo Melli bħala President. Kien nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Awissu,2005 għall-ħabta ta’ l-9.30 a.m. għall darba oħra quddiem in-nutar Dr.Gerald Spiteri Maempel is-Sur.Carmelo Meli, il-Profs.Josef Grech u s-Sur.Alexander Vella  bħala President, Segertarju w Kaxxier rispettivament għan-nom tas-Soċjeta’ ffirmaw il-kuntratt ta’ xiri tal-lokal ieħor li jmiss ma’ dak preżenti mal-werrieta tal-fond Nru. 23, f’New Street, Raħal Ġdid. Dan sabiex il-każin jespandi l-faċilitajiet rikreattivi għall-membri.B’hekk il-membri ser ikollhom aktar faċilitajiet biex jirrikrejaw ruħhom b’żieda ta’ logħob ta’ ġewwa bħalma huma billiard, table tennis darts u draughts. B’hekk ukoll bdew jersqu aktar membri żgħażagħ li jitħajru jibdew jitgħallmu xi strument. Għal numru kbir tas-snin il-Federazzjoni Maltija tad-Draughts għandha bħala sede uffiċjail tagħha dan il-każin tal-Banda sabiex torganizza kompetizzjonijiet matul is-sena kollha. Kien propju mill-każin tal-Banda Madonna ta’ Lourdes li rega’ twaqqaf il-Pawla Scout Group. Dan sar peress li  fiż-żmien it-tmexxija tal-President il-Kavallier Lorenzo DePasquale. Kien il-President DePasuale li kien reġa’ ħa f’idejħ ukoll it-tmexxija tal-Pawla Scout Group wara ħafna snin wieqaf, il-laqgħat u t-taħriġ ta’ dan il-grupp beda jsir fil-każin tal-banda stes minħabba li local ma kellhomx. Dan il-grupp reġa’ twaqqaf mill-ġdid bil-ħidma insistenza tal-President il-Kavallier DePasuale. 

Din is-Soċjeta’ kienet rebħet ix-‘Shield’ fil-Gara Mużikli ta’ l-Allievi fl-1983 organizzata mill-Għaqda Każini tal-Baned. Din ix-“Shield’ mhux talli ġġib unur ieħor fl-istorja tas-Soċjeta’, iżda s-suċċess jurina biċ-ċar li din l-għaqda miexja fid-direzzjoni t-tajba rigward it-tagħlim mużikali. Ta’ min jirrimarka wkoll li s-Soċjeta’ qed tiġi mistiedna minn diversi għaqdiet oħra barranin sabiex tesegwixxi servizzi oħra barra dawk li għandha, bis-suċċessi li qed tikseb minn sena għall-oħra.

Kienu ħafna l-kriżijiet ekonomiċi u amministrattivi, b’mod speċjail il-qagħada fraġili tal-banda, li għal xi żmenijiet tħalliet bħal dgħajsa mingħajr tmum, titqalleb mal-ħalel u mingħajr ħadd ma jidderiġiha biex ma titfarrakx. Kienu tnejn il- s-Sur.Carmelo Melli u  Profs.Josef Grech, li żammewha li ma titkissirx u tiġi fix-xejn bħalma ġara lill-baned oħra. Jekk wieħed ma jiflix bir-reqqa l-minuti tal-kumitat mill-bidunett sa llum, żgur li ma jasalx biex jifhem u jkun jaf bil-baħar imqalleb u tempestuż li għaddew minnu d-diversi kumitati u l-bħalma fl-aħħar mill-aħħar jiġri lil ħaddieħor, u għalkemm il-kumitati f’din il-medda ta’ żmien, sabu ruħhom f’diffikultajiet, madankollu dejjem żammew rashom merfugħa, u dejjem baqgħu mexjin ‘il quddiem, minkejja dawk il-maltempijiet kollha li ta’ sikwiet kienu jinqalgħum, lil kull wieħed minn dawn, kemm membri tad-diversi kumitati, kif ukoll il-bandisti li taw sehemhom f’dawn is-snien, il-poplu Pawlist jirringrazzjahom għal dak kollu li għamlu. 

Sal-lum il-ġurnata, il-Banda Madonna ta’ Lourdes kellha jidderiġuha tlett Surmastrijiet, li bla ebda dubju kollha taw is-sehem tagħhom sabiex jaraw il-banda miexja ‘l-quddiem. Is-Surmast Orazio Cachia kien inħatar Aġent Surmast fl-1977.  Wara ftit inħatar il-Kavallier Abel Joseph Mizzi li dam f’din il-kariga, mill-1977 sa 2002. taħt it-tmexxija tiegħu l-banda ġiet imsejħa mill-Għaqda Każini tal-baned Maltin u Għawdxin biex tagħti kunċert klassiku fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja padruna ta’ l-istess Għaqda tal-baned. Okkażjoni bħal din żgur li tibqa’ imniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ din is-Soċjeta’ meta dak inhar tal-21 ta’ Novembru 1984 esegwiet xogħlijiet minn opri bħalma huma t-Turandot, Cavalliera Rusticana u Andrea Chenier u kompożizzjonijiet oħra ta’ kompożituri internazzjonali. Tajjeb najdu lis-Surmast Abel Mizzi ta irrezenja tijhow fil-1999 u l-Assistent Surmast ta’ dak iz-zmien Mro.Josef Grech ma xtaqx li joqod Surmast Direttur minħabba li xtaq li s-Surmast Abel Mizzi jgħalaq 25 sena bħala  Surmast Direttur. Wara ħames snin fil-kariġa ta’ Assistent Surmast Direttur mill-1997 sa 2002. fis-sena 2002 il-Profs.Josef Grech inħatar it-tielett Surmast tal-banda. Ta’ min jgħid li minn mindu laħaq il-Prof.Josef Grech, il-banda ħadet spinta ‘l quddiem fil-livell bandistiku u anki f’dik li hi organizzazzjoni ta; l-attivitajiet mużikali. F’daw li huma provi, il-banda tiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa għal għaxar xhur sħaħ kemm bħala banda sħiħa jew inkella f’sistema ta’ sections,liema sistema write riżultati eċċellenti. Dan jixhdu l-Kunċerti Annwali, fejn mhux biss ikun ta’ livell għoli, iżda wkoll hu attrazzjoni għall-folla numeruża li jattendu kull sena. Dan il-kunċert jattira daqstant nies għax barra li jkun preparat bis-serjeta’, l-għażla tal-bċejjeċ jappellaw ħafna għall-pubbliku. Barra minhekk, sar ħafna enfasi fuq it-taqgħlim mużikali kemm għal dawk li huma bandisti prospettivi kif ukoll għal dawk li jkunu diġa’ ħarġu jdoqqu.  Fl-okkażjonijiet li fihom ħadet sehem il-banda taħt il-Profs. Grech, dejjem ħarġet bl-unuri u kisbet kliem ta’ tifħir. Il-Banda ghamlet diversi Programmi fosthom ta’ min issemmi il-Programm tat-tħul ta’ Malta fl-Unjoni Eropeja li sar fil-Belt Valletta. Programi oħra li jipqaw jissemow huma dak li l-banda esegwiet is-silta difikultuza ‘1812’ li kien sar fit-Tejatru tas-Selesiani f’tas-Sliema u Program ieħor il-sar fit-Teatru tal-General Werkers Union fejn il-banda għaddiet litwal xhol mużikali fejn esegwiet is-silta ‘The History of Malta’ tad-Direttur Mużikali Profs.Grech. Kien  il-Profs. Grech meta il-banda esegwied il-Cantata Ad Unur il-Madonna ta’ Lourdes li kienet kompożizzjoni mill-lisbaħ u bhekk is-soċjeta’ għandha numru kbir ta’ tezori mużikali f’l-arkivju tagħha. Tamin jiremarka ukoll li fis-sena 2003 il-banda daqqet sitta u sebgħajn silta diverenti dawk kienu jingludu bosta kompozizzjonijiet tal-Profs.Grech li flimkien maħhom kien hemm xi mużika diffikultuza bħal ‘Marcia Slava’, ‘L-Amico Fritz’, ‘l Vespri Siciliani’,’Triumphal Marċ ta’ l-Aida’. U hawn ta’ min jifraħ lill-kumitat u l-membri tas-Soċjeta’ b’dan il-progress u nawguraw li wara li ntlaħaq dan il-livel għoli li poġġa lill-banda fost l-aħjar mill-baned Maltin.

l-idejal li tħaddan l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes hu li kulħadd għandu l-opportunita’ li juża’ t-talenti individwali tiegħu. għalhekk kul min għandu l-inklinazzjoni mużikali huwa mistieden biex isir membru ta’ l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes.




#Article 210: Fażijiet lunari (460 words)


Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ xahar sinodiku, ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xahar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva mad-Dinja u x-Xemx.

Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-Qamar imdawla mix-Xemx.
Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji:

It-terminu kwart jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja.  Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.

Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xahar siderali). Waqt li x-xahar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja. 

Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar.  

Wieħed jistenna li darba fix-xahar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx, meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenna li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xahar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hu maqlub b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm Qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi, il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rari ħafna.

Kemm għandu żmien il-Qamar bejn wieħed u ieħor, u allura l-fażi bejn wieħed u ieħor, nistgħu nikkalkulawh għal kull data billi ngħoddu l-ġranet minn data magħrufa ta' qamar mitluf (pereżempju l-1 ta' Jannar 1900 jew il-11 ta' Awwissu 1999) u nirriduċu dan in-numru modulo 29.530588853 (it-tul tax-xahar sinodiku).  Però dan il-kalkulu jissoponi l-orbita hija ċirku perfett u għalhekk irridu nikkoreġuh bi ftit sigħat (isir inqas eżatt iżjed ma tkun kbira d-differenza bejn id-data meħtieġa u d-data ta' referenza). Għal iżjed eżattezza li tieħu kont tal-apoġew u il-periġew linari jinħtieġ.




#Article 211: Stat kostrutt (177 words)


L-istat kostrutt hu għamla partikolari ta' żewg nomi li flimkien jesprimu stat ta' rabta bejniethom. L-ewwel nom, li ġeneralment jiġi ddeterminat jew speċifikat b'artiklu, hawn jinkiteb mingħajr artiklu biswit nom ieħor. It-tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed u jesprimi relazzjoni ġenitiva, jiġifieri relazzjoni jew pussess tat-tieni nom fuq l-ewwel wieħed. B'hekk, dan l'istat huwa wiehed mill-possibilitajiet kif il-ġenitiv jista jiġi rrealizzat. 
L-istat Kostrutt iseħħ f'ilsna semitiċi bħall-Għarbi, l-Ebrew, u l-Eġizzjan antik.

Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett. Fil-Malti din ir-relazzjoni tista tieħu tlett għamliet differenti:

jew b'partiċella mehmuża ma' suffiss pronominali

Fl-istat kostrutt ir-rabta hija bejn żewġ nomi, fejn l-ewwel nom, imsejjaħ in-nom reġġent, jiġi ddeterminat jew speċifikat aktar preċiżament mit-tieni nom (imsejjaħ komplement). In-nom reġġent huwa dejjem mingħar artiklu u it-tieni nom ma jeħtieġx il-partiċella ta

Żewġ nomi wara xulxin ikunu fl-istat kostrutt biss meta it-tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed

Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett.

Eżempju : Il-mistidnin ġew f'dar Francesca, dakinhar filgħaxija.

L-istat konstrutt huwa f'dar Francesca

F'dar = suġġett

Francesca = oġġett




#Article 212: Carmelo Caruana (1161 words)


Mro. Carmelo Caruana (3 ta' Novembru 1927 - 17 ta' Jannar 2005) twieled Ħal Luqa, iben Ġwann Battista u Giovanna nee’ Farrugia. Huwa iżżewweġ lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954. Kellu żewġ ulied, bintu Joan u Joseph li hu wkoll mużikant u bandist ma' diversi baned fosthom l-banda tagħna.

Sa minn ċkunitu, kellu rabta kbira ma’ l-Għaqda Mużikali ta' Sant’ Andrija peress li missieru kien attiv fil-każin u membru fil-Kumitat. Missier is-Surmast Caruana, is-Sur Gio Batta Caruana kien għal diversi snin Direttur tal-Każin, kaxxier, kif ukoll President fi żmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945 u għalhekk kien jieħu lil ibnu l-każin miegħu. Mro. Carmelo Caruana ukoll kien membru tal-kumitat u serva f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bħala arkivista meta fl-1952 l-Għaqda għalqet 70 sena u ġie inawgurat l-każin prezenti flimkien ma strumentatura ġdida u Arkivju Mużikali ġdid. Propju fl-2002 meta l-Għaqda fakkret l-50 sena min din il-ġrajja l-Għaqda ppreżentat memento lilu kif ukoll lil Frans Mifsud, l’ uniċi tnejn li kienu għadhom ħajjin min dak il-kumitat. Mro. Carmelo Caruana kien wieħed minn tal-ewwel li nħatar Membru Onorarju tal-Għaqda.

Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro. Carmelo Caruana kien fil-kamp mużikali. Kif kienet drawwa f’dawk iż-żminijiet, jiġifieri ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, membri jew Bandisti kienu jgħallmu dak li jafu lill-oħrajn. Ma kienx hawn skejjel tal-mużika. Fil-każ ta’ Mro. Caruana, kien propju missieru Ġan Patist, li kien mużiċist, li beda jgħallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri, ukoll iben l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija kien iz-ziju tiegħu, ħu missieru. Mal-Banda Sant’ Andrija huwa ħareġ idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tiegħu ghand Mro Antonio Muscat Azzopardi u wara tgħallem l-armonija u l-vjolin għand Mro Agostino Camilleri.

Għal żmien twil kien jifforma parti mill-kappella tas-Surmast Lorenzo Galea tal-Birgu, u tas-Surmast Camilleri, magħrufa għal ħafna servizzi reliġjużi f’diversi knejjes ta’ Malta u Għawdex. Beda l-karriera tiegħu bħala Surmast mal-Banda Sant’ Andrija fejn dan idderiega ghal diversi darbi bħala ‘co-director’ tal-banda. L-ewwel darba li dderieġa l-Banda Sant’ Andrija uffiċjalment bħala sostitut tas-Surmast A. Muscat Azzopardi kien fil-15 t’Awwissu 1949, min dakinhar dderiega lill-Banda għal bosta drabi. Is-Surmast ta’ dak iż-żmien, Mro. Antonio Muscat Azzopardi, kien jemmen li s-Surmast Caruana kellu talent mużikali kbir u għamel min kollox biex jgħin lil dan it-talent joħroġ fil-beraħ. Kienet drawwa ta’ Mro. Antonio Muscat Azzopardi li jrawwem lill-Mro. Caruana billi jħallieħ jidderieġi l-kunċerti tal-Banda. Kont tarhom wara l-kunċert jiddiskutu l-mużika magħżula, kif ukoll d-direzzjoni.

Wara l-Gwerra b’Malta prattikament kollha mġarrfa, l-Banda ta' Sant'Andrija dejjem baqgħet attiva bil-kunċerti. Kienet l-hena ta' Mro Carmelo Caruana, kif ukoll ta' diversi bandisti oħrajn li joħorġu l-mużika u jdoqqu kuljum kull filgħaxija. Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin) trawmu diversi bandisti eċċezzjonali fosthom is-Surmast preżenti tal-Banda Sant'Andrija Mro Paul Schembri (Euphonium), John Calleja (kurunetta), GianMari Busuttil (Baxx), Ġużeppi Bartolo (Trumbun) u diversi bandisti oħra ta' talent kbir li Mro Caruana għaraf juża is-servizzi tagħhom tul iż-żmien tiegħu bħala Surmast ta’ baned oħra madwar Malta.

Drawwa oħra li tejbet it-talent tal-Mro Caruana kienet li Mro Muscat Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jiġu rranġati għal Banda Sant'Andrija kif ukoll għall-Banda l’Isle Adam tar-Rabat fejn Mro Muscat Azzopardi kien ukoll Surmast. Kien iħalli f’idejn Mro Caruana biex jirranġa l-mużika. Mro Carmelo Caruana żgur jibqa' magħruf għal kompożizzjonijiet u arranġamenti mużikali li għamel ghal baned.

Meta kont tidħol fl-istudju tiegħu fejn kien jikkomponi u jirranġa kont tħoss li dħalt f’tempju tal-mużika. Kull fejn iddawwar wiċċek tara kotba, partituri , CDs, kollox marbut mal-mużika. Impressjonanti l’ammont ta’ arrangamenti li kellu arkivjat , kif ukoll jimperssjonak ghax meta kont issaqsih ghal xi bicca muzika, kien jghidlek, “ Iva ghandi zewg arrangamenti”. Hu ipprepara tant xoghlijiet muzikali biex setghu jkunu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu kif ukoll minn baned ohrajn. Xiehda ta’ dan Mro Carmelo Caruana nhatar Maesto Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ,Ghaqda Muzikali Lourdes Paola, Banda Beland taz-Zejtun, ta’ Birzebbugia, ta’ Bormla, ta’ Hal Qormi, kif ukoll ta’ San Lawrenz tal-Birgu.

Ghat-talenti muzikali tieghu kien maghzul bhala Surmast tal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Haz Zabbar fl-1963 u dam ghal ghaxar snin Surmast. Fl-1969 ma din l-istess banda dderiega l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija nhar il-Festa f”Hal Luqa.

Kien fl-1973 meta biex inghaqad bhala Surmast tal-King’s Own kellu jhalli l-Banda ta’ Haz Zabbar. Fil-kazin tal-Banda tal-Belt huwa ga kien ilu aktar minn ghaxar snin bhala Assistent, jghallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast l-Maggur Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien jdoqq il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderiega l-King’s Own kienet fil-Festa tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 gie celebrat ic-Centenarju mit-twaqqif tas-Socjeta u Banda King’s Own. Il-King’s Own that id-direzzjoni ta’ Mro Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija ‘Dal Nuovo Mondo’ ta’ Dvorak li kollha spiccaw b’applawsi kbar. Min dakinhar il-quddiem kienu biss successi bil-programmi li ta’ kull sena l-Banda Cittadina King’s Own kienet tesegwixxi madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll fil-programmi gewwa l-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Nistghu nghidu li l-maggoranza tal-karriera muzikali tieghu nafuha ma’ din il-banda fejn dam ghal 29-sena shah. Fl-2002 kellu jirtira ghal ragunijiet ta’ sahha, bhala apprezzament tal-hidma li ghamel ma-din il-Banda l-kumitat hatru bhala Surmast Emeritus.

Mro Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tal-Banda de Paule ta’ Paula l-1987 u 1993.

Ghal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bhala ‘draughtsman’.

Huwa dejjem hadem biex ikattar u jghallem is-sbuhija tal-muzika. Hafna jiftakru il-programm ta’ Peter Paul Ciantar ‘Siesta’ kuljum wara nofsinhar fuq FM Bronja. Dan kien program radjofoniku fejn l-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi bcejjec ta’muzika klassika. Kull nhar ta’ Hamis is-Sur Ciantar kien icempel lil Mro Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompozitur partikolari. Ukoll waqt il-kuncerti kien jhobb jispjega dwar il-muzika li ser tindaqq.

L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo Caruana. Kien jigi bil-qalb kollha jiltaqa ma shabu membri tal-Ghaqda taghna. Kull meta is-Socjeta’ kellha bzonn xi bicca muzika dan kien jghaddiha lil arkivista ‘senza interessi’. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast prezenti kien jkun ndispost huwa kien jidderiegi l-banda minfloku. Kien dejjem unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’ specjalment min bniedem li ghamel isem ghal Hal Luqa madwar Malta kollha.

Mro Carmelo Caruana miet nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2005 fl-għomor ta’ 78 sena. Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali tar-Rahal Gdid. Fil-funeral tieghu hadu sehem zewg baned Maltin. Il-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid , b’korteo gewwa Rahal gdid. Kif ukoll sar Korteo iehor gewwa rahal twelidu, Hal Luqa, bil-Banda Sant’ Andrija. Diversi kienu l-baned li gew bl-istandard taghhom, apparti l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija u L-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid li daqqew kien hemm rappresentati dawn il-baned, il-King’s Own Band tal-Belt Valletta, il-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq, il-Banda Beland taz-Zejtun, Isle Adam tar- Rabat, Banda San Lawrenz u Prince of Wales tal-Birgu, Lilly Band u Sta Marija tal-Mqabba, Banda Sta Katerina taz-Zurrieq,Banda Lourdes Paola, San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, Santa Marija tal-Qrendi u Nicolo Isourd tal-Mosta. Dan kollu b’turija ta’ rispett kbir li kellu dan is-surmast mill-komunita bandistika Maltija.




#Article 213: Ġużè Muscat Azzopardi (653 words)


Ġużè Muscat Azzopardi kien rumanzier, poeta u kummentatur soċjali Malti.

Muscat Azzopardi twieled Ħal Qormi fl-1 ta’ Settembru 1853. Hu studja fis-Seminarju ta’ l-Imdina u fl-Università ta’ Malta fejn ħa d-diploma ta’ prokuratur legali fl-1875.  Huwa żżewweġ lil Tonina Fenech u kellu tlett itfal Ivo (kittieb), Ġino (kittieb) u Anton (kompożitur). Ġużè Muscat Azzopardi miet fl-4 t’Awissu 1927 il-belt Valletta.

Muscat Azzopardi kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku tal-palk magħruf, ġurnalist versatili u parteċipant attiv fl-ambjent soċjo-kulturali. Fil-waqt li kien avukat ta' suċċess, huwa laħaq President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien membru tal-Giunta Teatrale tal-Gvern. B’ħerqa kbira kien jippromwovi d-drama Maltija u kien l-editur ta’ diversi ħarġiet perjodiċi fosthom In-Naħla Maltija (1878) u Il-Ħabib (1911), u anke kkontribbwixxa f’publikazzjonijiet oħra bħal Id-Dawl (1892) u Il-Ħabbar Malti. 

Ġużè Muscat Azzopardi kien membru fil-Kunsill tal-Gvern u waqqaf l-Għaqda Kittieba tal-Malti (li aktar tard saret l-). Fl-1920 ġie elett bħala l-ewwel president tagħha, kariga li żamm sa mewtu. Fl-1924 sar l-ewwel editor ta’ Il-Malti, il-ħarġa perjodikali ta’ l-għaqda. Għal xi żmien kien eżaminatur tat-Taljan fl-Università ta’ Malta u fis-Seminarju. 

Għall-kitbiet u attivitajiet reliġjużi tiegħu, ġie onorat darbtejn mill-Papa Piju X, l-ewwel bil-Pro Ecclesia et Pontefice u mbagħad bil-medalja Bene Merenti.

Fid-dawl tal-bosta kontribuzzjonijiet tiegħu b’proża u poeżija lil-letteratura Maltija, Franġisk Saverju Caruana sejjaħlu ‘Missier il-lettaratura Maltija’. Ix-xogħol letterarju tiegħu jinkludi rumanzi, poeżiji, reċti, bijografiji u traduzzjonijiet. L-ewwel kitba tal-proża tiegħu kienet Il-Ħajja ta’ San Ġorġ (1874), li kienet traduzzjoni mit-Taljan.

Ġużè Muscat Azzopardi kien involut b’mod attiv fil-ħajja soċjo-kulturali, tant li fl-1875, fl-età żagħżugħa ta’ 22 sena insibuh imniżżel bħala Segretarju tas-Soċjeta Filarmonika Pinto ta’ Ħal Qormi. Ħames snin wara, fl-1880, huwa kiteb il-versi ta’ l-ewwel innu f’ġieħ San Ġorġ il-Qaddis Patrun tar-Raħal. Huwa kien ukoll President ta’ l-istess Soċjeta mill-1906 sa l-1917. Il-ħeġġa u l-imħabba tiegħu lejn il-kultura, kif ukoll il-versatilità ta’ Muscat Azzopardi joħorġu ċari f’diskors li għamel nhar is-21 ta’ April 1907 meta l-Banda Pinto, li tagħha kien President, wettqet program ta’ mużika fl-okkazzjoni tal-festa ta' San Gorg. Fid-diskors Muscat Azzopardi qiegħed jindirizza lis-Surmast-Kompożitur Mro. Ġanni Gatt li kiteb il-mużika għal l-Innu hawn fuq imsemmi. Jispikka wkoll l-għażla ta’ kliem mirqum li juża Muscat Azzopardi f’dan id-diskors li deher fil-gazzetta Malta tat-22 t’April 1907:

Muscat Azzopardi bħala rumanzier. 
Huwa spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu Toni Bajjada (1878), Mattew Callus (1878), Vicu Mason (1881),  Susanna (1883), Ċejlu Tonna (1886), Ċensu Barbara (1893) u Nazju Ellul (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata.

Muscat Azzopardi kien ukoll poeta mirqum li esperimenta fil-flessibilita tal-Malti bħala mezz ta’ espressjoni poetika. Ħafna mill-poeżiji tiegħu jinstabu f’Ġabra ta’ Poeżiji bit-Taljan u bil-Malti (1876), Ħamsin poeżija bil-Malti (1890) u Ġabra sħiħa ta’ Sunetti bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu (1956). Il-poeżija tiegħu ħadet ħafna elementi validi mill-ambjent ta’ madwaru u l-interpretazzjoni soċjali li ppreżentat kienet kemm il-darba t’ispirazzjoni għal poeti oħrajn. Minħabba s-sens estetiku tiegħu qatt ma nesa’ il-missjoni tiegħu ta’ edukatur letterarju u anke l-poeżija tiegħu ħafna drabi hija didattika.

Ġużè Muscat Azzopardi, flimkien ma’ awturi minuri oħra bħal Ludovik Mifsud Tommasi, Richard Taylor, Anton Muscat Fenech, Dwardu Cachia u Manwel Dimech, wirtu l-wirt poetiku ta' Ġan Anton Vassallo li sejjes il-poeżija tiegħu fuq tlett taqsimiet prinċipali: dik sentimentali, dik satirika u dik nazzjonalistika. L-awturi msemmija hawn fuq issoktaw jorqmu u jfettħu l-orjentament demokratiku tal-poeżija, waqt li wessgħu l-medda ta’ l-ispirazzjoni tagħhom billi fehmu aħjar l-istrutturi soċjali u l-mudelli kulturali, waqt li komplew itejbu t-taħdit letterarju tagħhom, dejjem fid-dawl tal-forom tat-taħdit popolari. Din li ġejja hija parti mill-poeżija ta’ Ġużè Muscat Azzopardi Il-Baħar, b’xhieda ta’ l-istil tiegħu:




#Article 214: Tumas Dingli (227 words)


Tumas Dingli kien bennej tal-knejjes u skultur fil-ġebla Maltija, li twieled fit-22 ta' Diċembru, 1591. Fiż-żewġ oqsma għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu għaliex minn taħt l-idejn imħarrġa tiegħu ħarġet skultura qisha bizzilla li żżejjen il-knisja l-qadima ta' Birkirkara u dik ta' Ħ'Attard. 

Tumas Dingli mexa tista' tgħid fuq il-passi ta' missieru Ġakbu Dingli, kif ukoll iz-ziju, Andrea Dingli. Dingli studja il-Matematika u wara ħa s-sengħa t'arkitett minn Matteo Coglitura. Dingli kien ġej minn familja ta' skalpellini, jiġifieri skulturi fil-ġebla. Ismu huwa ġeneralment marbut ma' tipoloġija ta' knisja fi stil li nistgħu nsejħulu, b'ċerta riserva, Rinaxximentali. Karattristiċi ewliena huma l-proporzjonijiet armonjużi, l-użu tal-pilastri ġġanteski bil-panew, l-użu tan-niċċa biex tagħti artikolazzjoni aktar rikka lill-faċċata u lit-tambur tal-koppla, u fuq kollox, l-iskultura fina fil-ġebel, speċjalment fil-prospettivi ta' l-altari u madwar il-bibieb. 

Is-sengħa tiegħu fit-tifsil tal-knejjes għandha xhieda ħajja fl-irħula ta' Ħ'Attard, in-Naxxar, Ħal Għargħur, il-Gudja, Ħaż-Żabbar u Birkirkara. Kien ukoll imdaħħal fil-bini tal-Akwedott, il-Palazz tal-Isqof u Porta Reale fil-Belt Valletta.

Bħala bennej ta' knejjes jidher li mexa fuq il-passi ta' Vittorio Cassar, it-tifel ta' Ġerolamo Cassar. Tgħallem ukoll minn Giovanni Attard, li kiseb fama bħala bennej ta' l-akwedott.

Tumas Dingli miet ta' 75 sena, fit-22 ta' Jannar, 1663 u jinsab midfun fil-knisja ta' Ħ'Attard taħt l-artal tad-Duluri. Sfortunatament iż-żmien ħassar u qered lapida li kienet tfakkar il-post fejn jinsab jistrieħ fil-knisja ta' Ħ'Attard iżda fortunatament għandna traskrizzjoni tagħha.




#Article 215: Serbja (1756 words)


Is-Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija,  huwa pajjiż interkjuż fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-peniżola Balkanika u l-parti t’isfel tal-pjanura Pannonika. Il-kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnja-Ħerzegovina) fil-Punent.

Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sal-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugożlavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja mill-1945 sal-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja mill-1992 sal-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sal-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja ddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur tal-Unjoni tas-Serbja u Montenegro. 

Is-Serbja tinsab fil-Balkani (reġjun distint storikament u ġeografikament tax-xlokk tal-Ewropa) u fil-pjanura Pannonika (reġjun tal-Ewropa ċentrali). Għandha fruntieri mal-Albanija, il-Montenegro, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u r-Rumanija. Is-Serbja hija mdawwra bl-art, għalkemm ix-xmara tad-Danubju tagħti possibilità ta' tbaħħir fl-Ewropa u fil-Baħar l-Iswed.

L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar.

Il-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relattivament kesħin fejn anke taqa' l-borra aktar 'il ġewwa.

Bliet kbar (aktar minn 100,000 abitant) – ċensiment 2002 , għall-Kosovo u Metohija  stimi kurrenti (mhux uffiċjali): 

Is-Serbja għandha ħames ġonna nazzjonali:

 L-għeruq tal-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Renju Serb (madwar Duklja) twaqqaf fis-seklu 11. Dan dam sa-aħħar tas-seklu 12.

L-istat Medjevali Serb reġa' ġie ffurmat fis-seklu 12 fir-reġjun Raška mis-Serb Grand Župan Stefan Nemanja. Fl-1220, taħt Stiefnu l-Ewwel Inkurunat, is-Serbja saret renju, u fl-1346, Stefan Dušan waqqaf l-Imperu Serb. L-Imperu sfaxxa u waqa’ f’idejn it-Torok Ottomani wara l-battalja storika tal-Kosovo fl-1389. It-territorji Serbi tat-tramuntana (id-despotat Serb) kienu mirbuħa għal kollox fl-1459 meta ntrebħet Smederevo. Il-Bożnja ntrebħet ftit snin wara Smederevo u l-Ħerzegovina fl-1482.

Wara l-waqgħa tal-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma tal-Ottomani, għad li kien hemm tliet invażjonijiet Awstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Iżlam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raska, fil-Kosovo u fil-Bożnja. Ħafna Serbi (u Kroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjon Bożnjakk. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċerta importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu.

L-ewwel ribelljoni Serba tal-1804-1813, immexxija minn Đorđe Petrović (magħruf ukoll bħala Karađorđe jew Ġorġ l-Iswed), u t-Tieni ribelljoni Serba tal-1815 wassal għat-twaqqif tal-Prinċipat tas-Serbja. Minħabba li kienet semindependenti mill-Imperu Ottoman, hija kkunsidrata bħala dik li wasslet għat-twaqqif tas-Serbja moderna. 

Mill-1815 sal-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sal-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-Prinċep Aleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović.

It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet tal-bniedem u għal stat nazzjon damet għaddejja xi tliet deċennji u ġiet kompluta bl-adozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta' Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bożnja ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li tal-Bożnja u r-Raška lil Awstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Fit-28 ta’ Ġunju 1914 il-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija  f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minn Gavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bożnja Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża tal-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra kontra r-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biex jiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja u Franza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imma fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda tal-Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popolozzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili.

Wara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tar-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija r-Renju tal-Jugożlavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill-Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja tal-lum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja tal-lum kien okkupat mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi delitti fuq il-popolozzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud.

Fl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugożlavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, mmexxija minn Josip Broz Tito sa mewtu fl-1980.

Wara l-waqgħa tat-tieni Jugożlavja fl-1992, sal-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bożnjakki, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998. 

Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurtà Serbi u Jugożlavi u l-KLA wasslu għal bumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President Jugożlav Slobodan Milošević aċċetta li jirtira l-Forzi tas-Sigurtà kollha, inklużi l-militar u l-pulizija  u jissostitwixxihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa' formalment parti mill-Federazzjoni Jugożlavja(Ara: Gwerra tal-Kosovo).

Mill-2003 sal-2006, is-Serbja kienet parti mill-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugożlavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju, 2006, il-Montenegro għamel referendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. L-għada, riżultati ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favur li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill-Unjoni Statali u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro.

Fl-4 ta’ Frar 2003 il-parlament tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja qabel ma' forma aktar flessibbli ta’ kooperazzjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro fi ħdan commonwealth msejjaħ Serbja u Montenegro.

Wara t-tneħħija ta’ Slobodan Milošević fil-5 ta’ Ottubru 2000, il-pajjiż beda jitmexxa mill-Oppożizzjoni Demkratika tas-Serbja. 
Fi ħdan din il-koalizzjoni kiber it-tensjoni sakemm Partit Demokratiku tas-Serbja (DSS) ħalla l-gvern biex ħalla lill-Partit Demokratiku (DS) f’kontroll assolut. Madankollu, f’Marzu tal-2004 id-DSS ġabar biżżejjed appoġġ biex ifforma l-gvern ġdid tas-Serbja, flimkien mal-G17 Plus u l-koalizzjoni SPO-NS, u bl-appoġġ tal-Partit Soċjalista Serb, li ma jiħdux sehem fil-gvern, imma bil-bdil għall-appoġġ tagħhom, għandhom pożizzjonijiet żgħar fil-gvern u l-ġustizzja u jinfluwenzaw fil-politika. Il-Prim Ministru tas-Serbja huwa Vojislav Koštunica, mexxej tal-Partit Demokratiku tas-Serbja.

Il-president attwali tas-Serbja huwa Boris Tadić, mexxej tal-Partit Demokratiku (DS). Hu ġie elett bi 53% tal-voti fit-tieni ċiklu ta’ l-elezzjonijiet presidenzjali Serbi li saru fis-27 ta' Ġunju 2004, wara ħafna elezzjonjiet bla suċċess sa mill-2002.

Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemm Vojvodina b’46 muniċipalità. 

Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandhiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugożlava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat uža Srbija li tfisser litteralment Serbja d-dejqa. Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi.

L-applikazzjoni tas-Serbja għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fid-19 ta' Diċembru 2009.

Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tas-Serbja.

Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat li s-Serbja tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat.

Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex jeżamina u jikkonferma li s-Serbja kienet kompliet turi impenn u tikseb aktar progress f'għadd ta' oqsma. Il-Kunsill imbagħad intalab jieħu deċiżjoni fi Frar 2012 dwar l-għoti ta' status ta' kandidat lis-Serbja, sabiex tiġi kkonfermata mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012.

Fl-1 ta' Marzu 2012, il-Kunsill Ewropew ta lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat.

Fis-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew qabel li jibda negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja mhux aktar tard minn Jannar 2014.

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-istati membri tagħha, u r-Repubblika tas-Serbja. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.

Il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mas-Serbja fis-17 ta' Diċembru 2013.

Fil-21 ta' Jannar 2014, l-ewwel laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni. Minn dakinhar, saru għaxar laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fi Brussell.

Minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, issa nfetħu17-il kapitolu għan-negozjati, li minnhom diġà ngħalqu żewġ kapitoli proviżorjament. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif xieraq, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fit-tieni nofs tal-2019.

Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru s-Serbja. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.

Is-Serbja hija mgħammra l-aktar mis-Serbi. Minoranzi jinkludu l-Albaniżi (li huma fil-maġġoranza fil-provinċja tal-Kosovo-Metoħija), l-Ungeriżi, il-Bosnijaċi, r-Roma, l-Kroati, is-Slovakki, l-Bulgari, r-Rumeni, eċċ. Is-Serbja hija magħmula minn tlett territorji: il- provinċja tal-Kosovo-Metoħija, provinċja tal-Vojvodina u s-Serbja Ċentrali (Serb Ċirilliku: Централна Србија, Serb Latin: Centralna Srbija. Iż-żewġ provinċji huma etnikament diversi. Dan ġej mill-fatt li l-pajjiż ġie magħmul minn partijiet li kienu jiffurmaw parti, fin-nofsinhar, mill-Imperu Ottoman Musulman u fit-tramuntana mill-Imperu Asburġiku Kattoliku. 

Il-provinċja ta’ fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugożlavi tas-Slovenja, Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunità nazzjonali differenti. Skont l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 miljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45% Jugożlavi, 1.75% Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97% Bunjevci, 0.77% Ruteni, 0.58% Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23% Ukraini, oħrajn (Albaniżi, Sloveni, Ġermaniżi, Pollakki, Ċiniżi eċċ).

Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni futura tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000 Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm 1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ rifuġjati Serbi mill-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugożlavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir naturali tal-popolazzjoni.




#Article 216: Ħġieġ (1730 words)


Il-kelma Ħġieġ fis-sens komuni tirreferi għal solidu iebes, mqarqaċ u trasparenti , bħal dak użat għat-twieqi, bosta fliexken, jew xedd l-għajnejn, li jinkludu ħġieġ tas-soda-ġir, ħġieġ tal-borosiliċiku, ħġieġ akriliku, ħġieġ taz-zokkor, ħġieġ Muskovit, jew ossinitridu ta' l-aluminju.

Fis-sens tekniku, il-ħġieġ huwa prodott inorganiku ta' fużjoni li jibred u jsir riġidu mingħajr ma jsir kristall. Ħafna ħġieġ huma magħmul mis-siliċi (diossidu tas-siliċju) bħala l-kompożizzjoni prinċipali tiegħu u glass former.

Fis-sens xjentifiku t-terminu ħġieġ huwa ħafna drabi estiż għas-solidi amorfi kollha (u materjali mdewwbin li faċilment isiru solidi amorfi), li jinkludu l-plastiċi, ir-rażeż, u solidi oħrajn amorfi bla siliċi. Ukoll, barra l-metodi tradizzjonali ta' tidwib, kull mezz ieħor għall-preparazzjoni huwa meqjus, bħall-impjantazzjoni ionika, u l-metodu sol-gel. Però, ix- is-soltu tinkludi biss solidi amorfi inorganiċi, filwaqt li l-plastiċi u materjali organiċi simili jaqgħu taħt ix-xjenza tal-polimeri, bijoloġija u oqsma xjentifiċi oħra.

Il-kompożizzjoni ottika u fiżika tal-ħġieġ tagħmlu tajjeb biex jintuża bħala ħġieġ ċatt, għall-kontenituri, fil-materjali ottiċi u materjali optoelettroniċi, għall-apparat tal-laboratorju, insulazzjoni termali (tajjar tal-ħġieġ), bħala fibri ta' rinforziment (plastiċi jew konkrit imsaħħin bil-fibri tal-ħġieġ), u fl-arti.

Il-ħġieġ ordinarju nużawh kullimkien minħabba li huwa trasparenti għad-dawl viżibbli.Din it-trasparenza ġejja min-nuqqas ta' stati elettroniċi ta' tranżizzjoni fiż-żona tad-dawl viżibli. Il-ħġieġ hu omoġenju fuq skali ta' tul ferm akbar minn dik tat-tul tal-mewġa tad-dawl viżibli u għalhekk huwa trasparenti waqt li kieku kellu ħafna irregolità, d-dawl kien jixxered u b'hekk kull tip ta' trasmissjoni ta' immaġni koerenti kienet tiġi mkissra. Ħafna oġġetti tad-dar huma magħmula mill-ħġieġ. It-tazzez, skutelli u fliexken huma l-biċċa kbira tal-ħġieġ, kif ukoll il-bozzoz tad-dawl, mirja, akkwarji, tubi katodiċi, TFT tal-kompjuters, u t-twieqi.

Fil-laboratorji tar-riċerka, buqari, tubi tat-testjar, u apparat tal-laboratorju huma ta' spiss magħmula minn ħġieġ borosilikat billi għandu koeffiċjent ta' espansazzjoni termika baxxa, għalhekk għandu iżjed reżistenza għall-fqugħ bis-sħana u jgħamel possibbli kejl aktar preċiż. Għal applikazzjonijiet fejn tidħol temperatura għolja, jintuża l-ħġieġ tal-kwarz, għalkemm huwa ferm diffiċli li taħdmu. Ħafna mill-affarijiet tal-ħġieġ tal-laboratorju huma prodotti bil-massa, iżda xi laboratorji kbar iżżomu wkoll wieħed li jaf jonfoħ il-ħġieġ sabiex joħloq xi apparat speċjali tal-ħġieġ li jkun meħtieġ.

Xi kultant, il-ħġieġ huwa maħluq naturalment mill-lava volkanika, impatt ta' beraq jew metjoriti (p.eż., il-Lekateljerit, il-Fulgurit, il-Ħġieġ Darwin, il-Ħġieġ Volkaniku u l-Impattit). Jekk il-lava tkun felsika dan il-ħġieġ ikun ossidjana li ġeneralment huwa iswed bi ftit impuritajiet. L-ossidjana hija materjal naturali li ġie użat minn Żmien il-Ħaġar biex jintgħamlu skieken tal-ħġieġ li jaqtgħu ħafna.        

Il-ħġieġ jista' jsir ukoll minħabba l-attività tal-bniedem, pereżempju it-trinitit (mill-ittestjar nukleari) u ħġieġ tal-bajja.

Il-ħġieġ ta' spiss jintuża fil-bini għat-twieqi trasparenti, diviżorji interni vitrati u bħala karatteristiċi arkitettoniċi. Huwa wkoll possibli li jintuża' bħala materjal strutturali, pereżempju, travi u kolonni, kif ukoll ġo forma ta' ġwienaħ għar-rinforzar kontra r-riħ. Dawn jidhru f'ħafna vetrini tal-ħġieġ bħat-twieqi ta' ħwienet kbar. Il-kapaċità tat-tagħbija sikura, hija limitata; għalkemm teoritikament il-ħġieġ jiflaħ tagħbija kbira, hemm ukoll probabbiltà kbira ta'  fqugħ f'daqqa, u għandu tendenza li jinqasam ma' l-impatt. Dan jillimita l-użu tal-ħġieġ għall-kolonni, minħabba r-riskju li xi ħaġa taħbat magħhom u taqsam l-element strutturali. Eżempju magħruf ta' struttura magħmula totalment mill-ħġieġ hija d-daħla tat-tramuntana fl-istazzjon fit-triq Buchanan fi Glasgow.

Hemm ħġieġ ta' tip qawwi li jista' jintuża fil-bini, bħall-ħġieg imsaħaħ bil-wires, ħġieġ ittemprat bis-sħana u ħġieġ laminat. L-insulazzjoni bil-fibra tal-ħġieġ hija komuni fis-soqfa u fil-ħitan. Il-ħġieġ tal-foam, magħmul mill-ħġieġ ta' l-iskart, jista' jintuża bħala insulazzjoni ħafifa li żżom l-arja ġo fiha. Bħala insulazzjoni, il-ħġieġ (per eż. fibra tal-ħġieġ) huwa użat ukoll fil-forma ta' strixxi sufin komuni ħafna fid-djar tal-pajjiżi kesħin. L-insulazzjoni tal-ħġieġ tal-fibra tintuża partikularment fis-soffitti, u tingħata rata R, skond l-abbiltà ta' insulazzjoni.

Il-ħġieġ tad-diossidu tas-siliċju (SiO2) pur (l-istess kompost kimiku bħall-kwarz, jew, fil-forma tiegħu  polikristallina, ir-ramel) ma tantx jassorbi r-raġġi UV u għalhekk jintuża għal applikazzjonijiet li għandhom bżonn trasparenza f'dan ir-reġjun. Kristalli kbar naturali tal-kwarz f'waħdiet  huma diossidu tas-siliċju pur u wara li jinqasmu jintużaw għal ħġieġ ta' kwalità għolja. Is-siliċi amorfa sintetika hija kważi forma kompletament pura ta' kwarz u hu l-materjal grezz għall-ħġieġ ta' speċjalità għolja, bħal dawk tal-qalba tal-fibri ottiċi. Il-kejbils ta' taħt il-baħar għandhom sezzjonijiet imħallta bl-erbju, li jintuża biex ikabbar is-sinjali ta' trasmissjoni ta' emissjonijiet tal-laser minn ġol-ħġieġ stess. Id-SiO2 amorfu jintuża ukoll bħalha materjal dielettriku f'ċirkwiti integrati minħabba l-interfaċċja lixxa u elettrikament newtrali li jifforma mas-siliċju.

L-istrumenti ottiċi bħan-nuċċalijiet, kameras, microskopji, teleskopji, u apparat pjanetarju huma bbażati fuq lentijiet tal-ħġieġ, mirja, u priżmi. Il-ħġieġ użat sabiex jinħolqu dawn l-instrumenti huwa kategorizzati bl-użu ta' kodiċi tal-ħġieġ b'sitt ċifri, jew inkella kodiċi ta' ittri u numri mill-katalgu ta'  Schott Glass. Pereżempju, BK7 huwa l-kodiċi tal-ħġieġ borosilikat crown li għandu dispersjoni tad-dawl baxxa u SF10 huwa l-kodiċi tal-ħġieġ tal-żnied dens li għandu dispersjoni għolja. It-tipi ta' ħġieġ huma rranġati skond il-kompożizzjoni, l-indiċi tal-rifrazzjoni, u n-Numru ta' Abbe.

Il-polimerizazzjoni tal-ħġieġ hija teknika li tista' tintuża sabiex jieġu nkorporati addittivi li jimmodifikaw il-karatteristiċi tal-ħġieġ li inkella jiġi meqruda waqt il-preparazzjoni b'temperaturi għoljien. Is-sol gel huwa eżempju ta' polimerizazzjoni tal-ħġieġ li tippermetti t-tqegħid ta' molekuli organiċi u  bioattivi,  u tella' l-funzjonalità tal-ħġieġsabiex għal-livell ġdid ta' .

It-Teknoloġija li tħoll il-ħġieġ għadiet minn bosta fażijiet:

Is-siliċi pura (SiO2) għandha punt ta' fużjoni tal-ħġieġ ta' aktar minn 2300 °Ċ (4200 °F) meta l-viskożità tkun 10 Pa·s (100 P). Filwaqt li s-siliċi pura tista' ssir ħġieġ għal applikazzjonijiet speċjali (ara kwarz fuż), sustanzi oħra huma miżjuda għall-ħġieġ komuni biex  dan il-proċess jitqassar. Waħda minhom hi l-karbonat tas-sodju (Na2CO3), li jniżżel il-punt ta' fużjoni għal madwar 1500 °Ċ (2700 °F) fil-ħġieġ tas-soda-ġir; soda hi s-sors  oriġinali tal-karbonat tas-sodju fl-'irmied tas-soda li jinkiseb minn ċerti pjanti. Minkejja dan, is-soda tagħmel il-ħġieġ jinħall bl-ilma, u dan mhux mixtieq, għalhekk il-ġir (ossidu tal-kalċju (CaO), li hu ġeneralment miksub mill-ġebla tal-ġir), ftit ossidu tal-magnesju (MgO) u ossidu ta' l-aluminju huma miżjuda sabiex ikollu durabbiltà kimika itwal. Il-ħġieġ li jirriżulta jkun fih madwar 70 sa 74 fil-mija ta' siliċi bil-piż u jissejjaħ ħġieġ tas-soda-ġir. Il-ħġieġ tas-soda-ġir jammontaw għal madwar 90 fil-mija tal-ħġieġ prodott.

Barra s-soda u l-ġir, il-ħġieġ l-aktar komuni fih ingredjenti oħrajn miżjuda sabiex jibdlulu l-kompożizzjoni tiegħu. Il-ħġieġ taċ-ċomb, bħall-kristall taċ-ċomb jew il-ħġieġ taż-żnied, huwa aktar 'brillanti' minħabba li l-indiċi ta' rifrazzjoni ogħla tagħmlu jleqq aktar, waqt li jista' jiġi miżjud il-boru biex ibiddillu l-karatteristiċi termiċi u elettriċi, bħal fil-Pirex. Il-Barju ukoll jgħolli l-indiċi ta' rifrazzjoni. L-Ossidu tat-Torju jgħolli l-indiċi ta' rifrazzjoni tal-ħġieġ  u jbaxxi d-dispersjoni, u fl-antik kien użat sabiex jinħolqu lentijiet ta' kwalità għolja, iżda minħabba r-radjuattività tiegħu, l-ossidu tal-lantanu beda' jintuża minfloku fil-ħġieġ modern. Ammont kbir ta' ħadid jintuża fil-ħġieġ li jassorbi l-enerġija infrared, bħal fil-filtri li jassorbu s-sħana pereżempju f'apparat bħall-proġettur tal-films, filwaqt li l-ossidu taċ-ċerju(IV) jista' jintuża fil-ħġieġ li jassorbi ċerti tulijiet tal-mewġ UV (radjazzjoni ionizzanti li bioloġikament tagħmel il-ħsara).              

Minbarra l-kimiċi li semmejna, f'ċerti fornijiet huwa miżjud ħġieġ riċiklat li jkun ġej mill-istess fabbrika jew sorsi oħra. Dan jiffranka l-materjal grezz, u fl-istess ħin jiffranka l-konsum tal-enerġija. Iżda, impuritajiet fih jistgħu joħolqu falliment fil-prodott u fl-apparat. Aġenti raffinanti bħas-sulfat tas-sodju, klorur tas-sodju, jew ossidu ta' l-antimonju huma miżjuda sabiex innaqsu l-bżieżaq fil-ħġieġ.      

Materjal naturali ieħor li jintuża fil-produzzjoni tas-soda-ġir u ħġieġ fibra huwa l-kalumit, li huwa sottoprodott granulari ħġieġi tal-industrija tal-ħadid, li fih l-iżjed is-siliċi, ossidu tal-kalċju, allumina, ossidu tal-manjeżju (u traċċi ta' ossidu tal-ħadid). 

Hemm formula speċjali (glass batch calulation) li tagħti t-taħlita ta' materjal grezz li għandha tintuża sabiex tinħoloq il-kompiżizzjoni mixtieqa tal-ħġieġ.

Wara l-preparazzjoni u t-taħlit ta' l-ingredjenti, il-materjal grezz jintefa' ġo forn. Il-ħġieġ tas-Soda-ġir għall-produzzjoni bil-massa jiddewweb fil-forn tal-gas. Hemm fran fuq skala iżgħar għal ħġieġ speċjali fosthom dewwieba elettriċi, fran bil-kroġjolu u tankijiet ta' kuljum.

Wara li jinħall, l-ħġieġ jiġi omoġenizzat u rfinat (bit-tneħħija tal-bżieżaq) u imbagħad jiġi ffurmat. Il-ħġieġ ċatt għat-twieqi u applikazzjonijiet simili jiġi ffurmat bil-proċess tal-ħġieġ tal-wiċċ, li ġie żviluppat bejn 1953 u 1957 minn Sir Alastair Pilkington u Kenneth Bickerstaff ta' l-aħwa Pilkington tar-Renju Unit, li joħloq żigarella kontinwa ta' ħġieġ bl-użu ta' banju ta' stan maħlul li fil-wiċċ tiegħu joħroġ u jinfirex il-ħġieġ bla xkiel taħt l-influwenza tal-gravità. Biex il-wċċ ta' fuq jiġi jleqq jittrattawh bin-nitroġenu bil-pressa. Il-ħġieġ għall-kontenituri bħall-fliexken  u l-vażetti komuni huwa iffurmat bil-metodi ta' l-infieħ jew l-ippressar.       

La darba il-forma mixtieqa tinkiseb, is-soltu l-ħġieġ jingħata r-rikottura biex titneħħa t-tensjoni.

Wara jistgħu jsiru proċessi varji oħra fuqu għat-trattament ta' l-uċuħ, kisi, jew laminazzjoni biex iżidu d-durabbiltà kimika (kisi tal-kontenituri tal-ħġieġ, trattament intern tal-kontenituri tal-ħġieġ), is-saħħa (ħġieġ imqawwi, ħġieġ bulletproof, shields kontra r-riħ) jew il-karatteristiċi ottiċi (ħġieġ insulat, kisi kontra r-riflessjoni).

Riċetti u tekniċi ġodda fil-qasam tal-kimika u trattamenti tal-ħġieġ jistgħu jiġu investigati f'esperimenti żgħar tal-laboratorju. Il-materjali grezzi tal-ħġieġ li jidewwbu fil-laboratorji huma differenti ħafna minn dawk li jintużaw fil-produzzjoni bil-massa minħabba li l-ispejjeż mhumiex fattur. Fil-laboratorji l-aktar li jintużaw huma kimiċi puri. Wieħed irid joqgħod attent li l-materjali grezzii ma jkollhomx kuntatt ma'l-umdità jew kimiċi oħrajn fl-ambjent (bħall-ossidu u idroossidu tal-alkali, ossidu u idroossidu tal-alkalin ta' l-art, jew ossidu tal-borju), jew inkella l-materjal ma jkunx safi (telf ta' qbid). Telf bl-evaporazzjoni waqt li l-ħġieġ jiddewweb irrid jiġi kkonsidrat meta jiġu magħżula l-materjali grezzi, per eż., is-selenit tas-sodju aħjar mill-SeO2 li jevapora malajr. Kif ukoll, materjali grezzi li jirriaġixxu fil-pront huma preferruti minn dawk inerti, per eż. l-Al(OH)3 hu aħjar mill-Al2O3. Ta' spiss, il-proċess isir f'griġjol tal-platinu biex inaqqas it-tniġġiż mill-materjal tal-griġjol. L-omoġenità tal-materjal tinkiseb permezz ta' l-omoġenità tal-materjal grezz (furnata tal-ħġieġ), billi dan jitħawwad meta jkun maħlul, jitfarrak meta jiksaħ u mbagħad jerġa' jiddewweb. Il-ħġieġ lest ġeneralment jingħata rikottura biex jitnaqqas il-ksur waqt l-ipproċessar.             

Ara wkoll: Disinn tal-lentijiet Ottiċi, Fabrikazzjoni u ttestjar tal-komponenti ottiċi

Minbarra l-ħġieġ komuni ibbażat fuq is-siliċi, ħafna materjali oħrajn inorganiċi u organiċi jistgħu jagħmlu xi tipi ta' ħġieġ ukoll, fosthom il-plastiċi (per eż., ħġieġ akriliku), karbonju, metalli, diossidu tal-karbonju (ara hawn taħt), fosfati, borati, kalkoġenidi, flurori, ġermanati (ħġieġ bbażat fuq GeO2), telluriti (ħġieġ ibbażat fuq TeO2), antimonati (ħġieġ ibbażat fuq Sb2O3), arsenati (ħġieġ ibbażat fuq As2O3), titanati (ħġieġ ibbażat fuq TiO2O5), tantalati (ħġieġ ibbażat fuq Ta2O5), nitrati, karbonati u ħafna sustanzi oħrajn.     

Xi ftit ħġieġ li fih m'għandux siliċi bħala l-kostitwent predominanti jista' jkollu karatteristiċi fiżiku-kimiċi li huma utli għal applikazzjonijiet fil-fibri ottiċi u applikazzjonijiet tekniċi speċjalizzati oħra. Dan jinkludi l-florożirkonat, il-floraluminat, l-aluminosilikat, il-fosfat u l-ħġieġ kalkoġenid. 

Taħt pressjoni u temperatura għoljin ħafna xi solidi jistgħu jsostnu tibdil kbir fil-fiżika u struttura tagħom li jista' joħloq tranżizzjoni ta' fażi poliamorfika. Fl-2006 x-xjenzati Taljani ħolqu fażi amorfa ta' l-ossidu tal-karbonju bl-użu ta' pressjoni għolja ħafna. Is-sustanza issemmiet karbonja amorfa (a-CO2) u għandha struttura atomika li tixbaħ lil dik tas-siliċi.

Id-Definizzjoni stàndard tal-ħġieġ  (jew solidu vitrus) jirrekjedi li l-fażi tas-solidu jsir b'dewbin rapidu. B'hekk il-ħġieġ huwa format minn likwidu kiesaħ ħafna li jibred malajr biżżejjed (relattiv mal-ħin tal-karatteristika tal-kristalazzjoni)




#Article 217: Skerma (433 words)


L-Iskerma huwa sport li jintlagħab bl-użu tax-xwabel li ma jkunux jaqtgħu u jkunu mingħajr ponta. 

Fl-isport jintużaw tliet tipi ta' xwabel u dawn huma il-Foil, l-Èpeè, u s-Sabre. Hawn Malta il Foil u l-Epee ilhom jintlagħbu izda l-aħħar kategorija bdiet tintlagħab biss fl 2007. 

Il-Foil - Il-Foil hija xabla li tuża t-tarf biex tolqot u takkwista l-punti u tippreżenta l-itqal 'target' għal min ikun qed jiġġieled, dan għaliex it-'target' huwa mill-qadd 'il fuq, mingħajr l-idejn u r-ras. Bħala arma hija vera ħafifa u tiġi bażikament f'żewġ mudelli; dik Franċiża li hija l-klassika u oħra fejn il-manku għandu għamla ta' pistola - pistol grip li hija dik moderna u preferuta fil-kompetizzjonijiet.

L-Èpeè - L-èpeè hija itqal mill-Foil bħala xabla, biss għandha l-istess użanza, għax biex takkwista l-punti trid tolqot bil-ponta, biss li għandha differenti huwa li biha tista' tolqot kull parti tal-ġisem, allura ma tkunx daqshekk ristrett fejn għandek tolqot. Bħall-Foil, din tiġi f'żewġ mudelli, dik Franċiża u pistol grip.

Is-Sabre - Is-Sabre hi l-aktar xabla li tirrekjedi stamina u ħeffa, bħaż-żewġ xwabel l-oħra tuża il-ponta biex tolqot l-avversarju tiegħek, biss bis-sabre tista' wkoll tuża l-ġenb biex qisek 'taqta' '. Bħala target għandek mill-qadd 'il fuq, bl-idejn u r-ras inklużi. Din it-tip ta' xabla kienet tintuża mis-suldati li kienu jkunu qegħdin jattakaw fuq iż-żwiemel biex ikunu jistgħu jiddekapitaw. Filfatt ix-xabla propja għandha għamla mgħawġa biex tkun tista' taqta' aħjar.

L-Iskerma huwa wieħed mill-aktar sports li l-aktar tkun protett, peress li dan jinkludi ħafna affarjiet biex inaqsulek mill-periklu u aktar ma jiżviluppa l-isport aktar isiru avvanzi fuq l-affarjiet li jintużaw.

Il-Plastron - Din hija nofs ġakketta jew protezzjoni tal-plastik fil-każ tan-nisa li tintlibes taħt il-ġakketta propja biex tipproteġik mid-daqqiet, din tintlibes fuq in-naħa li int tuża, lemin jew xellug.

Il-Ġaketta - Din tintuża biex tipproteġilek sidrek, l-istonku, idejk u dahrek mid-daqqiet. Il-ġakketta trid tkun ta' kwalita' biex tintuża fil-kompetizzjonijiet. 

Il-Breeches - Dan huwa qalziet li huwa magħmul mill-istess materjal tal-ġakketta u jipproteġilek saqajk mid-daqqiet. Dan jasal sa taħt l-irkoppa u miegħu jintlibsu kalzetti li jaslu sa taħt l-irkoppa. 

Il-Maskla - Din tintlibes biex ovjament tipproteġilek rasek u wiċċek. 

L-Ingwanta - Din tintlibes fuq liema id tkun ser tuża jekk hux lemin jew xellug.

Il-Lamè - Din hija bħal ġaketta ħafifa li tkun magħmula minn materjal qisu tal-metal ħalli meta jkun hemm 'contact' jiġifieri jiġi skurjat punt, din tirreġistra fuq il-magna. Din tintuża biss għall-Foil u s-Sabre.
 
Il-Wire - Dan jintuża biex jgħaqqad iċ-ċirkwit u dan jeħel max-xabla, mal-lamè u ma' apparat apposta. 

Is-Slipper - Dan huwa żarbun apposta li jgħinek fil-bilanċ u l-ġiri. Dan it-tip ta' slipper ma huwiex mill-apparat rikjest għall-isport imma huwa rrakmandat.




#Article 218: Frans Sammut (1598 words)


Frans Sammut (Ħaż-Żebbuġ, 19 ta' Novembru 1945 - 4 ta' Mejju 2011) kien kittieb Malti. Iżjed tard il-Mondial Books ta' New York ħarġu traduzzjoni tar-rumanz Il-Ħolma Maltija li l-kittieba magħrufa Ingliża Marjorie Boulton sejħitlu xogħol kolossali. 

Huwa ppubblika xogħlijiet oħrajn fosthom Paceville, (1991) li bih rebaħ il-Medalja Letterarja tal-Gvern.

Sammut kiteb sensiela ta' stejjer qosra bl-isem ta' Labirint (1967), Newbiet (1998) u Ħrejjef Żminijietna.

Apparti x-xogħlijiet letterarji, Sammut kiteb ukoll kitbiet storiċi bħal Ir-Rivoluzzjoni Franċiża: il-Ġrajja u t-Tifsira (1989), Bonaparti f'Malta (1997) li nqaleb ukoll għall-Franċiż, Dun Ġorġ - Il-Bniedem tal-Poplu (2001), On the Da Vinci Code [Dwar il-Kodiċi Da Vinci] (2006) u Alfred Sant: Il-viżjoni għall-bidla (2008). 

Kien l-editur tal-Lexicon (2002) ta' Mikiel Anton Vassalli, li huwa meqjus bħala missier il-lingwa Maltija. Fl-2006, ħareġ ukoll il-ktieb tal-qwiel ta' Vassalli: Motti, Aforismi e Proverbii Maltesi (1828) bl-isem Għajdun il-Għaqal, Kliem il-Għerf u Qwiel Maltin. 

Il-kotba ta' Frans Sammut jintużaw kontinwament fil-kurrikuli tal-iskejjel.

Sammut kiteb ukoll il-librett ta' diversi suċċessi mużikali. Ta' sikwit kien ikun mistieden jagħti konferenzi fuq temi ta' bixra letterarja u/jew storika.

Sammut qaleb ghall-Malti xoghlijiet importanti tat-teatru: Phedre ta' Racine (Fedra) (1978) u The Lower Depths ta' Maxim Gorki, it-tnejn li huma ttellghu fit-Teatru Manoel diretti mill-poeta Mario Azzopardi.

Il-Professur Peter Serracino Inglott qal hekk fuq Frans Sammut: 

Frans Sammut kien għalliem u għamel għoxrin sena kap ta' skola. 

Bejn l-1996 u l-1998 kien il-konsulent tal-Prim Ministru (Dr. Alfred Sant) dwar il-kultura.

Sammut kien miżżewweġ lil Catherine mwielda Cachia u kellu żewġ ulied,  u Jean-Pierre.

Huwa n-nannu tal-kittieba Latvjana Katrine Sammut, li kitbet il-ktieb Pino un Maksis vieni mājās (2020).

L-aħħar kliem famuż tiegħu kien: “Dax-xahar jien u l-mara kellna mmorru Ġerusalemm, imma issa donnu l-pjan inbidel. Issa mid-dehra jien sejjer il-Ġerusalemm tas-Sema.”

Peter Serracino Inglott irreagixxa hekk meta sema' dal-kliem: Kien f'dak il-waqt li fhimt li xi kultant id-dmugħ u d-daħq jistgħu jieħdu post xulxin.

F'Mejju 2014, il-Ministeru tal-Edukazzjoni nieda l-Premju .

Ir-rumanzi ta' Frans Sammut huma studjati fl-Università ta' Malta

Inkitbu bosta teżijiet u studji dwar ir-rumanzi ta' Sammut

Amanda Busuttil It-Torċa 03.07.2011: Il-ħajja tiegħu bħala kittieb kienet kompleta ... dak li kiteb emmen fih u kkonvinċa lil ħaddieħor jemmen xi tfisser tkun Malti fidil għal artek.

Victor Camilleri il-mument 08.05.2011: Li kien jolqotni fix-xogħol ta’ Frans Sammut kien il-livell għoli ta’ ħsieb li fl-istess ħin kien b’mod li jinftiehem minn kulħadd u l-kapaċità tiegħu tassintesi: dik li fi ftit kliem jiddeskrivi sitwazzjonijiet u ċirkostanzi bi kliem mirqum iżda mhux bombastiku.

Anton Cassar l-orizzont 16.05.2011: ... kien bniedem ta’ intellett kbir, studjuż għaqli tal-Istorja u l-Letteratura Ewropea, speċjalment dik Franċiża, li fiha nibtu u twieldu l-kittieba Illuministi Franċiżi. 

Joe Cassar il-mument 08.05.2011: ... Frans ħalla warajh wirt letterarju kbir li se jibqa’ jitgawda minn ġenerazzjonijiet sħaħ ...

Alfred Degarbiele It-Torċa 22.05.2011: Kien jemmen fil-qawwa tal-Ilsien Malti bħala għodda li hi tajba jekk tkun f’idejn imħarrġa u min jaf jużaha. Dejjem u kullimkien kien jitkellem dwar dan u, b’leħen li jaqilgħu, kien jikkonvinċini. 

Patri Norbert Ellul Vincenti il-mument 08.05.2011: Lil Frans Sammut nafuh bħala molla taħraq ta’ enerġija u passjoni; minn ġewwa kien bniedem ġenwin, jaf jikkontrolla anki dak li jidher minn barra. 

Aleks Farrugia It-Torċa 08.05.2011: L-għaxqa tiegħu jirrakkonta. Frans dejjem jirrakkonta. Anke l-aħħar darba li rajtu, fuq is-sodda tal-isptar, muġugħ, ma jistax jiċċaqlaq sew minħabba l-marda li ħakmitu, xorta waħda baqa’ jirrakkonta. Konna għadd ta’ ħbieb miġburin madwaru. Qalilna: ‘L-unika għafsa ta’ qalb li se nitlaq biha hija fuq kif qegħdin
joqtlu l-Malti.’ Anke fit-tarf tat-triq, il-Malti baqa’ dejjem ewlieni fi ħsiebu. Xhur qabel konna tkellimna dwar l-aġġornamenti tal-Malti ... Fuq is-sodda tal-isptar 
reġa’ spjegalna. Fid-dettall. B’imħabba. B’għożża. Bil-ħsieb mirqum ta’ min studja u ħaseb qatigħ. Bil-ħila tal-imgħallem li dejjem baqa’ jitgħallem.

Joe Felice Pace The Sunday Times 22.05.2011: ... his mastery of the language and his inborn call to be a novelist ...

Victor Fenech il-mument 08.05.2011: Fil-kitbiet oriġinali tiegħu kien tassew metikoluż, u dan narawh fl-istil mirqum tax-xogħlijiet kollha tiegħu: ir-rumanzi, in-novelli u l-kotba ta’ riċerka.

Charles Flores Malta Today 08.05.2011: More than anything Frans couldn’t stand hypocrisy ... He always had that quality ... he could see through you ... He never rested on his laurels – intellectually speaking – and always sought to learn new things and develop his viewpoints.

Prof Henry Frendo The Times 10.05.2011: Warm and forthright, a worthy son of Ħaż-Żebbuġ, an ardent Francophile, and a potentially acid polemicist in his own right, a patriot, passionate as always, Frans had a command of English as much as of Maltese and he did not hold back any punches if he felt that he or someone else was being wronged.

Prof Oliver Friggieri il-mument 08.05.2011: Il-proża tiegħu hi dejjem eleganti, prudenti u meqjusa, immexxi mill-konvinzjoni moderna li l-letteratura għandha tibqa’ tagħti gost bix-xejriet letterarji tagħha waqt li tkun utli u istruttiva fl-aspett tal-kontenuti tagħha.

Francis Galea It-Torċa 08.05.2011: Waħda mill-akbar esperjenzi li xi ħadd seta’ jkollu ma’ Frans kienet li jaqbad suġġett partikolari u jiddiskutih miegħu. Bħala bniedem li jaqra u janalizza kulma jaqra, kont tibqa’ mistagħġeb kemm jidħol fil-profond u fid-dettall.

Sergio Grech In-Nazzjon 12.05.2011: ... kitba li tisfida l-bruda u toħloq reazzjoni fil-qarrej biex dan jimraħ aktar fi ħsibijietu u lilhinn minnhom.

Dr Adrian Grima Malta Today 08.05.2011: He will be remembered for the unyielding sensuality of his literary prose in Newbiet, the incorrigible egocentrism and machismo of some of his male characters, his unforgiving portrayal of the repressed puritan Sa Rożann, the deep anguish that lacerates Samwel, the harshness of Xandru the Poet violating the sacredness of the parish priest’s desk, the intuitions, ideals and sheer beauty of the language of Vassalli, the memorable opening scene of his novel Samuraj, and its denouement. 

Joyce Guillaumier It-Torċa 15.05.2011: Fil-laqgħat li kien ikollna, kont bqajt impressjonata bil-mod dixxiplinat u metikoluż kif kien jaħdem ... Kien preċiż u attentissmu għal kull ma jagħmel u kien dejjem deċiż u awtorevoli. Il-fatt li kien saħħâr il-kelma, għenu mhux ftit biex dejjem iressaq il-boċċa qrib il-likk.

Partit Laburista maltastar.com 04.05.2011: Malta lost its modern national author. Labour MP Owen Bonnici described Frans Sammut as having earned for himself this title because of his stature in Maltese literature.

Partit Nazzjonalista maltarightnow.com 04.05.2011: The PN saluted Sammut describing him as a pillar of [Maltese] literature whose legacy will be enjoyed by entire generations.

George Maggi il-mument 12.06.2011: Frans kien il-bniedem li minkejja l-għerf li l-Mulej għoġbu jagħtih, kien dħuli għax kien jaf jitkellem u fit-tul, ma’ kulħadd imqar ma’ dawk li mhux bħalu l-Mulej żejjinhom bid-don tal-għerf. U wkoll ma kellux kantunieri, l-abjad abjad u l-iswed iswed. Raġel tal-akbar reqqa.

Ġorġ Mallia il-mument 08.05.2011: Frans Sammut kien forsi l-aqwa rumanzier Malti tal-aħħar 40 sena tasseklu l-ieħor. Mhux biss kellu ħakma qawwija fuq il-proża li kien jikteb,
imma daħal ukoll fil-fond tal-psike ta’ x’kienet is-soċjetà ta’ pajjiżna waqt il-kitba.

On Philip Mifsud (PN) In-Nazzjon 16.05.2011: Frans Sammut ... Żebbuġi u Malti rrispettat. Irrispettat minn kulħadd. Ukoll minn dawk li ma kinux jaqblu miegħu. Frans Sammut kien igawdi stima kbira. Lil Frans Sammut niftakru meta kont għadni student. ... Kont immur id-dar tiegħu, fl-ewwel kamra wara l-bieb ta’ barra, kamra ġmielha iżda ma kinitx
tesa’ ktieb ieħor. Niftakar id-diskursati li ħafna drabi kien ikolli miegħu fejn bħala student kont nammira l-għerf tiegħu. Kont ukoll nimpressjona ruħi b’kemm kien jaqra. Frans Sammut kien il-prova li l-qari hu l-għajn tal-għerf. Għalkemm Frans żgur se jibqa’ mfakkar għall-kontribuzzjonijiet letterarji tiegħu, jien naf li kellu kapaċitajiet oħra, fosthom ta’ oratur tajjeb u kont nieħu pjaċir nisimgħu jitkellem.

ET Dr Ugo Mifsud Bonnici il-mument 08.05.2011: ... għalija l-konverżazzjoni miegħu kienet dejjem interessanti u stimolanti. Frans, barra mill-kittieb, kien karattru mimli ħajja, kontroversjali, ċajtier, formidabbli fil-kultura tiegħu. 

On Dr Alfred Sant (PL) 1. It-Torċa 08.05.2011: L-istil ta’ kitba tiegħu, mhux l-anqas fil-għażla tal-kliem u idjomi, jagħti xhieda l-ħin kollu ta’ reqqa lingwistika li ma bħalha. Din x’aktarx trendi l-istil tiegħu superjuri għall-istil ta’ kull kittieb ieħor modern tal-Malti. 

Frans Sammut kien bniedem kuraġġuż li wera impenn, intelliġenza u ħila fil-ħidmiet li daħal għalihom ... Kien difensur kbir tal-Ilsien Malti anki jekk ta’ sikwit kien iħoss lilu nnifsu bħala iżolat f’dil-missjoni.

Sensiela Kotba Soċjalisti l-orizzont 17.05.2011: Minn Frans aħna tal-SKS tgħallimna ħafna – mhux lanqas dwar kif bħala Dar tal-Pubblikazzjonijiet stajna naqdu d-dmir li bil-kotba li noħorġu nagħtu xhieda ħajja taċ-ċiviltà Maltija, kif inhi l-lum u kif kienet il-bieraħ.

Lino Spiteri The Sunday Times 08.05.2011: He was a vivid, robust character who lit up wherever he was active. Whether engaged in civil exchange of ideas or in heated debate, he always stood out as an electrifying personality. He was an intellectual in the true sense of the word, never at peace, always questioning, probing, researching, challenging
... the novel Il-Gaġġa ... has become an all-time classic.

Ġużè Stagno Malta Today 08.05.2011: I’d once heard him say that he had changed his name from ‘Frank’ to ‘Frans’ in a fit of patriotism. ... Sammut gave us Il-Gaġġa, one of the greatest Maltese novels of all time.

Dr Mario Vella The Times 09.05.2011: Mr Sammut[’s] first novel – certainly a milestone in Maltese literature … 

Alex Vella Gera Malta Today 08.05.2011: I was immediately drawn to him, his presence, his sense of humour, and his extensive knowledge not only of the Maltese language but of its history ... 

Anton Azzopardi Żebbuġ Business Association Newsletter 12.2011: Even a casual conversation about his pet dog, Skipette, would elicit a glitter in his eyes that would be strongly accentuated by body gestures reminiscent of the best conductors the world stages can throw at us. Frans was open and sincere, if equally argumentative ... Thank you Frans, for having been exactly what you were: larger than life.




#Article 219: Louis Grech (595 words)


Louis Grech huwa Konsulent tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Huwa kien Deputat Priministru u Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013. Huwa kien ukoll d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista sal-2017. Sa Marzu 2013 huwa kien wieħed mill-erba' membri tal-Parlament Ewropew li rrappreżentaw lil Malta f'isem il-Partit Laburista, bħala parti mis-Soċjalisti Ewropej, u kien l-iktar wieħed li ġab voti. Hu kien ukoll iċ-Chairman tal-Air Malta.

Louis Grech twieled il-Ħamrun fit-22 ta’ Marzu 1947. 

Studja l-Liċeo u ggradwa mill-Università ta’ Malta f’B.A. (Econ). Hu kien magħżul għal Rhodes Scholar u kien aċċettat fil-Kulleġġ ta’ Balliol, Oxford, fejn kiseb B.A. u M.A.

Huwa rrappreżenta lil Malta fil-qasam tal-atletika fil-Mediterranean Games tal-1967. Iktar tard serva wkoll bħala President Onorarju tal-Malta Athletics Association.
 

Fl-1973, Grech kien wieħed mill-pijunieri li waqqfu l-Air Malta u kien wieħed mill-istrateġisti ewlenin f’din il-kumpanija. Sa minn meta twaqqfet l-Air Malta fl-1973, Grech kien parti mit-tim ta’ tmexxija u inħatar CEO fl-1985 u Chairman Eżekuttiv fl-1997. 

Taħt it-tmexxija tiegħu l-linja tal-ajru iddiversifikat fi Grupp ta’ Kumpaniji formidabbli. F’dak iż-żmien, l-Air Malta kienet il-pedament tal-industrija tat-turiżmu u kienet tagħti kontribuzzjoni sinifikanti lill-GDP. Grech mexxa lill-Grupp fi żminijiet diffiċli għall-istorja tal-avjazzjoni fosthom minħabba l-konsegwenza tal-11 ta’ Settembru. Grech kien ukoll dak li ħa ħsieb iħajjar lill-Lufthansa Technik topera f’Malta, biex b’hekk saret il-bażi tal-industrija tal-aircraft maintenance. 

Grech serva wkoll bħala Direttur ta’ diversi kumpaniji, fosthom tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, tal-Bank of Valletta, tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u tal-Middle Sea Insurance.Grech rebaħ il-premju “Tourism Personality of the Year” fl-2002.
 

Grech kien elett ghall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew f'isem il-Partit Laburista fl-2004 u kien ri-elett fl-2009. Jagħmel parti mill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL u hu wkoll membru tal-Grupp Parlamentari Laburista. Fil-Parlament Ewropew (2004-2009), hu serva bħala Viċi chairman fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monitarji; membru tal-Kumitat dwar il-Baġits; membru tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali; membru tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u membru tal-Assemblea Parlamentari magħmula mill-ACP-EU. Fl-2006, Grech kien appuntat rapporteur fuq il-Kumitat tal-Baġits u kien responsabbli mit-tfassil tal-Baġit tal-EU tal-2007.
 
Peress li mill-2009 huwa l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, jagħmel parti mill-Extended Bureau tal-S  D Group u jservi bħala Viċi chairman fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Grech huwa wkoll membru ta’ diversi kumitati u delegazzjonijiet, inklużi l-Kumitat dwar il-Baġits; l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u parti mid-delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Albanija, tas-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo u l-Bosnia Herzegovina. Fl-2009, kien appuntat rapporteur fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u kien responsabbli mit-tfassil tar-rapport importanti dwar Suq Wieħed.
 
Grech kien mogħti l-premju “Best Maltese MEP” fl-2006.

Nhar il-21 ta' Diċembru 2012, Louis Grech tefa' n-nomina għall-kariga ta’ deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, wara r-riżenja sorpriża ta' Anġlu Farrugia. Hu kien l-uniku wieħed li ġie nnominat.

Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa nħatar Deputat Priministru u Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel.

Fl-Elezzjoni Ġeneral tal-2013, Grech kien elett fuq żewġ distretti u inħatar Deputat Prim Ministru kif ukoll Leader of the House. Taħt il-ġestjoni tiegħu twettaq iżjed minn 90% talManifest Elettorali. Grech mexxa wkoll il-ko-ordinazzjoni tal-ewwel Presidenza Maltija talKunsill Ewropew. Matul il-leġislatura, kien involut ħafna fil-preparazzjoni tal-baġits annwali, strateġiji tal-Gvern u inizjattivi oħra marbuta mas-setturi ekonomiċi u finanzjarji kif ukoll biex jiġu indirizzati linġustizzji soċjali . Uħud mill-kisbiet ewlenin tiegħu kienu t-twaqqif tan-National Development and Social Fund u x-xogħol preparatorju biex jitwaqqaf in-National Development Bank minbarra t-tisħiħ tal-Awtonomija Parlamentari u l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Huwa ma kkontestax l-Elezzjonijiet Ġenerali 2017 għal raġunijiet personali imma l-Prim Ministru għażlu bħala Konsulent tiegħu.

Huwa sar Kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika ta' Malta nhar it-13 ta' Diċembru 2017.

Grech għandu 3 ulied: Xandru, Francesca u Louisa miż-żwieġ tiegħu mal-poetessa Maria Grech Ganado.




#Article 220: Kim Jong-il (418 words)


Kim Jong-il 김정일 (Khabarovsk, 16 ta' Frar 1941 – 17 ta' Diċembru 2011) kien l-kap de facto tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (magħrufa aħjar bħala l-Korea ta' Fuq). Hu kien s-suċċessur ta' missieru Kim Il-sung, illi ggverna lill-Korea ta' Fuq mill-1948 sal-mewt tiegħu fl-1994. Huwa kien l-president tal-Kummissjoni ta' Difiża Nazzjonali u segretarju tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Barra minn hekk, hu hu wkoll il-kmandant tal-Armata Popolari tal-Korea, ir-raba' l-ikbar armata fid-dinja.

F'April tal-2009, il-kostituzzjoni tal-Korea ta' Fuq ġiet emendata sabiex issejjaħlu l-Kap Suprem, u xi drabi wkoll bħala l-Kap l-Għażiż.

Arkivji Sovjetiċi juru li Jong-il twieled f'kamp militari qrib Khabarovsk, fl-1941, fejn missieru, Kim Il-sung kien qiegħed imexxi l-ewwel Battaljun tat-88 Brigata Sovjetika, magħmula minn Ċiniżi u Koreani eżiljati. Ommu Kim Jong-sul kienet l-ewwel mara ta' Il-sung. Matul iż-żgħożija tiegħu fl-Unjoni Sovjetika, Jong-il kien magħruf bħala Yuri Irsenovich Kim (Юрий Ирсенович Ким), fejn ħa mill-isem bir-Russu ta' missieru, Ir-sen.

Il-bijografija uffiċjali ta' Jong-il tgħid li hu twieled f'kamp militari sigriet fil-Muntanja Baekdu (백두산) fil-Korea fis-16 ta' Frar 1942. Il-bijografiji uffiċjali jgħidu li t-twelid tiegħu fuq il-Muntanja Baekdu kienet prevista minn ħuttaf, u mħabbra minn qawsalla doppja fuq il-muntanja u stilla ġdida fis-sema.

Fl-1945, Jong-il kellu tlieta jew erba' snin (skont is-sena tat-twelid tiegħu) meta t-Tieni Gwerra Dinjija spiċċat u Korea reġgħet kisbet l-indipendenza mill-Ġappun. F'Settembru ta' dik is-sena, missieru rritorna lura lejn Pyongyang u lejn l-aħħar ta' Novembru Jong-il reġa' lura lejn il-Korea permezz ta' bastiment Sovjetiku li trakka f'Sonbong. Il-familja ttrasferixxiet f'palazz f'Pyongyang li qabel kien ta' uffiċċjal Ġappuniż, bi ġnien u pixxina. Ħu Jong-il, Shura Kim (l-ewwel Kim Jong-il, imma magħruf aħjar bil-laqam Russu tiegħu), għereq hemmhekk fl-1948. Ċerti rapporti infundati jgħidu li kien Jong-il, li kellu ħames snin, li kkawża dan l-aċċident. Fl-1949, ommu mietet waqt li kienet qed twelled; rapporti jgħidu li ommu setgħet ġiet maqtula u tħalliet tmut.

Skont il-bijografija uffiċjali tiegħu, Jong-il kompla l-kors ta' edukazzjoni bażika bejn Settembru 1950 u Awwissu 1960. Hu attenda l-Iskola Primarja Nru. 4 u l-Iskola Sekondarja Nru. 1 f'Pyongyang. Din hi kkuntrastata mal-verżjoni ta' akkademiċi barranin li jemmnu li aktarx li hu rċieva l-edukazzjoni bikrija tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bħala prekawzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tiegħu matul il-Gwerra Koreana.

Waqt li kien l-iskola, Jong-il kien involut fil-politika. Hu kien attiv fi ħdan l-Unjin taż-Żgħażagħ u l-Lega taż-Żgħażagħ Demokratiċi (DYL), fejn ħa sehem fi gruppi ta' studju tat-teorija politika Marksista u letteratura oħra. F'Settembru tal-1957 hu sar viċi-president tal-fergħa DYL tal-iskola sekondarja tiegħu. F'din il-kariga hu instiga programm ta' anti-fazzjożità u qalb sħabu tal-klassi prova jinkoraġġixi iktar edukazzjoni ideoloġika.




#Article 221: Kristofru Kolombu (263 words)


Kristofru Kolombu (c. 1451 – 20 ta' Mejju, 1506) kien esploratur Taljan li qasam l-Oċejan Atlantiku u skopra l-Americas fit-12 t`Ottubru, 1492.

Kristofru Kolombu kien żagħżugħ qalbieni li dejjem ħabb l-avventura. Hu xtaq li jsib triq ġdida lejn il-Lvant billi jbaħħar fl-Oċejan Atlantiku li dwaru ftit li xejn kien magħruf. It-twettiq ta' din il-ħolma kellha tbiddel il-mappa tad-dinja.Aktarx li twieled f'Ġenwa fl-1451 u beda jbaħħar meta kien għadu tfajjel. Kien iħobb jaqra ħafna l-aktar dwar il-vjaġġi. Il-vjaġġi ta' Marku Polo qanqlu lil Kolumbu biex imur ifittex hu wkoll.

Meta r-Re tal-Portugal ma laqax it-talba tiegħu għall-għajnuna biex jaqsam l-Atlantiku, telaq lejn Spanja. L-għorrief Spanjoli bdew jisimgħuh iżda ftit tawh widen. Fl-1492, wara seba` snin ta' taħbit, Kristofru Kolombu ngħata permess biex ibaħħar taħt il-bandiera Spanjola. Fil-bidu t`Awwisu tal-istess sena, tliet karavelli tħejjew għall-vjaġġ. L-ekwipaġġ kien imħallat. Kien hemm nies ta' qattagħni, ħabsin, u oħrajn li ħsiebhom kien li jistagħnew fi żmien qasir. Maż-żernieq tal-Ġimgħa, it-3 ta` Awwisu, il-mirkeb Santa Marija (bastiment) baħħar mill-port ta' Palos, li jinsab fi Spanja, flimkien man-Niña u l-Pinta. Telqulha lejn il-Gżejjer Kanarji u l-ewwel vjaġġ beda fis-6 ta' Settembru.

Is-Santa María kienet tiżen biss madwar mitt tunnellata u kellha ekwipaġġ ta' erbgħin baħri biss. Iżda il-fidi qawwija ta' bniedem bħal Kolombu ma naqset qatt. Il-qlubija tiegħu ħeġġet lin-nies għal sforzi kbar.

Wara bosta jiem ta' tħabbir, bdew jidhru xi friegħi u ħaxix tal-baħar frisk jgħumu f`wiċċ l-ilma, u xi għasafar tal-passa għaddew mil-qrib ukoll. Kienu sinjali ċari li xi art kienet fil-qrib. Fit-12 ta' Ottubru, sebgħin jum wara li kienu telqu minn Spanja, imstemgħet għajta minn baħri l-art...




#Article 222: Mammiferu (4321 words)


Il-Mammiferi (klassi Mammalia) huma klassi bijoloġika ta' annimali vertebrati, ikkaratterizzati bil-preżenza ta' glandoli tal-għaraq (inklużi dawk il-glandoli tal-għaraq li fin-nisa huma mmodifikati b'tali mod li jipproduċu l-ħalib, 'l hekk imsejjħa glandoli mammarji), xagħar (suf, pil jew fer), tliet għadmiet fil-widna nofsanija (li huma wżati fis-smigħ), u b'parti fil-moħħ imsejħa in-neokortiċi. 

Il-mammiferi kollha minbarra il-monotremati minflok ibidu l-bajd, iwelldu iż-żgħar tagħhom mal-ewwel ħajjin u l-Plaċentati. li huma l-akbar grupp fil-klassi Mammalia, tul it-tqala jew il-ġestazzjoni tagħhom jagħmlu użu minn plaċenta. 

Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom ukoll snien speċjalizzati u moħħ li jirregola is-sistema endotermika (din hija s-sistema li tirregola it-temperatura tal-ġisem u b' hekk il-mammiferi jissejħu annimali ta' demmhom sħun) u s-sistema ċirkolatorja, li tinkludi qalb maqsuma f' 4 kavitajiet.

Mammiferi hemm 'il fuq minn 5,500 speċi (inkluż il-bniedem li jagħmel parti mill-ordni Primates). Id-daqs tagħhom ivarja minn dak tal-farfett il-lejl imnieħer il-qażquż ta' Kitti li ma jikbirx aktar minn 40 millimetru u dan huwa meqjus bħala l-iżgħar jew wieħed mill-iżgħar mammiferi ħajjin, għall-akbar mammiferu u l-akbar annimal li qatt eżista fid-dinja, l-baliena kaħla li kapaċi tilħaq it-tul ta' 33 metru. Dawn il-mammiferi qegħdin imqassmin bejn wieħed u ieħor f' 1,200 ġeneru, f' 153 familja u f' 29 ordni, għalkemm dan ivarja minn klassifikazzjoni għal oħra u tagħmel differenza kbira ma' liema skema wieħed jimxi.

Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi jagħmlu parti mill-grupp tal-plaċentati jew kif jissejħu ukoll ewterjani. L-akbar 6 ordnijiet f' din is-sottoklassi huma, ir-Rodenzja (il-mammiferi gerriema, bħall-iskojjatli, il-kastori, il-ġrieden u l-firien), il-Kiroptera (il-mammiferi li jtiru tajran ta' veru bħal-friefet il-lejl u l-volpijiet tal-ajru), il-Primati (il-mammiferi primati bħal-galaguni, il-lemuri, it-tarsieri, ix-xadini tad-dinja l-ġdida bħal-marmosetti u t-tamarini, ix-xadini tad-dinja il-qadima bħal-mandrilli u l-makakki u x-xadini antropomorfi jew xadini bla-denb bħal-gibbuni, l-orangutani, il-gorilli, iċ-ċimpanzè il-bonobo u l-bniedem), is-Sorikomorfa (il-mammiferi insettivori bħal-ġriedem ta' geddumhom twil, is-solenodonti, it-talpi u t-tażmani), iċ-Ċetarzjodaktila (il-mammiferi tad-dwiefer biż-żewġ bħaċ-ċriev, in-nagħaġ, il-mogħoż u l-baqar, flimkien maċ-ċetaċi bħal-baleni, d-dniefel u l-foċeni) u l-Karnivora (il-mammiferi il-jieklu l-laħam bħal-klieb, il-qtates, l-orsijiet, il-panda ż-żgħir, il-bumerini u l-iljuni tal-baħar),.

Filoġenetikament il-klassi Mammalia tiġi definita bħala d-dixxendenti kollha tal-antenat komuni l-aktar reċenti tal-prototerjani jew monotremati (eż. l-ekidni u l-platipi) u terjani (il-marsupjali jew metaterjani u l-plaċentati jew ewterjani). Dan ifisser li wħud mill-gruppi estinti tal-mammiferi m'humiex membri tal-klassi Mammalia, avolja l-parti l-kbira ta' dawn għandhom il-karatteristiċi kollha li tradizzjonalment kienu jikklassifikawhom bħala mammiferi. Normalment dawn il-mammiferi llum il-ġurnata saru jiġu kklassifikati bħala parti mil-klad bla rank imsejjaħ Mammaliaformes.

Il-linja tad-dixxendenza tal-mammiferi iddiverġiet minn dik tas-sawropsidi lejn it-tmiem tal-perjodu Karboniferu. Is-sawropsidi komplew evolvew fir-rettili u fl-għasafar moderni tal-ġurnata tal-lum, filwaqt li mil-fergħa tas-sinapsidi li ddiverġiet minn dik tas-sawropsidi evolvew il-mammiferi. L-ewwel mammiferi veri dehru għall-ewwel darba fil-perjodu Ġurassiku. L-ordnijiet tal-mammiferi moderni dehru fl-epoki tal-Palaeoċen u l-Eoċen tal-perijodu Palaeoġen. 

L-ispeċi tal-mammiferi ħajjin tal-llum il-ġurnata, jistgħu jiġu iddentifikati mil-presenza tal-glandoli tal-għaraq, inklużi dawk speċjalizzati li fin-nisa jirriproduċu l-ħalib.

Madankollu, hemm bżonn ta' fattizzi oħra biex wieħed jikklassifika il-fossili, peress li dawn il-glandoli huma maghmulin minn tessut jew materjal organiku artab u m' humiex viżibli fil-fossili. Il-Paleontoloġisti jużaw fattizz distintiv maqsum bejn il-mammiferi ħajjin kollha saħansitra il-monotremi, iżda li m' huwiex preżenti fl' ebda Sinapsidu ta' minn kmieni fil-bidu tat-Trijassiku: fis-smiegħ il-mammiferi jużaw 2 għadmiet partikolari li l-antenati tagħhom kienu jużawhom biex jieklu. Is-Sinapsidi tal-bidu nett kellhom il-ġog tax-xeddaq maghmul mill-artikolarja (għadma żgħira fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' isfel) u l-kwadrata (għadma żgħira oħra fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' fuq). Il-maġġor parti tar-rettili u tas-sinapsidi mhux mammiferi jużaw din is-sistema inklużi il-gremxul, il-kukkudrilli, d-dinosawri (u d-dixxendenti tagħhom l-għasafar), u t-terapsidi (rettili qieshom mammiferi). Il-Mammiferi għandhom il-ġog tax-xedaq kemmxejn differenti, għaldaqstant, dan huwa ffurmat mid-dentarja biss (l-ghadma tax-xedaq ta' isfel li fiha hemm is-snien) u mill-iskwamosali (għadma żgħira oħra tal-kranju). Fil-mammiferi iż-2 għadmiet imsejħa kwadrata u artikolarja saru l-inkwina incus u l-martell malleus fil-widna nofsanija. Nota: sinapsidi mhux mammiferi hawn fuq timplika li l-mammiferi huma sottogrupp tas-sinapsidi, u dan huwa eżattament x' tgħid li huma l-kladistika.

Il-mammiferi għandhom ukoll kondila oċċipitali doppja: huma għandhom 2 għoqiedi mghadma qieshom pumi fil-bażi tal-kranju li jidħlu eżatt fl-għola vertebra tal-għonq, filwaqt li l-vertebrati 'l oħra għandhom kondila oċċipitali waħda. Il-Paleontoloġisti jużaw biss il-ġok tax-xedaq u l-widna nofsanija bħala kriterju jew prinċipju biex jidentifikaw il-mammiferi fossili, biex tiġi evitata konfużjoni żejda meta jinsab fossilu b' wieħed mil-fattizzi biss.

Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom 7 vertebri ċervikali (vertebri tal-għonq), inklużi il-friefet il-lejl, ġiraffi, ġrieden u l-bniedem. Ftit eċċezjonijiet huma l-lamantini u l-għażżenin jew kif inhuma maghrufin ukoll il-bradipi ta' żewġt iswaba li għandhom 6 vertebri ċervikali u dawk ta' 3 iswaba li għandhom 9 vertebri ċervikali.

Il-mammiferi għandhom ukoll 3 għadmiet f'kull widna (l-inkwina, il-martell u l-istaffa) u għadma 1 biss fuq kull naħa tax-xedaq t'isfel tal-ħalq id-dentarja, l-bqija tal-vertebrati kollha l-oħra li għandhom il-widnejn għandhom għadma 1 biss f'kull widna u minn tal-inqas 3 għadmiet oħra fuq kull naħa tax-xedaq.

Il-pulmuni tal-mammiferi, magħmulin minn tessut qiesu sponża u miksi bit-tessut epiteljali. Dan tal-aħħar għandu l-għamla ta' xehda tal-għasel u t-total tal-erja tas-superfiċi tiegħu hija hafn' akbar minn dik tal-erja superfiċali tal-pulmuni infishom minn naħa ta' barra. L-għamla tal-pulmuni tal-bniedem huma tipikament minn dan it-tip ta' pulmun. 

Id-dijaframma fil-qiegħ tat-toraċi huwa l-muskolu prinċipali li jmexxi n-nifs. Il-kontrazzjoni tad-dijaframma tiġbed l' isfel il-qiegħ tal-kavita fejn qiegħed magħluq il-pulmun. L-arja b' hekk tidħol vija il-kavitajiet orali (mil-ħalq) u nasali (mil-imnieħer): minn hemm tibqa sejra vija l-larinġi għal fit-trakea, li tinferaq fi bronki. Ir-rilassament tad-dijaframma għandu l-effett oppost u waqt nifs normali din tmur lura f' posta passivament. Matul l-eżerċizju fisiku, d-dijaframma ż-żid il-kontrazzjonijiet (tinġibed u tirrilassa) biex l-arja tkun tista tidħol u toħroġ b' mod aktar mgħaġġel u b' aktar saħħa. Il-qafas tas-sider inifsu sa ċertu punt jista jiċċkien u jespandi ukoll, dan permezz ta' muskoli repiratorji u aċċessorji oħrajn. Dan it-tip ta' pulmun mgħaruf bħala pulmun minfaħ dan ġej mix-xebħ mal-minfaħ tal-ħaddid.

Il-qalb tal-mammiferi hija maqsuma f' 4 kavitajiet: l-atriju tal-lemin, il-ventrikolu tal-lemin, l-atriju tax-xellug u l-ventrioklu tax-xellug. 

L-atriji huma l-kavitajiet li jirċievu id-demm u l-ventrikoli huma l-kavitajiet li jippompjaw id-demm għal pulmuni u l-ġisem. 

Fid-daqs il-ventrikoli huma akbar mill-atriji u l-ħitan tagħhom huma eħxen, għax hemm bżonn ta' muskoli akbar biex id-demm jiġi ippompjat b' saħħa biżżejjed minn ġewwa l-qalb għal madwar il-ġisem u l-pulmuni. 

Id-demm deossiġenat mil-ġisem jidħol fl-atriju tal-lemin, dan jiġi ppompjat fil-ventrikolu tal-lemin. Il-ventrikolu tal-lemin jippompja d-demm fil-pulmuni, fejn id-dijossidu tal-karbonju jintefa 'l barra u minfloku jiġi assorbit l-ossiġnu. 

Mil-pulmuni, id-demm ossiġenat jidħol fl-atriju tax-xellug, fejn minn hemm jiġi ppompjat fil-ventrikolu tax-xellug ('l akbar u 'l aktar b'saħħtu mill-4 kavitajiet), minn hawn jinfirex mal-ġisem kollu inkluża l-qalb inifisha.

L-imħuħ tal-mammiferi kollha għandhom in-neokortiċi, din hija parti jew reġjun tal-moħħ li tinsab esklużivament fil-moħħ tal-mammiferi biss.

Il-mammiferi għandhom sistema integumentarja li tikkonsisti minn 3 saffi: is-saff ta' barra jissejjaħ l-epidermide, is-saff nofsani jissejjaħ id-derma u s-saff ta' taħt jissejjaħ l-ipoderma. Din il-karatteristika m' hijiex unikament tal-mammiferi, għax tinsab fil-vertebrati kollha.

L-epidermide normalment tkun ħoxna bejn 10 u 30 ċellula; il-funzjoni prinċipali tal-epidermide hija li tipprovdi saff bħala protezzjoni li ma' jagħddix ilma minnu. Filwaqt li ċ-ċelluli tan-naħa ta' barra l-ħin kollu jmutu u jintilfu, ċ-ċelluli tal-qiegħ kostantement jinqassmu u jimbuttaw il-fuq. Is-saff nofsani, 'l hekk imsejjaħ derma, huwa bejn 15 u 40 darba eħxen mill-epidermide. Id-derma magħmula minn ħafna komponenti differenti bħal strutturi mgħadma u kanali tad-demm. L-ipoderma huwa saff magħmul minn tessut adipus. Il-funzjoni prinċipali ta' dan is-saff huwa li jaħżen il-lipidi (xaħam) u jipprovdi lqugħ artab u insulazzjoni. Il-ħxuna ta' dan is-saff ivarja ħafna minn speċi għal oħra. 

Għalkemm il-mammiferi u annimali oħra għandhom dawk li jissejjħu cilia li superfiċjalment jixbħu ix-xagħar, 'l ebda annimal ieħor minnbarra l-mammiferi m' ghandhom ix-xagħar veru. Din hija karatteristika definittiva u unikament ta' din il-klassi ta' vertebrati. Għalkemm uħud mil-mammiferi għandhom ftit li xejn xagħar, ħlief f' partijiet mistura ta' ġisimhom, meta jkun hemm eżaminazzjoni fir-reqqa din il-karatteristika tidher biċ-ċar. 

Dan ix-xagħar fl' ebda speċi ta' mammiferu magħruf xjentifikament ma' jieħu lewn naturali ta' blu jew aħdar, għalkemm il-ġilda f' uħud miċ-ċetaċi u fil-mandrilli għandha tonalitajiet ta' blu. Fost il' ħafna mammiferi li jiġu deskritti bħala speċi bil-pil, fer jew xagħar blu fil-każi kollha magħrufa nstab li kienu dejjem tonalitajiet differenti ta' griż. L-Għażżien ta' żewġ swaba u l-ors polari jista jagħti l-każ li l-fer tagħhom ikun ikanġi fl-aħdar, iżda dan il-kulur m' huwa xejn ħlief l-alga li tikber madwar ix-xagħar u l-pil tagħhom.

Il-maġġor parti tal-mammiferi jwelldu l-wild tagħhom ħaj u dan jissejjaħ viviparija, iżda mhux kollha, uħud minnhom għadhom ibidu l-bajd u dawn huma l-ispeċi kollha tal-ordni Monotremata (jew f' xi klassifikazzjonijiet l-ispeċi kollha tal-ordnijiet Platipoda u Takiglossa) għadhom ibidu l-bajd. Speċi waħda partikolari fost dawn il-monotremati 'l hekk imsejjaħ platipu jew ornitorinku (li huwa l-uniku speċi fl-ordni Platipoda), jippreżenta fiħ determinazzjoni sesswali unika, li taħt ċertu aspetti tixbaħ dik tal-għasafar. It-twelid ta' wild ħaj jew il-viviparija huwa effettwat ukoll minn speċi oħrajn li m' humiex mammiferi, bħal klieb il-baħar ta' rashom martell u uħud mill-ispeċi ta' sriep u gremxul u b'hekk din m' hijiex meqjusa bħala karatteristika ewlennija tal-mammiferi biss.

Il-mammiferi għandhom ukoll il-glandoli tal-għaraq, fattizz distintiv li jinstab fihom biss. Uħud minn dawn il-glandoli evolvew b' tali mod li jipproduċu l-ħalib (dawn jissejħu glandoli mammarji), likwidu abjad li jservi bħala sors ewlennija ta' nutrizzjoni taż-żgħar tagħhom. Il-monotremati li ddiverġew minn kmieni ħafna mil-mammiferi 'l oħrajn, għalkemm m' għandhomx beżżula jew nipil minn fejn inixxi l-ħalib, xorta waħda mgħamra bil-glandoli mammarji u jipproduċu l-ħalib għal-wild tagħhom.

Kważi l-mammiferi kollha huma endotermiċi u l-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmra bix-xagħar, pil, suf jew fer biex jgħinhom iżommu sħan. Il-mammiferi bħall-għasafar jistgħu jkunu attivi f' temp u klimi kesħin fejn rettili u insetti kbar ma jistgħux. 

L-Endotermija titlob ħafna enerġija, b' hekk meta mammiferu jkun imqabbel ma rettilu tal-istess piż għandu bżonn jiekol hafn' aktar minn dan tal-aħħar. Dan jidher 'l aktar fil-mammiferi insettivori ż-żgħar fejn l-ammont ta' ikel li jieklu huwa enormi meta ikkumparat mad-daqs tagħhom.

Eċċezzjoni rari għal dan kollu huwa l-far talpa erwien li huwa mammiferu ektotermiku (demmu kiesaħ). L-għasafar huma endotermiċi ukoll, b' hekk l-endotermija m'hijiex fattur esklusivament tal-mammiferi.

F' mammiferi intelliġenti, bħal pereżempju il-primati, iċ-ċerebru (il-parti prinċipali tal-moħħ) huwa relativament akbar meta mqabel mal-kumplament tal-moħħ. L-intelliġenza fija infisha m' hijiex faċli biex tiddefinija, iżda indikazzjoni ta' intelliġenza tinkludi l-abilita tat-tagħlim, flimkien mal-flessibilita fl-imġieba. Pereżempju il-firien, huma kkunsidrati bħala mammiferi intelliġenti ħafna għax kapaċi jitgħalmu u jtemmu biċċa xogħol ġdida, abilita importanti meta huma jikkolonizzaw abitat jew ambjent ġdid. F' uħud mil-mammiferi, l-qabda, l-ġabra, u l-ħażna tal-ikel tidher relatata mal-intelliġenza: iċ-ċerv li jiekol il-pjanti għandu moħħu relativament iżgħar minn dak ta' qattus li jrid jaħseb kif ħa jagħmel biex jgħeleb il-priża tiegħu.

Il-mammiferi kollha evolvew minn antenati b' 4 saqajn. Dawn jużgħu riġlejhom u dirgħajhom kemm għal-mixi, għal-għawm, għal-qbiż, għat-tajran, għat-tħaffir, kif ukoll għat-tixbit. 

Uħud mill-mammiferi għandhom swaba li jkabbru d-dwiefer u l-hwiefer biex jixxabtu u jiġru rispettivament filwaqt li l-mammiferi akkwatiċi jew tal-baħar bħal balieni, dniefel u bumerini għandhom pinen li evolvew minn riġlejn u digħrajn.

L-ispeċjalizzazzjoni fil-preferenza tal-abitat kienet akkumpanjata ma' ħafna adattazzjonijiet fil-lokomozzjoni. Il-mammiferi terrestri għandhom numru ta' modi differenti ta' progressjoni u tħarrik. L-istokk tal-mammiferi primittivi kien jimxi b' mod plantigrad, iġifieri, bid-diġitali (l-għadam tas-swaba), bl-għadam tas-sieq in-nofsanija u b' xi partijiet mill-għakset is-sieq u l-polz ċatti jew imissu mal-art. Ir-riġlejn tal-mammiferi ambulatorji huma tipikament mobbli u għandhom kapaċità ta' rotazzjoni konsiderevoli.

Il-mammiferi mmodifikati għall-ġiri jissejħu kursorji. Il-qagħda ta' speċi kursorji tista tkun jew diġitigradali (bid-diġitali kompletament imissu mal-art bħal fil-klieb u l-qtates) jew unguligradali (il-ponot tad-diġitali biss bil-kuntatt mal-art bħal fiż-żwiemel u ċ-ċriev). Fi gruppi avvanzati il-moviment tar-riġlejn ikun il-quddiem u lura fuq pjan wieħed.

Il-lokomozzjoni saltatorjali (xi kultant imsejjħa rikoċetali ukoll) jew qabbiżija, evolvit kemm il darba f' bosta gruppi ta' mammiferi mhux relatati (eż. uħud mil-marsupjali, il-lagomorfi, u bosta gerriema ta' nisel indipendenti). Din it-tip ta' lokomozzjoni tinsab mifruxa l-aktar fost dawk l-speċi li jgħixu f' abitat jew f' ambjent miftuħ. Il-Mammiferi qabbiżin normalment ikunu mgħammrin b' par saqajn ta' wara tawwalin u plantigradi, b' par idejn qosra, u b' denb twil ħafna għal bilanċ. L-evoluzzjoni konverġenti fl' adattament għal dan it-tip ta' abitat partikolari, ikkontribwixxit ħafna fix-xebħ ekoloġiku tal-fawna tal-mammiferi f' bosta reġjuni.

Bosta speċi ta' mammiferi minn ordnijiet differeneti kisbu piż u daqs enormi (eż. l-iljunfanti, l-ippopotami u r-rinoċerontijiet). Dawn il-mammiferi, ikkonverġew kollha kemm huma għal tip ta' mixi tqil u goff, lokomozzjoni speċjalizzata magħrufa bħala lokomozzjoni graviportali. F' dawn l-ispeċi ma kienx hemm tnaqqis fin-numru tas-swaba u dawn qegħdin mifruxin f' ċirku madwar il-fus tar-riġel bħal pedestal ta' kolonna u dankollu għas-support massimu u totali.

Fil-klassi Mammalia hemm bosta speċi li huma totalment jew semi-akkwatiċi. L-ordni Sirenja (li jiġbor fiħ il-baqar tal-baħar, speċi erbivori jew mammiferi li jieklu l-pjanti), l-ordni Ċetaċea (li jiġbor fiħ il-balieni, d-dniefel u l-foċeni, speċi karnivori) u l-lontra tal-baħar jew kif tissejjaħ ukoll ottarja tal-baħar (speċi b' dieta bbażata fuq ħut u invertebrati tal-baħar li tagħmel parti mill-ordni Karnivora) huma 3 gruppi totalment akkwatiċi u huma dippendenti għal-ambjent tal-ilma kemm għal-support mekkaniku kif ukoll għall-insulazzjoni termali tul l-istadji kollha ta' ħajjithom saħħansitra anke waqt it-twelied tal-frieħ. 

Filwaqt li uħud mill-ispeċi semi-akkwatiċi (eż. il-lontri, il-griedem ta' geddumhom twil tal-ilma u l-far tal-misk tal-ilma), baqgħu simili ħafna tal-ispeċi terrestri li huma relatati fil-qrib tagħhom, l-ispeċi semi-akkwatiċi tal-familji Odobenidae (morsa jew walrus), Otariidae(bumerini tal-widnejn) u Phocidae (bumerini ta' veru), kellhom bidla morfoloġika radikali tant li jitilgħu lura fuq l-art għal żmien qasir tan-ngħamra u għat-twelied u t-trobbija tal-frieħ. 

Grazzi għall-ispinta statika li joffri l-ilma, l-baleni evolvew fl-akbar mammiferi u fl-akbar annimali li qatt eżistew fuq wiċċ id-dinja.

L-uniċi mammiferi li ġie osservat fihom it-tajran ta' veru, huma l-ispeċi kollha tal-ordni Kiroptera, li huwa maqsum f' 2 sottordijiet; il-Mikrokiroptera li jilqa fih il-biċċa l-kbira tal-ispeċi (madwar 80%) li jissejjħu friefet il-lejl u l-Megakiroptera li jilqa fih il-kumplament tal-ispeċi li jissejjħu volpijiet li jtiru jew volpijiet tal-ajru. L-ordni Kiroptera huwa wieħed mill-aktar ta' suċċess u jinkludi fih madwar 20% (kważi 1 minn kull 5 mammiferi) tal-ispeċi tal-klassi Mammalia. 

Il-mammiferi bħall-planaturi marsupjali tal-ordni Diprodonzja, l-iskojjatli li jtiru jew skojjatli tal-ajru tal-ordni Rodenzja u l-kolugi tal-ordni Dermoptera huma meqjusa aktar jew jaqagħu fil-klassifikazzjoni tal-mammiferi planaturi.

Biex tinżamm it-temperatura tal-ġisem il-ħin kollu għolja f' termini ta' enerġija din tiġi għalja, b' hekk il-mammiferi għandhom bżonn dieta nutrijenti u abbundanti. Filwaqt li l-ewwel mammiferi kienu probabilment predaturi, minn dak iż-żmien 'l hawn ħafna speċi biex jissodisfaw il-bżonnijiet dietetiċi tagħhom adattaw ruħhom f' modi differenti. Uħud jieklu annimali oħra u din tissejjaħ dieta karnivora li tinkludi fija id-dieta insettivora. Mammiferi oħrajn, 'l hekk imsejjħa erbivori, jieklu il-pjanti. Din id-dieta erbivora tinkludi fija sottotipi ta' dieti speċjalizzati bħal pereżempju dik frottivora (annimali li jieklu l-frott) u dik folivora (annimali li jieklu l-weraq). Il-mammiferi omnivori huma l-ispeċi kollha li kapaċi jieklu t-2 li huma kemm annimali oħrajn kif ukoll pjanti. 

Il-mammiferi karnivori għandhom apparat diġestiv sempliċi, dan għaliex il-proteini, il-lipidi u l-minerali misjuba fil-laħam f' termini ta' diġestjoni ma għandhom bżonn xejn speċjali. Minn naħa 'l oħra l-pjanti, magħmula minn karbodrati kumplessi, bħaċ-ċellulosa. L-apparat diġestiv ta'l- erbivori b'hekk huwa mgħammar b' batteri li kapaċi jiffermentaw dawn is-sustanzi u b' hekk vijabli għad-diġestjoni. Dawn il-batteri jkunu miżmuma jew fi stonku maqsum f' ħafna kavitajiet jew f' musrana għamja kbira. Ġeneralment id-daqs tal-annimal huwa fattur li jiddetermina it-tip ta' dieta tal-ispeċi ikkonċernata. Peress li l-mammiferi żagħar għandhom proporzjon għolja ta' superfiċi li titlef is-sħana meta mqabla mal-volum li jiġġenera s-sħana, dawn għandhom tendenza li jkollhom bżonn kwantita kbira ta' enerġija u rata metabolika għolja ħafna. 

Il-mammiferi li jiżnu bejn wieħed u ieħor anqas minn 500 gramma huma ġeneralment insettivori għax mhumiex kapaċi jittoleraw il-proċess tant bil-mod u kumpless ta' erbivoru. Minn naħa 'l oħra annimali akbar jiġġeneraw aktar sħana u tintilef ħafn' anqas faċilment, b' hekk dawn kapaċi jittoleraw jew proċess ta'kaċċa aktar moderata (dawk li jikkaċċaw fuq vertebrati akbar) jew proċċess ta' diġestjoni aktar bil-mod (dawk li għandhom dieta erbivora). Madankollu hemm ta' minn iżid, li l-mammiferi li jiżnu 'l fuq minn 500 gramma m' humiex kapaċi jaqbdu biżżejjed insetti matul is-sigħat li jkunu attivi biex isostnu lilhom infushom. 

L-uniċi mammiferi insettivori kbar huma dawk li jikkaċċaw fuq kolonji enormi ta' insetti, bħal tan-nemel u t-termiti.

L-evoluzzjoni tal-mammiferi minn sinapsidi, magħarufin ukoll bħala rettili qieshom mammiferi, kien proċess gradwali li ħa bejn wieħed u ieħor 70 miljun sena, mil-Permjan nofsani sal-Ġurassiku nofsanu u sa nofs it-Trijassiku kien hemm ħafna speċi li fid-dehra kienu qieshom mammiferi. Ta' minn jinnota ukoll li s-sinapsidi m' humiex affattu rettili, iżda jagħmlu parti minn fergħa distinta tat-tetrapodi.

L-ewwel vertebrati kompletament terrestri kienu amnijoti, il-bajd tagħhom kellhom membrani interni li permess tagħhom l-embrijuni kienu jkunu jistgħu jieħdu l-arja, iżda mingħajr ma jitlilfu l-ilma minn ġewwa. Dan kollu ippermetta lill-amnijoti li jkunu jistgħu jbidu fuq l-art xotta, filwaqt li l-amfibjani ġeneralment għandhom bżonn ibidu l-bajd tagħhom fl-ilma.

L-ewwel amnijoti apparentement dehru għall-ewwel darba tard fil-Karboniferu. Fi ftit miljuni ta' snien inħolqu 2 fergħat distinti u ferm importanti ta' amnijoti: is-sinapsidi, minn liema iddixxendew il-mammiferi u s-sawropsidi, minn liema iddixxendew il-gremxul, is-sriep, il-kukudrilli, d-dinosawri u l-għasafar. l-istruttura oriġinali tal-kranju tas-sinapsidi għandha toqba waħda fuq in-naħa ta' wara ta' kull għajn, f' pożizzjoni kemxejn fil-baxx.

Grupp wieħed partikolari ta' sinapsidi, il-pelikosawri, kienu l-aktar vertebrati komuni fuq wiċċ l-art fil-bidu tal-Permjan u l-grupp kien jinkludi fih l-akbar annimali terrestri ta' dak iż-żmien.

It-terapsidi ddixxendew mil-pelikosawri fil-Permjan nofsani madwar 250 miljun sena ilu, u dawn ħadu l-pożizzjoni ta' vertebrati terrestri dominanti. It-terapsidi kienu jiddistingwu ruħhom mil-pelikosawri b' diversi fattizzi fil-kranju u fix-xedaq, bħal tieqa temporali akbar u inċisivi li kienu tal-istess daqs. It-terapsidi għaddew minn serje twila ta' stadji, minn dawk l-ispeċi tal-bidu li kienu jixbħu l-antenati tagħhom il-pelikosawri, għal dawk tal-aħħar li kienu s-sinodonti tat-Trijassiku, li uħud minn dawn huma simili ferm tal-mammiferi:

L-Estinzjoni tal-Permjan u t-Trijassiku temmet id-dominanza tat-terapsidi u kmieni fit-Trijassiku in-niċeċ kollha tal-annimali terrestri ta' daqs medju għal dawk kbar ġew meħuda mill-arkosawri, li kienu l-anntenati tal-kukudrilli, pterosawri, dinosawri u tal-għasafar. Wara din il' bidla Trijassika is-sinodonti u d-dixxendenti tagħhom setgħu jgħixu biss primarjament fi ftit niċeċ bħala annimali insettivori ta' daqs żgħir u notturni (attivi prinċimalment matul il-lejl). Filfatt jista jagħti l-każ li dan kollu għen biex tkun aċċelerata l-evoluzjoni tal-mammiferi (eż., is-sinodonti li ssopravivew u d-dixxendenti tagħhom kellhom jevolvu lejn l-endotermija dan għaliex id-daqs żghir tagħhom kien jitlef is-sħana malajr speċjalment huma li kienu attivi prinċipalment matul il-lejl).

L-ewwel mammfieri ta' veru dehru għall-ewwel darba kmieni fil-Ġurassiku, aktar minn 70 miljun sena wara id-dehra tal-ewwel terapsidi u bejn wieħed u ieħor 30 miljun sena wara l-ewwel speċi tal-grupp bla rank tal-Mammaliaformes. Ħadrokodjum jidher biċ-ċar li kien f' nofs it-transizzjoni lejn stat ta' mammiferu ta' veru u nfatti dan kien mgħammar bil-ġog tax-xedaq bħal tal-mammiferi (magħmul mid-dentarja u l-għadam skwamosali, iżda hemm dibattiti għaddejjin fuq jekk il-widna nofsanija hijiex kompletament bħal tal-mammiferi).

Tejnolofos (Teinolophos) li huwa L-ewwel monotremat magħruf xjentifikament, kien jgħix madwar 123 miljun sena ilu fl-Awstralja. Hemm probabilita li uħud mill-fattizzi tal-monotremati ġew immwirta mill-amnijoti oriġinali:

Għad-differenza ta' mammiferi oħrajn, il-monotremati nisa ma għandhomx bżieżel u jisqu liż-żagħar tagħhom billi fil-veru sens tal-kelma jorgħqu l-ħalib minn irqajja fuq iż-żaqq.

L-eqdem marsupjal magħruf xjentifikament huwa Sinodelfis (Sinodelphys) li kien misjub f' ġebla sedimentarja ta' żmien il-Kretaċeju ta' madwar 125 miljun sena ilu, fil-Provinċa ta' Liaoning fil-Grigall taċ-Ċina. Il-fossilu instab kważi komplut b' troffof tax-xagħar u stampar tat-tessut organiku artab.

L-Ewterjani (bhejjem ta' veru) huma kollha plaċentati, iżda l-għeqdem ewterjan magħruf, Eomaja (Eomaia), li kien misjub madwar 125 miljun sena ilu, fiċ-Ċina ukoll, għandu uħud mil-fattizzi jibħu jew qieshom aktar bħal dawk tal-marsupkali (il-metaterjani ħajjin)::

Sfortunatament għadu mhux ċert meta il-mammiferi plaċentati evolvew - l-għeqdem fossilu plaċentat magħruf u ndisputibli ġej minn kmieni fil-Paleoċen, wara l-estinzjoni tad-dinosawri.

Il-mammiferi u l-kważi-mammiferi espandew u nfirxu l' barra min-niċċa ta' insettivori notturni minn nofs il-Ġurassiku l' quddiem, pereżempju Kastorokawda (Castorocauda) kellu adattazzjonijiet għall-għawm, għat-tħaffir u għal-qbid tal-ħut.

Tradizzjonalment kien maħsub li fiċ-Ċenożojku wara l-estinzjoni tad-dinosawri, l-mammiferi kienu ħadu lura in-niċeċ ekoloġiċi tal-annimali medji u kbar, iżda wara dan iddersifikaw vera malajr, (eż., l-għeqdem speċi ta' farfett il-lejl magħruf xjentifikament huwa ta' madwar 50 miljun sena ilu, dan 15-il miljun sena biss wara l-estinzjoni tad-dinosawru~dinosawri. 

Minn naħa l' oħra studji reċenti fil-filoġenetika molekolari indikaw li l-biċċa l-kbira tal-ordnijiet tal-plaċentati infirdu bejn 100 u 85 miljun sena ilu, iżda urew ukoll li l-familji moderni dehru għal-ewwel darba bejn tard fl-Eoċen u kmieni fil-Mijoċen. Il-paleontoloġisti pero objettaw li 'l ebda foddilu tal-plaċentati ma nstab qabel it-tmiem tal-Kretaċju.

Matul iċ-Ċenożojku tfaċċaw ħafna gruppi ta' mammiferi li kienu ħafna akbar mill-eqreb ekkwivalenti moderni, iżda 'l ebda speċi minnhom ma kienet tlaħħaq jew tqarreb id-daqs tal-akbar dinosawru li kellhom l-istess jew tipi ta' dieti simili.

Il-fossili ta' Ħadrokodjum (Hadrocodium), liema huma ddatati bħala minn kmieni fil-Ġurassiku, jipprovdu l-ewwel evidenza ċara ta' ġogi kompletament żviluppati bħal dawk tal-mammiferi ta' veru.

Ġie ssuġġerit ukoll li l-funżjoni oriġinali tal-lattazzjoni (il-produzzjoni tal-ħalib) kienet oriġinat biex jinżamm il-bajd niedi u ħafna minn dan l-argument huwa bbażat fuq il-monotremati (il-mammiferi li jbidu l-bajd).:

L-ewwel evidenza ċara ta' xagħar, suf, fer jew pil hija visibli fil-fossili ta' Kastorokawda (Castorocauda), minn ta' madwar 164miljun sena ilu mil-Ġurassiku nofsani. Mill-1955 il' quddiem ix-xjentisiti bdew jinterpretaw il-foramina (il-passaġġi) fil-maxillae (ix-xedaq ta' fuq) u l-premaxillae (għadmiet żagħar fuq il' quddiem tal-maxillae) fis-sinodonti bħala passaġġi minn fejn jgħaddu l-kanali tad-demm u n-nervituri tal-vibrissae (il-mustaċċi) u b' hekk issuġġerew li din hija evidenza ta' xagħar suf, fer u pil. Iżda il-foramina ma' turix neċċessarjament il-preżenza ta' vibrissae - pereżempju il-gremxula moderna Tupinambis għandha foramina kważi identika jew l-istess bħal dik misjuba fil-fossilu tas-sinodont mhux mammiferu Trinaksodon (Thrinaxodon).

L-evoluzzjoni tas-saqajn dritti taħt il-ġisem fil-mammiferi m' hijiex kompluta u fil-monotremati kemm f' dawk fossili kif ukoll f' dawk ħajjin is-saqajn għadhom miftuħin il' barra. Fil-fatt uħud mix-xjentisti jaħsbu li l-pożizzjoni jew il-qagħda parasaġittali tas-sieq hija sinapomorfija (karatteristika li tingħaraf) tal-mammiferi fil-grupp Boreosphenida, li jagħmlu parti minnhu t-terjani u b' hekk jinkludi fih l-aħħar antenat komuni tal-marsupjali u l-plaċentati moderni, dan kollu jfisser li l-mammiferi kollha ta' qabel dan l-antenat kienu magħmra b' saqajn miftuħin. Sinodelfis (Sinodelphys) li huwa l-eqdem metaterjan jew marsupjial magħruf u Eomaja (Eomaia) li huwa l-eqdem ewterjan jew plaċentat magħruf kienu jgħixu madwar 125 miljun sena ilu, b' hekk huwa magħruf li s-saqajn dritti taħt il-ġisem fil-mammiferi żgur ġew evoluti minn qabel.

Bħalissa għadu diffiċli ħafna biex wieħed ikun konfidenti biżżejjed u jgħid meta l-endotermija dheret eżatt għal-ewwel darba fl-evoluzzjoni tal-mammiferi. Il-monotremati moderni għandhom have a lower body it-temperatura tal-ġisem aktar baxxa u r-rata tal-metaboliżmu aktar varjabli minn dik tal-marsupjali u tal-plaċentati.. B' hekk il-mistoqsija il-kbira hija meta kien evolut metaboliżmu bħal dak tal-monotremati fil-mammiferi. L-evidenza li nstabet sal-llum il-ġurnata tissuġġerixxi li s-sinodonti tat-Trijassiku segħta kellhom ir-rati tal-metaboliżmu ogħljin, imma din m' hijiex konklusiva, dan għaliex huwa ferm diffiċli biex jintwera kif annimali żagħar migħajr pil jistgħu jżommu t-temperatura tal-ġisem ogħlja u stabli u m'hemmx evidenza ċerta ta' pil qabel Kastorokawda (Castorocauda), u dan kien madwar 164 miljun sena ilu.

Il-Principles of Classification and a Classification of Mammals (AMNH Bulletin v. 85, 1945) ta' George Gaylord Simpson kien is-sorsi oriġinali tat-tassonomija lis-segwi hawn taħt. 

Simpson firex is-sistematika tal-oriġini tal-mammiferi u rrelazzjonijiet li kienu universalment mgħalma sa l-aħħar tas-seklu 20. Mil-klassifikazzjoni ta' Simpson, ir-rekord paleontoloġiku ġie rikalibrat u fis-snien ta' wara kien hemm ħafna dibattitu u progress fejn issaħħaħ l-argument li kien jikkonċerna it-teorija tas-sistematazzjoni infisha mil-qiegħ, parzjalment bid-dħul tal-kunċett il-ġdid tal-kladistika. 

Għalkemm ir-riċerka gradwalment għamlet il-klassifikazzjoni ta' Simpson antikwata, din baqat 'l eqreb xogħol ta' klassifikazzjoni uffiċjali tal-mammiferi.

Din hija s-sistema ta' klassifikazzjoni standardizzata li ġiet adottata fit-testi tal-kotba tal-mammoloġija fl-iskejjel. It-tassonomija t' hawn taħt tal-mammiferi estanti u ta' dawk estinti reċentement hija ta' Vaughan et al. (2000).

Fl-1997, il-mammiferi ġew riveduti komprensivament minn Malcolm C. McKenna u Susan K. Bell. Dan ix-xogħol irrisulta fil-Klassifikazzjoni McKenna/Bell McKenna/Bell classification.

Il- hija 'l aktar biċċa xogħol komprensiva sa llum il-ġurnata fuq is-sistematika, r-relazzjonijiet u l-okkorrenza tat-taksa tal-mammiferi kollha estinti u estanti, 'l isfel sar-rank jew livell ta' ġeneru. Il-klassifikazzjoni l-ġdida ta' McKenna/Bell ġiet aċċettata malajr mil-paleontoloġisti. L-awturi jaħdmu flimkien bħala paleontoloġisti fl-American Museum of Natural History f' New York. McKenna wiret il-proġett minn Simpson u flimkien ma Bell, bena sistema ġerarkika kompletament aġġarnata li tkopri kemm taksa estanti (ħajjin) kif ukoll estinti li tirrifletti il-ġenealoġija storika tal-klassi Mammalia.

Il-ġerarkija McKenna/Bell telenka it-termini kollha użati għal gruppi tal-mammiferi fuq il-livell ta' speċi u tinkludi mammiferi estinti kif ukoll gruppi moderni u tintroduċi distinzjonijiet bħal leġjuni u sottoleġjuni (rankijiet li jaqgħu bejn il-klassijiet u l-ordnijiet) li ħafna drabi jitħallew barra minn dawk mhux profesjonisti.

Ir-riklassifikazzjoni tifforma kemm rekord komprensiv kif ukoll awtoritativ tal-ismijiet u l-klassifikazzjonijiet approvati u lista tal-ismijiet invalidi. 

Il-Gruppi estinti huma rrappreżentati bis-sinjal (†).

Dawn l-aħħar snin, studji molekulari bbażati fuq analiżi tad-DNA issuġġerew relazzjonijiet ġodda bejn il-familji fil-klassi tal-mammiferi. Il-biċċa l-kbira ta' dawn tas-sejbiet ġew imsaħħa mid-dejta presenti/assenti tar-Retrotranspożju. L-aktar sistemi ta' klassifikazzjoni reċenti bbażati fuq studji molekulari pproponew 4 gruppi jew insla ta' mammiferi plaċentati. L-arloġġi molekulari issuġġerew li dawn il-kladi nfirdu minn antenati komuni kmieni fil-Kretaċju, iżda fossili biex isaħħu din l-ipotesi ma' nstabux, biss ta' minn jgħid ukoll li dawn is-sejbiet molekulari huma konsistenti maż-żuġeografija:

Following molecular DNA sequence analyses, the first divergence was that of the Afrotheria 110–100 million years ago. The Afrotheria proceeded to evolve and diversify in the isolation of the African-Arabian continent. The Xenarthra, isolated in South America, diverged from the Boreoeutheria approximately 100–95 million years ago. According to an alternative view, the Xenarthra has the Afrotheria as closest allies, forming the Atlantogenata as sistergroup to Boreoeutheria. The Boreoeutheria split into the Laurasiatheria and Euarchontoglires between 95 and 85 mya; both of these groups evolved on the northern continent of Laurasia. After tens of millions of years of relative isolation, Africa-Arabia collided with Eurasia, exchanging Afrotheria and Boreoeutheria. The formation of the Isthmus of Panama linked South America and North America, which facilitated the exchange of mammal species in the Great American Interchange. The traditional view that no placental mammals reached Australasia until about 5 million years ago when bats and murine rodents arrived has been challenged by recent evidence and may need to be reassessed. These molecular results are still controversial because they are not reflected by morphological data, and thus not accepted by many systematists. Further there is some indication from Retrotransposon presence/absence data that the traditional Epitheria hypothesis, suggesting Xenarthra as the first divergence, might be true.

Din ta' hawn taħt hija is-sistema ta' klassifikazzjoni li ġiet adottata għal użu f'artikli relatati.




#Article 223: Senġi (277 words)


Is-Senġijiet  huma mammiferi insettivori Afrikani ta' daqs żgħir. Dawn jagħmlu parti mill-familja Macroscelididae, fl-ordni Macroscelidea. L-isem senġi gej minn lingwi Bantu Afrikani).

Huma mifruxin sew miż-żona subsaħarjana lejn in-nofsinhar tal-Afrika u għalkemm m' huma komuni imkien, kważi tista' issibhom f' kull tip ta' ambjent; mid-deżert tan-Namibja, għall-foresti tal-Afrika ta' isfel. Is-Senġi tal-Afrika ta' Fuq kif jghid l-isem komuni tiegħu huwa l-unika speċi li jgħix fl-ambjent xott tal-pajjiżi fil-Majjistral tal-kontinent Afrikan.

It-18-il speċi jvarjaw fid-daqs bejn wieħed u ieħor minn 100 millimetru sa ftit aktar minn 300 millimetru u jiżnu minn ftit anqas minn 50 gramma għal ftit aktar minn 700 gramma. Kollha kemm huma jimxu fuq erba' saqajn li huma pjuttost twal għal ġisimhom u għalkemm it-tul ta' mnieħirhom ivarja minn speċi għall-ohra, kollha kapaċi jilwu t-tromba jew il-proboxxidi 'l hemm u 'l hawn waqt it-tfittxija għall-ikel. 

Il-parti l-kbira tad-dieta tagħhom tikkonsisti minn insetti, dud u brimb li jsibu mal-art qalb il-weraq.

Fil-passat is-senġijiet kienu, ikklassifikati fl-ordni Insectivora flimkien mal-ġriedem ta' geddumhom twil u l-qniefed, ikkunsidrati bħala relatati fil-bogħod mal-Ungulati, miġburin fi grupp flimkien mat-tupaji u meqjusin parti mill-ordni Lagomorpha mal-fniek, liebri u l-piki. Madankollu, evidenzi molekolari reċenti, b' saħħa jissapportjaw is-superordni Afrotheria li jaqqagħad flimkien, it-tenreki u t-talpi dehbin ma' ċerti ungulati jew mammiferi li xi darba kienu meqjusin ungulati li jinkludu l-iraċi, l-iljunfanti, il-baqar tal-baħar u l-oritteropi, kif ukoll is-senġijiet.

Instabu numru ta' speċijiet fossili, kollha kemm huma mil-kontinent Afrikan. Uħud, bħal Myohyrax, tant kienu simili tal-iraċi li għal bidu kienu identifikati ħażin bħala tali, filwaqt li oħrajn, bħal pereżempju Mylomygale kienu relativament qishom gerriema. Dawn il-forom kienu kollha estinti sal-Plejstoċen. 

Senġijiet hemm madwar 19-il speċi mqasmin ma' 4 ġeneri u 1 minnhom huwa monotipiku.




#Article 224: Tupaja (147 words)


Tupaji huma mammiferi omnivori ta' daqs żgħir mifruxa mal-foresti tropikali fix-Xlokk tal-Asja. It-tupaji jiffurmaw żewġt familji Tupaiidae u Ptilocercidae u l-ordni kollu Scandentia. Hemm 20 speċi mifruxa ma' 5 ġeneri. It-tupaji għandhom l-għola rata ta' massa ċelebrali meta imqabbla ma' dik ta' ġisimhom, saħansitra akbar minn dik tal-bniedem.

Għalkemm imsejħa ġrieden tas-siġar, dawn m'humiex ġrieden ta' veru (għalkemm darba kienu klassifikati magħhom fl-ordni Insectivora) u mhux kollha jqattgħu ħajjithom fis-siġar. Fost affarijiet oħra t-tupaji huma uħud mill-ftit annimali li jieklu l-frotta tar-Rafflesia.

It-tupaji darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora u wara, minħabba ċertu similaritajiet interni, mal-ordni Primates, ma' dan tal-aħħar kienu klassifikati bħala proxximji primittivi. Madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li t-tupaja għandhom jiġu klassifikati f'ordni għalihom Scandentia u flimkien mal-ordnijiet Primates u Dermoptera, jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta tiġi oħt il-klad Glires u din hi ffurmata mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ gruppi jiffurmaw l-Euarchontoglires.




#Article 225: Kolugo (255 words)


Il-kolugi, imsejjħa bħala kobegi jew lemuri li jtiru (għalkemm, dawn la huma lemuri u l-anqas itiru), huma mammiferi erbivori notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-Xlokk tal-Asja. Jeżistu biss żewġ speċi f'żewġ ġeneri, li jiffurmaw il-familja Cynocephalidae u l-ordni Dermoptera. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera.

Il-kolugi għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjuttost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'bejn 35 u 40 ċentimetru fit-tul u minn 1 sa 2 kilogrammi fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras hi ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana, jew pataġjum, hi mifruxha ukoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.  

Il-Mixodectidae jidher li hu fossilu tal-ordni Dermoptera. Madanakollu, għalkemm hemm mammiferi oħra tal-Paleogene li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili m'għadhomx interpretati aktar bħala mammiferi planarji.

Il-kolugi darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora, madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li l-kolugi għandhom jiġu kklassifikati f'ordni għalihom — id-Dermoptera — u flimkien mal-ordnijiet Primates u Scandentia jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta jiġi ħu l-klad Glires li huwa ffurmat mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ kladi flimkien jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires.




#Article 226: Cynocephalidae (104 words)


Cynocephalidae hija klassi ta' mammiferi plaċentati, eżattament il-kolugi, tal-kontinent tal-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer.

Din il-familja qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' tliet familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja tal-ordni Plesiadapiformes), li huma Mixodectidae, Plagiomenidae u Thylacaeluridae). 

Il-familja Cynocephalidae hija l-unika familja tal-ordni Dermoptera li għandha rappreżentanti ħajjin. F'din il-familja hemm tliet ġeneri li huma, Dermotherium li huwa estint u Cynocephalus u Galeopterus li huma estanti. Kull wieħed minn dawn talaħħar huwa rappreżentat bi speċi waħda biss ħajja. 




#Article 227: Pangolin (216 words)


Pangolin huwa mammiferu insettivoru ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali tal-Afrika u l-Asja. Il-pangolini, jew kif inhuma imsejjħin ukoll bunemmiela tal-qxur u wikkilin in-nemel tal-qxur, għandhom 8 speċi. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem pangolin ġej minn kelma Malajana pengguling li tfisser imkebbeb.

Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi qxur kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. Il-qxur tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn il-qxur minn barra li jiffurmaw kurazza naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.

Il-pangolini m'għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien mal-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.

Il-pangolini xi darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Edentata, dan kollu kien ibbażat fuq xebh li ma kienx ħlief evoluzzjoni konverġenti. Madankollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu kklassifikati għalihom fl-ordni Pholidota, bil-membri tal-ordni Carnivora bħala l-aktar mammiferi ħajjin li huma relatati ġenetikament fil-qrib tagħhom. 

Xi paleontoloġisti jikklassifikaw il-pangolini fl-ordni Cimolesta bħala sottordni, flimkien ma' bosta sottordnijiet ta' mammiferi estinti. F'dan il-każ il-pangolini huma l-aħħar rappreżentanti ħajjin tal-ordni Cimolesta.




#Article 228: Ta' Xbiex (209 words)


Ta' Xbiex huwa raħal żgħir bejn l-Imsida u l-Gżira, biss huwa raħal awtonomu u parroċċa għalih. L-isem Ta' Xbiex ġej mill-kelma ta' xbiek, peress li dan ir-raħal qiegħed viċin tax-xatt u probabbli kont tara ħafna sajjieda u d-dgħajjes tagħhom, anke llum il-ġurnata għadek tarahom, biss naqsu ħafna. Biex ikompli jissaħħaħ dan l-għidud, l-arma ta' Ta' Xbiex hija tmun ta' vapur. L-motto ta' Ta' Xbiex huwa Unitatae Fortior bil-Latin, li bil-Malti tfisser bejn wieħed u ieħor Fl-Għaqda hemm is-Saħħa. 

F'Ta' Xbiex issib bosta aġenziji u ambaxxati fosthom dik tal-Eġittu u dik tal-Italja kif ukoll l-Kummissjoni Għolja Britannika. Sfortunatament il-ġnien tal-Yacht Marina ma għadux jagħmel parti minn Ta' Xbiex iżda sar jagħmel parti mill-Gżira.

L-ordni reliġjuż li jieħu ħsieb din il-paroċċa huwa dak tal-Karmelitani Tereżjani Skalzi. F'Ta' Xbiex ma jsirux festi esterni kbar iżda interni fejn kulħadd ikun miġbur; fost dawn il-Festi hemm tal-Madonna tal-Karmnu li hija il-patruna tal-Ordni u ta' San Ġwann tas-Salib li huwa il-patrun ta' Ta' Xbiex.

Bħala parroċċa Ta' Xbiex hija waħda vera attiva, fejn fil-kors tal-aħħar snin, żdiedu gruppi jew il-membri tagħhom bħalma huma, l-Abbatini, il-Kor Laudamus Unum Deum - Infaħħru Alla Wieħed, il-Grupp Leġjonarju, l-Appostolat tal-Ħniena Divina, il-Grupp Ċenaklu Ta' Xbiex / Moviment Marjan, il-Grupp tal-Lectio Divina, u l-Grupp taż-Żgħażagħ Teens 4 Christ jew T4C.




#Article 229: Cynocephalus volans (226 words)


Il-Kolugo tal-Filippini (Cynocephalus volans) huwa wieħed minn żewġ speċi ta' mammiferi plaċentati tal-familja Cynocephalidae, il-kolugi, li jiffurmaw l-ordni Dermoptera.

Dan il-mammiferu, kif jgħid ismu, jgħix biss fil-foresti tropikali tal-Filippini, eżattament dan il-mammiferu qiegħed mifrux fil-gżejjer ta' Mindanao, Basilan, Samar, Leyte u Bohol.

Dan il-kolugo għalkemm ta' daqs żgħir (viċin dak ta' qattus tad-dar) huwa meqjus kbir għal mammiferu li jgħix fis-siġar. Il-kolugo tal-Filippini huwa ta' daqs iżgħar u b'pil kannella fil-ħamrani aktar skur u anqas imtebba' minn dak tal-kolugo ta' Sunda (Galeopterus variegatus) jew kolugo Malajan (Galeopterus variegatus). Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat kollha tal-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha, li fl-ebda mammiferu ieħor ma' laħqet din il-firxa. Din il-membrana hi mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli li tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk. Bl-għajnuna ta' din il-membrana il-kolugo tal-Filippini kapaċi jipplana distanza ta' bejn 70 u 100 metru kull darba bejn siġra u oħra mingħajr telf kbir ta' għoli.

Wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 60 ġurnata biss, il-kolugo tal-Filippini jġib fid-dinja ferħ 1 biss, rarament tnejn u dan mal-ewwel jaqbad mal-pil taż-żaqq tal-omm.




#Article 230: Sette Giugno (640 words)


Is-7 ta' Ġunju hija waħda mill-ħames Festi Nazzjonali ċċelebrati fil-Gżejjer Maltin għax titfakkar il-qtil ta' 4 Maltin waqt irvellijiet fil-Belt Valletta nhar is-7 ta' Ġunju 1919.

L-Ewwel Gwerra Dinjija damet għaddejja mill-1914 sa l-1918. Din il-gwerra kienet miġġielda prinċiparjament mill-Ingilterra, ir-Russja u Franza fuq naħa (l-Alleati) u l-Ġermanja, l-Imperu Awstrijak u l-Imperu Ottoman fuq in-naħa l-oħra (l-Qawwiet Ċentrali). Diversi pajjiżi ngħaqdu ma’ naħa jew m’oħra u għalhekk hija magħrufa bħala Gwerra Dinjija.
F’dan iż-żmien Malta kienet għadha kolonja tal-Imperu Ingliż. Għalhekk l-effetti tal-Ewwel Gwerra Dinjija nħassu fuq Malta ukoll. 

F’din il-gwerra Malta ma ġietx attakkata iżda kienet użata bħala Bażi Navali u bħala sptar. Fil-fatt f’din il-gwerra Malta ħadet il-laqam ta’Nurse of the Mediterranean. Madwar 30 sptar ġew imwaqqfa f’Malta biex jilqgħu lill-feruti tal-gwerra. Fost dawn l-isptarijiet kien hemm is-Sacra Inferemeria (Dar il-Mediterran), l-isptar ta’ Bighi u dak ta’ St.Andrews.

Dan kollu ġab ħafna xogħol lill-Maltin. Iżda mhux kollox kien ward u żahar. L-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet ħafna skarsezzi fost il-Maltin. Għalhekk f’dak iż-żmien kien hawn ħafna għaks u faqar minkejja l-ħafna xogħol. Il-ħobż għola d-doppju. Il-Gvern Ingliż għamel taxxi ġodda minflok id-dazju, li kien naqas minħabba li naqas il-kummerċ. Minflok daħlu taxxi fuq iċ-ċinema u taxxa fuq is-suċċessjoni.
Din il-qagħda ħażina wasslet għall-moviment fost il-ħaddiema. Fl-1916 waqfet Union fit-tarzna: Malta Government Workers Union. Wara l-gwerra l-qagħda ħażina kompliet.

Fi Frar 1919, saret l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali mmexxija minn Filippo Sciberras sabiex ifasslu Kostituzzjoni u jgħadduha lill-Gvern Ingliż biex japprovaha. 

Fis-7 ta’ Ġunju 1919 kienet qed issir it-tieni laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali fil-belt Valletta meta folla kbira nġabret il-belt Valletta bħala turija ta’ appoġġ. Il-folla tilfet il-kontroll meta rat li xi ħwienet ħallew il-bandiera Ingliża tittajjar fuq il-bjut. Huma waddbu l-ġebel u attakkaw il-Bibljoteka, l-imħażen ta’ negozjanti tal-qamħ u l-istamperija tal-gazzetta The Daily Malta Chronicle (gazzetta favur l-Ingliżi). 

Membri Ingliżi fil-Union Club ipprovokaw lill-Maltin billi waddbu soldi qalb il-folla. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, ssejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla. 

Hawn inqatlu tliet Maltin, Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada u Manwel Attard. 

L-għada l-folla telgħet tpoġġi kuruni fil-post fejn inqatlu l-Maltin. Membri tal-Union Club reġgħu pprovokaw lill-Maltin. Il-folla reġgħet saħnet. Din id-darba ħarġu l-marines u qatlu lil Karmenu Abela.

Manwel Attard kien parrukkier żagħżugħ ta’ 28 sena minn tas-Sliema, intlaqat minn balla ta' azzarin ta' suldat Ingliż f’nofs ġbinu waqt li kien qed jaqsam Strada Forni.

Ġużè Bajada minn Għawdex, imgeżwer fil-bandiera Maltija, laqtitu balla f’ġenbu fi sparatura oħra minn suldat ieħor.

Wenzu Dyer, mill-Birgu, bil-bandiera Maltija mdawra m’għonqu u b’kukkarda bajda u ħamra fuq il-berritta seta’ jintgħaraf bla tbatija mis-suldati li sparawlu u wara rawh iserrep sal-Main Guard fejn waqa’ mejjet, faċċata ta’ fejn ftit snin wara kellu jiltaqa’ l-ewwel Parlament Malti fl-1921.

L-għada, inqatel b’daqqa ta’ bajjunetta ġo żaqqu, Karmenu Abela mill-Belt waqt li kien qed jipprova jsejjaħ lil ibnu lura minn mar-rassa li kienet daħlet fil-Palazz ta’ Francia.

Mietu fl-isptar ukoll Ċikku Darmanin u Toni Caruana: il-kont kien ta’ sitta mejtin u madwar ħamsin feruti – li uħud minnhom sabu ruħhom fil-Giovine Malta fejn kienet għaddejja l-laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali.

Il-Kostituzzjoni tal-1921

Wara dan l-avveniment, il-Gvern Ingliż ried jikkalma s-sitwazzjoni. Bagħat Gvernatur ġdid - Lord Plumer - u fl-1921 Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida. F’din il-kostituzzjoni l-Maltin kisbu Gvern immexxi mill-Maltin li għall-ewwel darba seta’ jagħmel liġijiet fi ħwejjeġ lokali. Dan jissejjaħ Gvern Responsabbli (responsible self-government). Għall-ewwel darba Malta kellha Prim Ministru u Ministri. L-ewwel Prim Ministru kien Joseph Howard tal-Partit Unione Politica Maltese.

F’din il-kostituzzjoni l-Gvernatur xorta baqa’ fuq il-kostituzzjoni u seta’ jirtiraha meta jħoss il-bżonn. Hekk ġara fl-1933, meta l-Gvern Ingliż ħa l-kostituzzjoni minħabba li ħass li l-PN, li kien fil-Gvern, kien qed jagħmel wisq propoganda favur il-lingwa Taljana. Hekk kif l-Ewropa kienet riesqa lejn it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Italja kienet immexxija minn Mussolini, il-Gvern Ingliż ra li din il-kostituzzjoni kienet tagħti wisq poter lill-Maltin u dan seta’ jkun ta’ periklu għal Malta bħala kolonja Ingliża.




#Article 231: Galeopterus variegatus (199 words)


Il-kolugo ta' Sunda (Galeopterus variegatus), magħruf ukoll bħala l-kolugo Malajan, huwa wieħed minn żewġ speċi ta' kolugi li jiffurmaw l-ordni Dermoptera. 

Dan il-mammiferu plaċentat jgħix fil-foresti tropikali tax-Xlokk tal-Asja u għandu firxa ħafna akbar minn dik tal-kolugo tal-Filippini. Dan jinsab mifrux fl-Indoneżja, it-Tajlandja, il-Malażja, u Singapor.

Għalkemm hemm bosta sottospeċi, fuq bażi ta' studji reċenti ġie propost, li dawn jitnaqqsu għal erbgħa biss u dawn huma G. v. borneanus ta' Borneo, G. v. variegatus ta' Ġava, G. v. temminckii ta' Sumatra u G. v. peninsulae tal-peninżula Malażjana.

Dan il-kolugo għalkemm ta' daqs żgħir huwa meqjus kbir għal mammiferu tas-siġar. Il-kolugo ta' Sunda huwa l-akbar miż-żewġ speċi ta' kolugi, għandu l-pil griż fil-kannella u jidher aktar ċar għax huwa ħafna aktar imtebba' mill-Cynocephalus volans. 

Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat, kollha tal-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma' laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq.

Klassifikazzjoni proposta:




#Article 232: Paucituberculata (125 words)


Il-Paucituberculata (Pawċituberkulata) huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, dawk l-ispeċijiet estanti li ġeneralment jissejħu opossumi bugdiedem jew opossumi firien. Dan qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria u fis-superordni Ameridelphia. Il-Paucituberculata għandu familja waħda biss b' rappreżentanti ħajjin, il-familja Caenolestidae u fiha hemm miġburin 3 ġeneri (Caenolestes, Lestoros u Rhyncholestes), li bejniethom għandhom 7 speċijiet ħajjin. 

Dan l-ordni miljuni ta' snin ilu kien ħafna akbar fin-numru ta' ġeneri u speċijiet u b' ħafna aktar varjeta kemm fid-daqs kif ukoll fil-morfoloġija u fit-tip ta' niċeċ okkupati minnhom. 

Il-Paucituberculata flimkien ma' l-ordni Didelphimorphia u l-ordni estint Sparassodonta, jiffurmaw is-superordni Ameridelphia il-marsupjali Amerikani (dan ta' laħħar jiġbor fiħ il-marsupjali kollha tal-kontinenti Amerikani b' eċċezzjoni tal-kolokolo li jagħmel parti mill-grupp tal-marsupjali Awstraljani).

(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Opossum bugeddum)




#Article 233: Bit (322 words)


Bit hu numru diġitali fis-sistema tan-numri binari (bażi 2). Eżempju, in-numru 10010111 hu twil 8 bits.  Numri binari huma kważi dejjem użati bħala l-unità bażika ta' informazzjoni ġewwa apparat ta' ħżin tal-informazzjoni u komunikazzjoni diġitali tal-kompjuter.

Claude E. Shannon kien l-ewwel li uża l-kelma bit f'karta li ħareġ fl-1948. Hu atribwixxa l-oriġini tal-kelma lil John W. Tukey, li kien kitibha f'nota ġewwa l-Laboratorji Bell fid-9 ta' Jannar 1947 fejn hu qassar numru binaru fil-kelma sempliċi bit. Interessanti wkoll li Vannevar Bush kien kiteb fis-sena 1936 dwar bits ta' informazzjoni li setgħu jiġu maħżuna ġewwa punch cards użati dak iż-żmien ġewwa kompjuters mekkaniċi.

Bit fi ħżin ta' informazzjoni hu bħal swiċċ tad-dawl; jista' jkun mixgħul (1) jew mitfi (0). Bit hu allura assoċjat man-numru wieħed jew in-numru xejn, vera jew falz, indikatur li hu mixgħul jew mitfi, jew iktar ġenerali, kwantita ta' informazzjoni li tqabbel żewġ oġġetti: jew wieħed jew l-ieħor. Gregory Bateson ddefinixxa l-bit bħala id-differenza li tagħmel id-differenza. 

Bit hi l-iżgħar unità fir-rigward ta' ħżin ta' informazzjoni fil-kompjuters.

Għad m'hemm l-ebda qbil fuq simboli li għandhom jirrapreżentaw bit jew byte. Wieħed mill-istandards IEC 60027 tal-Kumissjoni Internazzjonali Elettroteknika, li tispeċifika li bit għandu jkun is-simbolu li jirrapreżenta bit wieħed (għaldaqshekk kbit jirrapreżenta kilobit).  Dan l-istandard ma jispeċifikax simbolu għall-byte.

Standard ieħor komuni, IEEE 1541, jispeċifika li b għandu jintuża għall-bit waqt li B għandu jintuża għall-byte. Din hi konvenzjoni użata ħafna fid-dinja tal-kompjuters iżda għadha ma ġietx aċċettata internazjonalment għax:

Byte hi magħmulha minn tmien (8) bits, għalkemm dan ma kienx dejjem hekk għax byte kienet tirreferi għal kollezzjoni innifisha.  Erbgħa bits hi magħrufha bħala nibble.

Terminoloġiji għal kwantitajiet kbar ta' bits jistgħu jiġu ffurmati billi napplikaw prefissi li soltu jintużaw, eżempju, kilobit (kbit), megabit (Mbit) u gigabit (Gbit). Biss għad hemm ħafna konfużjoni rigward id-daqs ta' dawn l-abbrevjazjonijiet.

Rati ta' bdil ta' informazzjoni fit-telekomunikazjoni u ġewwa network ta' kompjuters huma ġeneralment deskritti bħala bits fis-sekonda (bps), li mhix l-istess bħal baud.




#Article 234: Vande Mataram (555 words)


Vande Mataram (Devanāgarī: वंदे मातरम / Bangla jew lingwa Bengaliża: বন্দে মাতরম Bônde Matorom) hija l-għanja nazzjonali ta' l-Indja. L-għanja nkitbet minn Bankim Ċandra Ċatterġii f'forma Sanskritizzata tal-lingwa Bengaliża. Flimkien ma' l-Innu Nazzjonali għandha tifsira simbolika kbira għall-Indja. Vande Mataram tfisser ġieħ (Art) ommna.

X'aktarx il-kunċett ta' Vande Mataram nibtet fil-ħsieb ta' Bankim Ċandra Ċatterġii meta kien għadu uffiċjal tal-gvern Ingliż. Madwar l-1870, il-mexxejja Brittanniċi ta' l-Indja ddikjaraw li l-Innu Ingliż God Save the Queen għandu jkun obbligatorju . B'reazzjoni ta' dan, Bankim Ċandra Ċatterġii kiteb il-kliem ta' l-għanja fiż-żewġ lingwi li hu kien mgħallem fihom, is-Sanskrit u l-Bengaliż.

L-għanja dehret għall-ewwel darba fil-ktieb ta' Bankim Ċandra Ċatterġii, Anandamatha (ippronunzjat Anondomott fil-Bengaliż) u ġiet ippublikata fl-1882 fost biżgħat li setgħet tiġi abolita mill-Gvern Ingliż. Il-mużika ta' l-għanja ġiet miktubha fl-1876 min Ġadunath Bhattaċarja.

L-għanja kienet sinonima għal għajta għall-ħelsien mill-ħakma Brittannika tul il-moviment ta' l-Indipendenza ta' l-Indja.

Nota: Din it-traduzzjoni għall-Malti mhux meħuda mill-oriġinal imma bbażata fuq il-verżjoni Ingliża ta' Aurobindo Ghose (Karmayogin, 20 Novembru, 1909).

Sliema ja Omm,
Għammiela, msaqqija,
Friska b’rih nofsinhari,
Samra bl-uċuh tar-raba’.

L-iljieli tagħha mdawlin bid-dawl ferrieħi tal-qamar,
L-għelieqi tagħha mżejnin biż-żghar fewwieħi tas-siġar,
Ħelwa daħqitha u ħelwa kelmitha,
Omm li tagħtina l-ġid u tagħtina l-hena.

Tal-biża’ bl-għajjat ta’ seba’ miljun fomm,
Bix-xwabel f’darbtejn ta’ seba miljun id.
Min jgħid ja Omm li dgħajfa int?
Int li mimlija b’kull qawwa.
Sliema lilek li ssalvana,
U tkeċċi l-forzi ta’ min jaħkimna,
Ja Omm. 

Inti l-għerf, inti l-għaqal,
Inti l-qalb, inti r-ruħ,
Għax f’ġisimna inti l-ħajja. 

F’dirgħajna, inti s-saħħa u l-qawwa, ja Omm,
Ġo qalbna, int l-imħabba u t-tama, ja Omm,
Xbihietek inqimu f’kull tempju.

Għax inti Dunga bl-għaxar armi tal-gwerra,
Inti Kamala f’logħob ferrieħ qalb il-loti,
Int alla Kelma li kull għerf lilna tgħallem.
Sliema għalik.
Sliema għalik alla ta’ l-għana,
L-iżjed safja u mingħajr bħalha,
Imsaqqija u għammiela,
Ja Omm.

Sliema ja Omm,
Samra u dħulija,
B’tbissima ħelwa, imżejna bil-ġawhar,
Mimlija għana s-sinjura tal-ġid,
Ja Omm.

F-ittri Devanagariżi

वन्दे मातरम्
सुजलां सुफलां मलयजशीतलाम्
शस्य श्यामलां मातरम् |
शुभ्र ज्योत्स्न पुलकित यामिनीम्
फुल्ल कुसुमित द्रुमदलशोभिनीम्,
सुहासिनीं सुमधुर भाषिणीम् 
सुखदां वरदां मातरम् ||

    

F-ittri Bengaliżi

বন্দে মাতরম্ 
সুজলাং সুফলাং মলযজশীতলাম্
শস্য শ্যামলাং মাতরম্ |
শুভ্র জ্যোত্স্ন পুলকিত যামিনীম্
ফুল্ল কুসুমিত দ্রুমদলশোভিনীম্,
সুহাসিনীং সুমধুর ভাষিণীম্ 
সুখদাং বরদাং মাতরম্ ||

    

(Devanagariż)

सुजलां सुफलां मलयजशीतलाम्
सस्य श्यामलां मातरंम् .
शुभ्र ज्योत्सनाम् पुलकित यामिनीम्
फुल्ल कुसुमित द्रुमदलशोभिनीम्,
सुहासिनीं सुमधुर भाषिणीम् .
सुखदां वरदां मातरम् ॥

सप्त कोटि कन्ठ कलकल निनाद कराले
द्विसप्त कोटि भुजैर्ध्रत खरकरवाले
के बोले मा तुमी अबले
बहुबल धारिणीम् नमामि तारिणीम्
रिपुदलवारिणीम् मातरम् ॥

तुमि विद्या तुमि धर्म, तुमि ह्रदि तुमि मर्म
त्वं हि प्राणाः शरीरे
बाहुते तुमि मा शक्ति,
हृदये तुमि मा भक्ति,
तोमारै प्रतिमा गडि मन्दिरे-मन्दिरे ॥

त्वं हि दुर्गा दशप्रहरणधारिणी
कमला कमलदल विहारिणी
वाणी विद्यादायिनी, नमामि त्वाम्
नमामि कमलां अमलां अतुलाम्
सुजलां सुफलां मातरम् ॥

श्यामलां सरलां सुस्मितां भूषिताम्
धरणीं भरणीं मातरम् ॥

    

(Bengaliż)

সুজলাং সুফলাং মলয়জশীতলাম্
শস্যশ্যামলাং মাতরম্॥ 
শুভ্রজ্যোত্স্না পুলকিতযামিনীম্
পুল্লকুসুমিত দ্রুমদলশোভিনীম্
সুহাসিনীং সুমধুর ভাষিণীম্
সুখদাং বরদাং মাতরম্॥

কোটি কোটি কণ্ঠ কলকলনিনাদ করালে
কোটি কোটি ভুজৈর্ধৃতখরকরবালে
কে বলে মা তুমি অবলে
বহুবলধারিণীং নমামি তারিণীম্
রিপুদলবারিণীং মাতরম্॥

তুমি বিদ্যা তুমি ধর্ম, তুমি হৃদি তুমি মর্ম
ত্বং হি প্রাণ শরীরে
বাহুতে তুমি মা শক্তি
হৃদয়ে তুমি মা ভক্তি
তোমারৈ প্রতিমা গড়ি মন্দিরে মন্দিরে॥

ত্বং হি দুর্গা দশপ্রহরণধারিণী
কমলা কমলদল বিহারিণী
বাণী বিদ্যাদায়িনী ত্বাম্
নমামি কমলাং অমলাং অতুলাম্
সুজলাং সুফলাং মাতরম্॥

শ্যামলাং সরলাং সুস্মিতাং ভূষিতাম্
ধরণীং ভরণীং মাতরম্॥ 

translated by Sri Aurobindo

 




#Article 235: Caenolestes (247 words)


Caenolestes huwa ġeneru ta' mammiferi (l- opossumi bugdiedem komuni), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, fil-familja Caenolestidae ma' 2 ġeneri oħra (Lestoros u Rhyncholestes), b' 5 speċijiet estanti. Dan il-ġeneru huwa l-aktar wieħed ta' suċċess fl-ordni Paucituberculata bl-akbar numru ta' speċi ħajjin.

Dawn il-mammiferi huma marsupjali karnivori ta' abbitudni notturna mifruxin ma' l-Amerika ta' isfel. L-opossumi bugdiedem komuni huma magħrufa wkoll bħala l-opossumi firien komuni. 

Minħabba l-ambjent diffiċli li jgħixu fiħ, il-mammoloġisti ma tantx jafu fuqhom u tradizzjonalment kien maħsub li huma rari ħafna. Iżda minn studji reċenti li saru ħareġ li l-opossumi ġrieden jistgħu jkunu ħafna aktar komuni milli hu ġeneralment maħsub. Milli jidher dawn il-marsupjali jgħixu l-parti l-kbira ta' ħajjithom f' toqob taħt l-art.

L-opossumi bugeddum komuni jew opossumi firien komuni, kif jgħid l-isem komuni għandhom id-dehra ta' bugeddum u d-daqs simili ta' far. 

Dawn il-marsupjali huma ikkaratterizzati b' wiċċ twil għall-ponta, b' par għajnejn żgħar, b' denb irqiq u twil (li kapaċi jilħaq nofs it-tul totali) u b' nuqqas ta' marsupju fl-adulti nisa.

Għalkemm l-opossumi bugdiedem komuni għandhom par għajnejn żgħar b'vista bagħtuta, huma kaċċaturi attivi ħafna u jikkaċċaw insetti, ħniex u vertebrati żgħar minn kmieni filgħaxija sa tard bil-lejl. Dan kollu jagħmluh bl-għajnuna ta' smiegħ tajjeb u x-xagħar sensittiv li għandhom ma' wiċċhom.

L-opossumi bugdiedem komuni huma marsupjali nattivi tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u jinsabu mifruxin ma' l-Andi mill-Punent għat-Tramuntana ta' dan il-kontinaent. Dawn jinsabu fil-Venezwela, fil-Kolombja, fl-Ekwador u fil-Peru f' altitudni ta' bejn 1,500 u 4,000 metru.




#Article 236: Kompjuter (1301 words)


Kompjuter hu magna li jimplimenta l-operazzjoni u l-funzjonijiet ta' magna ta' Turing.  Fi kliem iktar sempliċi, kompjuter hu magna elettronika diġitali li, taħt il-kontroll ta' programmi u struzzjonijiet, jipproċessa informazzjoni maħżuna biex jipproduċi informazzjoni oħra. Jeżistu diversi tipi ta' komputers, għal xogħlijiet speċifiċi u ta' daqsijiet varji.  Minn daqsijiet ta' sala li kapaċi jagħmlu diversi tipi ta' operazzjonijiet għal dawk żgħar ħafna bħal ċirkwit integrat kbar ftit millimetri li joqgħodu ġewwa arloġġ jew xi ġugarell.  Biss kollha kemm huma jobdu ċertu regoli: kollha għandhom memorja u proċessur ċentrali (CPU).

Kull kompjuter għandu jobdi programm: għaldaqstant, kompjuter mingħajr programm hu magna inutili u bla skop. L-iktar programm bżonjuż għal kull kompjuter hi s-sistema operattiva li tieħu ħsieb li tikkontrolla il-magna, ir-riżorsi tagħha u l-programmi l-oħra li jkunu qegħdin joperaw.  Il-programm imsejjaħ sistema operattiva jipprovdi wkoll mezz biex dak li jkun juża' u jekk hemm bżonn jinteragixxi mal-kompjuter.  Il-programmi l-oħra huma ħafna drabi msejħa applikazzjonijiet jew softwer.  Il-parti fiżika, il-magna, hi msejħa hardwer.

 

Oriġinalment il-kelma kompjuter kienet tirreferi għal persuna li kienet tagħmel kalkulazzjonijiet matematiċi, ħafna drabi bis-saħħa ta' apparat mekkaniku jew analogu.  Eżempji ta' dan l-apparat, meqjusin bħala l-antenati tal-kompjuters, huma l-abacus u l-mekkaniżmu Antikythera, apparat antik grieg li kien jintuża fis-sena 87 QK biex jiġi kalkulat l-movimenti tal-pjaneti. Lejn l-aħħar tas-Snin Medjevali matematiċi u inġinira Ewropej kienu fuq il-quċċata ta' riċerka u żvilupp f'dan il-qasam u fl-1623 Wilhelm Schickard żviluppa l-ewwel kalkulatur mekkaniku minn ħafna li ġew warajh.

Fl-1801, Joseph Marie Jacquard għamel innovazjoni meta ħoloq magna tal-ħjata li kienet tuża karti b'toqob biex tħejt disinju komplessi.  Għalkemm din il-magna msemmijha għalih, Il-Magna Jacquard mhiex kunsidrata bħala kompjuter kienet pass fid-direzzjoni t-tajba għal kompjuters tal-llum.

Charles Babbage kien l-ewwel li ddisinja l-ewwel kompjuter programmabli fis-sena 1820, iżda minħabba l-limiti tat-teknoloġija ta' dak iż-żmien u nuqqas ta' fondi, l-apparat qatt ma ġie mibni f'ħajtu.  Sa l-aħħar tas-seklu dsatax kienu krejati numru ta' teknoloġiji li l-quddiem kienu ser ikunu mportanti fil-bini tal-kompjuters.  Fl-1843, Ada Lovelace, bint Lord Byron, żviluppat dak li hu meqjus bħala l-ewwel programm tal-kompjuters: programm li bis-saħħa tal-magna ta' Babbage (li kieku kient mibnija) kien jikkalkula l-problema tan-numri ta' Bernoulli.

Fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, ħafna kalkulazzjonijiet xjentifiċi kienu solvuti permezz ta' kompjuters analogi, magni speċifiċi biex isolvu problema speċifika, li kienu juża mudell mekkaniku jew elettriku.  Dan saru rari wara l-iżvilupp tal-kompjuter diġitali programmabbli.

Fis-snin 1930 u 1940 inbnew kompjuters iktar bsaħħithom u flessibli, li mil-mod introduċew funzjonijiet ġodda li nsibuhom f'kompjuters moderni bħala l-użu tat-teknoloġija diġitali eletronika (prinċipalment ivvintata minn Claude Shannon fis-sena 1937) u programmabilita iktar flessibli.

Hu diffiċli li ngħidu liema kien l-ewwel kompjuter diġitali.  Fit-12 ta' Mejju, 1941  Konrad Zuse żviluppa l-ewwel kompjuter eletromekkaniku diġitali (iz-Z3).  Dan kien l-ewwel kompjuter li uża l-aritmetika binarja.  Oħrajn importanti ġew dak iż-żmien bħal kompjuter Atanasoff-Berry, il-kompjuter  Harvard Mark I (fis-sena 1944), il-kompjuter Amerikan ENIAC (1946 u bbażat fuq is-sistema deċimali) li kien l-ewwel kompjuter eletroniku għal użu ġenerali (għalkemm mhux oriġinalment hekk).

It-tim li żviluppa l-ENIAC, tgħallem mid-difetti li kellu dan il-kompjuter u żviluppa disinn iktar eleganti magħruf illum bħala l-arkitettura ta' Von Neumann.  Din l-arkitettura saret il-bażi ta' kull kompjuter tal-lum.  Żviluppi oħra fuq dan il-mudell saru l-Ingilterra lejn l-aħħar tas-snin erbgħin fosthom insibu lil EDSAC. 

Fis-snin ħamsin valvoli (tubi) kienu wżati; eventwalment imbiddla għal transistors fis-snin sittin; u fis-snin sebgħin, l-introduzzjoni tat-teknoloġija taċ-ċirkwit integrat wassal biex il-kompjuters setgħu ikunu irħas biżżejjed biex individwi setgħu ikollhom wieħed.

Forsi hemm min jgħid li qisa t-tekonloġija waqfet għax sal-lum għadna nużaw dawn it-tip ta' kompjuters.  Mhux hekk!  Żviluppi oħra hemm iżda it-teknoloġija taċ-ċirkwit integrat kompliet tiżviluppa u infatti l-iżviluppaturi baqgħu minn dak iż-żmien l-hawn jobdu il-liġi ta' Moore (miktuba minn Gordon E. Moore fundatur ta' Intel) li tgħid li kull sentejn ser jirdipjaw it-transistors ġewwa iċ-ċirkwit integrat u l-prezz jorħos proporjonalment.  Bħala eżempju, li kieku ġara l-istess fl-industija ta' l-avjazzjoni, vjaġġ minn New York sa Pariġi li fl-1978 kien jiswa $900 u kien jieħu sebgħa siegħat, ikun illum jiswa $0.01 u jieħu inqas minn sekonda!

L-ewwel kompjuters kienu jużaw tubi tal-vacuum għaċ-ċirkwijt tagħhom u bombli magnetiċi (bl-Ingliż magnetic drums) għall-memorja tagħhom.  Huma kienu għaljin ħafna fil-prezz u barra li kienu jużaw ħafna enerġija elettrika kienu jiġġeneraw sħana kbira li ħafna drabi kienet tkun il-kawża prinċipali tal-malfunzjonament tagħhom.

L-ewwel ġenerazzjoni tal-kompjuters kienu jibbażaw fuq lingwi makkinarji biex jaħdmu u jipproċessaw l-istruzzjonijiet tagħhom.  Huma kienu kapaċi jsolvu problema waħda biss f'ħin wieħed.  Informazzjoni f'dawn il-kompjuters kienet tidħol permezz ta' punch cards jew tejp tal-karti u l-informazzjoni kont tista' taraha wara li tiġi stampata fuq karta.

Il-kompjuters UNIVAC u ENIAC huma eżempju ta' kompjuters ta' l-ewwel ġenerazzjoni. UNIVAC kien l-ewwel kompjuter kummerċjali li fl-1951 kien magħmul għal klijent, l-Uffiċju taċ-Ċensiment Amerikan.

Transistors ħadu post it-tubi tal-vacuum fil-kompjuters tat-tieni ġenerazzjoni.  It-transistor kienu vvintati fl-1947 iżda l-użu tagħhom ftit li kien użat sa qabel l-aħħar tas-snin ħamsin.  It-transistor kien superjuri għat-tubu tal-vacuum u bis-saħħa tagħhom il-kompjuters setgħu jiċkienu, iżidu fil-veloċità ta' proċessar, jorħsu fil-prezz, jaħlu inqas enerġija u jkunu iktar affidabli mill-kompjuters ta' l-ewwel ġenerazzjoni.

Għalkemm it-transistor xorta kien jiġġenera ħafna sħana li kien iwassal għal ħsara fil-kompjuter, dan kien żvilup sostanzjali mit-tubu tal-vacuum.  Dawn il-kompjuters xorta kienu jużaw il-punch card għad-dħul ta' informazzjoni u stampar għar-riżultat.

Il-kompjuters tat-tieni ġenerazzjoni bdew jużaw lingwa simbolika magħrufa bħala assembly, lingwa li kienet tħalli l-programmatur jispeċifika struzzjonijiet fi kliem sempliċi u mhux numri u kodiċi tal-magna.  Dan iż-żmien bdew jiġu żviluppati wkoll lingwi ta' livell għola biex wieħed jipprogrammhom, fosthom, l-ewwel verżjonijiet tal-COBOL u FORTRAN.  Dawn kienu wkoll l-ewwel kompjuters li kienu jaħżnu struzzjonijiet fil-memorja.  Il-memorja issa kienet b'teknoloġija ġdida li kienet tuża kalamiti biex taħżen bits ta' informazzjoni.

L-ewwel kompjuters ta' din il-ġenerazzjoni kienu żviluppati għall-industrija ta' l-enerġija atomika.

L-iżvilupp taċ-ċirkwit integrat kien dak li tefa' 'l quddiem il-kompjuters tat-tielet ġenerazzjoni.  It-transistors kienu mċekkna u mpoġġija fuq ċipep tas-silicon, imsejħa semikondutturi, li biddlu drastikalment l-veloċità ta' proċessar u effiċjenza tal-kompjuters.

Minflok il-punch cards u stampar, l-utent setgħa jinteraġixxi mal-kompjuter permezz ta' kijbord u moniter biex jikkomunika ma' sistema operattiva li kienet tħalli l-apparat iħaddem applikazjonijiet diversi f'ħin wieħed bi proċessur ċentrali li kien jieħu jsieb il-memorja.  Għall-ewwel darba il-kompjuter setgħu jużawh ħafna iktar nies għax il-kompjuters tat-tielet ġenerazzjoni kienu iżgħar u orħos mill-kompjuters tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom.

Il-mikroproċessur kien dak li ġab il-kompjuters tar-raba' ġenerazzjoni hekk kif eluf ta' ċirkwiti integrati kienu jiġu mpoġġija fuq ċippa waħda tas-silikon.  Dak li fl-ewwel ġenerazzjoni kien jimla kamra waħda setgħa issa joqgħod fuq l-idejn.  L-Intel 4004, żviluppata fl-1971, kienet ċippa waħda li fuqha kellha proċcessur ċentrali (CPU) u memorja.

Fl-1981 l-IBM introduċiet l-ewwel kompjuters għall-utent fid-dar, u fl-1984 Apple introduċiet il-Macintosh.  Il-mikroproċessuri bdew ukoll jintużaw f'apparat ieħor li jintuża' fil-ħajja ta' kuljum.  Hekk kif dawn il-kompjuters daqstant żgħar bdew isiru iktar b'saħħithom setgħu jiġu maqgħuda f'networks li eventwalment wasslu għall-Internet.  

Mal-kompjuters tar-raba' ġenerazzjoni kienu żviluppati interfaċċi grafiċi (GIU), il-maws, u apparat ta' l-idejn.

Il-kompjuter tal-ħames ġenerazzjoni hu proġett li beda fl-1982 mill-Ġappun.  L-idea tagħhom kienet li jibnu kompjuter mhux iktar billi jiffokaw fuq ħafna elementi f'ċippa waħda iżda billi jintużaw ħafna ċipep f'kompjuter wieħed u b'hekk ikun hemm proċessuri paralleli.  L-Intelliġenza artifiċjali kella tkun waħda mill-bżonnijiet għal dawn il-kompjuters bħal rikonoxximent tas-smigħ.

Dawn il-kompjuters għadhom fi stadju ta' riċerka u sa issa għad m'hemm l-ebda kompjuter kummerċjali li juża din it-teknoloġija.  Biex jiddaħlu eluf ta' ċipep f'kompjuter wieħed l-ixjenzati qegħdin ifitxu metodi alternattivi, eżempju kompjuter bioloġiku fejn iċ-ċippa tkun molekula bioloġika

Sistema Operattiva (bl-Ingliż Operating System) hu programm li jikkontrolla r-riżorsi tal-hardwer (il-magna fiżika) u tas-softwer.  Is-sistema operattiva hi ċ-ċentru tas-sistema tal-kompjuter għax tagħmel diversi xogħlijiet bażiċi bħal tikkontrolla u talloka memorja, tagħti prijorità lil struzzjonijiet li jingħataw, tikkontrolla l-periferali ta' input (dħul ta' informazzjoni) jew output (ħruġ ta' informazzjoni), tiffaċilita networks u l-immaniġjar tal-fajls.

Superkompjuter hu kompjuter b'hardwer b'sahhtu hafna u generalment jintuzaw ghal skopijiet xjentifici. Ezempji ta' dawn it-tip ta' Kompjuters huma l-Cray computers u l-IBM Roadrunner

Dawn huma uħud mill-ikbar kumpaniji tal-kompjuters fid-diinja.  Ara l-artiklu prinċipali għal iktar.




#Article 237: Jannar (586 words)


Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Dan ix-xahar għandu 31 jum, u hu wieħed minn seba' xhur ta' 31 jum fil-kalendarju Gregorjan.

Jannar jibda (astroloġikament) bix-xemx fil-Kaprikornu u jispiċċa fl-Akwarju. 

L-isem Jannar hu minn alla Ruman Ġanu (Ianuarius), l-alla tal-bibien; l-isem kellu l-bidu tiegħu fil-mitoloġija Rumana, fejn il-kelma Latina għal bieb (ianua) tiġi - Jannar hu l-bieb għas-sena. L-alla Ġanu kien meqjum minn xi 400 qK sa xi 400 wK. Fit-talb kienu jibdew bih, anke qabel il-kbir Ġove, u kien imfittex fil-bidu ta’ ħafna affarijiet, gwerer inklużi.  Fl-istatwi huwa skolpit  b’żewġ uċuħ opposti, wieħed biex iħares lura u l-ieħor għal quddiem, b’muftieħ f’idu l-leminija u b’bastun fix-xellugija. Il-festi tiegħu kienu jsiru għall-bidu  tas-sena. Il-Ħindi ukoll għandhom, fost mijiet ta’  allat,  lil  alla  Vayu, rappreżentat  b’żewġ  uċuħ biex iħares lura u ’l quddiem u wkoll jitolbuh qabel jibdew l-affarijiet. Ukoll f’Jannar, fil-15, għandhom il-Makara Sakranti, festival kbir tal-ħasil fix-xmajjar speċjalment dik Ganges meqjusa l-iktar qaddisa.

Tradizzjonalment, il-kalendarju Ruman kien jikkonsisti minn 10 xhur, b'total ta' 304 ġurnata, fejn ix-xitwa kienet meqjusa bħala xahar mingħajr ġranet. Madwar 713 QK,  ir-Re Numa Pompilius żied ix-xhur ta' Jannar u Frar biex jagħmel in-numru ta' ġranet tas-sena daqs tas-sena solari (355 ġurnata). L-ewwel ġurnata tax-xahar hi magħrufa bħala l-Istrina. Fil-bidu tal-153 QK ħa post Marzu bħala l-ewwel xahar. Marzu qabel kien l-ewwel xahar fil-kalendarju antik Ruman.

Diversi dati tal-festi Nsara kienu użati għall-Ewwel tas-Sena fl-Ewropa, fosthom il-25 ta' Marzu (festa ta' l-Annunzjata) u l-25 ta' Diċembru (il-Milied). Madanakollu, l-kalendarji medjevali kienu mfassla fuq il-mudell Ruman ta' tnax-il kolonna minn Jannar sa Diċembru. Fis-seklu 16, pajjiżi Ewropej bdew uffiċċjalment jagħmlu l-1 ta' Jannar il-bidu ta' sena ġdida.

Ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu l-isem oriġinali Ruman, Ianuarius, il-kelma tas-Sassonja Wulf-monath (xahar tal-lupu), u t-terminu wżat minn Karlu Manju Wintarmanoth (xitwa/xahar kiesaħ). Bil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ tammikuu, li tfisser ix-xahar tal-balluta, imma t-tifsira oriġinali kienet ix-xahar tal-qalb tax-xitwa, billi tammi kienet tfisser qalb. Dan ix-xahar hu msejjaħ bil-lingwa Ċeka leden, li tfisser ix-xahar tas-silġ.

L-ewwel Tnejn ta' Jannar hu magħruf bħala Handsel Monday fl-Iskozja u fit-tramuntana ta' l-Ingilterra. Fl-Ingilterra, is-sena tal-agrikoltura bdiet bPlough Sunday fil-Ħadd wara l-Epifanija.

Fil-kalendarju Kattoliku hemm festi importanti li jibdew fil-bidunett (twelid Jannar huwa mfakkar minn kull kampnar). Skont ir-riforma tal-1969, l-ewwel ta’ Jannar sar iddedikat lil Marija Omm Alla. Qabel kienet il-festa taċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù (li tneħħiet mill-kalendarju fl-1974). L-ewwel Ħadd ta' Jannar (meta mhux l-ewwel tas-sena) imbagħad huwa l-festa tal-Epifanija u t-tieni Ħadd dik tal-Magħmudija ta’ Ġesù.

L-età maġġuri fil-Ġappun hi t-tieni Tnejn ta' Jannar, għal dawk li jkunu jagħlqu l-20 sena fis-sena l-ġdida tal-kalendarju. Din hi vaganza nazzjonali. Il-ġurnata kienet iċċelebrata mill-1948, imma tmexxiet għall-15 ta' Jannar mis-sena 1999, fejn kienet tmexxiet mill-gvern Ġappuniż f'attenat biex ikabbar l-ekonomija.

Fir-rota tas-sena Pagana, Jannar jispiċċa fil-perjodu ta' l-Imbolc fl-emisferu tat-tramuntana u Lughnasadh fl-emisferu ta' nofsinhar.

Jannar tista’ tgħid huwa l-eqqel tax-xitwa Maltija bil-ġranet fost l-iqsar u l-iljieli l-itwal, u spiss ikun il-maltemp (f’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq)) u ksieħ (il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild ta’ ħmar).  

U mhux biss Jannar imma anke x-xahar ta’ warajh (Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer).  Għalhekk aħjar li F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar. 

Ix-xita ta’ Jannar hija tajba: Ix-xita ta’ Jannar traxxix il-bżar (demel).  

Madanakollu xita żejda hija ta’ ħsara (Meta Jannar huwa lewwiemi, ma tarax bidwi hieni).

Jannar huwa wkoll żmien il-mard, l-iktar dak respiratorju jew virali (Dehxa ta’ Jannar (ħosba) fawra (rash) lewn in-nar) li l-iktar li jolqot huwa lix-xjuħ (f’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew fl-isptar).  

Għall-qtates imma huwa żmien ta’ attività oħra (Jannar ma jħallix qattusa d-dar).   




#Article 238: Torri Eiffel (106 words)


It-Torri Eiffel, huwa torri tal-ħadid f'Pariġi, hu landmark tal-post u eżempju bikri ta' xogħol bil-ħadid fuq daqs ġgantesk. Ġie ddisinjat u mibni mill-inġinier ċivili Franċiż, Alexander Gustav Eiffel għall-Fiera Dinjija ta' Pariġi fl-1889. It-torri, mingħajr l-antenna tax-xandir li saret wara, hu twil 300m. Is-sezzjoni t'isfel tikonsisti f'erbgħa arkati kbar bħala saqajn. It-torri, ġie mibni minn madwar 6,300 tunnelata ħadid, għandu t-turġien u l-liftijiet. Fin-naħa ta' fuq ta' torri ssib, uffiċju meteoroloġiku, statazzjon tar-radju, u antena ta' trasmissjoni ta' televiżjoni, kif ukoll kmamar li huma użati minn Eifel innifsu. 

Dan l-aħħar ġie miżjud dawl ferm sabiħ madwaru li jgħati iżjed dehra romantika li din il-belt kapitali Franċiża.




#Article 239: Bir id-Deheb (206 words)


Bir id-Deheb hija parti bejn il-lokalitajiet ta' Ħal-Għaxaq u ż-Żejtun. Minkejja l-isem f'dan l-inħawi jekk tmur tfittex żgur mhux ħa sib xi bir tad-deheb. Fil-fatt din il-parti fiż-żmien il-medjuevu kienet tissejjaħ il-Qasam Ta' Dihib, b'hekk jista' jkun li ġej minn xi kunjom jew laqam tas-seklu XV. 

Bir id-Deheb eżattament jinsab fin-naħa ta' fuq taż-Żejtun u fin-naħa t'isfel ta' Ħal-Għaxaq, u minn nofs ta' din il-parti tgħaddi t-triq prinċipali lejn il-kumplament ta' nofsinhar ta' Malta, it-Triq Tal-Barrani. It-Triq Tal-Barrani hi dik it-triq li tifred iż-żewġ lokalitajiet t'hawn fuq. Iżda l-ikbar parti ta' Bir id-Deheb tinsab fiż-Żejtun. 

Ġewwa Bir id-Deheb insibu knisja ddedikata lil Madonna tal-Ħniena li tgħamel parti mill-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra fiż-Żejtun. Il-festa ta' din il-knisja f'ġieh il-Madonna tal-Ħniena ssir Ħadd fuq il-15 ta' Settembru,jum il-festa tad-duluri. 

Qrib din l-inħawi nsibu irħula oħra żgħar li jagħmlu mall-Belt Żejtunija fosthom Ħal-Ġwann, Ħal-Bajda, Ħal-Bisbut u Ta' Tnella. Insibu wkoll diversi knejjes qrib ta' dan il-post li kollha jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra, fosthom il-Knisja ta' Sant' Anġlu, il-Knisja ta' Santa Marija u l-Knisja tal-Madonna ta' Sinjura.

Toroq f'din il-parti insibu diversi fiż-żewġ lokalitajiet u anki l-popolazzjoni mhux daqsekk żgħira li sa anki taqbeż il-popolazzjoni ta' lokalitajiet oħra Maltin u Għawdxin, fost dawn it-toroq insibu:




#Article 240: Santu Wistin (1298 words)


Santu Wistin huwa wieħed mill-erba’ Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma’ Sant'Ambroġju, San Ġlormu u l-Papa San Girgor il-Kbir. Huwa kien isqof ta’ Ippona, belt ewlenija tal-Afrika Rumana (illum Annaba fl-Alġerija) u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba’ seklu. 

Wistin twieled fit-13 ta’ Novembru 354 minn missier pagan, Patrizju, li kien Kunsillier ta’ muniċipju, u minn omm nisranija Kattolika, Monnika, ta’ razza bérbera f’Tagaste, fin-Numidja, Souk-Ahras, illum l-Alġerija. Minħabba l-edukazzjoni li kellu, hu kien marbut b’ruħu u b’ġismu ma’ Ruma, mal-Imperu Ruman, u mal-kultura Rumana. Studja f’Tagaste fejn twieled, wara kompla jistudja fil-belt ta’ Madawra (ġewwa l-Alġerija) u mbagħad temm l-istudji f’Kartaġni. L-ilsien Grieg ma setax jaqbdu fl-iskola, imma iżjed tard wara li kien kbir tgħallmu biżżejjed biex ikun jista’ jittraduċi għal-Latin. Min-naħa l-oħra, il-Puniku baqa’ ma tgħallmu qatt, neħħi xi ftit kliem ’l hawn u ’l hemm li laħaq tgħallem u li nqeda bih biex ifisser kliem Lhudi li kien jixxiebah etimoloġikament. Meta kellu tnax-il sena kien se jmut minħabba x-xedda li qabditu, u kien se jitgħammed. Imma billi għaddielu, hu baqa’ ma tgħammidx żgħir. 

Ta’ dsatax-il sena tbiegħed mill-fidi Kattolika. Wara li qara l-ktieb l-Ortensju ta’ Ċiċerun li kien iħajjar għat-triq tal-filosofija, Wistin sar Manikew. Issa mietlu missieru (373), u reġa’ lura lejn Tagaste, u miegħu ħa l-mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodat. Ommu ma laqgħethomx għandha. Hu beda jgħallem il-grammatika Latina fl-istess Tagaste (374). Wara dan huwa qabad jgħallem ir-retorika l-ewwel f’Kartaġni (375-383), imbagħad f’Ruma (384), u fl-aħħar Milan (Ħarifa 384 – Sajf 386). F’Milan stess hu ġie f’kuntatt mal-Isqof Sant'Ambroġju u mal-istudji tan-neoplatoniċi li għenuh iħoll il-problema tal-materjaliżmu u tal-ħażen. Bil-qari ta’ San Pawl hu għeleb il-problema tan-naturaliżmu, u fehem li Kristu mhux biss hu l-Imgħallem, imma wkoll il-Feddej. Hekk wasal biex aċċetta l-medjazzjoni divina u l-grazzja. U fl-aħħar wasal ukoll għall-konverżjoni tiegħu.

Wistin ikkonverta fl-ewwel jiem tax-xahar ta’ Awwissu tas-sena 386, jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta’ Ippona. Bejn il-konverżjoni u l-episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin, imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta’ tagħlim tat-teoloġija Kattolika.

Hekk kif ikkonverta hu ħa żewġ deċiżjonijiet kbar: dik li jirrinunzja għat-tagħlim tar-retorika, u dik li jirrinunzja għaż-żwieġ. Hekk, qrib it-tmiem ta’ Ottubru tas-sena 386 Wistin irtira f’Kassiċijaku, x’aktarx Cossago fil-Brianza, biex hemm iħejji ruħu għall-magħmudija. F’dan il-post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl-ewwel ġranet ta’ Marzu tas-sena 387 hu reġa’ lura lejn Milan, inkiteb katekumenu, segwa l-kors tal-katekeżi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma’ Alipju, sieħbu, u Adeodat, ibnu, fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ April, il-viġilja tal-Għid tas-sena 387. Minn hemm Wistin qatagħha li jerġa’ lura lejn l-Afrika, imma ftit wara li waslu f’Ostia Tiberina, ommu mardet u mietet. Wistin reġa’ lura lejn Ruma u baqa’ sas-sena ta’ wara jikteb il-kotba u jitkixxef iżjed dwar il-ħajja monastika. Wara l-mewt tal-Imperatur Massimu li ġrat f’Lulju jew f’Awissu tas-sena 388, Wisin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l-ħajja komunitarja flimkien mal-ħbieb tiegħu u ma’ Adeodat li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara (389-391).

Fis-sena 391, Wistin mar Ippona bil-ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista’ jwaqqaf knisja. F’dik l-okkażjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot. L-Isqof Valerju tah biċċa mill-kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il-monasteru tal-lajċi li xtaq jibni. Hawn beda jagħti ruħu għal iżjed ħajja axxetika, għal iżjed studji tat-teoloġija, u fl-istess ħin beda l-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni. Fis-sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof. Għadda xi żmien jgħin lill-Isqof Valerju, imbagħad, għallinqas minn Awissu tas-sena 397, hu beda l-ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta’ Ippona. Meta sar Isqof tal-post, Wistin ħalla l-monasteru tal-lajċi fejn qabel kien superjur, u mar fid-dar ta’ l-Isqof u għamel minn din monasteru tal-Kjeriċi.

Bħala Isqof, Santu Wistin ħadem bis-sħiħ kemm fid-djoċesi tiegħu, kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l-iktar biex jipprietka, u kemm għall-Knisja universali l-iktar bil-kotba tiegħu. Fid-djoċesi tiegħu, Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt u l-Ħadd. F’xi okkażjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin, meta mhux ukoll jagħmel żewġ prietki kuljum. Kellu wkoll laqgħat tal-Isqof mal-membri tad-djoċesi, li kienu jissejħu audientia episcopalia, u dan biex jisma’ u jaqta’ s-sentenzi fil-kawżi li kienu jippreżentawlu l-fidili. Xi kultant dawn il-laqgħat kienu jdumu l-ġurnata kollha. Kellu wkoll jieħu ħsieb il-fqar, ir-romol u l-iltiema permezz ta’ tqassim ta’ affarijiet meħtieġa għall-ikel u għall-ħajja mill-imħażen li kien hemm apposta fil-kwartier nisrani. Kien jieħu ħsieb it-tagħlim reliġjuż tal-kleru li fosthom ġab riforma kbira bil-ħsieb li s-saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament. Organizza l-monasteri kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Kien iżur il-morda fi djarhom stess. U kien jaqbeż għall-fidili quddiem l-awtorita’ ċivili. Kien ukoll jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja, xogħol li kien jagħmel kontra qalbu.

Għall-Knisja ta’ l-Afrika u b’xi mod għall-Knisja Universali, hu ħa sehem f’diversi konċilji Afrikani. Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall-problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu. Ħa sehem f’disputi pubbliċi mal-eretiċi meta tqum l-okkażjoni, fosthom fil-konferenza tas-sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti. Hu ħadem ħafna għas-soluzzjoni tax-xiżma Donatista u tal-kontroversja Pelaġjana. Meta miet fit-28 ta’ Awissu tas-sena 430, fit-tielet xahar ta’ l-assedju taIppona mill-Vandali, ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma. L-aħħar xogħol tiegħu kienet l-Ittra 228 li x’aktarx li ddettaha fuq is-sodda ta’ mewtu u indirizzaha lis-saċerdoti tad-djoċesi dwar id-dmirijiet tagħhom għal waqt l-invażjoni barbarika. Hu kien midfun fil-Bażilika Pacis ġewwa Ippona. Iktar tard l-għadam tiegħu, f’data inċerta, ittieħed f’Sardinja, u qrib is-sena 725 kien ittrasportat f’Pavia fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ciel d’Oro, fejn għadu sal-lum.

Din hi l-aqwa biċċa xogħol ta’ Santu Wistin. Fiha hu jagħti fil-qosor il-ħsieb tiegħu filosofiku, teoloġiku u politiku. Kitbu bejn is-snin 413-426. Fir-Ritrattazzjonijiet Santu Wistin meta wasal sabiex jerġa’ jagħti daqqa t’għajn lejn ix-xogħol li kien għadu kemm temm, fuq il-Belt ta’ Alla, kiteb: “Waqt dan kollu, Ruma kollha kienet tinsab imfarrka taħt il-qilla ta’ l-invażjoni tal-Goti li kienu taħt it-tmexxija tar-re Alariku (370-410); kien diżastru kbir. Dawk li aħna mdorrijn insejħu l-pagani, dawk li jagħtu qima lil bosta allat foloz, għamlu l-almu tagħhom kollu sabiex iqiegħdu l-ħtija ta’ dan kollu wara bieb it-twemmin nisrani, u dan sabiex iżebilħu lil Alla l-veru bi lsien iniggeż aktar u bi ħdura mhux tas-soltu. Għalhekk jien mifni bil-ħeġġa għad-dar ta’ Alla, qtajtha illi nikteb kontra dawn id-dagħajja u l-iżbalji tagħhom, il-kotba ta’ l-Belt ta’ Alla.” 

Mela skond Wistin dawn kienu raġunijiet ewlenija għaliex ried jikteb il-Belt ta’ Alla. L-idea ewlinija hi dik li l-Providenza divina ddawwal u tmexxi l-istorja kollha tal-bniedem. Fiha 22 ktieb. ~ertament hija l-‘Magnum Opus’ ta’ Santu Wistin - opra twila ħafna u trid iż-żmien biex taqraha kollha. Tinqasam f’żewġ partijiet. Il-kotba 1-10 fihom il-ħsieb ta’ apoloġetika u polemika. Fil-kotba 1-5 Santu Wistin jirrifjuta l-opinjoni pagana li l-politeiżmu, jew l-adorazzjoni ta’ ħafna allat, kien bżonnjuż sabiex tinstab hena fuq din id-dinja; fil-kotba 6-10 huma miktuba kontra l-filosfi Neo-Platoniċi li kien jżommu li l-adorazzjoni ta’ l-allat hija neċessarja għall-ħajja futura. Il-kotba 11-22 huma spekulattivi. Hemm żewġ saltniet kbar li fihom isir l-iżvilupp tal-ħajja u ta’ l-umanita’: ‘Regnum Dei, Regnum mundi’,- ‘ir-renju ta’ Alla u r-renju tad-dinja.’ Il-konflitt bejn dawn it-tnejn jifforma suġġett ta’ dan ix-xogħol.

Ir-renju ta’ Alla jikkonsisti: fl-anġli tiegħu u n-nies ġusti, u l-essenza tar-renju tad-dinja hi l-apostasiji minn Alla. Huwa hawn li dawn iż-żewġ renji jidħlu ġo xulxin għaliex iċ-ċittadini ta’ l-ewwel jgħixu bħala ċittadini qalb tat-tieni. Il-kotba 11-14 jiddeskrivu l-oriġini ta’ kull renju, bil-ħolqien tal-anġli u tal-waqgħa ta’ dawk apostati. Il-kotba 15-18 jittrattaw fuq l-iżvilupp u l-progress ta’ dawn iż-żewġ renji u l-kotba 19-22 l-għan ta’ kull renju u kif isib tmiemu.

Ix-xogħol fih ħafna tagħrif storiku u arkeoloġiku għax Wistin ħa ħafna minn Ċiċerun, Verro u mir-reċensjoni tal-‘Chronicon’ ta’ Ewsebju. Ċertament dan ix-xogħol kellu u għad għandu influwenza kbira mill-mewt ta’ Wistin l’ hawn. Għall-grazzja ta’ Alla għandna traduzzjoni tajba ħafna tal-Belt ta’ Alla, tradotta minn Valentin V. Barbara, maħruġa mill-Provinċja Agostinjana, Malta, fil-1996, bin-noti estiżi ta’ P. Salvino Caruana OSA.




#Article 241: Baqra tal-baħar (259 words)


Mammiferi plaċentati erbivori tal-baħar li jiffurmaw l-ordni Sirenia, mifruxa ma' ħafna ibħra, xmajjar w estwarji, ma' tul il-kosta ta' l-Afrika, l-Indja, l-Awstralja u ż-żewġ kontinenti Amerikani. Dawn il-mammiferi jiġu msejħa b'ħafna ismijiet bħal baqar tal-baħar, lamantini u dugongi fost oħrajn. 

Il-baqar tal-baħar kollha il jeżistu llum għandhom metaboliżmu estremament baxx u tolleranza ta' xejn lejn l-ilma kiesaħ, biss xorta waħda huma mammiferi totalment akkwatiċi u bħal baleni u d-dniefel, f'ħajjithom ma' joħorġu qatt barra mill-ilma lanqas biex iwelldu.  Minħabba dawn il-fatturi il-baqar tal-baħar jistgħu jgħixu biss f'ibħra baxxi u sħan mal-kosta, fi xmajjar u f'estwarji b'ekosistemi nodfa u b'saħħithom.

Il-lamantini (Trichechidae) u d-dugongi (Dugongidae) huma fil-periklu ta' estinzjoni. L-erba' speċi li huma kollha vulnerabli minħabba telf ta' abitat u mpatti negattivi oħra li huma relatati mal-bniedem, bħall-iżvilupp tal-kosta u żieda fil-popolazjoni.

 
Il-baqar tal-baħar għandhom ħafna adattazzjonijiet fisiċi għall-ħajja fl-ilma. L-idejn ġew modifikati b'mod biex jintużaw bħala tmun biex jgħinu fid-direzzjoni, is-saqajn tant ċkienu li baqa' biss 2 għadmiet midfuna fil-fond ġewwa l-muskoli u d-denb inbidel f'forma ta' moqdif. 

Ir-ras hija waħda mill-partijiet li ġiet immodifikata l-aktar, biex dawn il-mammiferi jkunu jistgħu jieħdu in-nifs faċilment f'wiċċ l-ilma. Is-snien fil-ħalq naqsu drastikament ukoll u l-ftit li baqa' ġew addattati għal veġetazjoni ratba. Is-sider fil-mara qiegħed pożizjonat taħt l-idejn u għandhom par wieħed biss. Id-differenza bejn il-familja Trichechidae u l-familja Dugongidae hija fil-forma tad-denb u tar-ras. Għalkemm jidhru ħoxnin, il-baqar tal-baħar huma fusiformi w idrodinamiċi.

Għad-differenza mill-mammiferi tal-baħar kollha l-oħra (dniefel, baleni, bumerini, iljuni tal-baħar u lutri tal-baħar) il-baqar tal-baħar huma mammiferi totalment erbivori u jieklu biss veġetazjoni u ħaxix tal-baħar biss.




#Article 242: Bolzano (112 words)


Bolzano (Ġermaniż Bozen, Ladin Bulsan) hija l-belt kapitali u l-ikbar tat-Tirol t’Isfel (Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano/Bozen) fl-Italja u fl-Alpi. Bejn wieħed u ieħor f’Bolzano jgħixu 100,000 abitant. 73% tal-popolazzjoni titkellem bit-Taljan, 26.29% bil-Ġermaniż u 0.71% bil-Ladin, lingwa tad-Dolomiti.

Bolzano huwa ċ-ċentru amministrattiv, ekonomiku, finanzjarju, politiku, artistiku, kulturali u reliġjuż (ma’ Bressanone/Brixen) tat-Tirol t’Isfel. Bolzano hija belt ma’ università trilingwa (Ġermaniż, Talian u Ingliż), akkademja ewropea u konservatorju prestiġġjuż.

Il-popolazzjoni tal-belt mal-agglomerazzjoni hija ta' 140,000 abitant. 8% (7.929) tal-popolazzjoni tal-belt hija stranġiera u l-ikbar komunità hija Albaniża.

Luigi Spagnolli huwa is-Sindku ta’ Bolzano u Elmar Pichler Rolle huwa viċi-sindku tal-belt.

Sa l-1918 Bolzano kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija.

Iċ-ċentru storiku huwa ta’ oriġini Awstriaka.




#Article 243: Bniedem (139 words)


Il-Bnedmin (Umani) huma primati fl-ispeċi Homo sapiens (bil-Latin; 'Raġel għaref'), fil-ġeneru mammiferi, fil-klassi Mammalia, fil-familja Hominidae.

L-Umani għandhom moħħ żviluppat ħafna li jippermetti raġunamenti astratti, il-lingwa u introspezzjoni (li tikkuntempla lilek innifsek, u mhux tosserva madwarek biss). Dan, flimkien ma' ġisem wieqaf li jippermetti l-użu ħieles tal-idejn ippermetta lil bnedmin sabiex jagħmlu użu kbir ta' għodod.

Bħal ħafna primati oħra, l-umani huma ta' natura soċjali u jħobbu joqogħdu miġburin flimkien. Barra minn hekk, kapaċi jużaw ħafna tipi ta' kommunikazjoni. Il-bnedmin, matul is-snin u jibqgħu fil-futur, jikkreaw strutturi soċjali kumplessi magħmula minn gruppi ta' individwi li jikkooperaw flimkien u jikkompetu ma' xulxin. Id-daqs ta' dawn il-gruppi jvarja minn ftit individwi għal nazzjonijiet sħaħ b'miljuni ta' nies. It-taħlit bejn dal-gruppi ħoloq matul iż-żminijiet varjeta' kbira ta' tradizzjonijiet, ritwali, etika, valuri, użanzi, normi soċjali u liġijiet li kollha jiffurmaw l-bażi tas-soċjetà umana.




#Article 244: Apparat Periferali (117 words)


Periferali hu hardwer li jiżdied ma' kompjuter biex jiżdiedulu l-abbiltajiet tiegħu. Iktar minn hekk periferali huma apparati li huma opzjonali u mhux bżonjużi biex kompjuter bażiku jaħdem. It-terminu periferali hu iktar użat għal apparati li jiżdiedu mal-kompjuter fuq barra bis-saħħa ta' konnesjonijiet bħal USB jew COM. Eżempji tipiċi huma joystiks, printers, skeners, u mikrofoni.

Apparat bħal moniter jew disk drajvs mhux konsiderati periferali meta mhux opzjonali. Kards bħal vijdjo kards ukoll mhux konsiderati periferali għax huma apparati interni.

Qabel ma kien jeżisti il-kompjuter personali, apparati li ma kinux motherboard, CPU jew memorja kienu meqjusa bħala periferali. Il-kompjuter personali espanda t-tifsira ta' x'inhu bażiku u x'inhu periferali u għaldaqstant keyboard, moniter u maws m'humiex iktar konsiderati bħala periferali.




#Article 245: Festival tal-Eurovision (4667 words)


Il-Festival tal-Eurovision, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Eurovision Song Contest (bil-Franċiż: Concours Eurovision de la Chanson), hija kompetizzjoni annwali bejn il-pajjiżi membri attivi tal-European Broadcasting Union (EBU).

Kull pajjiż membru jibgħat kanzunetta biex jipparteċipa fi trażmissjoni diretta fuq it-televiżjoni u wara jinġabru l-voti mill-pajjiżi għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — b'hekk tintgħażel l-iktar kanzunetta popolari tal-kompetizzjoni. Kull pajjiż membru jipparteċipa permezz ta' stazzjon televiżiv li jkun membru tal-EBU, u li permezz ta' xi sistema ta' għażla ġewwa pajjiżhom, jintgħażel kantant u kanzunetta li jirrapreżenta l-pajjiż f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.

Il-Festival jiġi trażmess kull sena u l-ewwel edizzjoni saret fl-1956. Dan il-festival hu fost l-iktar programmi televiżivi li ilu jsir mad-dinja u hu anki fost l-aktar programmi (li mhumiex sportivi) segwiti mad-dinja, hekk kif jilħaq udjenza ta' madwar 100 miljun u 600 miljun. Il-Eurovision jixxandar wkoll barra mix-xtut Ewropej, fejn jiġi mxandar f'pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada, l-Eġittu, Ħong Kong, l-Indja, il-Ġordan, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Vjetnam u l-Istati Uniti, minkejja li dawn il-pajjiżi ma jikkompetux fil-festival. Mis-sena 2000, il-festival beda jiġi mxandar ukoll fuq l-internet, b'aktar minn 74,000 persuna minn 140 nazzjon isegwu l-edizzjoni tal-2006 fuq l-internet.

Fil-ħamsinijiet, meta l-Ewropa kienet għadha kemm iġarrab l-effetti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-European Broadcasting Union — li kienet ibbażata fl-Iżvizzera — ġietha l-idea ta' festival tal-kanzunetta internazzjonali fejn il-pajjiżi jieħdu sehem fuq programm televiżiv wieħed u jkun trażmess fil-pajjiżi kollha li huma parti minn din l-organizzazzjoni. Din l-idea ħarġet waqt laqgħa li kienet qed issir ġewwa Monako fl-1955 minn Marcel Bezençon, Franċiż li kien jaħdem għall-EBU. Il-kompetizzjoni kienet immudellata fuq il-festival Taljan ta' Sanremo, u kien jintqies bħala esperiment teknoloġiku f'televiżjoni diretta: f'dawk iż-żmenijiet, kien ikun proġett ambizzjuż li tgħaqqad ħafna pajjiżi ma' xulxin f'network fuq bażi wiesgħa ta' arja. L-isem tal-festival, Eurovision, kienet idea tal-ġurnalist Brittaniku George Campey fl-1951.

L-ewwel edizzjoni saret fil-belt ta' Lugano ġewwa l-Iżvizzera fl-24 ta' Mejju 1956. Seba' pajjiżi ħadu sehem b'kull pajjiż jibgħat żewġ kanzunetti, għal total ta' erbatax. Dan kien l-uniku festival fejn kull pajjiż kellu iktar minn kanzunetta waħda: mill-1957 kull festival li sar, kull pajjiż kien obbligat li jipparteċipa b'kanzunetta waħda. Il-festival tal-1956 kien mirbuħ mill-pajjiż ospitu tal-iŻvizzera.

Il-programm kien għall-bidu magħruf bħala Eurovision Grand Prix. L-isem Grand Prix kien jiġi ntużat mill-pajjiżi li għandhom influwenza Franċiża qalb il-kultura tagħhom, fejn f'dawn il-pajjiżi l-Eurovision kien magħruf bħala Le Grand-Prix Eurovision de la Chanson Européenne. Il-kelma Grand Prix ma baqgħetx tintuża' aktar f'dawn il-pajjiżi u ġiet mibdula għal Concours (konkors). L-uniku żewġ pajjiżi li għadhom jużaw t-terminu oriġinarju huma d-Danimarka u n-Norveġja, li jsejħu l-festival Melodi Grand Prix. Fost il-ħafna programmi tal-EBU, ċertament li l-isem Eurovision huwa marbut ma' din l-organizzazzjoni.

Il-format tal-Konkors għadda minn serje ta' tibdiliet matul is-snin, minkejja li l-punti fundamentali baqgħu dejjem hemm: il-pajjiżi parteċipanti jibgħatu l-kanzunetti, li huma kantati direttament fi programm televiżiv trażmess fl-istess ħin madwar il-Eurovision Network mill-EBU madwar il-pajjiżi. Pajjiż bħala parteċipant hu rappreżentat minn stazzjon televiżiv wieħed mill-istess pajjiż: tipikament, imma mhux dejjem, tkun l-organizzazzjoni tax-xandir ta' servizz pubbliku. Il-programm hu ospitat minn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti, u t-trażmissjoni tintbagħat mill-awditorju fil-belt li tkun qed tospita l-edizzjoni. Matul dan il-programm, wara li l-kanzunetti kollha jiġu kantati, il-pajjiżi jipproċedu biex jivvutaw għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra: il-pajjiżi ma jistgħux jivvutaw għall-kanzunetta tagħhom stess. Fl-aħħar tal-programm, ir-rebbieħ ikun imħabbar bl-iktar kanzunetta li tkun kisbet punti. Ir-rebbieħ jirċievi, sempliċiment, il-prestiġju li jkun rebaħ — minkejja li ħafna drabi jingħata trofew lill-awturi tal-kanzunetta, u l-pajjiż rebbieħ ikun mistieden biex jospita l-avveniment tas-sena segwenti.

Il-programm jingħata l-bidu ġeneralment minn wieħed jew aktar preżentaturi, li jilqgħu lit-telespettaturi għas-serata. Ħafna pajjiżi li jospitaw din il-kompetizzjoni jieħdu l-opportunità li tingħatalhom biex jospitaw din l-avveniment biex waqt il-preżentazzjoni jkun għaddej servizz li juri xeni mill-pajjiż, bħala reklamar għat-turiżmu. Bejn il-kanzunetti u meta jitħabbru l-voti, isir att ta' intervall. Dawn il-minuti ta' intervall inkludew atti bħal The Wombles (1974) u l-ewwel preżentazzjon internazzjonali ta' Riverdance (1994).

Il-mużika tema li tinstema' qabel u wara x-xandira tal-Festival tal-Eurovision (u xandiriet oħra tal-Eurovision) hi l-introduzzjoni tat-Te Deum ta' Marc-Antoine Charpentier.

Is-serata finali tal-Festival tal-Eurovision issir ġeneralment fil-lejl tas-Sibt tar-rebbiegħa, fid-21:00 CEST. Ħafna drabi Sibt partikulari minn Mejju hu magħżul, anke jekk il-Konkors kien isir fil-ġurnata tal-Ħamis (fl-1965) u sa kmieni daqs Marzu. Mill-2004, minħabba n-numru kbir ta' pajjiżi eleġibbli li xtaqu jipparteċipaw, bdew isiru rawnds ta' kwalifika — magħrufin bħala Semifinali — jumejn jew tliet ijiem qabel il-finali tas-Sibt.

Parteċipanti eleġibbli jinkludu Membri Attivi (u mhux Membri Assoċjati) tal-European Broadcasting Union. Membri attivi huma dawk li l-istati tagħhom jaqgħu fi ħdan il-European Broadcasting Area, jew inkella dawk li huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa.

Membri attivi jinkludu organizzazzjonijiet tax-xandir li t-trażmissjonijiet tagħhom jagħmluhom disponibbli (virtwalment) lill-popolazzjoni kollha tal-pajjiż fejn huma ibbażati.

Jekk Membru Attiv tal-EBU ikun jixtieq jipparteċipa, huma jridu jikkwalifikaw għal ċerti kundizzjonijiet li huma imposti mir-regoli tal-Konkors. Sal-2009, din tinkludi n-neċessità li jkunu xandru l-edizzjoni preċedenti fil-pajjiż rispettiv, u li jħallsu lill-EBU miżata ta' parteċipazzjoni qabel data sottoposta mir-regoli tal-Konkors għas-sena li jkunu jridu jidħlu jipparteċipaw fih.

L-eleġibbilità biex wieħed jipparteċipa mhix determinata mill-pożizzjoni ġeografika fi ħdan il-kontinent tal-Ewropa, minkejja l-frażi Euro fl-isem stess tal-festival, Eurovision — u l-anqas m'għandha x'taqsam mal-Unjoni Ewropea. Diversi pajjiżi li ġeografikament jinsabu barra l-konfini tal-Ewropa kkompetew f'dan il-festival: l-Iżrael, Ċipru, l-Armenja, fl-Asja tal-Punent, bdew jipparteċipaw mill-1973, mill-1981 u mill-2004 rispettivament; u l-Marokk, fl-Afrika ta' Fuq, daħlet darba fl-1980. Aktar minn hekk, diversi pajjiżi transkontinentali b'parti biss mit-territorju tagħhom fl-Ewropa wkoll ikkompetew: it-Turkija, mill-1975; ir-Russja, mill-1994; il-Ġeorġja, mill-2007; u l-Ażerbajġan, li deher għall-ewwel darba fl-2008. Żewġ pajjiżi li dehru li xtaqu jieħdu sehem kienu l-Libanu u t-Tuneżija, mill-Asja tal-Punent u l-Afrika ta' Fuq rispettivament, li huma t-tnejn barra mill-Ewropa. L-istat Golf tal-Qatar, fl-Asja tal-Punent, fl-2009 qajjem l-interess li jingħaqad biex jieħu sehem fil-festival tal-2011.

Wieħed u ħamsin pajjiż ipparteċipaw tal-anqas darba. Dawn huma elenkati hawnhekk flimkien mas-sena li fiha għamlu d-debutt:

Kull pajjiż huwa obbligat li jibgħat kanzunetta waħda biex tirrapreżentahom fis-sena li fiha jixtiequ jipparteċipaw. L-unika eċċezzjoni kienet meta kull pajjiż bagħat żewġ kanzunetti fl-edizzjoni inawgurali tal-Konkors. Hemm regola li tipprojbixxi li tintbagħat kanzunetta li preċedentament ħarġet kummerċjalment jew imxandra fil-pubbliku qabel data speċifika. L-għan ta' din ir-regola hi biex tassigura li kanzunetti ġodda biss jidħlu fil-Festival, u mhux kanzunetti eżistenti ta' suċċess, li jista' jagħti pajjiż vantaġġ minħabba l-fatt li l-kanzunetta tkun diġà magħrufha u populari.

Il-pajjiżi jistgħu jagħżlu l-kanzunetti b'liema metodu li jixtiequ: tista' tkun deċiżjoni interna magħmulha mix-xandar parteċipanti, jew konkors pubbliku li jippermetti lill-pubbliku tal-pajjiż biex jivvota fost numru ta' kanzunetti. L-EBU tinkoraġġixxi lill-istazzjonijiet biex jużaw il-format tal-kompetizzjoni pubblika, hekk kif din tiġġenera aktar promozzjoni lejn il-Konkors. Dawn is-selezzjonijiet nazzjonali huma magħrufa bħala finali nazzjonali.

Xi finali nazzjonali ta' xi pajjiżi huma kbar daqs — jew ikbar — mill-Festival tal-Eurovision innifsu, li jinvolvu diversi kanzunetti li jintbagħtu lis-semifinali nazzjonali. Il-finali nazzjonali Żvediża, Melodifestivalen (litteralment, Il-Festival Melodiku) tinkludi 32 kanzunetta li jitkantaw f'erba' semfinali, f'areni b'udjenzi kbar madwar il-pajjiż, qabel is-serata finali li ssir fi Stokkolma. Dan sar wieħed mill-akbar programmi segwiti kull sena fl-Iżvezja skont figuri televiżivi. Fi Spanja, ir-reality show Operación Triunfo ġie inawgurat fl-2002; ir-rebbieħa tal-ewwel tliet staġuni pproċedew biex jieħdu sehem f'isem pajjiżhom fil-Eurovision.

Huwa indifferenti liema metodu li jrid jiġi wżat biex tintgħażel il-kanzunetta, però d-dettalji finali tal-kanzunetta magħżulha jridu jiġu ffinalizzati u sottomessi lill-EBU xi ġimgħat qabel il-Konkors internazzjonali.

Ħafna mill-ispiża tal-Festival hu kopert mill-isponsors tal-avveniment u kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Il-Konkors hu kkunsidrat bħala pjattaforma unika biex wieħed jippromovi l-pajjiż ospitu bħala destinazzjoni turistika. Fis-sajf tal-2005, l-Ukrajna neħħiet r-rekwiżiti komuni għall-għotja tal-visa lit-turisti biex dan jikkoinċidi mat-tħejjija tal-Konkors.

Il-preparazzjonijiet għall-Konkors jibdew xi ġimgħat wara r-rebħa tal-pajjiż, u wara l-konferma li tingħata lill-EBU li huma intiżi — u għandhom il-kapaċità — biex jospitaw avveniment ta' dan il-ġeneru. Belt partikulari tiġi magħżulha (ħafna drabi tkun il-kapitali, imma mhux dejjem ikun il-każ), u impjant li jkun tajjeb biex jospita s-serati. L-ikbar impjant kien stadju tal-futbol f'Kopenħagen, Parken, li żamm udjenza ta' madwar 38,000 persuna meta d-Danimarka ospitat l-edizzjoni tal-2001. L-iżgħar villaġġ fejn il-Konkors sar kien f'Millstreet f'Country Cork, ġewwa l-Irlanda, li seħħ fl-edizzjoni tal-1993. Il-villaġġ kellu popolazzjoni ta' 1,500, anke jekk l-impjant tal-Green Glens Arena żamm konsiderabilment aktar udjenza.

Meta tintgħażel belt u l-impjant fejn se jiġi ospitat dan l-avveniment, jiġi dejjem ikkunsidrat x'lukandi u faċilitajiet tal-istampa jinstabu fil-viċinanzi. Fi Kjiv 2005, il-kmamar tal-lukandi kienu skarsi hekk kif l-organizzaturi tal-Konkors staqsew lill-gvern Ukren biex jimblokka il-prenotazzjonijiet li huma ma kellhomx kontroll fuqhom permezz ta' allokazzjonijiet tad-delegazzjonijiet uffiċjali jew pakketti tal-vjaġġi: din wasslet għal diversi prenotazzjonijiet tan-nies biex jiġu mħassra.

Minħabba l-fatt li l-Festival tal-Eurovision hi serata diretta, l-esebituri jridu jipperfezjonaw l-atti tagħhom fir-riħersals biex b'hekk fil-lejla l-kbira kollox imur b'wiċċ il-ġdid. Barra mill-esebizzjonijiet li jkunu għamlu ġewwa pajjiżhom, kull parteċipant jingħata l-opportunità li jirriħersja fuq il-palk fl-awditorju tal-Eurovision. Dawn il-provi jsiru matul diversi jiem tal-ġimgħa, u minħabba dan, id-delegazzjonijiet jaslu fil-belt li tkun qed tospita l-edizzjoni diversi ġranet qabel il-bidu tal-avveniment. Dan ifisser, min-naħa l-oħra, li l-ġurnalisti u l-ammiraturi tal-festival huma wkoll preżenti matul il-ġranet preċedenti, u l-avvenimenti tal-Eurovision idumu aktar mill-ftit sigħat li jidhru fuq it-televiżjoni. Numru ta' lukandi akkreditati huma magħżula għad-delegazzjonijiet biex jospitaw fihom, waqt li diversi karozzi tal-linja jintgħażlu biex iwasslu lill-esebituri lejn l-impjant tal-Festival u lura.

Kull stazzjon parteċipi jinnomina Kap tad-Delegazzjoni, li x-xogħol tiegħu hu li jikkoordina l-movimenti tal-membri delegati, u jaħdem bħala rappreżentant tal-pajjiż lejn l-EBU fil-belt li tospita l-edizzjoni. Membri tad-delegazzjoni jinkludu 'l-esebituri, awturi, kompożituri, uffiċċjali tal-istampa u — jekk orkestra hi wżata f'dik is-sena, u jekk il-kanzunetta jkollha bżonn — konduttur. Kull stazzjon jista' jagħmel użu minn kummentatur li jipprovdi l-kummentarju għas-serata għat-televiżjoni jew għar-radju, biex jixxandar fil-pajjiż rispettiv. Il-kummentaturi jingħataw kompartimenti tal-kummentarju li jinstabu wara l-arena wara l-udjenza.

Tradizzjonalment, id-delegazzjonijiet jaslu fil-Ħadd ta' qabel il-Konkors, biex b'hekk ikunu jistgħu jkunu preżenti għar-riħersals li jibdew nhar it-Tnejn filgħodu. Madanakollu, bl-introduzzjoni tas-semifinali — b'riżultat b'hekk ta' numru ikbar ta' parteċipanti — mill-2004 l-ewwel riħersals bdew fil-ġimgħa ta' qabel il-Ġimgħa tal-Festival. Il-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem fis-semifinali jagħmlu l-provi erbat ijiem qabel l-ewwel Ħamis sal-Ħadd, b'żewġ perjodi ta' provi jkunu permessi għal kull pajjiż. Il-pajjiżi li jkunu diġà kkwalifikaw direttament għall-finali jagħmlu l-provi fit-Tnejn u t-Tlieta tal-Ġimgħa tal-Eurovision.

Wara kull prova ta' kull pajjiż, id-delegazzjoni tiltaqa' mad-direttur artistiku tal-esebizzjoni fil-kamra fejn tiġi analizzata s-serata. Hawnhekk, huma jaraw vidjo tar-riħersal li tkun għadha kemm saret, fejn jiġi diskuss l-angoli tal-kamera, id-dawl u l-koreografija, biex b'hekk jiksbu l-effett estetiku massimufuq it-televiżjoni. F'dan il-punt, il-Kap tad-Delegazzjoni itarffu dwar il-bżonnijiet għall-esebizzjoni, u jagħmlu r-rikjesti tagħhom lill-istazzjon ospitu. Wara din il-laqgħa, id-delegazzjoni tagħmel konferenza stampa fejn membri tal-istampa akkreditata jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet. Ir-riħersals u l-konferenzi stampi jsiru b'mod parallelu; dan jiġifieri li waqt li pajjiż ikun qed jagħmel konferenza, parteċipant ieħor ikun fl-awditorju jipprova. Taqsira stampata tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet li jsiru fil-konferenzi stampi hi prodotta mill-uffiċċju tal-istampa ospitu, u imqassma lill-ġurnalisti.

Nhar il-Erbgħa tal-Ġimgħa tal-Eurovision isiru żewġ riħersals tas-semifinali bl-ilbies; nhar il-Ħamis filgħodu ssir l-aħħar riħersal bl-ilbes għas-semifinali qabel is-serata diretta ta' filgħaxija. Meta jsir magħruf kif se jitkantaw il-kanzunetti fil-finali, żewġ riħersals tal-finali bl-ilbies isiru nhar il-Ġimgħa, u oħra nhar is-Sibt filgħodu qabel it-trażmissjoni diretta tal-finali fis-Sibt filgħaxija.

Nhar it-Tnejn filgħaxija tal-Ġimgħa tal-Eurovision, isir festin imħejji mis-sindku, fejn l-amministrazzjoni tal-belt torganizza ċelebrazzjoni tal-wasla tal-Eurovision ġewwa belthom. Din ħafna drabi ssir f'muniċipalità kbira, fiċ-ċentru tal-belt. Id-delegazzjonijiet kollha jkunu invitati, u l-festin ikun ħafna drabi akkumpanjat mill-mużika diretta, ikel u xork, u f'dawn l-aħħar snin biġ-ġigġifogu.

Wara s-semifinali u l-finali jkun hemm l-festini ta' wara s-serati, fejn isiru jew f'faċilità fl-impjant jew f'post ieħor fil-belt.

L-Ewroklabb, jew Euroclub bl-Ingliż, jiġi mħejji f'kull lejl tal-ġimgħa, fejn diskoteka tkun allokata tema tal-Eurovision, fejn in-nies kollha jkunu invitati.

Matul il-ġimgħa diversi delegazzjonijiet, tradizzjonalment, ospitaw il-festini tagħhom flimkien ma' dawk sponsorizzati uffiċjalment. Madanakollu, fil-millenju l-ġdid il-moda kienet tad-delegazzjonijiet nazzjonali biex jiċċentraw l-attività tagħhom fl-Ewroklabb.

Is-sistemi ta' votazzjoni wżati fil-Konkors tbiddlu matul il-kors tal-kompetizzjoni. Is-sistema moderna ġiet introdotta fl-1975. Il-pajjiżi jagħtu sett ta' punti minn 1 sa 8, imbagħad 10 u finalment it-12-il punt lill-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — bil-kanunzetta l-aktar favorita tingħata t-tnax-il punt.

Storikament, il-voti tal-pajjiż kienu deċiżi mill-ġurija, imma fl-1997 ħames pajjiżi (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) esperimentaw bit-televot, billi jagħtu l-opportunità lill-pubbliku biex jagħżlu l-kanzunetta favorita. L-esperiment kien ta' suċċess u mill-1998 'il quddiem kull pajjiż beda jiġi mħeġġeġ biex jimplementa din is-sistema. Il-ġurija għadha tintuża' fil-każ ta' nuqqas ta' televoti. Illum il-pubbliku jista' jivvota bl-SMS, flimkien mal-votazzjoni bil-linja fissa. Skont liema sistema li tintuża' ma tistax tivvota għal pajjiż li tkun qed tivvota minnu.

Wara li jkun spiċċa l-att tal-intervall, meta l-punti kollha jkunu ġew kalkulati, il-preżentatur(i) tas-serata jistieden lil kull pajjiż votant biex iħabbar ir-riżultati tal-voti f'dak il-pajjiż. Qabel l-1994, it-tħabbira tal-voti kienet issir permezz tal-linji telefoniċi, bil-vuċi tar-rappreżentant tal-voti jinstema' fl-awditorju għall-udjenza u għat-trażmissjoni televiżiva. Bil-wasla ta' aktar sistemi satellitari sostenibbli, mill-1994 'il quddiem il-persuna li taqra l-voti bdiet tidher fuq il-kamera mill-pajjiż rispettiv biex tippreżenta l-voti. Ħafna drabi, il-pajjiż jieħu l-opportunità biex juri lill-preżentatur tal-voti taħt sfond ta' xi post prominenti f'dak il-pajjiż. Saret kważi tradizzjoni li l-kelliema jagħmlu messaġġ qasir lill-ospiti u l-organizzaturi tas-serata fejn jirringrazzawhom tas-serata, qabel ma jagħtu l-voti tagħhom.

Il-voti jinqraw mill-inqas wieħed sakem jispiċċaw bil-massimu tat-tnax-il punt. Il-punti jiġu ripetuti mill-preżentaturi tal-Konkors bl-Ingliż u l-Franċiż, fejn dan ġab aktar komuni l-frażi douze points meta l-preżentatur jirrepeti l-punt massimu bil-Franċiż.

Mill-1957 sal-2003, il-pajjiżi ġew imsejħa bl-istess ordni kif il-kanzunetti ġew preżentati. Mill-2004, l-ordni ta' kif jitħabbru l-voti tal-pajjiżi nbidel, minħabba l-preżenza tas-semifinali, u l-fatt li pajjiżi li ma kinux qed jipparteċipaw xorta setgħu jivvutaw. Fl-2004, il-pajjiżi ġew imsejħa fl-ordni alfabetiku (skont il-kodiċi ISO). Fl-2005, il-voti mis-semifinalisti li ma kinux ikkwalifikaw għall-finali ġew imxandra qabel, skont kif tkantaw fil-lejla ta' nhar il-Ħamis. Wara, il-finalisti taw il-voti tagħhom skont l-ordni kif kantaw. Mill-2006, beda jsir it-tlugħ tal-poloz separata fejn fiha jiġi determinat l-ordni kif il-pajjiżi jippreżentaw l-voti.

Mill-1971 sal-1973, kull pajjiż kien jibgħat żewġ membri tal-ġurija, li eżattament kienu preżenti fl-impjant fejn kien qed isir il-Konkors u kienu jħabbru l-voti tagħhom hekk kif il-kamera kienet tkun qed tiffoka fuqhom. Din is-sistema ġiet irtirata għas-sena suċċessiva.

Fl-1956, l-ebda vot pubbliku ma ġie preżentat: ġurija magħluqa sempliċiment ħabbret li l-iŻvizzera kienet rebħet. Mill-1957 sal-1987, il-punti kienu jitwerew permezz ta' bord fuq il-ġenb tal-palk fejn fiha kienu jitpoġġew il-punti. Hekk kif it-teknoloġija grafika diġitali għamlet progress, il-punti preżentati fiżikament ġew sospiżi fl-1988 b'rappreżentazzjoni elettronika li tista' tiġi muriha fuq l-iskrin tat-televiżjoni skont il-ħsieb tad-direttur tal-programm.

Fl-2006, l-EBU iddeċidiet biex tikkonserva l-ħin matul ix-xandir — li l-parti l-kbira minnu kien meħud mit-tħabbira ta' kull punt — minħabba n-numru iktar jiżdied ta' pajjiżi votanti. Minn dakinhar 'il quddiem, il-punti minn 1 sas-7 bdew jidhru awtomatikament fuq l-iskrin, u l-preżentaturi tal-voti jħabbru biss it-8, l-10 u t-12-il punt individwalment.

Il-fażi ta' votazzjoni hi immexxiha mis-sorveljant tal-EBU, li għandu r-responsabbilità li jassigura li l-punti kollha huma allokati eżattament. Is-sorveljant jiġi mtarraf minn quddiem tar-riżultati tal-aħħar ħames pajjiżi fl-ordni tal-votazzjoni, biex jassigura li ma jsiru l-ebda azzjonijiet taħt il-forma ta' votazzjoni tattika; fejn pereżempju pajjiż jista' jbiddel il-voti tiegħu wara li jara' kif ikunu r-riżultati.

Fl-1969, kien għad m'hemmx sistema li tiddetermina d-differenza bejn pajjiżi li jispiċċaw bl-istess punti, u f'dik l-edizzjoni kienu erba' pajjiżi li spiċċaw fl-ewwel post skont in-numru totali ta' punti miksuba. Dawn kienu Franza, Spanja, l-Olanda u r-Renju Unit. Minħabba li ma kienx hemm regola biex tiddeċiedi min hu r-rebbieħ, l-erba' pajjiżi li huma ġew iddikjarati bħala rebbieħa. Din l-aħbar ġabet diżappuntament fost il-pajjiżi l-oħra parteċipi f'din il-kompetizzjoni, u diversi pajjiżi heddew li mhux se jieħdu sehem. L-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Portugall ma ħadux sehem fl-edizzjoni ta' wara tal-1970 bħala protesta għar-riżultati. Din ġabet lill-EBU biex jimplementaw regola ġdida.

F'każ li aktar minn pajjiż wieħed jispiċċa fl-ewwel post, isir l-għadd tan-numru ta' pajjiżi li taw l-punti lil kull pajjiż li spiċċa l-ewwel post; min jirċievi l-aktar jispiċċa rebbieħ. Jekk in-numru jkun ukoll l-istess, isir l-għadd ta' tnax-il punt li rċieva kull pajjiż. Jekk jibqgħu l-istess, jiġu kkalkulati kemm il-għaxar punti rċevew — u wara kemm-il tmien punti rċevew sal-aħħar tal-lista. Jekk fil-każ l-aktar estrem dawn jiġu l-istess huma jiġu ddikjarati rebbieħa. L-istess regola tgħodd ukoll jekk aktar minn pajjiż wieħed jispiċċa f'kwalunkwe pożizzjoni oħra flimkien ma' pajjiż ieħor.

Sal-2009, l-uniku darba mill-1969 li żewġ pajjiżi spiċċaw l-ewwel post bl-istess punti kien fl-1991, meta l-Iżvezja u Franza ġabu total ta' 146 punt. Fl-1991, ir-regola li jingħaddu n-numru ta' pajjiżi li vvutaw għal dawn iż-żewġ pajjiżi ma kinitx teżisti, u allura huma bdew jgħoddu kemm ġabu tnax-il punt. Kemm Franza u l-Iżvezja ġabu total ta' erba' settijiet ta' tnax-il punt. L-Iżvezja imma ġabu l-iktar numru ta' għaxar punti u allura kienu ddikjarati bħala rebbieħa. Kieku r-regola kurrenti kienet diġà fis-seħħ, Franza kienet tkun il-pajjiż rebbieħ.

Hemm numru ta' regoli li jridu jiġu osservati mill-pajjiżi parteċipanti. Ir-regoli huma numerużi, u kull sena jiġi prodott abbozz separat, li espliċitament jispeċifika d-dati fejn bejniethom ċerti avvenimenti jkunu jridu jsiru; pereżempju d-data finali fejn l-istazzjonijiet parteċipanti kollha jridu jibgħatu l-verżjoni finali rikordjata tal-kanzunetta lill-EBU. Ħafna regoli jappartjenu materji li jirrigwardaw ftehim dwar l-isponsorizzazzjoni u drittijiet tal-istazzjonijiet biex terġa' tiġi trażmessa s-serata f'ċertu ħin partikulari. L-aktar regoli distinti li eżattament jaffetwaw il-format u l-preżentazzjoni tal-Konkors tbiddlu xi ftit, u huma emfassizzati hawnhekk.

Fl-1958 kien ġie deċiż li minn dakinhar 'il quddiem, il-pajjiż rebbieħ seta' jospita l-Konkors fis-sena ta' wara. Ir-rebbieħ tal-Festival tal-1957 kienet l-Olanda, u t-televiżjoni Olandiża aċċettat ir-responsabbilità li sservi ospitu fl-1958. Fis-snin segwenti kollha wara li din ir-regola bdiet tiġi applikata, kienu biss f'ħames snin partikulari li din ir-regola ma ġietx segwita. L-eċċezzjonijiet huma:

Il-mużika kantanta kollha trid tiġi kantata diretta: l-ebda vuċijiet m'huma permessi li jkunu rikordjati u li jixxandru b'mod dirett waqt is-serata. Fl-1999, il-kanzunetta Kroata kellha ħsejjes fid-diska tal-isfond li dehru li kienu vuċijiet umani. Id-delegazzjoni Kroata stqarriet li ma kien hemm l-ebda vuċi umana, imma biss ħsejjes sintetizzati diġitalment b'vokali replikati. L-EBU madanakollu iddeċidiet li huma kissru l-ispirtu tar-regoli, u tnaqqsulhom 33% tal-punti totali ta' dik is-sena li kienu jiġu wżati għall-kalkoli biex tiġi deċiża xi kwalifikazzjoni futura bbażata fuq il-punti miksuba fil-ħames snin preċedenti.

Mill-1956 sal-1998, kien neċessarju li l-pajjiż ospitu jipprovdi orkestra diretta għall-użu tal-parteċipanti. Qabel l-1973, kull mużika kellha bżonn li tindaqq mill-orkestra magħżulha mill-pajjiż ospitu. Mill-1973 'il quddiem, kienu permessi li jsiru diski rikordjati, minkejja li xorta waħda l-pajjiż ospitu kien obbligat li jipprovdi orkestra biex b'hekk jipprovdi lill-parteċipanti xelta minn fejn jagħżlu. Jekk diska fl-isfond kienet użata, l-istrumenti kollha li jinstemgħu fuq id-diska iridu jkunu preżenti fuq il-palk. Fl-1997, dan il-bżonn ġie imwaqqa.

Fl-1999, ir-regoli ġew riveduti u ġiet abolita l-obbligu li l-istazzjon ospitu jrid bilfors jipprovdi orkestra diretta, fejn ħalla din l-għażla f'idejn l-organizzaturi infishom. L-ospitu ta' dik is-sena, l-Awtorità tax-Xandir Iżraelita, iddeċiediet biex ma tużax orkestra biex b'hekk issalva mill-ispejjeż, u l-1999 saret l-ewwel sena fejn il-kanzunetti kollha indaqqu b'mużika rikorjdata (b'vokali diretti). L-orkestra qatt ma għamlet aktar dehra fil-Festival; l-aħħar darba kienet fl-1998 meta l-BBC ospitat is-serata f'Birmingham.

Ir-regola li timponi biex pajjiż ikanta bil-lingwa nazzjonali tiegħu tbiddlet diversi drabi matul is-snin. Mill-1956 sal-1965, ma kien hemm l-ebda regola li kienet tirrestrinġi liema lingwi setgħu jitkantaw bihom il-kanzunetti. Madanakollu, fl-1966 ġiet imposta regola li kienet tgħid li l-kanzunetti riedu jiġu interpretati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż parteċipanti.

Ir-restrizzjoni tal-lingwa kompliet sal-1973, meta l-kantanti ngħataw il-libertà li jkantaw il-kanzunetta b'liema lingwa li riedu. Diversi rebbieħa f'nofs is-snin sebgħin ħadu l-vantaġġ tal-libertà fil-lingwa, fejn kantanti minn pajjiżi li m'għandhomx il-lingwa Ingliża bħala lingwa nattiva kantaw bl-Ingliż, fosthom l-ABBA fl-1974.

Fl-1977, l-EBU iddeċidiet li terġa' tirrestrinġi s-selezzjoni tal-lingwa nazzjonali. Madanakollu, il-Ġermanja u l-Belġju ingħataw dispensazzjoni speċjali hekk kif il-proċedura ta' selezzjoni kienet diġà fi stadji avvanzati biex isir xi tibdil.

Fl-1999, ir-regola tbiddlet għal darb'oħra biex tingħata l-libertà tal-lingwa. Din il-libertà lingwistika wasslet għall-parteċipazzjoni Belġjana fl-2003, Sanomi, kanzunetta kompletament b'lingwa immaġinarja. Fl-2006, il-parteċipazzjoni Olandiża, Amambanda, kienet kantata parti bl-Ingliż u parti oħra b'lingwa artifiċjali; u fl-2008, id-daħla Belġjana, O Julissi tkantat b'lingwa fittizja.

Kull xandar parteċipanti huwa obbligat li jxandar is-serata kollha, li jinkludu l-kanzunetti, il-votazzjoni u r-rikapitulazzjoni tal-kanzunetti, fejn jinqabeż biss, jekk hu mixtieq, l-att tal-intervall għal waqfiet kummerċjali. Mill-1999 'il quddiem, ix-xandara li xtaqu li jagħmlu dan ingħataw l-opportunità biex jieħdu aktar ħin għall-pubbliċità.

Fl-1978, matul ix-xandir tal-kanzunetta tal-Iżrael, l-istazzjon tal-Ġordan JRTV issospenda x-xandir u wera stampi ta' fjuri. Meta deher lejn l-aħħar stadji tal-votazzjoni li l-Iżrael kien se jirbaħ il-Konkors, JRTV f'daqqa waħda temm it-trażmissjoni. Wara, l-istampa tal-Ġordan irrifjutat biex tirrikonoxxi lill-Iżrael bħala r-rebbieħ u ħabbret li l-Belġju kien ir-rebbieħ (li fil-fatt spiċċa fit-tieni post). Fl-2005, il-Libanu kien mistenni li jipparteċipa fil-Konkors. Madanakollu, il-liġi Lebaniża ma tħallix ir-rikonoxximent tal-Iżrael, u konsegwentament it-televiżjoni Lebaniża ma kinitx se xxandar ir-rappreżentazzjoni Iżraelita. L-EBU infurmathom li att bħal dan jikser ir-regoli tal-Festival, u sussegwentament il-Libanu kien infurzat biex jirtira mill-kompetizzjoni. L-irtirar tard mill-kompetizzjoni swiehom multa, minħabba li kienu diġà kkonfermaw il-parteċipazzjoni u d-data tal-applikazzjonijiet kienet diġà għaddiet.

In-numru ta' pajjiżi parteċipanti kull sena kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' parteċipanti fl-1956 għal aktar minn għoxrin lejn l-aħħar tas-snin tmenin. Fl-1993 kien hemm 25 pajjiż parteċipanti fil-kompetizzjoni, li jinkludu — għall-ewwel darba f'dik is-sena — lill-Bożnija u Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Islovenja, li daħlu indipendentament wara s-seperazzjoni tal-Jugożlavja.

Minħabba l-fatt li l-Konkors hu programm televiżiv dirett, irid jiġi impost limitu ta' ħin fuq it-tul tas-serata. Fis-snin riċenti, il-limitu nominali kien ta' tliet sigħat, bix-xandira xi drabi taqbeż dan il-limitu. Fl-2005, il-programm kien twil xi ftit taħt it-tliet sigħat u nofs. Wara l-introduzzjoni tat-tħabbira imqassra tal-voti fl-2006, it-tul tas-serata kien ta' tliet sigħat u ħames minuti.

Mill-1993 'il quddiem, kien hemm aktar pajjiżi li xtaqu jipparteċipaw fil-Konkors milli kien hemm ħin biżżejjed biex dawn jitkantaw f'serata waħda. Diversi sistemi ta' relegazzjoni jew kwalifikazzjoni kienu, għalhekk, ġew ippruvati biex jillimitaw in-numru ta' pajjiżi parteċipanti fil-kompetizzjoni ta' kwalunkwe sena. Il-Konkors tal-1993 introduċa żewġ aspetti ġodda: l-ewwel, kompetizzjoni ta' preselezjoni li saret f'Ljubljana fejn seba' pajjiżi ġodda ikkompetew għal tliet postijiet fil-kompetizzjoni internazzjonali. Il-Bożnija u Ħerżegovina, l-Estonja, il-Kroazja, ir-Rumanija, l-Islovenja, l-Islovakkja u l-Ungerija ħadu sehem fil-Kvalifikacija za Millstreet; u t-tielet repubbliki tal-eks-Jugożlavja — il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Islovenja — ikkwalifikaw għal post fil-finali internazzjonali. F'dik is-sena ġiet introdotta r-relegazzjoni. Is-sitt pajjiżi li jkunu kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet fil-klassifika finali jkollhom jitilfu l-edizzjoni tas-sena ta' wara, biex b'hekk jagħtu ċans lil dawk il-pajjiżi li naqqsu mill-preselezzjoni tal-1993 għall-Konkors tal-1994. Il-Festival tal-1994 inkluda wkoll, għall-ewwel darba, il-parteċipazzjoni tal-Litwanja, il-Polonja u r-Russja.

Ir-relegazzjoni tkompliet fl-1994 u fl-1995, imma fl-1996 sistema differenti ta' preselezzjoni ġiet użata, fejn kważi kull pajjiż ipparteċipa. Tejps akustiċi tal-kanzunetti kollha intbagħtu lill-ġurija f'kull pajjiż xi ġimgħat qabel is-serata televiżiva. Dawn il-ġuriji għażlu l-kanzunetti biex jipproċedu għas-serata finali. In-Norveġja, bħala l-pajjiż ospitu tal-1996 (wara li rebħet l-edizzjoni tal-1995), ikkwalifikaw awtomatikament u b'hekk ġiet eskluża min-neċessità li tmur fi preselezzjoni.

Pajjiż wieħed li falla li jikkwalifika għall-preselezzjoni tal-1996 kienet il-Ġermanja. Bħala waħda mill-ikbar kontributuri finanzjari tal-EBU, flimkien mal-ikbar udjenza televiżiva fl-Ewropa, kemm huma u lanqas l-EBU ma kienu kuntenti bl-esklużjoni tagħhom mill-finali internazzjonali.

Mis-sena 2000 'il quddiem, erba' pajjiżi partikulari ngħataw id-dritt li jikkwalifikaw direttament għall-finali tal-edizzjoni suċċessiva, bil-pożizzjoni fil-klassifika finali ma tiddeterminax jekk jikkwalifikawx jew le. Huma ngħataw dan l-istat speċjali minħabba li huma huma l-ikbar erba' kontributuri finanzjarji tal-EBU (li mingħajrhom il-produzzjoni tal-Festival ikun impossibli). Dawn il-pajjiżi huma l-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit. Minħabba dan l-istat tagħhom fil-Konkors, il-pajjiżi saru magħrufa bħala L-Erbgħa l-Kbar jew bl-Ingliż Big Four.

Mill-1997 sal-2001, il-pajjiżi kienu jikkwalifikaw għal kull Konkors skont il-medja ta' punti miksuba fuq il-ħames snin preċedenti. Madanakollu, kien hemm skuntentizza kbira fuq din is-sistema minħabba li pajjiż jista' jkun ikkastigat li ma jidħolx minħabba riżultati fqar miksuba, hekk kif din is-sistema ma kinitx tieħu għar-rigward kemm tajjeb attentat ġdid jista' jkun. Din wasslet lill-EBU biex toħloq dak li kien maħsub li se jwassal għal soluzzjoni permanenti ta' din il-problema, li kienet li jkun hemm żewġ serati kull sena: rawnd ta' kwalifikazzjoni, u l-finali. F'dawn iż-żewġ serati jkun hemm biżżejjed ħin ta' xandir biex jinkludu l-pajjiżi kollha li xtaqu li jipparteċipaw, kull sena.

Ir-rebħ tal-Eurovision jipprovdi opportunità unika għall-artist rebbieħ biex jibni karriera internazzjonali u jagħmel suċċess. Madanakollu, fl-istorja tal-festival relativament ftit ismijiet għamlu suċċess kbir.

L-aktar artisti magħrufa li rebħu l-festival u li l-karriera taggħhom bdiet wara s-suċċess fil-Eurovision huma l-grupp ABBA, li rebħu l-edizzjoni tal-1974 f'isem l-Iżvezja bil-kanzunetta Waterloo. ABBA spiċċaw biex saru l-aktar grupp ta' suċċess ta' dik l-epoka.

Artista popolari oħra li sussegwentament kisbet fama u suċċess internazzjonali kienet Céline Dion, li rebħet il-Konkors għall-Iżvizzera fl-1988 bil-kanzunetta Ne Partez Pas Sans Moi. Is-suċċess ta' Dion, però, mhuwiex direttament attribwit għar-rebħ tagħha tal-Konkors, hekk kif hi kisbet il-fama internazzjonali xi snin wara.

Artisti oħra li kisbu suċċess wara li rebħu l-Festival tal-Eurovision jinkludu lil France Gall (Poupée De Cire, Poupée De Son, Lussemburgu 1965), Dana (All Kinds of Everything, Irlanda 1970), Vicky Leandros (Après Toi, Lussemburgu 1972), Brotherhood of Man (Save Your Kisses for Me, Renju Unit 1976), Marie Myriam (L'oiseau et l'enfant, Franza 1977), Johnny Logan (li rebaħ darbtejn għall-Irlanda; What's Another Year? fl-1980, u Hold Me Now fl-1987), Bucks Fizz (Making Your Mind Up, Renju Unit 1981), u Nicole (Ein Bißchen Frieden, Ġermanja 1982). Ħafna rebbieħa oħra jinkludu artisti magħrufa li rebħu l-Konkors f'nofs il-karriera, wara li kienu diġà stabilixxew ruħhom bħala artisti ta' suċċess.

Xi artisti, madanakollu, spiċċaw biex għebew fl-oskurità, fejn għamlu ftit jew l-ebda impatt fuq ix-xena tal-mużika internazzjonali wara r-rebħa tagħhom.

L-Irlanda żżomm ir-rekord għall-ikbar numru ta' rebħiet, hekk kif rebħet il-Festival total ta' seba' darbiet mdash inklużi wkoll tliet darbiet wara xulxin bejn l-1992 u l-1994. Fit-tieni post insibu lir-Renju Unit, Franza u l-Lussemburgu b'total ta' ħames rebħiet kull wieħed.

L-ewwl snin tal-Knkors raw ħafna rebħiet għall-pajjiżi tradizzjonali tal-Eurovision: Franza, l-Olanda u l-Lussemburgu. Madanakollu, is-suċċess ta' dawn il-pajjiżi naqas fis-snin riċenti: l-aħħar rebħa tal-Olanda tmur lura lejn l-1975, ta' Franza fl-1977 u tal-Lussemburgu fl-1983. L-aħħar darba li l-Lussemburgu daħal fil-festival kien fl-1993.

L-ewwel snin tas-seklu 21 raw bħala rebbieħa pajjiżi li rebħu l-Konkors għall-ewwel darba, kemm minn pajjiżi ġodda u anki minn pajjiżi li kienu ilhom jieħdu sehem fil-Festival mingħajr ma kienu kisbu rebħa waħda. Kull sena mill-2001 sal-2008 irriżultat f'rebħiet għall-pajjiżi ġodda. Fl-2006, ir-rebbieħa kienet il-Finlandja li wara 45 sena ta' parteċipazzjoni rnexxielha tirbaħ l-ewwel titlu tagħha. L-Ukrajna min-naħa l-oħra ma kellhiex bżonn tistenna ħafna minħabba li fit-tieni parteċipazzjoni tagħha fl-2004, irnexxiela tirbaħ. Is-Serbja rebħet fl-ewwel sena li daħlet bħala pajjiż indipendenti (mhux mal-Montenegro), fl-2007.

Sal-2009, il-pajjiż li l-aktar ipparteċipa mingħajr ma kiseb ebda rebħa hu l-Portugall. Huma daħlu l-ewwel darba fl-1964 u għadhom jistennew l-ewwel rebħa.

Il-Konkors kien suġġett għall-kritika dwar kemm minħabba l-kontenut mużikali tiegħu u l-perċezzjoni li dan il-Festival hu aktar mibni fuq politika milli fuq il-mużika.

Minħabba l-fatt li l-kanzunetti jitkantaw lil udjenza internazzjonali li lkoll għandhom gosti mużikali differenti, il-pajjiżi jippruvaw jagħmlu l-kanzunetti tagħhom applikabbli kemm jistgħu jkun għall-akbar numru ta' nies possibli biex ikunu jistgħu jiksbu l-massimu tal-voti, fejn il-maġġoranza tal-kanzunetti storikament kienu fuq ġeneru middle of the road pop. Kienu ftit il-kanzunetti li għamlu suċċess taħt xi forma ta' ġeneru ieħor, fejn din wasslet għal kritika li l-mużika f'dan il-Festival hi bubblegum pop. Madanakollu, dan il-mudell tant stabbilit ġie miksur fl-2006 bir-rebħa tal-grupp hard rock Finlandiż Lordi. Minħabba li tkun serata viżwali, ħafna esebituri jippruvaw jattiraw l-attenzjoni tal-votanti permezz ta' mezzi oħra barra l-mużika.

Il-Konkors ilu mħares bħala festival li hu influwenzat politikament, fejn il-ġurija — u issa l-votanti — jallokaw il-punti bbażati fuq ir-relazzjoni politika tal-pajjiż tagħhom mal-pajjiżi l-oħra, aktar milli fuq l-merti mużikali tal-kanzunetti. Skont analisi fuq il-votazzjoni juri biċ-ċar li fil-fatt ċerti pajjiżi jiffavurixxu pajjiżi oħra li huma politikament relatati. Difensuri ta' dan il-festival jargumentaw li r-raġuni minħabba li ċerti pajjiżi jallokaw il-punti milf għoljin lil oħrajn hu minħabba li n-nies ta' dawn il-pajjiżi jaqsmu gosti mużikali u kulturi simili u jitkellmu lingwi simili, u għalhekk hemm aktar iċ-ċans li japprezzaw il-mużika ta' xulxin: pereżempju, l-ispjegazzjoni tal-iskambju tat-tnax-il punt bejn il-Greċja u Ċipru (kull darba minn mindu bdiet il-votazzjoni popolari fl-1998, minbarra fl-edizzjoni tal-2009 fejn il-Greċja tat it-tnax-il punt lir-Renju Unit) hu minħabba li huma jaqsmu l-istess industrija mużikali u l-istess lingwa, u l-artisti li huma popolari f'pajjiżi huma popolari fin-nazzjon l-ieħor.

Fattur influwenti ieħor hu l-proporzjon qawwi ta' espatrijati li jgħixu f'ċerti pajjiżi, ħafna drabi minħabba problemi politiċi riċenti. Minkejja li pajjiżi ma jistax jivvota għal pajjiżu, huwa possibbli għal nies espatrijati li jieħdu vantaġġ li jkunu jistgħu jivvutaw għal pajjiżhom waqt li jkunu qed jivvutaw minn pajjiż ieħor. Il-voti ta' pajjiżi b'popolazjonijiet kbar ta' nies li mhumiex tal-post, jistgħu jiġu influwenzati ħafna. Din kienet ir-raġuni li ġiet preżentata għall-votazzjoni bejn il-pajjiżi Balkaniċi li kienu jiffurmaw il-Jugożlavja.




#Article 246: Kolokolo (423 words)


Il-kolokolo (Dromiciops gliroides) jew kif isibuħ ukoll monito del monte li jfisser xadina żgħira tal-muntanji, huwa mammiferu marsupjali karnivoru ta' l-Amerika t'isfel. Jinstab biss fuq il-muntanji bejn iċ-Ċili u l-Arġentina u jippreferi foresti umdi, partikolarment fejn jikber il-bambu jew qasab ċilen u huwa pjuttost komuni fl-arja ristretta li jgħix fiha.  

Il-kolokolo huwa marsupjal notturn u għandu abblità kbira biex jitla' mas-siġar fejn jgħinu ħafna denbu, imma jsibu komdu tant ieħor fuq l-art. Huwa għandu kapaċità li jakkumula riserva kbira ta' xaħam f'denbu, u fi żmien ġimgħa kapaċi jirdoppja l-piż ta' ġismu. Din ir-riserva tintuża matul il-ġranet kesħin tax-xitwa meta il-kolokolo jkun qiegħed fi stat ta' ibernazzjoni.

Il-kolokolo huwa ftit akbar minn ġurdien, twil bejn 8 u 13-il cm, b'denb pjuttost oħxon fil-bidu, moderatament preħensili, ta' bejn wieħed u ieħor l-istess tul u jiżen bejn 17 u 31 gramma. Il-pil, qasir u folt fil-kanella b'xi ftit iswed fin-naħa ta' fuq għal mal-ġnub, ma' l-idejn u s-saqajn, b'xi tbajja fil-griż ċar 'l hemm u 'l hawn, b'wiċċu u żaqqu fil-bajdani. Il-kolokolo għandu par għajnejn kbar ftit imqabbżin 'il barra b'żewġt iċrieki suwed madwarhom u par widnejn qosra, żgħar u tondi.  

Il-parti l-kbira tad-dieta tal-kolokolo hija waħda karnivora, magħmulha minn insetti u annimali vertebrati żgħar, għalkemm ammont żgħir ta' frott jittiekel ukoll.

It-tgħammir isir matul ir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf. Wara biss ftit ġranet jitwieldu minn 1 sa 5 frieħ taħt forma ta' embrjuni żgħar ħafna, li jiġu miżmuma ġewwa marsupju żviluppat sew li jiflaħ massimu ta' 4. Dawn ikomplu jiżviluppaw fil-marsupju ta' l-omm u joħorġu biss wara ftit ġimgħat, meta jkunu kapaċi jżommu it-temperatura ta' ġisimhom stabli. Wara jkomplu jikbru ġo bejta fis-siġar li tkun lestiet l-omm minn qabel. Ftit ġranet biss wara il-frieħ jibdew iduru ma' l-omm imqabdin ma' daharha, dan sakemm jkunu kapaċi jżommu waħedhom fis-siġar. Il-kolokolo jilħqu l-maturità sesswali tagħhom fit-tieni sena ta' ħajja.

Il-kolokolo jew monito del monte huwa l-uniku membru tal-familja Microbiotheriidae u l-unika speċi ħajja mill-ordni antik Microbiotheria, li ilu miż-żminijiet ta' l-Oligoċen u l-Mioċen ta' l-Amerika t'isfel. Għalkemm darba kien maħsub li huwa membru ta' l-ordni Didelphimorphia, ħafna evidenzi anatomiċi u ġenetiċi fi żmienijiet reċenti wasslu għall-konklużjoni li dan il-mammiferu marsupjali ċkejken ta' l-Amerika t'isfel huwa relatat l-aktar fil-qrib mal-marsupjali tal-kontinent Awstraljan. Huwa maħsub ukoll li l-antenati fil-bogħod tal-kolokolo, jew baqgħu fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel waqt li oħrajn daħlu fil-kontinent Antartiku w eventwalment f'dak Awstraljan matul iż-żmien li t-3 kontinenti kienu magħqudin f'kontinent wieħed bl-isem ta' Gondwana jew kienu parti mil-fawna marsupjali Awstraljana li reġgħu invadew lura il-kontinent ta' l-Amerika t'isfel.

L-isem Dromiciops australis huwa sinonimu ta' Dromiciops gliroides




#Article 247: Talpa marsupjal (599 words)


It-talpi marsupjali kif jgħid isimhom huma mammiferi marsupjali, pjuttost rari, ta' daqs żgħir, mifruxa mad-deżerti fil-Punent u fin-Nofs in-nhar ta' l-Awstralja. 

It-talpi marsupjali jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom iħaffru taħt l-art imma għal kuntrarju tat-talpi ta' veru huma anqas subterranji u jitilgħu aktar ta' spiss fil-wiċċ. 

It-talpi marsupjali huma għomja, minn għajnejhom baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja fuq il-ġilda u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.

It-talpi marsupjali għandhom ġisimhom f'forma ċilindrika (tubu), rashom forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. It-tul ta' dawn l-annimali hu ta' bejn 9cm u 18cm u jiżnu bejn 40 u 70 gramma. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija. 

Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u fih jilqa' minn 1 sa massimu ta' 2 embrjuni kull darba.  

It-talpi marsupjali jipprovdu eżempju ċar ta' evoluzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi tad-deheb ta' l-Afrika. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzjoni.

Għal ħafna snin il-klassifikazjoni tagħhom fil-grupp tal-marsupjali kienet suġġett ta' dibattitu jaħraq. In-nuqqas ta' fossili ma kien xejn ta' għajnuna għal dan il-misteru u fuq il-bażi li t-talpi marsupjali kellhom ftit karatteristiċi komuni ma' kważi kull marsupjal ieħor, eventwalment ġew kompletament separati u klassifikati għalihom fl-ordni Notoryctemorphia.

Studji molekulari kmieni fis-snin 80 urew li t-talpi marsupjali ma huma relatati fil-qrib ma' l-ebda marsupjal estant (ħaj) llum u deher ukoll li huma kienu qabdu minn kmieni triq separata għalihom fl-evoluzjoni, minn dik tal-bqija tal-marsupjali l-oħra minn ta' lanqas 50 miljun sena ilu. Madankollu morfoloġikament hemm ħjiel li jista jkun li t-talpi marsupjali huma relatati fil-bogħod mal-bandikuti.

Fl-1985, fis-sejba kbira ta' depositi vasti ta' fossili f'Riversleigh fit-Tramuntana ta' Queensland instab fossilu ta' bejn 15 u 20 miljun sena Yalkaparidon coheni bil-molari bħal ta' talpa marsupjal, inċisivi qishom tad-diprotodonti u l-bażi tar-ras ta' skeletru simili ħafna ta' dik tal-bandikuti. Dawn il-fattizzi ma kienu bl-ebda mod identiċi bħal ta' l-ispeċi ħajjin, imma kien ċar li huma relatati jekk mhux saħansitra l-antenat dirett. Fiha nfisha, is-sejba ta' talpa marsupjal tal-Micene ma kinitx misteru kbir, għax bħall-forom moderni kienet diġa mgħammra b'xi adattazzjonijiet għall-ħajja taħt l-art fir-ramel tad-deżert, speċjalment l-idejn b'saħħithom ta' quddiem f'forma ta' pala. Minkejja dankollu, l-ambjent ta' madwar id-depositi fossili ta' Riversleigh dak iż-żmien xejn ma kien qisu dak ta' deżert, infatti fil-Miocene hemm kien foresta tax-xita tropikali.

Suġġeriment minnhom kien li t-talpa marsupjal Yalkaparidon coheni kienet tuża dawk l-idejn  biex tgħum, biss il-biċċa l-kbira jaħsbu li dawn kienu speċjalizzazjoni biex tħaffer qalb strat għoli ta' moss, għeruq u weraq fuq wiċċ l-art tal-foresta tax-xita tropikali, u b'hekk, meta il-kontinent Awstraljan qabad bil-mod il-mod it-triq twila lejn id-deżertifikazjoni, it-talpi marsupjali kienu diġa mgħammra bl-għodda bażiċi li llum il-ġurnata jużaw biex iħaffru qalb ir-ramel tad-deżert fil-Punent ta' l-Awstralja.

It-talpi marsupjali darba kienu kklassifikati fl-ordni Monotremata, illum il-ġurnata huwa magħruf li huma marsupjali u għaldaqstant ġew klassifikati f'ordni għalihom, in-Notoryctemorphia. Hemm 2 speċi ta' talpi marsupjali dik tat-Tramuntana u dik ta' Nofs in-nhar u dawn tant huma simili ta' xulxin li huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibli biex wieħed jagħraf fuq il-post liema speċi tkun. Il-linja anċestrali ta' dawn it-talpi marsupjali tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum.




#Total Article count: 246
#Total Word count: 199416